Mill-ewwel kuntatt mal-pulizija għandek tingħata l-informazzjoni li ġejja:
kif u taħt liema kundizzjonijiet tista' tiġi rimborzat/a għal spejjez li għamilt biex tieħu sehem fil-proċess kriminali
Bħala vittma ta' reat li seħħ fi Stat Membru ieħor, jekk tkun tgħix f'Malta għandek dritt tirraporta r-reat lill-pulizija f'Malta. Ladarba tagħmel ir-rapport, il-pulizija f'Malta huma marbutin li jibgħatu mingħajr dewmien ir-rapport lill-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat, sakemm ma jkunux bdew il-proċeduri huma.
Meta tirraporta reat għandek tingħata mill-pulizija rikonoxximent bil-miktub tar-rapport tiegħek, li fih ikun hemm dikjarati l-elementi baziċi tar-reat in kwistjoni. barraminnhekk, għandek dritt, fuq talba tiegħek, li tirċievi informazzjoni dwar:
Fil-kazijiet kontemplati f'a u ċ inti għandek tingħata r-raġunijiet jew sommarju tar-raġunijiet li wasslu għad-deċizjoni in kwistjoni.
Il-pulizija għandhom jizguraw li inti qed tifhem u qed tiġi mifhum/a. jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Malti jew bil-Ingliz, inti għandek dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni f'lingwa li tifhem.
Il-komunikazzjoni trid issir b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli u għandhom jiġu rispettati l-karatteristiċi personali tiegħek inkluz kwalunkwe dizabbilta' li tista' taffettwa l-abbilta' tiegħek biex tifhem jew tinftiehem. Barraminnhekk, inti għandek dritt li tieħu miegħek persuna tal-għazla tiegħek fl-ewwel kuntatt mal-pulizija, jekk minħabba l-impatt tar-reat inti jkollok bzonn l-għajnuna biex tifhem jew tinfthiem. meta l-vittma tkun dizabbli jew minorenni, il-pulizija dejjem jitolbu l-assistenza tas-social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u jekk tinħass il-ħtieġa tista' titlob ukoll għall-assistenza ta' professjonisti oħra fil-qasam.
Mal-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija huma jagħtuk informazzjoni dwar it-tip ta' appoġġ li tista' tikseb u minn min, inkluz appoġġ mediku, appoġġ psikoloġiku u saħansitra akkomodazzjoni alternattiva. Barraminnhekk, il-Pulizija għandhom jirreferuk għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, mingħajr dewmien.
Is-servizz ta' appoġġ jingħata b'mod kunfidenzjali
Inti jista' jkollok aċċess għal dawn is-servizzi anki jekk qabel ma tkun irraportajt formalment ir-reat
Il-pulizija għandha mill-ewwel tizgura li inti tineħħa mill-periklu, jekk wara l-evalwazzjoni li ssir jirrizulta li inti fil-periklu. Jekk il-pulizija tikkonkludi li min ikun wettaq ir-reat ikun persuna perikoluza, hi tista' tarresta t-trasgressur u ttella' l-kaz quddiem il-qorti b'urgenza u titlob lill-qorti biex tordna li jinzamm detenut.
Inti tista' wkoll titlob lill-uffiċjal tal-pulizija inkarigat mill-kaz tieghek biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi. Tkun trid tiddikjara li tkun se tixhed kontra min ikun wettaq ir-reat waqt is-smigħ tal-qorti. Jekk l-uffiċjal tal-pulizija jkun konvint li x-xhieda tiegħek jew provi oħra li jkollok ikunu importanti għall-kaz, huwa jitlob lill-Avukat Ġenerali biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi. Il-programm jista' jkopri wkoll lil membri tal-familja tieghek u qraba ohrajn. Normalment ikun jikkonsisti f'mizuri li jiggarantixxu s-sikurezza personali tiegħek u/jew jipproteġu l-propjeta' tiegħek.
Il-Pulizija
Iva l-pulizija jagħmlu din l-evalwazzjoni
Jekk waqt il-proċeduri fil-Qorti jirrizulta li għad hemm periklu, il-pulizija tista' titlob lill-qorti sabiex toħroġ ordni ta' protezzjoni fil-konfront tiegħek u l-familjari tiegħek.
F'kazijiet ta' vjolenza domestika l-vittmi jingħataw rifuġju f'xelters apposta
Jekk int minorenni, ir-rapport dwar ir-reat jista' jsir minn ġenitur jew tutur.
Bħala minorenni, f'kaz li l-ġenitur jew kustodji tiegħek ma jistgħux jirraprezentawk minħabba kunflitt ta' interessi jew jekk inti m'intix akkumpanjat jew int separat mill-familjatiegħek, il-qorti minn jedda taħtar avukat tat-tfal jew avukat tal-għajnuna legali biex jirraprezenta l-interessi tiegħek.
Inti titqies bħala vittma u għandek l-istess drittijiet tal-vittmi ta' reat
Inti tista' tagħmel ir-rapport minflok il-vittma jekk hu konjuġi, ġenitur, wild, ħuk jew int tutur tiegħu.
Il-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq ir-reat tkun disponibbli waqt il-proċeduri kriminali meta t-trasgressur jammetti jew jinstab ħati. F'kaz ta' ammissjoni jew sejba ta' ħtija, hemm diversi modi kif medjazzjoni tkun tista' tiġi aċċessata tramite l-Qrati tal-Ġustizzja. Aċċess għas-servizz ta' medjazzjoni jista' jingħata billi ssir talba lill-Qorti, permezz ta' rikors, mill-prosekutur u/jew l-avukat difensur u/jew l-uffiċjal tal-probation, sabiex il-kaz jgħaddi għall-medjazzjoni.
Jekk il-Qorti tilqa' t-talba, il-kaz jiġi rinvjat lill-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u min Wettaq ir-Reat (Kumitat) fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u Parole, liema kumitat, wara li jezamina l-informazzjoni kollha rilevanti, jiddeċiedi jekk il-kaz għandux jgħaddi għall-medjazzjoni jew le. Jekk il-Kumitat jiddeċiedi li jgħaddi l-kaz għall-medjazzjoni, l-kaz jiġi assenjat lill-medjatur. Il-medjatur jikkuntattja kemm lill-vittma kif ukoll lil min wettaq ir-reat u jiltaqa' magħhom individwalment bl-iskop li ssir it-tielet laqgħa li għaliha jattendu z-zewġ partijiet. Biex isir il-proċess ta' medjazzjoni, il-medjatur għandu jizgura li z-zewġ partijiet ser jibbenefikaw mill-proċess u li m'hemmx riskju ta' vittimizzazzjoni sekondarja.
Il-liġi li tistipula d-drttijiet tiegħek hi l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalita' - Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta' Malta -
Kwantu għall-medjazzjoni l-liġi applikabbli hi l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi - Kapitolu 516 tal-Liġijiet ta' Malta
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Jekk sfajt vittma ta' reat tista' tirraportah għand il-pulizija. Ir-rapport jistgħu jagħmluh minflokok il-konjuġi, il-ġenituri, l-ulied, ħutek jew it-tutur. Tista' wkoll tgħarraf lill-pulizija jekk tkun sirt taf b'reat anki meta ma tkunx il-vittma.
Tista' tirraporta reat bil-fomm, billi tmur fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi ċċempel fuq in-numru ta' emerġenza 112 f'kazijiet li jeħtieġu assistenza immedjata, jew billi tħalli r-rapport fl-għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra. Jekk tagħzel li tibgħat rapport bil-miktub, tista' tabbozzah int stess jew titlob l-għajnuna ta' avukat. M'hemm l-ebda formola li trid timxi magħha bilfors. Normalment ir-rapport isir dl-Ingliz jew bil-Malti izda jekk ma tifhimx jew titkellimx b'xi wahda minn dawn iz-zewġ lingwi, għandek id-dritt li tagħmel ir-rapport b'lingwa li tifhem jew billi tingħata l-għajnuna ta' interpretu. Trid tinkludi d-dettalji personali tiegħek. Fil-prinċipju jiġu aċċettati wkoll rapporti anonimi, izda l-pulizija tibda tistħarreġ rapport bħal dan biss kemm -il darba r-reat ikun wieħed serju ħafna.
M'hemm l-ebda zmien sa meta trid tirraporta reat. Madankollu , il-liġi tgħid li jekk kiun għadda ċertu perjodu ta' zmien minn mindu jkun seħħ ir-reat, ma jkunux jistgħu jinbdew proċeduri kriminali kontra min wettqu. Il-perjodu jiddependi minn x'tip ta' reat ikun, u jvarja minn tliet xhur għar-reati l-inqas serji (ezempju tgħajjir bil-fomm) għal għoxrin sena għal reati partikolarment serji (ezempju qtil). Wara dak il-perjodu, xorta waħda tista' tagħmel rapport imma l-pulizija ma jistħarrġux id-delitt. Anki jekk jistħarrġuh, il-qorti tillibera lil min ikun wettaq ir-reat mill-akkuzi.
Fil-kaz ta' ċerti reati zgħar, tkun trid tagħmel rapport speċjali għand il-pulizija. Dawn huma l-kazi fejn mingħajr tali lment il-pulizija ma jitħallewx jibdew jistħarrġu. l-ilmenti s-soltu għalkemm mhux bilfors, isiru bil-miktub. Tista' titlob lil avukat biex jiktiblek l-ilment. Fl-ilment trid tinkludi: id-dettalji personali tiegħek (l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta' l-identita'), tagħrif dwar min ikun wettaq ir-reat, deskrizzjoni ta' dak li ġara' u lista ta' xhieda, bl-indirizzi tagħhom, li tkun tixtieq li l-pulizija tkellimhom. Huwa rakkomandat ukoll li tinkludi referenza għad-disposizzjoni legali li taħseb li kiser min wettaq ir-reat, izda mhux obbligatorju.
Meta tirrapporta reat, tingħata numru ta' referenza. Dan in-numru tista' tuzah biex tara fhiex wasal il-kaz. Fil-prattika tista' tiċċekkja wkoll billi tuza d-data meta tkun għamilt ir-rapport. Tista' tirċievi informazzjoni dwar l-istħarriġ billi tmur l-għassa tal-pulizija jew billi ċċempel bit-telefon.
Il-vittmi ta' reat huma ntitolati għal għajnuna legali
Iva, tista' titlob lura l-ispejjez.
Jekk wara li l-pulizija jistħarrġu r-reat, jiddeċiedu li jagħlqu l-kaz mingħajr ma jressquh quddiem il-qorti, bħala vittma inti tista' tappella kontra din id-deċizjoni quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Il-Qorti tal-Maġistrati titolbok tikkonferma bil-ġurament l-informazzjoni li tkun tajt fir-rapport u tistqarr li lest tixhed fil-qorti. Ikollok ukoll tħallas somma flus li tiġi stabbilita mill-qorti bħala garanzija li l-intenzjoni tiegħek li tiftaħ il-proċeduri kontra min ikun wettaq ir-reat tkun serja. Il-Qorti tal-Maġistrati tezamina l-provi u jekk issibhom bizzejjed, tordna lill-pulizija biex jissoktaw il-proċeduri.
Tista' tieħu sehem fil-proċeduri anki bħala parti ċivili. Biex tidħol fil-proċeduri bħala parti ċivili tkun trid tipprezenta t-talba tiegħek permezz ta' applikazzjoni fil-qorti. Il-qorti tezamina l-applikazzjoni tiegħek u tiddeċiedi jekk tħallikx issir parti ċivili. Bħala parti ċivili tkun tista' tattendi għas-seduti kollha tal-qorti, anki dawk li ma jkunux miftuħin għall-pubbliku u anki jekk tkun ser tixhed fil-proċediment.
Inti tista' tkun xhud u anki parti ċivili, kif spjegat hawn fuq.
Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali jiddependi minn liema qorti tisma' l-kaz tiegħek:
Waqt il-proċess kriminali inti aktarx tissejjaħ biex tagħti x-xhieda tiegħek għaliex il-qorti tkun trid tisma' x-xhieda tiegħek bħala vittma tar-reat.
Inti jkollok dritt li tinzamm infurmat dwar dak li qed jiġri fil-proċess kriminali kif ukoll li tkun infurmat bis-sentenza finali
Bħala parti ċivili jkollok aċċess għall-atti u d-dokumenti tal-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jintemm b'deċizjoni tal-qorti li tikkundanna jew tillibera mill-akkuzi lill-imputat. Jekk l-imputat jinstab ħati, l-Imħallef jissentenzjah. Skont il-liġi Maltija, huma biss l-imputat u l-Avukat Ġenerali li għandhom id-dritt li jappellaw mill-kundanna/liberazzjoni mill-akkuzi u/jew mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.
Madankollu, jekk ikun sar appell u inti kont parti ċivili fl-ewwel proċess quddiem il-qorti kriminali, l-avukat tiegħek jitħalla jezamina d-dokumenti rilevanti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-proċedura tal-appell.
Wara li tidħol fis-seħħ is-sentenza, għandek dritt tirċievi kopja tad-deċizjoni tal-Qorti. jekk il-qorti tissentenzja lit-trasgressur għal sentenza ta' priġunerija, inti għandek dritt li tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew inkella jekk jaħrab.
Inti għandek dritt għal appoġġ jew għal protezzjoni wara li jintemmu l-proċeduri kriminali, matul u għal zmien xieraq.
Inti tingħata koja tas-sentenza finali.
Iva, inti tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab.
Ma tkunx involut f'tali deċizjonijiet għalkemm tkun infurmat/a dwarhom.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-proċedura legali biex titlob kumpens mingħand it-trasgressur hija li tiftaħ kawza ċivili għad-danni kontrih, sakemm ma jkunx hemm diġa' xi ordni ta' ħlas mit-trasgressur lill-vittma maħruġa mill-qorti kriminali.
Meta jkun hemm ordni bħal dik, inti jkollok dritt tezegwixxi dik l-ordni daqslikieku kellek favur tiegħek deċizjoni tal-qorti ċivili bil-konsegwenza li tkun tista' saħansitra tipproċedi billi titlob ħruġ ta' mandati ta' qbid u sekwestru.
Jekk it-trasgressur ma jħallasx, allura hemm possibilita' li l-Gvern iħallas lill-vittma bil-quddiem taħt ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fid-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali.
Iva għandek dritt titlob kumpens mingħand l-Istat taħt skema għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'.
http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8983&l=2
formola Elettronika disponibbli: https://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=pjd010m
Hemm jedd għal kumpens anke meta t-tragressur ma jinstabx ħati jew ma jkunx magħruf.
Eċċezzjonalment, jista' jkun hemm pagament t'emerġenza sakemm tiġi finalment deċiza t-talba għall-kumpens.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Pulizija
Sit elettroniku: https://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspx
https://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspxL-aġenzija nazjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bzonn, Appoġġ
Sit elettroniku: http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx
http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspxId-Dipartiment tal-Ġustizzja - għal assistenza dwar kumpens għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'
Kuntatti:
Indirizz elettroniku: info.justicedepartment@gov.mt
Numru tat-telefon: +356 25674330
Indirizz: 21, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1443
Legal Aid Malta Agency
Sit elettroniku: https://mjcl.gov.mt/en/LegalAidMalta/Pages/home.aspx
Supportline 179
Iva, l-appoġġ għall-vittmi jingħata bla ħlas.
Inti għandek dritt tirċievi servizzi ta' appoġġ li jikkonsistu f'li ġej:
Minn għand il-Victim Support Malta tista' tirċievi support emozzjonali biex toħroġ mit-trawma ikkawzata mir-reat, informazzjoni legali dwar proċeduri kriminali relatati mal-vittmi ta' reati u għajnuna prattika bħal per ezempju assistenza fil-komunikazzjoni mal-Pulizija.
Sit elettroniku: https://victimsupport.org.mt/
St Jeanne Antide Foundation
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.