Il-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jinformaw lill-vittmi b’dawn li ġejjin mingħajr dewmien u f’konformità mal-Artikolu 3(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, f’lingwa mifhuma minnhom:
Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Akkoljenza u ta’ Informazzjoni Legali, is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi tas-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali u l-Ministeru tal-Ġustizzja wkoll joffru għajnuna u pariri.
Meta l-vittmi jkunu barranin (ċittadini Ewropej u ta’ pajjiżi terzi), dawn jistgħu jisfruttaw id-drittijiet stabbiliti hawn fuq u jiġu informati dwar kif jeżerċitaw drittijiethom meta jirresjedu fi Stat Membru ieħor tal-UE, jiġifieri d-dritt tagħhom li jippreżentaw kwerela quddiem l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Lussemburgu.
Il-vittmi huma intitolati b’mod partikolari:
Bħala vittmi jew partijiet ċivili li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, il-vittmi huma intitolati għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu f’lingwa li jifhmu u d-dritt għal traduzzjoni mingħajr ħlas tad-dokumenti kollha li jiġu notifikati jew li jkollhom dritt ta’ aċċess għalihom.
Jekk il-vittmi ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, dawn ikollhom id-dritt għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu. Jekk il-vittmi jkollhom indeboliment tat-taħdit jew tas-smigħ, dawn ikunu assistiti minn interpretu tal-lingwa tas-sinjali jew minn kwalunkwe persuna kwalifikata b’lingwa, b’metodu jew b’apparat li jippermettu l-komunikazzjoni magħhom.
Jekk il-vittmi jkunu tfal, dawn ikollhom id-dritt li jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew minn persuna tal-għażla tagħhom.
Il-vittmi għandhom id-dritt li jkunu assistiti minn diversi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. L-assistenza tiġi pprovduta mill-Istat, permezz tas-servizz ta’ assistenza ċentrali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li jilqa’ lill-vittma u jipprovdi appoġġ soċjali, psikoloġiku u legali mingħajr ħlas. Hemm ukoll NGOs li joffru l-għajnuna lill-vittmi jekk il-vittma tkun mara jew minorenni vittma ta’ vjolenza, persuna vulnerabbli, eċċ.
Hu d-dmir tal-pulizija li tinforma lill-vittmi bi drittijiethom u li tfittex li taġixxi bħala intermedjarju għall-assoċjazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. Il-pulizija tipprovdi b’mod sistematiku u obbligatorju fuljett informattiv intitolat “'Informazzjoni u assistenza għall-vittmi” (http://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/flyer-aide-victime-fr.pdf) disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Portugiż u formola ta’ informazzjoni “Infodroit”. (http://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/infodroit-victime.pdf).
Il-privatezza tal-vittmi hi protetta mill-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu. L-Artikolu 11(3) jiddikjara li “l-Istat jiggarantixxi l-protezzjoni tal-privatezza, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi.
Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffru lill-vittmi protezzjoni f’każ ta’ theddidiet jew ta’ atti ta’ vendetta mwettqa mill-awtur, fost oħrajn. Din il-protezzjoni għandha tkun disponibbli mill-bidu tal-investigazzjoni u matul id-durata sħiħa ta’ din. Il-vittmi għandhom ukoll id-dritt li jkunu protetti minn kull intrużjoni fil-ħajjiet privati tagħhom, u fi kwalunkwe każ b’mod dirett wara r-reat.
Is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi hu maħsub għall-vittmi kollha (tfal, adoloxxenti, adulti) li ġarrbu dannu fiżiku u/jew mentali wara reat kriminali. It-tim jipprovdi konsulenza psikoloġika u psikoterapewtika u jinforma lill-vittmi bi drittijiethom u jista’ jakkumpanjahom matul il-proċedimenti ġudizzjarji. Is-servizz joffri wkoll grupp ta’ terapija għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Is-servizz joffri wkoll servizzi lil dawk kollha li, fid-dawl tar-relazzjoni tagħhom mal-vittma, kellhom jaqsmu t-tbatija tagħhom, jew lil xhieda ta’ reati kriminali. L-individwi inkwistjoni mhumiex meħtieġa li jkunu ppreżentaw kwerela biex jaċċessaw is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi.
Iż-żamma tal-persuna akkużata f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess
Il-Pulizija tal-Lussemburgu tista’ tipproteġi lill-vittmi.
Id-diversi elementi huma kkunsidrati meta tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni possibbli qabel il-proċess tal-awtur.
Skont l-Artikolu 48(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittmi minorenni jirċievu l-protezzjoni li ġejja:
Vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin jew ta’ vjolenza domestika jirċievu protezzjoni speċjali f’ċerti kundizzjonijiet.
Vittmi li huma tfal għandhom numru ta’ drittijiet addizzjonali:
Kull min għandu qarib li jmut minħabba reat kriminali u li jasserixxi li ġarrab dannu għandu d-dritt jippreżenta rikors għal kawża ċivili quddiem l-imħallef inkwirenti kompetenti.
F’dan il-każ, dawn għandhom id-dritt b’mod partikolari:
Parti terza affettwata minn reat imwettaq kontra qarib għandha d-dritt:
Il-medjazzjoni kriminali hi alternattiva għall-prosekuzzjoni kriminali; fil-prinċipju, din tippermetti biex tilwima tiġi solvuta mingħajr l-intervent tal-qrati. Il-medjazzjoni bejn l-awtur u l-vittma hi possibbli biss qabel ma jinfetħu l-proċedimenti kriminali. Il-Prosekutur Pubbliku jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal medjazzjoni jekk jidhirlu li aktarx li jikseb kumpens għad-dannu li ġie kkawżat, jew biex itemm it-tfixkil li jirriżulta mir-reat jew jikkontribwixxi għar-riabilitazzjoni tat-trażgressur. Ma jibqax possibbli li ssir medjazzjoni jekk it-trażgressur ikun persuna li magħha tikkoabita l-vittma. Din il-possibbiltà teħtieġ il-qbil kemm tat-trażgressur kif ukoll tal-vittma.
Fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali fuq Legilux.
http://legilux.public.lu/eli/etat/leg/code/procedure_penaleIl-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-vittmi ta’ reat kriminali jistgħu jirrapportaw reat (jippreżentaw kwerela):
Għad li kulħadd jista’ jirrapporta reat, jekk il-vittmi jkun biħsiebhom jieħdu sehem fil-proċedimenti bħala parti ċivili, dawn iridu jippreżentaw kwerela b’mod personali jew inkella permezz tal-avukat tagħhom.
Il-vittmi jistgħu jmexxu prosekuzzjoni privata kontra l-awtur quddiem il-qorti tal-pulizija jew quddiem awla kriminali tal-qorti distrettwali.
Il-kwerela trid tiġi ppreżentata f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Lussemburgu, jiġifieri l-Lussemburgiż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Il-vittmi li ma jitkellmux b'xi waħda minn dawn it-tliet lingwi huma intitolati għal interpretu mingħajr ħlas. Il-kwerela idealment trid issir bil-miktub, bla ma jkun hemm bżonn li tiġi rispettata forma partikolari, u trid tindika:
Il-perjodu li matulu l-vittma trid tippreżenta kwerela jiddependi, b’mod partikolari, mill-perjodu ta’ limitazzjoni tar-reat. Il-perjodu jvarja bejn sena u għaxar snin.
Il-vittmi għandhom id-dritt:
Meta l-kwerela tiġi ppreżentata għand il-Prosekutur Pubbliku, fi żmien 18-il xahar mindu jirċievi l-kwerela jew l-akkuża, il-Prosekutur Pubbliku jinforma lill-vittma b'kull azzjoni meħuda b'segwitu, inkluż, fejn xieraq, bl-għeluq tal-kawża u r-raġuni bażi.
Biex jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja fil-każ li l-vittmi ma jkollhomx biżżejjed riżorsi, b’mod partikolari b’rabta mal-introjtu minimu garantit, dawn għandhom id-dritt li jirċievu appoġġ legali sħiħ mingħajr ħlas għad-difiża tal-interessi tagħhom. Din l-għajnuna tiġi pprovduta mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati, jekk il-vittmi jitolbuha u jkunu:
Biex jiġu ddeterminati r-riżorsi finanzjarji, jiġu kkunsidrati l-introjtu gross totali u l-ġid, kif ukoll l-introjti tan-nies li jgħixu fl-istess abitazzjoni. Minbarra l-każ ta’ riżorsi limitati, il-vittmi jistgħu jirċievu għajnuna legali wkoll jekk ikun hemm raġunijiet serji relatati mas-sitwazzjoni soċjali, tal-familja jew materjali tagħhom li jiġġustifikaw l-eliġibbiltà.
Talba għall-għajnuna legali trid issir bl-użu ta’ kwestjonarju disponibbli mingħand is-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (http://www.guichet.public.lu/citoyens/fr/organismes/service-central-assistance-sociale/index.html) iffirmata mill-vittma u mibgħuta lill-President kompetenti fit-territorju tal-Kamra tal-Avukati (Diekirch jew il-Lussemburgu).
Il-kwestjonarju li jrid jimtela jinkludi b’mod partikolari:
Il-vittmi jistgħu jindikaw ukoll isem l-avukat(i) li jixtiequ li jiġu assenjati permezz tal-iskema ta’ għajnuna legali, jew fejn applikabbli, jindikaw isem l-avukat li bħalissa hu assenjat lilhom.
Id-dokumenti li jridu jinhemżu mat-talba mill-vittmi:
Wara li tiġi vverifikata l-insuffiċjenza tar-riżorsi, l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna legali jiġi notifikat mill-President tal-Kamra tal-Avukati jew mill-membru delegat mill-President għal dan l-għan, bil-posta ordinarja jekk tkun ingħatat u b’ittra rreġistrata jekk tkun ġiet irrifjutata. Il-President jaħtar l-avukat li l-vittma tkun għażlet liberament jew, jekk ma ssir ebda għażla jew il-President iqis li l-għażla mhix waħda xierqa, avukat nominat.
Nutara u bailiffs jinħatru ex officio mill-qorti li tieħu ħsieb il-kawża fi ħdan il-qafas tal-għajnuna legali.
Jekk l-għajnuna legali tingħata matul il-proċedimenti, l-ispejjeż imġarrba mill-vittma jiġu rimborżati.
Spejjeż mhux rimborżati
Jekk il-vittma tirċievi għajnuna legali u tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, dawn jiġġarrbu mill-Istat.
F’kawżi kriminali, l-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż u l-multi imposti fuq persuni li huma kundannati.
Jekk kawża tingħalaq qabel ma tasal quddiem il-qorti, in-notifika tispeċifika l-kundizzjonijiet biex il-vittmi jkunu jistgħu jiftħu proċedimenti billi jippreżentaw prosekuzzjoni privata jew talba bħala parti ċivili.
Jekk il-pieni għar-reati jkunu pieni kriminali jew pieni korrettivi, in-notifika tinkludi l-informazzjoni li l-vittmi jistgħu japplikaw quddiem il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat, li jkollu d-dritt li jordna l-prosekuzzjoni lill-prosekutur tal-istat.
Jekk il-kunsill ġudizzjarju (Chambre du conseil) jiddeċiedi li ma jirreferix il-kawża kriminali lil qorti li tiddeċiedi dwar il-ħtija tal-awtur allegat, il-vittmi jistgħu jappellaw quddiem il-kunsill ġudizzjarju tal-Qorti tal-Appell. Għaldaqstant, dawn għandhom id-dritt li jippreżentaw talbiet u kummenti lil dan il-kunsill.
Jekk il-kunsill ġudizzjarju jiddeċiedi li jwaqqa’ l-kawża għal raġunijiet ta’ fatt u mhux ta' dritt, il-vittmi xorta waħda jistgħu jirrikorru quddiem qorti ċivili biex jiksbu kumpens għad-danni.
Bħal fl-inkjesta/fl-investigazzjoni, il-vittmi jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti bla ma jkollhom xi status speċjali jew bħala parti ċivili.
Il-vittmi jistgħu jattendu kemm seduti pubbliċi kif ukoll mhux pubbliċi, iżda biss jekk jitħarrku bħala xhieda. Dawn jistgħu jintalbu jidhru wkoll bħala xhieda għas-sottomissjonijiet orali. Għal dan l-għan, huma jirċievu taħrika bil-miktub mingħand il-Prosekutur Pubbliku u jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta. Matul il-proċess, il-vittmi jpoġġu fuq wara tal-awla biex ma jidħlux f’kuntatt dirett mal-persuna akkużata.
Il-partijiet ċivili jirċievu taħrika bil-miktub għas-sottomissjonijiet orali. Dawn għandhom ukoll id-dritt li jattendu għal seduti pubbliċi u mhux pubbliċi, u jridu jkunu preżenti biex jippreżentaw it-talbiet tagħhom. Fil-prinċipju, dawn jintervjenu wara s-smigħ tax-xhieda. Barra minn hekk, dawn jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu fuq il-fatti.
Ir-rwol uffiċjali tiegħek fis-sistema ġudizzjarja hu dak ta’ vittma mingħajr status speċjali. Il-vittmi għandhom id-dritt li jissieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili.
B’mod partikolari, il-vittmi għandhom id-dritt:
Il-partijiet ċivili għandhom ukoll id-dritt:
Ix-xhieda jistgħu jattendu għal seduti u jikxfu b’ġurament quddiem l-imħallef dak kollu li jafu dwar il-fatti. Ix-xhieda jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta.
Il-partijiet ċivili jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu dwar il-fatti; avukat għal parti ċivili jista’ jinterroga lill-esperti kif ukoll lix-xhieda għad-difiża.
Fil-prinċipju, l-evidenza kollha tiġi ammessa dment li tiġi rikonoxxuta bil-ħsieb u mill-esperjenza li din tista’ tmexxi lill-imħallef biex jikkundanna. L-evidenza tista’ tiġi ppreżentata dment li l-partijiet ikunu jistgħu jgħidu dak li jaħsbu u jargumentaw dwarha.
L-informazzjoni li ġejja tiġi komunikata lill-Vittma:
Meta tiġi ppreżentata kwerela għand il-pulizija, il-kwerelanti jirċievu kopja tal-kwerela mingħajr ħlas, minnufih jew inkella fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-kwerela. Il-kwerelanti jistgħu jitolbu wkoll lill-qorti li tieħu ħsieb il-kawżi tagħhom għal passi proċedurali speċifiċi.
Jekk il-kwerelanti ssieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili, dawn għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għall-atti tal-kawża, fl-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti, wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li għaliha tkun meħtieġa l-għajnuna legali;
Meta jitlestew il-proċedimenti, l-imħallef inkwirenti jikkomunika l-atti tal-kawża lill-Prosekutur Pubbliku. Bħala parti ċivili, ikollok id-dritt tikkonsulta l-atti tal-anqas tmint ijiem tax-xogħol qabel ma l-kawża tiġi eżaminata mill-kunsill ġudizzjarju.
Partijiet ċivili, u persuni li jistgħu juru li għandhom interess personali leġittimu, għandhom id-dritt jirċievu kopja tal-atti tal-kawża, ħlief kwalunkwe karta u dokument sekwestrati, fi ħdan perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel id-data magħżula tas-seduta. Għal dan l-għan, dawn iridu jagħmlu talba lill-Prosekutur Pubbliku.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Kull sentenza finali għandha l-awtorità ta’ res judicata malli tinqata’. B’hekk, din titqies li tirrappreżenta l-verità dment li ma titħassarx bl-eżerċizzju ta’ rimedju legali previst mil-liġi. Normalment l-imħallef jiddeċiedi dwar il-kawżi kriminali u ċivili fl-istess sentenza.
Minħabba d-dritt għal proċess ġust, din l-awtorità ta’ res judicata tapplika biss għal dawk li kienu partijiet fil-proċess kriminali u għall-elementi tad-deċiżjoni li dawk il-partijiet setgħu jasserixxu l-każ tagħhom fuqhom. Bħala vittma, tista’ tappella biss jekk kont parti għall-proċedimenti, billi ssiħibt fihom bħala parti ċivili.
F’din il-kapaċità, hu possibbli li tappella, iżda biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek u jekk ikollok interess fit-teħid ta’ azzjoni, jiġifieri jekk il-qorti ċaħdet it-talba tiegħek għal kumpens jew jekk int tqis li l-ammont mogħti ma jkunx biżżejjed.
B’hekk, ma tistax tappella għaliex ma taqbilx mas-sentenza imposta jew għaliex il-qorti lliberat lill-konvenut. Il-Prosekutur tal-Istat biss jista’ jippreżenta appell dwar l-aspett kriminali tal-proċedimenti.
Ikkonsulta lill-avukat tiegħek biex tistabbilixxi jekk tkunx idea tajba li tippreżenta appell. Jekk l-avukati tiegħek jaqblu, l-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien 40 jum fir-Reġistru tal-qorti li qatgħet is-sentenza.
Wara li tinqata’ s-sentenza, tista’ tirċievi kopja tagħha.
Hu possibbli wkoll li tippreżenta appell, iżda biss jekk kont parti fil-proċedimenti, billi sseħibt bħala parti ċivili u biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek (ara l-punt 1).
Jekk tkun ippjanata libertà kondizzjonali, tista’ tinforma lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, li jkun inkarigat mill-eżerkuzzjoni tas-sentenza, li int toġġezzjona.
Tista’ tibqa’ tkun rappreżentat minn avukat.
Bħala parti ċivili, għandek id-dritt għal għajnuna legali għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenza.
Bħala vittma ta’ reat intenzjonat li jirriżulta f’korriment fiżiku, tista’, b’ċerti kundizzjonijiet, titlob lill-Ministeru tal-Ġustizzja għal kumpens li jitħallas mill-Istat, meta ma tkunx tista’ tiġi kkumpensat mill-awtur tar-reat.
Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffrulek protezzjoni bħala l-vittma. Kwalunkwe deċiżjoni rigward il-libertà kondizzjonata ta’ persuna kkundannata b’parole tista’ tkun soġġetta għal patti u għal kundizzjonijiet speċifiċi, li jkunu relatati b’mod partikolari mal-protezzjoni tas-soċjetà u tal-vittma.
Fuq talba, għandek id-dritt li tikseb informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.
Rigward is-sentenza imposta fuq it-trażgressur, jekk jogħġbok kun af li d-deċiżjoni ta’ sentenzjar trid issemmi d-dispożizzjonijiet tal-liġi li huma applikati, mingħajr ma tirriproduċi l-patti, il-fatti li jikkostitwixxu r-reat stipulat fl-atti tal-akkuża jew is-sentenza jew is-sentenzi imposti (l-Artikolu 195 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, int tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali.
Fil-Lussemburgu, persuna kkundannata fil-proċedimenti finali tkun fil-Ħabs ta' Schrassig jew fil-Ħabs ta' Givenich.
Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, wara talba speċifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, tista’ tiġi infurmat bil-ħelsien jew il-ħarba ta’ trażgressur jekk ikun hemm periklu jew riskju identifikat ta’ ħsara għalik, sakemm din in-notifika ma tinvolvix riskju ta’ identità tad-dannu għat-trażgressur.
Le.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
F’ħafna mill-każijiet, tkun il-qorti responsabbli għall-proċessar tat-trażgressur li, jekk issib l-imputat ħati, tistabbilixxi l-ammont tad-danni u tal-imgħax mogħtija lill-vittmi bħala kumpens għat-telf tagħhom.
Biex il-qorti tintalab tieħu deċiżjoni dwar kumpens, importanti li l-vittmi jintervjenu bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Il-vittmi jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili fi kwalunkwe waqt matul l-investigazzjoni. Il-vittmi mhumiex meħtieġa jidhru matul is-seduta. Dawn jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat u jagħmlu t-talbiet tagħhom bil-miktub qabel is-seduta.
Jekk il-vittmi ma jintervjenux bħala parti ċivili jew ma jagħmlu ebda talba, il-qorti ma tkunx tista’ tagħti kumpens għad-danni u l-imgħax lill-vittmi minn jeddha.
Vittmi li ma jintervjenux bħala parti ċivili matul is-seduta kriminali ma jitilfux id-dritt tagħhom għal kumpens.
Fil-fatt, il-vittmi xorta waħda jkunu jistgħu jiftħu kawża kontra t-trażgressur quddiem il-qrati ċivili, dment li jaġixxu qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ limitazzjoni skont id-dritt ċivili u li juru li l-fatti inkwistjoni jikkostitwixxu ksur tal-liġi ċivili.
Ir-rwol tal-qorti kriminali hu li tikkwantifika d-dannu li ġarrbu l-vittmi, iżda din ma tintervjenix fl-irkupru tad-danni u tal-imgħax mogħtija.
Hi responsabbiltà tal-vittmi, ladarba tinqata’ s-sentenza finali, li jieħdu passi biex jiksbu ħlas għal dawn id-danni mingħand it-trażgressur.
Spiss ikun l-avukat li jieħu ħsieb biex jara li jseħħ l-irkupru tad-danni u tal-imgħax, għall-ewwel b’mod amikevoli, billi jikkuntattja lill-avukat tal-persuna kkundannata, jew billi jippreżenta talba ma’ bailiff biex tiġi eżegwita s-sentenza.
Meta l-qorti li tikkundanna timponi sentenza sospiża li tinkludi obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens, il-Prosekutur Ġenerali Pubbliku, li hu inkarigat mill-eżekuzzjoni tas-sentenzi, jivverifika jekk il-persuni kkundannati humiex qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom.
Matul il-proċess, il-qorti tista’ tagħti ħlas interim sakemm titlesta perizja, pereżempju. Jekk it-trażgressur jirrifjuta milli jagħmel dan il-ħlas, jew ma jkunx jiflaħ jagħmlu, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jieħu karigu f’każ ta’ ħtieġa murija bil-provi.
Il-Liġi emendata tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens ta’ ċerti vittmi ta’ dannu fiżiku li jirriżulta minn reat toħloq dritt għall-kumpens li jista’ jiġi debitat lill-baġit tal-Istat favur ċerti vittmi ta’ reat. Din hi miżura importanti għall-vittmi f’każ li:
It-trażgressur tal-attakk ma jkunx ġie identifikat; it-trażgressur tal-aggressjoni, għad li jkun ġie identifikat, ma jkunx jista’ jinstab; it-trażgressur ikun insolventi.
Biex jasserixxu dan id-dritt, il-vittmi jridu japplikaw mal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jieħu deċiżjoni dwar talbiet għal kumpens fi żmien sitt xhur. It-talbiet iridu jiġu abbozzati bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż u jridu jindikaw id-data, il-post u n-natura eżatta tal-fatti. Evidenza dokumentarja tal-fatti u tad-dannu mġarrab mill-vittma trid tkun mehmuża ma’ din l-ittra b'appoġġ tat-talba.
Id-dritt għall-kumpens hu soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li l-vittmi jridu jissodisfaw:
Il-vittmi jridu jkunu jirresjedu b’mod regolari u abitwali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa. Barra minn hekk, fil-mument tar-reat il-vittmi jrid ikollhom id-dokumenti tagħhom kompletament skont ir-regoli fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu vittmi tar-reat imsemmi fl-Artikolu 382(1) tal-Kodiċi Kriminali [Traffikar tal-bnedmin];
Id-dannu mġarrab irid jirriżulta minn atti intenzjonati li fin-natura tagħhom ikunu reat.
Id-dannu jrid ikun dannu fiżiku u ma jistax ikun sempliċi ħsara materjali (li jeskludi, pereżempju, kumpens fil-każ ta’ sempliċi serq).
Id-dannu jrid jirriżulta fi tfixkil serju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jista’ jirriżulta minn telf ta’ introjtu jew tnaqqis f’dan, minn żieda fi spejjeż jew fi spiża eċċezzjonali, jew minn inkapaċità biex titwettaq attività professjonali, mit-telf ta’ sena skola, minn ħsara fiżika jew mentali jew minn dannu morali jew estetiku kif ukoll minn tbatija fiżika jew mentali. Vittmi ta’ reat skont l-Artikoli 372 sa 376 tal-Kodiċi Kriminali huma eżentati milli jipprovdu prova ta’ dannu fiżiku jew mentali, li hu preżunt li jeżisti.
Il-kumpens irid jitħallas mill-Istat biss jekk il-vittma ma tkunx tista’ tikseb kumpens effettiv u suffiċjenti bi kwalunkwe mod (eż. mingħand it-trażgressur, is-sigurtà soċjali jew permezz ta’ kopertura personali b'assigurazzjoni).
Importanti li wieħed ikun jaf li l-kumpens jista’ jiġi miċħud jew jitnaqqas minħabba l-imġiba tal-vittmi fil-ħin materjali jew ir-relazzjoni tagħhom mat-trażgressur.
Jekk l-Istat jikkumpensa lill-vittmi, dawn xorta waħda jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili u jitolbu somom addizzjonali mingħand it-trażgressur jekk iqisu li l-kumpens ma jkunx biżżejjed. F’dak il-każ, il-vittmi jridu jinformaw lill-qorti bil-fatt li huma ppreżentaw talba għal kumpens lill-Istat jew li huma kisbu t-tali kumpens mingħand l-Istat, skont il-każ.
Il-vittmi huma intitolati għal kumpens jekk it-trażgressur ma jiġix ikkundannat dment li jkunu vittmi ta’ reat kriminali u t-trażgressur tal-attakk ma jiġix identifikat, jew jekk it-trażgressur tal-attakk ikun ġie identifikat iżda ma jistax jinstab, jew jekk it-trażgressur ikun insolventi.
Jekk ma jkun hemm ebda proċess u, b’hekk, ebda determinazzjoni ta’ kumpens mill-qorti, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti somma fissa u/jew jordna perizja aspejjeż tiegħu biex jiddetermina l-ammont tal-kumpens li jrid jingħata lill-vittma.
Fil-każ ta’ ħtieġa murija debitament, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ħlas filwaqt li tkun għadha qed tiġi eżaminata l-applikazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
-Bħala vittma ta’ reat, tista’ tikkuntattja lis-servizzi ewlenin li ġejjin ta’ appoġġ għall-vittmi:
Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (SCAS) - Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi (Service central d’assistance sociale (SCAS) – Services d’Aide aux Victimes (SAV))SAV fil-Lussemburgu
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
Plaza Liberty Building, Entrance C
12-18 rue Joseph Junck
L-1839 Luxembourg
Tel.: (+352) 47 58 21-627
(+352) 47 58 21-628
GSM: (+352) 621 32 65 95
Posta elettronika: scas-sav@justice.etat.lu
Sit web: https://justice.public.lu/fr/aides-informations/assistance-sociale/scas-service-aide-victimes.html
1. Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati (Aide aux Victimes de la Criminalité) - Wäisse Rank Lëtzebuerg Asbl
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
84 rue Adolphe Fischer
L-1521 Luxembourg
Tel.: (+352) 40 20 40
Posta elettronika: wrl@pt.lu
Sit web: http://www.benevolat.public.lu/de/espace-benevole/decouvrir-associations/chercher-association/associations/?~=/de/assoc/212
2. Servizz ta’ appoġġ għall-vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza domestika
Hemm tliet servizzi bħal dawn:
- SAVVD fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
BP 1024
L-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 26 48 18 62
Faks: (+352) 26 48 18 63
Posta elettronika: contact@savvd.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/savvd/
- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)
Għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
BP 1024
L-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63
Posta elettronika: contact@psyea.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/psyea/
- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)
Servizz ta’ appoġġ għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
5, Route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange L-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 51 72 72 89
Posta elettronika: alternatives@profamilia.lu
Sit web: http://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html
3. Servizzi ta’ konsultazzjoni għal nisa li huma vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza
It-tipi ta’ appoġġ:
Hemm erba’ gruppi bħal dawn:
- VISAVI (Ħajja Mingħajr Vjolenza))(VISAVI (Vivre Sans Violence)) fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà(Femmes en détresse)
Ċentru ta’ konsultazzjoni għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika
DETTALJI TA’ KUNTATT:
2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg
Tel.: (+352) 49 08 77-1
Faks: (+352) 26 48 26 82
Posta elettronika: feminfo@visavi.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/visavi/
- IĊ-ĊENTRU TAN-NOFSINHAR (FOYER SUD) f’Esch-sur-Alzette tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa tal-Lussemburgu (Conseil national des femmes du Luxembourg)
Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.
DETTALJI TA’ KUNTATT:
41, rue de Luxembourg
L-4220 Esch sur Alzette
Tel.: (+352) 54 55 77 / 26 53 03 26 / 54 57 57
Faks: (+352) 54 57 57 57
Posta elettronika: foyersud@pt.lu
Sit web: http://www.cnfl.lu/site/foyersud.html
- Iċ-Ċentru OZANAM fil-Lussemburgu
- Iċ-Ċentru OZANAM Tramuntana (Centre OZANAM Nord) f’Wiltz mill-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)
Ċentri ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.
DETTALJI TA’ KUNTATT:
Ozanam Luxembourg
64, rue Michel Welter
L-2730 Luxembourg
Tel.: (+352) 48 83 47
Posta elettronika: ozanam@fmpo.lu
Sit web: http://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam/
DETTALJI TA’ KUNTATT:
Ozanam Nord
49, Grand-Rue
L-9530 Wiltz
Tel.: (+352) 26 95 39 59
Posta elettronika: ozanam.nord@fmpo.lu
Sit web: http://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam-nord/
- PROFAMILIA f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)
Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.
DETTALJI TA’ KUNTATT:
5, route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange
Tel.: (+352) 51 72 72-41
Faks: (+352) 52 21 88
Posta elettronika: femmes@profamilia.lu
Sit web: http://www.cnfl.lu/
4. Ċentru ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi reġistrati ta’ vjolenza
Hemm erbgħa:
- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)
Servizz psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 3 u 21 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza domestika u għal familthom.
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
BP 1024
L-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63
Posta elettronika: contact@psyea.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/psyea/
- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)
Servizz ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 0 u 27 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza fiżika u mentali li tinkludi vjolenza domestika, u għal familthom.
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
5, Route de Zoufftgen
L-3598 DudelangeL-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 51 72 72 89
Posta elettronika: alternatives@profamilia.lu
Sit web: http://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html
- OXYGENE f’Dudelange mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) mingħajr skop ta’ qligħ
Servizz ta’ konsultazzjoni u ta’ informazzjoni għal tfajliet (ta’ bejn 12 u 21 sena) f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali.
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg
Tel.: (+352) 49 41 49
Faks: (+352) 27 12 59 89
Posta elettronika: infofilles@pt.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/oxygene/
- ALUPSE DIALOGUE fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Alupse
Konsultazzjoni psikoloġika u servizz ta’ terapija għal tfal ta’ bejn 0 u 21 sena li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali u għal familthom.
DETTALJI TA’ KUNTATT:
8, rue Tony Bourg
L- 1278 Luxembourg
Tel.: (+352) 26 18 48-1
Faks: (+352) 26 19 65 55
Posta elettronika: alupse@pt.lu
Sit web: http://www.alupse.lu/fr/lassociation-alupse/
5. Ċentru akkreditat għall-konsultazzjoni, għall-informazzjoni u għall-assistenza għal irġiel u għal subien f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza - infoMann fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ actTogether association
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
5, Cour du Couvent
L-1362 Luxembourg
Tel.: (+352) 27 49 65
Faks: (+352) 27 49 65 65
Posta elettronika: info@infomann.lu
Sit web: http://www.infomann.lu/
6. Ċentru akkreditat ta’ konsultazzjoni u ta’ assistenza għall-awturi ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika - Riicht eraus fil-Lussemburgu tas-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
73 rue Adolph Fischer
L-1520 Luxembourg
Tel.: (+352) 27 55-5800
Helpline tas-Salib l-Aħmar: (+352) 27 55
Faks: (+352) 27 55-5801
Posta elettronika: riichteraus@croix-rouge.lu
Sit web: http://www.croix-rouge.lu/riichteraus/
7. Servizz ta’ Assistenza għal vittmi rikonoxxuti ta’ traffikar tal-bnedmin
Kura għal pazjenti ta' barra u ta' ġewwa għall-vittmi kollha ta’ traffikar tal-bnedmin, nisa, irġiel u tfal.
Hemm tnejn, li huma koordinati:
- SAVTEH fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl
- COTEH fil-Lussemburgu tal-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)
It-tipi ta’ appoġġ:
DETTALJI TA’ KUNTATT:
SAVTEH
BP 1024
L-1010 Luxembourg
Tel.: (+352) 26 48 26 31
Faks: (+352) 26 48 26 82
GSM: (+352) 621 316 919
Posta elettronika: traite.humains@visavi.lu
Sit web: http://fed.lu/wp/services/savteh/
COTEH
Tel.: (+352) 24 87 36 22
GSM: (+352) 621 351 884
Posta elettronika: coteh@fmpo.lu
Sit web: http://fmpo.lu/services/service-dassistance-aux-victimes-de-la-traite-des-etres-humains/
C. Pulizija:
Pulizija tal-Lussemburgu
Direttorat Ġenerali
(Police Grand-Ducale Direction Générale) L-2957 Luxembourg
Tel.: (+352) 49 97-1
Linja ta’ Emerġenza: 113
Faks: (+352) 49 97-20 99
Posta elettronika: contact@police.public.lu
Sit web: http://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/
D. Awtoritajiet lokali:
Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni ġudizzjarji (Service d’accueil et d’information juridique):
-DIEKIRCH
Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 Diekirch
Tel.: (+352) 80 23 15
-ESCH-SUR-ALZETTE
Justice de Paix
Place Norbert Metz
L-4239 Esch-sur-Alzette
Tel.: (+352) 54 15 52
-LUXEMBOURG
Cité judiciaire
Building BC
L-2080 Luxembourg
Tel.: (+352) 22 18 46
Sit web: http://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/accueil-info-juridique/
Servizz ta’ informazzjoni legali “Women’s Rights”:
UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU ĠENERALI (PARQUET GÉNÉRAL)
Cité judiciaire
Building BC jew CR
L-2080 Luxembourg
Sit web: http://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/droits-femme/index.html
E. Ministeri:
-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministère de la Justice)
13 rue Erasme
L-2934 Luxembourg
Tel.: (+352) 247-84537
Faks: (+352) 26 68 48 61
Posta elettronika: info@mj.public.lu
Sit web: http://www.mj.public.lu/
Missjoni:
-Ministeru tal-Intern (Ministère de l’Intérieur)
BP 10
L-2010 Luxembourg
Tel.: (+352) 247-84600
Faks: (+352) 22 11 25
Posta elettronika: info@miat.public.lu
Sit web: http://www.mi.public.lu/
Missjonijiet f’konformità mad-Digriet tal-Gran Dukat tat-28 ta’ Jannar 2015:
-Ministeru tas-Sigurtà Interna (Ministère de la Sécurité intérieure)
19-21 Boulevard Royal
L-2449 Luxembourg
Tel.: (+352) 247-84659
Faks: (+352) 22 72 76
Posta elettronika: secretariat@msi.etat.lu
Sit web: http://www.gouvernement.lu/3313529/minist_securite_interieure
Appoġġ għall-vittmi f’konformità mad-Digriet tal-Lussemburgu tat-28 ta’ Jannar 2015:
-Ministeru tal-Opportunitajiet Indaqs (MEGA) (Ministère de l’Égalité des Chances)
6A, bd. F. D. Roosevelt
Hôtel Terres Rouges
L-2921 Luxembourg
Tel.: (+352) 247-85806
Faks: (+352) 24 18 86
Posta elettronika: info@mega.public.lu
Sit web: http://www.mega.public.lu/fr/index.html
Missjonijiet:
-Pulizija tal-Lussemburgu
Hotline: 113
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum
Is-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu
Hotline: 2755
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 sal-22.00
-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)
Hotline: (+352) 44 81 81
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum
-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)
Hotline: (+352) 44 81 81
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 sat-15.00
Iva, l-appoġġ għall-vittmi hu pprovdut mingħajr ħlas.
ara t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija taħt B.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.