Iva, essenzjalment minħabba li jkunu rilevanti xi drittijiet u garanziji addizzjonali (ara wkoll hawn taħt).
L-attivitajiet tal-pulizija fl-investigazzjonijiet kriminali huma previsti fl-Artikoli 347 sa 357 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali; l-attivitajiet tal-prosekutur pubbliku huma rregolati mill-Artikoli 358 sa 378 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.
Skont l-Artikolu 384 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, minbarra f’każijiet flagranti, li fihom il-pulizija tar-reati kriminali twettaq arrest obbligatorju jew arrest fakultattiv ta’ persuna suspettata waqt li tkun qed twettaq reat, fejn ikun hemm fatturi speċifiċi li, anke meta jkun impossibbli li tiġi identifikata l-persuna suspettata, jindikaw li r-riskju ta’ ħarba huwa fondat, il-prosekutur pubbliku jordna l-arrest provviżorju jew, qabel ma l-prosekutur pubbliku jkun ħa f’idejh l-investigazzjoni, il-pulizija tar-reati kriminali twettaq l-arrest provviżorju ta’ persuna fuq inizjattiva proprja fuq suspett serju ta’ reat li għalih il-liġi timponi sentenza ta’ għomor il-ħabs jew ta’ priġunerija ta’ mill-inqas sentejn u massimu ta’ sitt (6) snin, jew ta’ reat li jinvolvi armi tal-gwerra u splussivi, jew ta’ reat imwettaq għall-finijiet tat-terroriżmu, inkluż it-terroriżmu internazzjonali, jew is-sovverżjoni tal-ordni demokratiku.
Il-persuna li tkun qed tiġi investigata, anke jekk tiġi arrestata jew miżmuma għal raġuni oħra, tipparteċipa b’mod volontarju fl-interrogazzjoni, suġġett għas-salvagwardji meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħarba jew vjolenza; ma jistgħux jintużaw metodi jew tekniki li jistgħu jinfluwenzaw il-libertà tal-awtodeterminazzjoni jew li jbiddlu l-kapaċità tal-memorja u tal-valutazzjoni tal-fatti, anke bil-kunsens tal-persuna interrogata.
L-arrest preventiv u miżuri oħra ta’ superviżjoni personali huma previsti fl-Artikoli 272 sa 315 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Is-sistema ta’ miżuri ta’ superviżjoni personali hija regolata mill-prinċipji tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità, li abbażi tagħhom, bħala regola ġenerali, meta jordna l-miżuri, l-imħallef irid iqis, minn naħa, l-adegwatezza speċifika ta’ kull miżura meta mqabbla man-natura u l-grad tar-rekwiżiti kawtelatorji li jidu jiġu ssodisfati fil-każ speċifiku u, min-naħa l-oħra, kull miżura trid tkun proporzjonata għall-kobor tal-fatti u għall-penali li tkun ġiet jew tista’ tiġi imposta.
Iva, f’konformità mal-Artikolu 143 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat, b’mod ġenerali, li n-notifika tat-tlestija tal-investigazzjonijiet preliminari lill-persuna suspettata u lill-avukat tad-difiża tagħha tinkludi rapport fil-qosor tal-fatti li fuqhom tkun se tittieħed azzjoni legali, id-dispożizzjonijiet legali li allegatament inkisru u d-data u l-post tal-att, filwaqt li tindika li d-dokumenti relatati mal-investigazzjonijiet imwettqa jkunu ġew ippreżentati lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u li l-persuna suspettata u l-avukat tagħha jkunu intitolati li jispezzjonaw u jieħdu kopja tagħhom; barra minn hekk, hemm stabbiliti regoli speċifiċi dwar id-dritt li wieħed jiġi infurmat u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti fil-proċess tal-kawża, b’mod partikolari dwar kif għandha ssir l-interrogazzjoni jew dwar l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni personali.
Il-persuna suspettata/akkużata hija intitolata tqabbad mhux aktar minn żewġ avukati biex jiddefenduha; persuna suspettata/akkużata li ma tkunx qabbdet avukat jew li ma jkollhiex avukat difensur tkun assistita minn avukat maħtur uffiċjalment. Għall-ispezzjonijiet u t-tfittxijiet, japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi li jinkludu, id-dritt tal-persuna kkonċernata li tkun assistita minn rappreżentant, sakemm dan ikun disponibbli u xieraq.
Iva, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ.
L-Artikolu 27 tal-Kostituzzjoni Taljana jipprevedi li l-persuni akkużati ma għandhomx jitqiesu ħatja sakemm tingħata sentenza finali.
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota, fost l-oħrajn, li qabel ma tibda l-interrogazzjoni, il-persuni jridu jiġu infurmati li d-dikjarazzjonijiet tagħhom dejjem jistgħu jintużaw kontrihom u li, ħlief għall-obbligu li jipprovdu d-dettalji tagħhom, għandhom id-dritt li ma jwieġbu l-ebda mistoqsija, iżda l-proċedura tkompli xorta waħda; jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux osservati, kwalunkwe dikjarazzjoni li tagħmel il-persuna li tkun ġiet interrogata ma tkunx tista’ tintuża.
B’mod ġenerali, l-oneru tal-prova fir-rigward tal-fatti relatati mal-att ta’ akkuża, tar-responsabbiltà kriminali u tad-determinazzjoni tal-piena jew tal-miżura preventiva jaqa’ fuq il-prosekutur pubbliku.
Ir-regoli relatati mal-proċedimenti kriminali kontra t-tfal u ż-żgħażagħ huma stabbiliti fid-Digriet Presidenzjali Nru 448 tat-22 ta’ Settembru 1988 li, b’mod ġenerali, jistabbilixxi sistema ta’ benefiċċju akbar għall-persuna suspettata/akkużata, kemm fl-investigazzjonijiet preliminari kif ukoll fil-proċedimenti tal-qorti.
Bħala regola ġenerali, japplikaw ir-regoli ordinarji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet individwali rilevanti.
B’mod ġenerali, jekk il-prosekutur pubbliku ma jitlobx iċ-ċaħda tal-kawża, huwa jrid jiftaħ proċedimenti kriminali fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha l-isem tal-persuna li tkun ġiet akkużata bir-reat jiddaħħal fir-reġistru tar-reati rrapportati; din l-iskadenza hija estiża għal sena għal kwalunkwe wieħed mir-reati stabbiliti fl-Artikolu 407(2)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (kriminalità organizzata, terroriżmu, reati relatati ma’ armi tan-nar jew drogi u reati serji oħra). Fi kwalunkwe każ, qabel ma tiskadi l-iskadenza, il-prosekutur pubbliku jista’ jitlob lill-imħallef responsabbli għall-investigazzjonijiet preliminari biex jestendi l-perjodu msemmi hawn fuq għal raġunijiet ġustifikati; il-prosekutur pubbliku jista’, bħala regola, jitlob aktar estensjonijiet f’każijiet ta’ investigazzjonijiet partikolarment kumplessi jew fejn ikun oġġettivament impossibbli li dawn jiġu konklużi fil-perjodu estiż; kwalunkwe estensjoni tista’ tiġi awtorizzata mill-imħallef responsabbli għall-investigazzjonijiet preliminari għal perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur. Bħala regola, l-investigazzjonijiet preliminari, inkluża kwalunkwe estensjoni, ma jistgħux, madankollu, idumu aktar minn 18-il xahar. Madankollu, it-tul massimu huwa ta’ sentejn jekk l-investigazzjonijiet preliminari jikkonċernaw ir-reati msemmija fl-Artikolu 407(2)(a), jew f’każijiet speċifiċi limitati oħra stabbiliti bil-liġi.
Minbarra l-arrest preventiv, jistgħu jiġu imposti l-miżuri koerċittivi ta’ superviżjoni personali li ġejjin: il-projbizzjoni fuq it-tluq mill-pajjiż, l-obbligu ta’ rappurtar lill-pulizija tal-investigazzjoni kriminali, it-tneħħija mid-dar tal-familja, il-projbizzjoni li wieħed imur f’postijiet li normalment iżżurhom il-vittma, il-projbizzjoni u l-obbligu ta’ residenza f’indirizz speċifiku, l-arrest domiċiljari, l-arrest preventiv f’istituzzjonijiet b’arranġamenti ta’ detenzjoni aktar laxki għall-ommijiet, l-arrest preventiv f’faċilità ta’ kura medika.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Bħala regola ġenerali, il-proċess iseħħ fil-post fejn il-qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni - f’termini territorjali u relatati mas-suġġett - fir-rigward tar-reat ikkonċernat.
B’mod ġenerali, jekk waqt il-proċess il-fatti jidhru li jkunu differenti minn dawk deskritti fid-digriet li jirreferi l-kwistjoni għal proċess u ma jkunux kompetenza ta’ qorti superjuri, il-prosekutur pubbliku jemenda l-akkuża u jipproċedi bin-notifika l-ġdida; l-istess japplika fir-rigward ta’ reat konkorrenti u kwalunkwe ċirkustanza aggravanti li tirriżulta mill-proċess. Bħala regola, il-prosekutur pubbliku jipproċedi bil-mod ordinarju jekk, matul il-proċess, jirriżulta fatt ġdid fir-rigward tal-imputat li ma jkunx stabbilit fid-digriet oriġinali u li jrid jiġi ttrattat ex officio. Madankollu, jekk il-prosekutur pubbliku jitlob hekk, l-imħallef jista’ jawtorizza n-notifika tal-akkuża emendata fl-istess seduta, jekk l-imputat jagħti l-kunsens tiegħu u jekk dan ma jippreġudikax it-termini tal-proċedimenti. Jekk il-prosekutur pubbliku jipproċedi direttament bl-akkuża l-ġdida, bħala regola l-imputat jista’ jitlob li l-proċess jiġi sospiż u li jiġu ammessi provi ġodda.
L-imputat għandu d-dritt - mhux l-obbligu - li jkun preżenti waqt il-proċess. Il-qorti tista’, madankollu, tordna li l-imputat assenti jkun imġiegħel jattendi, meta d-dehra tiegħu tkun meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda li ma jkunx l-eżami.
Iva, skont l-Artikolu 143 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.
L-imputat għandu d-dritt li jaħtar mhux aktar minn żewġ avukati difensuri; persuna suspettata/imputata li ma tkunx ħatret jew li ma jkollha l-ebda avukat tad-difiża tkun assistita minn avukat maħtur ex officio.
F’dan ir-rigward, jista’ jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 523 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, l-imputat u l-avukat difensur tiegħu jridu, fi kwalunkwe każ, jitkellmu l-aħħar waqt is-seduta jekk jitolbu li jsir hekk, u fin-nuqqas ta’ hekk, il-proċedura tkun invalida. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li, fi kwalunkwe stadju u istanza tal-proċedimenti, il-partijiet u l-avukat tad-difiża tagħhom jistgħu jippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub jew talbiet lill-qorti.
L-imħallef jagħti kundanna jekk l-imputat jinstab ħati tar-reat li jkun akkużat bih lil hinn minn kwalunkwe dubju raġonevoli, u permezz ta’ sentenza l-imħallef japplika piena u kwalunkwe miżura preventiva. Meta jagħti kundanna, l-imħallef jiddeċiedi wkoll dwar kwalunkwe talba għal restituzzjoni u kumpens għad-danni. Jekk l-imħallef jiddeċiedi li l-imputat irid iħallas kumpens għad-danni, huwa jistabbilixxi wkoll l-ammont tiegħu, sakemm din ma tkunx fil-kompetenza ta’ qorti oħra.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Iva, bħala regola - soġġett għall-eċċezzjonijiet previsti mil-liġi (ara l-Artikolu 593 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) - jista’ jiġi ppreżentat appell kontra sentenzi ta’ kundanna; alternattivament, jista’ jiġi ppreżentat appell direttament quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni kontra sentenzi fil-prim’istanza li jkunu soġġetti għal appell.
Appell fil-kassazzjoni fuq il-bażijiet stabbiliti mil-liġi (ara l-Artikolu 606 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) - minbarra l-każijiet previsti taħt dispożizzjonijiet speċifiċi - jista’ jiġi ppreżentat kontra sentenzi mogħtija fl-appell jew sentenzi li ma humiex soġġetti għal appell.
B’mod ġenerali, il-kundanni kriminali finali jiġu rreġistrati, inter alia, f’estratt mill-fedina penali tal-individwu inkwistjoni.
Sospensjoni kondizzjonali tas-sentenza: bħala regola, meta tingħata sentenza ta’ priġunerija jew sentenza ta’ kustodja għal perjodu ta’ sentejn jew inqas, jew piena monetarja li, waħedha jew flimkien mas-sentenza ta’ kustodja korrispondenti skont il-liġi, tkun ekwivalenti għal sentenza li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta’ perjodu totali ta’ sentejn jew inqas, il-Qorti tista’ tordna li l-eżekuzzjoni tas-sentenza tiġi sospiża għal perjodu ta’ 5 snin jekk il-kundanna tkun għal reat kriminali serju u għal sentejn jekk il-kundanna tkun għal reat inqas serju; huma previsti limiti ogħla ta’ pieni għall-minorenni u għall-adulti taħt l-età ta’ 21 sena (3 snin u sentejn u nofs rispettivament).
Sanzjonijiet alternattivi: skont l-Artikolu 53 tal-Liġi Nru 689 tal-24 ta’ Novembru 1981, il-Qorti tista’, meta tagħti sentenza ta’ kundanna, fejn tqis li t-terminu ta’ detenzjoni ma jridx jaqbeż is-sentejn, tissostitwixxi dik is-sentenza b’sentenza ta’ semidetenzjoni; meta tqis li t-terminu ma jridx jaqbeż sena, hija tista’ tissostitwixxi dik is-sentenza bis-superviżjoni tal-qorti (“libertà controllata”); meta tqis li t-terminu ma jridx jaqbeż 6 xhur, hija tista’ tissostitwixxi wkoll dik is-sentenza b’piena monetarja proporzjonata.
L-eżekuzzjoni tas-sentenza: b’mod ġenerali - ħlief fil-każ ta’ persuna li, fid-dawl tal-att li rriżulta fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ kundanna, diġà hija detenuta f’kustodja fil-ħabs fiż-żmien meta tingħata s-sentenza finali, l-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ kustodja - inkluża kwalunkwe parti rimanenti minn sentenza itwal - li ma taqbiżx 4 snin u li ma ġietx imposta għal ċerti reati kriminali serji (imsemmija fl-Artikolu 656(9)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u fl-Artikolu 4 bis tal-Liġi Nru 354/1975) hija sospiża mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, b’digriet għal dak il-għan innotifikat lill-persuna kkundannata u lill-avukat tagħha, li jiddikjara, inter alia, li jista’ jiġi ppreżentat rikors għal alternattiva għal detenzjoni ordinarja fil-ħabs fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mil-liġi; l-imħallfin li jissorveljaw l-eżekuzzjoni tas-sentenzi (Magistratura di Sorveglianza) huma responsabbli sabiex jiddeċiedu tali rikorsi.
Trasferiment ta’ persuni f’kustodja: id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 16 tas-7 ta’ Settembru 2010, adottat f’konformità mal-Liġi Delegata Nru 88 tas-7 ta’ Lulju 2009 (Liġi Komunitarja 2008) sabiex il-liġi nazzjonali Taljana tiġi allinjata mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 (dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu eżegwiti fl-Unjoni Ewropea) jew id-dispożizzjonijiet ta’ trattati internazzjonali bilaterali konklużi mill-Italja f’dan il-qasam għandhom japplikaw.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.