Figyelem: az oldal eredeti nyelvű változata angol nemrég módosult. Az Ön által kiválasztott nyelvi változatot most készítik fordítóink.

1 - Drittijieti waqt l-istħarriġ ta' delitt

Kif u fejn nista' nirrapporta delitt?

Kif nista' nkun naf x'jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Kif nista' nkun involut fl-istħarriġ ta' delitt?

X'inhuma drittijieti bħala xhud?

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Waqt l-istħarriġ tad-delitt, x'tagħrif nista' nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi?

Nista' nirċievi għajnuna legali?

Kif nista' nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

X'servizzi u x'assistenza nista' ningħata waqt l-istħarriġ tad-delitt?

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq ir-reat?

Il-każ tiegħi kif jissokta wara li jintemm l-istħarriġ?

Nista' nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitla' quddiem il-qorti?

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Aktar tagħrif

Kif u fejn nista' nirrapporta delitt?

Jekk int vittma ta' delitt fl-Ingilterra u Wales tista' tagħmel rapport lill-pulizija.

Ir-rapport tiegħek tista' tagħmlu jew billi ċċempel jew tmur personalment fl-eqreb Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħassa tal-pulizija. Għal każijiet mhux urġenti tista' ċċempel in-numru mhux għall-emerġenzi 101 sabiex tagħmel kuntatt mal-korp lokali tal-pulizija.  F'każijiet urġenti tista' ċċempel in-numru ta' emerġenza 999 jew 112.

Jekk inti qed tfittex l-ażil jew int refuġjat, tista' tikkuntattja wkoll wieħed mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi ta' Kuntatt Waħdieni, li jgħinuk issib l-eqreb għassa tal-pulizija u jistgħu jipprovdulek interpretu mingħajr ħlas jekk ikollok bżonn.

Jekk ma tħossokx komdu tirraporta d-delitt personalment tista' ssaqsi lil persuna oħra biex tagħmel dan f'ismek jew tagħmel rapport anonimu lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrimestoppers billi ċċempel 0800 555 111 jew billi timla l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika tagħhom. Madanakollu ftakar illi jekk inti l-vittma tad-delitt il-pulizija jkollhom bżonn ikellmuk f'xi waqt sabiex imexxu l-investigazzjoni b'mod effettiv.

Jekk ma titkellimx bl-Ingliż tista' tirraporta d-delitt bil-lingwa tiegħek jew b'kull lingwa oħra li tifhem. Is-servizzi ta' traduzzjoni jingħataw mingħajr ħlas, jekk ikunu meħtieġa.

Meta tirraporta delitt lill-pulizija, tiġi mitlub għad-dettalji kollha rilevanti dwar id-delitt, dwar il-persuna li inti taħseb hija ħatja tad-delitt (jekk magħrufa) u għad-dettalji personali rilevanti (pereż. ismek, l-indirizz u dettalji oħra ta' kuntatt).

L-uffiċjal tal-pulizija li lilu tirraporta d-delitt iniżżel dawn id-dettalji f'formola speċjali. Għall-biċċa l-kbira tad-delitti mhemmx skadenza biex isir ir-rapport iżda jkun aħjar illi d-delitti jiġu rappurtati mill-aktar fis possibbli.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar kif għandu jsir rapport ta' delitt lill-pulizija hija disponibbli wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlajn.

Kif nista' nkun naf x'jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Inti tirċievi n-numru ta' referenza tar-rapport tiegħek li tista' tużah biex issegwi l-progress fuq il-każ tiegħek. Tiġi kkuntattjat mill-persuna inkarigata bil-każ tiegħek f'perjodi regolari sabiex tiġi aġġornat dwar l-investigazzjoni.  Jekk tkun teħtieġ aktar informazzjoni tista' ċċempel fuq in-numru mhux ta' emerġenza 101.  Tista' tmur ukoll l-għassa tal-pulizija, iżda jekk tmur mingħajr appuntament, jista' jagħti l-każ illi l-persuna inkarigata bil-każ tiegħek ma tkunx hemm.

Kif nista' nkun involut fl-istħarriġ ta' delitt?

Jekk il-pulizija tkun qed tieħu ħsieb tal-każ tista' tagħmel Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma, fejn tagħti dettalji dwar l-impatt finanzjarju, emozzjonali, fiżiku u psikoloġiku li ħalla fuqek id-delitt (u fejn japplika, fuq il-familja tiegħek). Din id-dikjarazzjoni tista' tagħmilha mar-rapport tad-delitt jew fi kwalunkwe ħin wara. Skont il-bżonnijiet tiegħek tiġi pprovdut b'interpretu mingħajr ħlas, eżaminazzjoni medika u servizzi oħra. Madanakollu, dawn ma jinkludux pariri legali u/jew rappreżentazzjoni legali għaliex fir-Renju Unit il-vittma mhix parti mill-proċedimenti, għaliex isiru bejn l-Istat u l-akkużat. Bħala vittma ta' delitt, jekk tabilħaqq tieħu sehem fil-proċedimenti tal-qorti dan tagħmlu bħala xhud.

Matul l-investigazzjoni għandek dritt għal aġġornamenti regolari fuq xi progress, u tiġi mgħarraf dwar xi arrest. Madanakollu, ma titħallix tara dokumenti jew dejta dwar il-proċedimenti. Kull parteċipazzjoni ulterjuri fl-investigazzjoni issir fuq talba tal-pulizija (pereż. biex twieġeb għal aktar mistoqsijiet jew biex tidentifika lit-trasgressur minn fost numru ta' persuni). Mintix obbligat tipparteċipa ulterjorment kontra x-xewqat tiegħek (għalkemm tista' tkun obbligat tipparteċipa f'kull proċediment il-qorti sussegwenti).

Minħabba li fir-Renju Unit il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti, m'għandekx dritt speċifiku għal rappreżentazzjoni. Madanakollu, jekk tiddeċiedi li tqabbad avukat (bi spejjeż tiegħek) sabiex jippreżenta informazzjoni jew argumenti lill-awtoritajiet, ġeneralment dawn ir-rappreżentazzjonijiet jiġu meqjusa.

Tiġi infurmat meta jinġiebu l-akkużi formali kontra persuna suspetta, u l-fehmiet tiegħek jiġu meqjusa mis-servizz tal-prosekuzzjoni. Is-servizz tal-prosekuzzjoni mhux obbligat jimxi skont il-fehma tiegħek, għalkemm tista' tgħarrfu bil-fehmiet tiegħek permezz tad-Dikjarazzjoni Peronali tal-Vittma u x'aktarx fil-prattika din tiġi meqjusa.

L-ispejjeż imġarrba f'dan l-istadju ġeneralment ma jiġux rimborżati.

X'inhuma drittijieti bħala xhud?

Matul l-investigazzjoni il-pulizija tista' titolbok tagħti dikjarazzjoni ta' xhud. Normalment tiġi mistieden tgħid x'ġara filwaqt li l-uffiċjal tal-pulizija jniżżel bil-miktub dak li tkun għedt. Imbagħad tintalab tivverifika jekk id-dikjarazzjoni tiegħek ġietx traskritta korrettament u tiffirmaha. L-uffiċjal tal-pulizija jista' jagħmel xi korrezzjonijiet jekk inti tħoss li huma neċessarji u tintalab tapprovahom.

Jekk tkun qed tagħmel dikjarazzjoni, il-pulizija tagħmel evalwazzjoni tal-bżonnijiet tiegħek bħala xhud.  L-evalwazzjoni tkopri meta u kif tista' tiġi kkuntattjat u liema bżonnijiet lingwistiċi u ta' komunikazzjoni jista' jkollok bżonn.  Il-pulizija tevalwa wkoll jekk speċjalist tal-komunikazzjoni (imsejjaħ Intermedjarju Reġistrat) jistax jgħinek bid-dikjarazzjoni tiegħek jew jekk id-dikjarazzjoni bħala xhud tiegħek hix se tiġi rekordjata bil-vidjow.

F'ċerti ċirkostanzi d-dikjarazzjoni ta' xhud tiegħek ma tistax tintuża bħala prova fil-qorti, pereżempju jekk ix-xhieda tiegħek ma tiġix kontestata mid-difiża, iżda huwa aktar probabbli li tintuża u tista' tintalab tagħti aktar xhieda waqt il-proċess personalment.

Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala xhud, ara l-Karta tax-Xhieda (dalwaqt disponibbli)

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Jekk inti minuri taħt it-18-il sena tista' tirċievi għajnuna u assistenza mtejba meta' tixhed il-qorti jekk għandek il-kapaċità biex tagħmel dan.

Id-dikjarazzjoni tax-xhieda tiegħek tiġi rekordjata bil-vidjow sakemm ma titlobx li tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub. Madanakollu, jista' jkun li xorta tiġi mitlub titla' l-qorti biex tiġi mistoqsi dwar ix-xhieda tiegħek.

Waqt l-istħarriġ tad-delitt, x'tagħrif nista' nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi?

Meta tirraporta delitt lill-pulizija tiġi mgħarraf jekk il-pulizija hix se tinvestiga l-każ jew le u tiġi mistoqsi dwar x'taħseb mill-prosekuzzjoni.

Tiġi mistoqsi wkoll jekk tixtieqx tirċievi aktar informazzjoni (pereż. dwar id-deċiżjonijiet tal-prosekuzzjoni u l-proċedimenti tal-qorti).  Il-pulizija żżommok aġġornat b'mod regolari dwar il-progress li jkun sar matul l-investigazzjoni ta' reat kriminali serju.  Jekk id-delitt ikun inqas serju, il-pulizija tipprovdilek dettalji ta' kuntatt sabiex issir taf f'liema stadju tkun waslet l-investigazzjoni.  Tiġi nfurmat dwar il-konklużjoni tal-investigazzjoni (jiġifieri dwar jekk l-akkużat ġiex akkużat formalment jew imwissi).

Għal aktar tagħrif dwar kwistjonijiet bħal talba għall-kumpens tiġi referut lill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppoġġ għall-Vittmi.

Fejn japplika tiġi referut ukoll għal servizzi speċjalizzati oħra (pereż. b'rabta mal-vjolenza domestika jew l-attakk sesswali).

Nista' nirċievi għajnuna legali?

M'għandekx dritt għall-għajnuna legali sakemm ma tkunx qed tfittex prosekuzzjoni privata fejn f'ċerti każijiet hija disponibbli l-għajnuna legali. Dan għaliex il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti fir-Renju Unit u għalhekk normalment ma jkunux jeħtieġu rappreżentanza. L-unika eċċezzjoni hija fejn in-natura tad-delitt teħtieġ assistenza jew evalwazzjoni speċjalizzata (pereż. medika), li mbagħad tingħata mingħajr ħlas.

Kif nista' nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Jekk inti tħoss illi int jew il-familja tiegħek qiegħdin f'riskju ta' attività kriminali għandek tagħmel rapport lill-pulizija mill-ewwel sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi xierqa.   Il-pulizija tipprovdi dik il-protezzjoni li hija taħseb li hija neċessarja u raġjonevoli, ikkunsidrati l-livell, il-probabbiltà u l-immedjatezza tar-riskju.

Il-protezzjoni tista' tkun ta' diversi tipi pereżempju rondi regolari viċin id-dar tal-vittma, jew allarm li jdoqq fl-għassa tal-pulizija lokali. Miżuri aktar drastiċi ta' protezzjoni jittieħdu biss fl-aktar każijiet serji (pereżempju l-anonimità matul il-proċess jew il-programmi ta' protezzjoni tax-xhieda).

X'servizzi u x'assistenza nista ningħata waqt l-istħarriġ tad-delitt?

Jekk l-allegazzjoni hija kwistjoni li tikkonċerna l-pulizija, inti tiġi riferut lill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppoġġ għall-Vittmi, li tagħtik aktar għajnuna u gwida kif xieraq.

Fejn japplika tiġi referut ukoll għal servizzi speċjalizzati oħra (pereż. b'rabta mal-vjolenza domestika jew l-attakk sesswali), jekk inti tixtieq.

Dawn is-servizzi normalment jingħataw mingħajr ħlas.

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq id-delitt?

Il-pulizija u s-servizz tal-prosekuzzjoni jikkunsidraw jekk ikunx xieraq xi mezz alternattiv għall-prosekuzzjoni, u dan jista' jinkludi l-medjazzjoni. Twissija formali mill-puliziija jew twissija kundizzjonali (magħrufa wkoll bħala "twissija") mis-servizz tal-prosekuzzjoni bosta drabi teħtieġ illi t-trasgressuri jieħdu sehem f'xi forma ta' konċiljazzjoni mal-vittmi, u dan jista' jinkludi wkoll il-medjazzjoni.

Normalment tiġi mistieden tieħu sehem f'din il-proċedura. Il-medjazzjoni tista' sseħħ biss bil-kunsens tiegħek u titmexxa mill-pulizija jew mill-persunal tal-probation.

Il-każ tiegħi kif jissokta wara li jintemm l-istħarriġ?

Hekk kif il-pulizija ttemm l-investigazzjoni, hija tiddeċiedi jekk tirreferix il-każ lis-servizz tal-prosekuzzjoni biex tara jekk għandhiex tibda proċess. Is-servizz tal-prosekuzzjoni jeżamina jekk hemmx biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata u jekk hux fl-interess pubbliku li jittieħdu passi kontra tiegħu/tagħha. Jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni jiddeċiedi illi l-prosekuzzjoni għandha tmexxi, jinħarġu l-akkużi kontra l-persuna suspettata u l-każ jitressaq il-qorti.  F'każijiet inqas serji il-pulizija tista' tieħu din id-deċiżjoni hija nnifisha mingħajr ma tagħmel referenza għas-servizz tal-prosekuzzjoni.  Il-pulizija dejjem tinfurmak jekk il-każ tiegħek hux se jitressaq il-qorti jew le, irrispettivament jekk id-deċiżjoni saritx mill-pulizija jew mis-servizz tal-prosekuzzjoni.

Nista' nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitla' quddiem il-qorti?

Ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-pulizija jew tal-prosekuzzjoni li ma jkomplux bil-prosekuzzjoni. Madanakollu, tista' titlob lis-servizz tal-prosekuzzjoni biex jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu.

Tista' titlob ukoll lill-High Court biex tirrevedi d-deċiżjoni. Huwa diffiċli ħafna li tirnexxi f'dan il-proċess (li huma magħruf bħala "stħarriġ ġudizzjarju") għaliex il-High Court tagħti deċiżjoni kontra min ħa d-deċiżjoni biss jekk tiddeċiedi illi d-deċiżjoni ma kinitx raġonevoli xejn (b'differenza minn mhux mixtieqa). Anke jekk tirnexxi, il-qorti ma tordnax li titkompla l-prosekuzzjoni. Minflok hija tordna lil min ħa d-deċiżjoni sabiex jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl tas-sejbiet tal-qorti. Jekk qed tikkunsidra din it-tip ta' azzjoni se jkollok bżonn rappreżentazzjoni legali. L-għajnuna legali hija disponibbli f'ċerti ċirkustanzi, iżda biss jekk jiġu sodisfati kriterji stretti (partikolarment dwar iċ-ċirkustanzi finanzjarji).

Jista' jkun li tkun tista' titlob prosekuzzjoni privata, għalkemm mhijiex komuni fir-Renju Unit. Din il-prosekuzzjoni sseħħ billi jintalab il-ħruġ ta' mandat għall-arrest tat-trasgressur suspettat mill-qorti tal-maġistrati lokali jew "taħrika" sabiex jidher il-qorti f'data speċifika. F'dawn il-każijiet x'aktarx illi l-għajnuna legali ma tkunx disponibbli. Barra minn hekk, jekk tibda l-prosekuzzjoni u mbagħad tintemm mhux normalment possibbli li jergħu jibdew il-proċedimenti mill-ġdid. Il-maġistrati jeħtieġu provi biżżejjed tal-ħtija tat-trasgressur suspettat biex jiġi kkundannat fin-nuqqas ta' ċaħda min-naħa tiegħu.

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Jekk int barrani għandek id-drittijiet kollha mniżżla aktar 'il fuq.

Barra minn hekk, jekk ma titkellimx bl-Ingliż l-awtoritajiet jagħmlu mill-aħjar tagħhom biex fejn tingħata xi informazzjoni u jekk ikollok bżonn jipprovdulek traduzzjoni jew interpretu.

Aktar tagħrif:

  • Kodiċi tal-Prattika għall-Vittma ta' Delitt – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Il-Karta tax-Xhieda – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • L-Att dwar il-Vjolenza Domestika, id-Delitti u l-Vittmi 2004 – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma: Gwida għall-uffiċjali tal-pulizija, l-investigaturi u l-professjonisti fil-ġustizzja kriminali – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Skema tal-Aħħar Twissija – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Kodiċi tal-Prattika fit-Twissijiet Kundizzjonali – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • L-Att dwar il-Provi Kriminali (l-Anonimità tax-Xhud) 2008 – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Figyelem: az oldal eredeti nyelvű változata angol nemrég módosult. Az Ön által kiválasztott nyelvi változatot most készítik fordítóink.

2 - drittijieti matul il-proċess quddiem qorti kriminali

Kif nista' nkun involut fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Xi drittijiet għandi bħala xhud?

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Nista' nirċievi għajnuna legali?

Kif nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Kif nista' nagħmel talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat jew nirċievi kumpens mingħand l-Istat?

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq ir-reat?

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Aktar tagħrif

Kif nista' nkun involut fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Tiġi nfurmat bid-data tas-seduta l-qorti, u bit-tip ta' seduta. Din tista' tkun:

  • seduta ta' smigħ preliminari, pereż. sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-garanzija jew dwar jekk il-każ se jinstemax minn qorti f'grad superjuri jew inferjuri;
  • proċess kriminali, fejn l-akkużat jiċħad il-ħtija u jinstemgħu il-provi;
  • seduta ta' stqarrija tal-ħtija, fejn l-akkużat ma jiċħadx il-ħtija, u l-kundanna hija ċerta;
  • seduta fejn tingħata l-piena (f'ħafna każjiet il-piena tiġi deċiża matul seduta speċjali ġimgħa, jew anke xahar wara l-aċċertazzjoni tal-ħtija).

Inti tista' tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali:

Għandek dritt tkun preżenti matul il-proċedimenti kollha tal-qorti ħlief:

  • jekk dawn isiru bil-bibien magħluqa (normalment is-seduti tal-qorti tal-minuri biss); jew
  • se tkun qed tixhed (f'dan il-każ tista' tattendi biss għas-seduta wara li tkun tajt ix-xhieda tiegħek).

Mhemmx bżonn tattendi għall-proċess sakemm ma tkunx mitlub tkun xhud u tkun obbligat tagħti x-xhieda tiegħek.

Xi drittijiet għandi bħala xhud?

Tiġi nfurmat wkoll jekk ikollokx bżonn tixhed bħala xhud, li ġeneralment huwa l-każ biss jekk l-akkużat jiċħad il-ħtija. Bħala xhud trid tattendi s-seduta u twieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulek.

Jekk għamilt dikjarazzjoni bħala xhud matul l-investigazzjoni u ġejt mitlub tixhed oralment matul il-proċess, titħalla terġa' tara d-dikjarazzjoni tiegħek stess qabel ma tixhed.

Qabel ma tibda tixhed tiġi mitlub tieħu ġurament jew tiddikjara illi se tgħid il-verità. Matul is-seduta il-prosekutur u l-avukat tad-difiża jistaqsuk xi mistoqsijiet. Min jagħmillek il-mistoqsijiet jista' jgħid jew jissuġġerixxi xi ħaġa li skont il-fehma tiegħek hija żbaljata. Jekk jiġri hekk għandek tgħid b'mod ċar illi ma taqbilx. Ir-rwol tiegħek bħala xhud huwa li tgħid il-verità. Meta ma ssirlek l-ebda aktar mistoqsija, l-imħallef jinfurmak li tista' tmur. Inti tista' mbagħad tagħżel li titlaq, jew jekk tkun tixtieq u għandek 14-il sena jew aktar, tista' tibqa fl-awla tal-qorti u tisma' l-kumplament tas-seduta.

Jekk tħossok dgħajjef jew intimidat u tissodisfa l-kriterji rilevanti, il-prosekutur jista' jitlob lill-qorti qabel is-seduta sabiex jittieħdu miżuri speċjali biex jgħinuk waqt li tkun qed tixhed. Dawn il-miżuri jinkludu skrin speċjali biex ma jkunx jista' jarak l-akkużat meta tkun il-qorti u l-possibiltà li tixhed permezz ta' vidjow link diretta barra l-awla tal-qorti. Il-qorti tiddeċiedi liema miżuri tista' tuża iżda għandha tikkunsidra l-opinjoni tiegħek meta' tieħu d-deċiżjoni.

Normalment tinstema' bħala xhud darba biss. Madanakollu, jekk ikun hemm bżonn, tista' tintalab terġa titla' l-qorti u twieġeb għal mistoqsijiet addizzjonali.

Tista' titlob għal kumpens ta' ċerti spejjeż bħall-ivvjaġġar lejn il-qorti, u kumpens għall-ikel u paga mitlufa jew telf finanzjarju ieħor, bħal pereżempju l-indukrar tat-tfal. L-ammont li tista' titlob lura jiddependi mit-tul ta' żmien li kellek tqatta' l-bogħod mid-dar jew mix-xogħol biex titla' l-qorti.

Fl-Ingilterra u Wales tista' tibbenefika mill-assistenza tal-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda lokali. Inti tiġi kkuntattjat minn uffiċjal għall-ħarsien tax-xhieda wara li jitressqu l-akkużi kontra l-akkużat. L-uffiċjal ikun il-punt ta' kuntatt waħdieni tiegħek sakemm jintemm il-proċess kriminali. L-uffiċjal għall-ħarsien tax-xhieda tiegħek jista' jagħmel arranġamenti sabiex iżżur il-qorti qabel ma tixhed, ħalli tilħaq tidra l-post. Huwa jieħu ħsieb tal-assistenza l-oħra kollha li tista' tiġi bżonn bħal pereżempju t-trasport, l-interpretazzjoni, l-għajnuna medika, eċċ.

Skont fejn ikun seħħ id-delitt inti tista' tingħata assistenza wkoll mis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz għax-Xhieda, li hija organizzazzjoni volontarja, li tgħin lix-xhieda jlestu rwieħhom għall-qorti billi tagħtihom informazzjoni u appoġġ.

Għal aktar informazzjoni ikkonsulta l-fuljett Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaXhud il-Qorti. Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala xhud, ikkonsulta l-Karta tax-Xhieda.

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Jekk inti minuri taħt is-17-il sena tista' titlob lill-prosekutur biex jitlob lill-qorti qabel il-proċess sabiex jittieħdu miżuri speċjali biex jgħinuk fix-xhieda tiegħek il-qorti.

Il-miżuri speċjali disponibbli jinkludu:

  • l-għoti ta' xhieda permezz ta' konnessjoni tat-TV barra l-awla tal-qorti (tkun tista' tara l-awla u lil dawk li jkunu preżenti fiha fuq skrin tat-televiżjoni);
  • l-għoti ta' xhieda rrekordjata bil-vidjow (jekk id-dikjarazzjoni tiegħek lill-pulizija kienet irrekordjata bil-vidjow din tintwera lill-qorti);
  • l-għoti tax-xhieda minn wara persjana (tiġi mqiegħda persjana madwar il-pedana fejn ikun qiegħed ix-xhud sabiex ix-xhud ma jarax lill-akkużat);
  • it-tneħħija ta' parrokki u togi (l-imħallef u l-avukati ma jilbsux parrokki u togi sabiex il-qorti tinħass inqas formali);
  • l-għoti tax-xhieda bil-bibien magħluqa – f'każijiet ta' reati sesswali u dawk li jinvolvu l-intimidazzjoni (il-membri tal-pubbliku ma jitħallewx jidħlu fl-awla tal-qorti);
  • l-użu ta' għajnuniet tal-komunikazzjoni bħal pereżempju bord bl-alfabett;
  • eżaminazzjoni permezz ta' intermedjarju jekk għandek diffikultajiet biex tikkomunika, pereż. xi ħadd li jista' jgħinek tifhem id-domandi li qed tiġi mistoqsi.

Nista' nirċievi għajnuna legali?

M'għandekx dritt għall-għajnuna legali sakemm mhux tfittex prosekuzzjoni privata, fejn f'ċerti każijiet hija disponibbli l-għajnuna legali. Dan għaliex fir-Renju Unit il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti.

Kif nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Matul il-proċess kriminali tista' tingħata l-istess protezzjoni li ngħatajt waqt l-investigazzjoni. Il-pulizija tagħtik dik il-protezzjoni li hija tqis neċessarja u raġonevoli, filwaqt li tqis il-livell, il-probabbiltà u l-immedjatezza tar-riskju. Il-protezzjoni tista' tkun ta' diversi tipi, pereż. rondi regolari viċin darek, jew allarm li jdoqq fl-għassa lokali tal-pulizija. Il-miżuri aktar drastiċi jiġu kkunsidrati biss fl-aktar każijiet serji (bħall-anonimità matul il-proċess kriminali jew il-programmi ta' ħarsien tax-xhieda).

Kif nista' nagħmel talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat jew nirċievi kumpens mingħand l-Istat?

F'ċerti ċirkustanzi inti tista' titlob għad-danni mingħand it-tragressur, f'dan il-każ inti trid tagħti dettalji dwar it-telf tiegħek lill-pulizija meta' tirraporta d-delitt jew ftit wara. Il-pulizija jgħaddu dawn id-dettalji lis-servizz tal-prosekuzzjoni li mbagħad jitlob għall-kumpens f'ismek. Jekk xi ħadd jinstab ħati tad-delitt il-qorti li se tagħti l-kundanna x'aktarx tordna lit-trasgressur biex iħallas it-telf kollu, jew proporzjon tiegħu, li tkun ġarrabt sakemm ma jkunx f'qagħda li jħallas. Il-ħlas jista' jsir kull ġimgħa jew fix-xahar. L-ordni għal kumpens jieħu prijorità fuq kull multa li jkollu jħallas it-trasgressur.

Jekk inti l-vittma ta' delitt vjolenti tista' tkun eliġibbli biex tapplika għal kumpens finanzjarju mill-Istat. L-applikazzjoni tiegħek trid issir lill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-iskeda informattiva dwar il-kumpens lill-vittmi ta' delitti fl-Ingilterra u Wales (disponibbli bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż u diversi lingwi oħra) tal-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq ir-reat?

Matul il-proċess kriminali huma possibbli l-konċiljazzjoni u/jew il-medjazzjoni, skont in-natura tad-delitt.

Normalment tiġi mistieden tipparteċipa f'din il-proċedura. Il-medjazzjoni sseħħ biss bil-kunsens tiegħek u titmexxa mill-pulizija jew mill-persunal tal-probation.

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Jekk inti barrani għandek id-drittijiet kollha mniżżla aktar 'il fuq.

Barra minn hekk, jekk ma titkellimx bl-Ingliż l-awtoritajiet jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jekk tingħata informazzjoni jipprovdulek traduzzjoni jew interpretu f'każ ta' bżonn, b'mod partikolari meta tiġi msejjaħ tixhed il-qorti bħala xhud.

Aktar tagħrif:

  • Kodiċi tal-Prattika għall-Vittimi ta' Delitti – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Il-Karta tax-Xhieda – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • L-Att dwar il-Vjolenza Domestika, id-Delitti u l-Vittmi 2004 – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma: Gwida għall-uffiċjali tal-pulizija, l-investigaturi u l-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja kriminali – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Tattendi l-qorti bħala vittma jew xhud – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
Noti:
1. Id-dikjarazzjoni personali tal-vittma
Id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma hija dikjarazzjoni bil-miktub, li fiha inti tispjega kif affetwak id-delitt. Huwa dokument uffiċjali, li jsir parti mill-fajl relatat mad-delitt u li jista' jinqara minn kull persuna nvoluta fil-każ. Fid-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma tista' tispjega kif id-delitt affetwak fiżikament, emozzjonalment, finanzjarjament jew b'kull mod ieħor. Id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma ma tintużax biex tiġi stabbilita l-ħtija jew l-innoċenza iżda biex tgħarraf lill-qorti bil-ħsara li saret lill-vittma. Inti tista' tgħid ukoll jekk tixtieqx taqra personalment fil-qorti d-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma tiegħek jew li tinqara minn persuna oħra f'ismek (normalment minn prosekutur tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna) f'każ illi l-akkużat jinstab ħati. Id-deċiżjoni finali dwar jekk taqrax personalment id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma kollha tiegħek jew parti minnha biss issir mill-qorti. Tista' tagħmel id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma tiegħek f'kull ħin qabel is-seduta l-qorti.
L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Figyelem: az oldal eredeti nyelvű változata angol nemrég módosult. Az Ön által kiválasztott nyelvi változatot most készítik fordítóink.

3 - Drittijieti wara l-(ewwel)proċess quddiem il-qorti kriminali

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Aktar tagħrif

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Fl-aħħar tal-proċess kriminali, jekk tixtieq, tiġi mgħarraf dwar l-eżitu u dwar kull sentenza mogħtija mill-qorti.

Ma tistax tappella mid-deċiżjonijiet tal-qrati iżda għal ċerti reati serji, jekk ma tkunx issodisfat bis-sentenza mogħtija mill-qorti wara l-kundanna, tista' tikkuntattja lill-Avukat Ġenerali li għandu dritt jappella quddiem il-Qorti tal-Appell, jekk jaħseb illi s-sentenza kienet klementi żżejjed.

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Jekk inti vittma ta' reat sesswali jew vjolenti li għalih it-trasgressur ingħata sentenza ta' 12-il xahar jew aktar, inti eliġibbli sabiex tidħol fl- Iskema ta' Kuntatt tal-Vittma (VCS)tal-Probation. L-għan tal-VCS huwa li jipprovdi lill-vittmi eliġibbli b'informazzjoni u pariri dwar il-proċess tal-ġustizzja kriminali permezz ta' Uffiċjal ta' Kuntatt mal-Vittma maħtur apposta. Inti jkollok dritt tressaq il-fehmiet tiegħek dwar il-kundizzjonijiet ta' garanzija li jistgħu ikunu mehmuża mal-garanzija għall-ħelsien tat-trasgressur. Barra minn hekk, inti tinżamm infurmat bl-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur, fid-diskrezzjoni tal-fiduċja tas-servizz tal-probation.

Il-parteċipazzjoni tiegħek fl-iskema hija kompletament volontarja u tista' toħroġ minnha f'kull ħin jekk tbiddel fehmtek.

Aktar tagħrif:

  • It-Taqsima 35 tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika, id-Delitti u l-Vittmi 2004 – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Il-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi tad-Delitti - bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Figyelem: az oldal eredeti nyelvű változata angol nemrég módosult. Az Ön által kiválasztott nyelvi változatot most készítik fordítóink.

4 - Għajnuna u appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità

Ministry of Justice

Victim Support

Rape Support Centres

Refuge for Women and Children against Domestic Violence

Women’s Aid Federation of England

Support after murder and manslaughter

Ministry of Justice

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli mid-direzzjoni ġenerali tal-politika dwar il-ġustizzja kriminali u l-kura tal-vittmi u x-xhieda.

Il-Kummissarju tal-Vittmi

  • jippromwovi l-interessi tal-vittmi u x-xhieda, iħeġġeġ il-prattika tajba għat-trattament tagħhom, u jirrevedi l-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi tal-Kriminalità
  • ma jistax jintervjeni f'każijiet speċifiċi imma jista' jipprovdi direzzjoni dwar fejn tista' ssib l-aqwa pariri u sostenn

KUNTATTI:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju tal-Vittmi

Victim Support

Victim Support hija karità nazzjonali li tagħti għajnuna kunfidenzjali b'xejn lill-vittmi tal-kriminalità, lix-xhieda, lil familthom, lil sħabhom u kull persuna oħra affettwata fl-Ingilterra u Wales.

Victim Support

  • għandha uffiċċji madwar l-Ingilterra u Wales ġestiti minn ċentru nazzjonali f'Londra u tieħu ħsieb is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz għax-Xhieda f'kull qorti
  • tipprovdi appoġġ emozzjonali u prattiku għall-vittmi tal-kriminalità
  • tipprovdi appoġġ għax-xhieda tal-prosekuzzjoni u tad-difiża fil-qrati kriminali kollha madwar l-Ingilterra u Wales
  • titkellem bħala leħen wieħed nazzjonali f'isem il-vittmi u x-xhieda u tmexxi kampanja għall-bidla
  • iġġestixxi l-linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna (Victim Support line)

KUNTATTI:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictimsupport

Għad-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċji lokali ta' Victim Support ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Rape Support Centres

Iċ-Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru fl-Ingilterra u Wales jippovdu servizzi speċjalisti għal nisa u bniet ta' iktar minn 13-il sena li jkunu ġew stuprati jew ikunu esperjenzaw forma oħra ta' vjolenza sesswali - kemm jekk bħala adulti u kemm jekk bħala tfal.

Iċ-Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru:

  • joffru appoġġ speċjalist, ta' difiża, pariri u informazzjoni lil nisa u bniet, b'xejn u b'mod kunfidenzjali, f'ambjent sikur u bla biża'
  • jagħrfu kull forma ta' vjolenza sesswali fosthom; stupru, attentat għall-pudur u abbuż sesswali fuq minuri, fastidju sesswali, stupru fiż-żwieġ, żwieġ sfurzat, u l-hekk imsejħa vjolenza bbażata fuq l-unur, mutilazzjoni ġenitali femminili, traffikar u sfruttament sesswali u abbuż ritwali irrispettivament minn jekk min wettaq il-vjolenza hux magħruf jew le
  • iridu li n-nisa u l-bniet kollha jkunu liberi mill-biża u l-esperjenza tal-vjolenza sesswali
  • jippromwovu u jmexxu kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-problemi għall-komunità b'mod ġenerali li jiġu mill-vjolenza sesswali u jaħdmu flimkien mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali

KUNTATTI:

Tista' ssib għadd ta' Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru fis-siti li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRapecrisis

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Survivor Trust

Refuge for Women and Children against Domestic Violence

Ir-Refuge for women and children against domestic violence hija karità nazzjonali u kumpannija limitata b'garanzija, li tmexxi linja telefonika għall-għajnuna, rifuġji, tipprovdi appoġġ psikoloġiku, servizz ta' avukatura ġuridika indipendenti u servizzi għal nisa u tfal minn minoranzi etniċi.

Ir-Refuge for Women and Children against Domestic Violence

  • joffri firxa ta' servizzi li jagħtu lin-nisa u t-tfal aċċess għal appoġġ professjonali tkun xi tkun is-sitwazzjoni tagħhom
  • jieħu ħsieb Linja Telefonika għall-Għajnuna b'Xejn 24 siegħa kuljum dwar il-Vjolenza Domestika Nazzjonali fejn in-nisa jsibu appoġġ emozzjonali u prattiku u jistgħu jivvalutaw l-għażliet tagħhom u jaħarbu mill-abbuż
  • jipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza għan-nisa li qed jaħarbu l-abbuż
  • għandu avukati indipendenti speċjalizzati fil-vjolenza domestika li jipprovdu gwida esperta lil nisa li jkunu għaddejjin minn proċedimenti quddiem il-qrati ċivili u kriminali
  • jaħsdem ma' psikologi li jgħinu lin-nisa u t-tfal jegħlbu l-effetti trawmatiċi tal-abbuż

KUNTATTI:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRefuge

Women’s Aid Federation of England

Women’s Aid Federation of England hija karità nazzjonali ewlenija li taħdem biex ittemm il-vjolenza domestika kontra nisa u tfal. Hija tappoġġa network ta' 'l fuq minn 500 servizz ta' vjolenza domestika u sesswali madwar ir-Renju Unit.

Il-Women’s Aid Federation of England

  • temmen li n-nisa u t-tfal għandhom dritt jgħixu ħajjithom liberi minn kull forma ta' vjolenza u abbuż, u li s-soċjetà hija fid-dmir li tagħraf u tiddefendi dan id-dritt
  • għandha l-għan li tgħin lil nisa affettwati mill-vjolenza domestika biex isiru iktar awtonomi
  • tipprovdi servizzi mmexxija minn nisa li jkunu bbażati fuq is-smigħ ta' min għadda minn dik l-esperjenza
  • tappoġġa u tirrifletti d-diversità u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs
  • għandha l-għan li tissodisfa l-bżonnijiet ta' nisa affettwati mill-vjolenza domestika
  • tippromwovi reazzjonijiet koeżivi bejn l-aġenziji għall-vjolenza domestika u tiżviluppa sħubijiet

KUNTATTI:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaWomensaid

Support after murder and manslaughter

Support after murder and manslaughter hija karità indipendenti rreġistrata, li toffri appoġġ emozzjonali lil dawk li jitilfu lil xi ħadd minħabba omiċidju volontarju jew involontarju.

Support after murder and manslaughter

  • taħdem biex tippromwovi għall-benefiċċju tal-pubbliku kull fini karatitattiva diretta għall-għajnuna ta' dawk li tilfu lil xi ħadd minħabba omiċidju volontarju jew involontarju ta' qarib jew ħabib
  • għandha l-għan li tippromwovi u tħares is-saħħa, kemm mentali u kemm fiżika, tnaqqas il-faqar u l-mard u ttejjeb l-edukazzjoni fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-imġiba ta' wara mewt ta' ħbieb jew qraba
  • tappoġġa, permezz ta' gruppi ta' nies li jgħinu lil xulxin u kuntatt bejn il-membri, dawk li tilfu membru tal-familja tagħhom jew xi ħabib b'omiċidju
  • għandha l-għan li tippromwovi s-saħħa, kemm mentali u kemm fiżika, għal dawk li tilfu lil xi ħadd b'omiċidju biex eventwalment 'il quddiem ikunu jifilħu biżżejjed biex jgħixu ħajja pożittiva

KUNTATTI:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSamm

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X'informazzjoni se nirċievi mingħand l-awtorità wara li jseħħ ir-reat (pereż. mingħand il-pulizija, il-prosekutur pubbliku), iżda anki saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali bħall-“fuljett ta’ informazzjoni għall-vittmi ta’ reat”, jew id-dettalji ta’ sit web li jkun fih dik l-informazzjoni.

Skont it-tip ta’ reat, iċ-ċirkustanzi personali tiegħek, jew ir-rilevanza ta’ dan għall-istadju partikolari tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri kriminali, l-aċċess għall-informazzjoni li ġejja jrid jiġi offrut lilek sa mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija:

  • fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva;
  • x’għandek bżonn tagħmel biex tirrapporta reat kriminali, u lil min għandek tikkuntattja f’każ li jkollok xi mistoqsija dwar il-każ;
  • kwalunkwe miżura disponibbli għall-protezzjoni tiegħek, jekk meħtieġa;
  • kif tfittex kumpens;
  • l-arranġamenti disponibbli jekk il-vittma mhix preżenti fl-Ingilterra u f’Wales;
  • id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni;
  • kif tilmenta dwar fornitur ta’ servizz;
  • id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ġustizzja riparatriċi;
  • kif tirkupra l-ispejjeż imġarrba bħala xhud fi proċess kriminali.

Inti intitolat(a) li taċċessa s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe waqt, kemm jekk irrapportat reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma mħarsa d-drittijiet tiegħi?

Inti intitiolat(a) li tirċievi s-servizzi stabbiliti f'dan il-Kodiċi jekk ir-reat seħħ fl-Ingilterra jew f’Wales, jew jekk is-servizzi huma relatati ma’ proċeduri kriminali li qed isiru fl-Ingilterra jew f’Wales. [1]

[1] L-eliġibbiltà għal kumpens mill-Awtorità ta’ Kumpens għad-Danni Kriminali tista’ tiddependi mir-residenza jew min-nazzjonalità tiegħek sakemm ma tiġix identifikat(a) b’mod konklużiv bħala vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, jew tingħata asil, protezzjoni umanitarja jew awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nista’ nirċievi?

Inti intitolat(a) li tirċievi dan li ġej mingħand il-pulizija:

  • konferma bil-miktub li inti rrapportajt reat li tinkludi d-dettalji bażiċi tat-trasgressjoni. Il-konferma bil-miktub tista’ tkun fil-forma ta’ ittra, ta’ notifika elettronika bħal ittra elettronika jew messaġġ, jew tista’ tkun miktuba bl-idejn. Inti tista’ titlob li ma tirċevix din il-konferma. Fejn il-pulizija tqis li jista’ jkun hemm riskju ta’ ħsara għalik malli tintbagħat il-konferma bil-miktub (pereżempju f’każijiet ta’ vjolenza domestika), din tista’ tiftiehem miegħek biex ma tibgħathielekx;
  • spjegazzjoni ċara ta’ x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali meta tirrapporta reat jew tiġi kkuntattjat(a) bħala vittma matul l-investigazzjonijiet;
  • valutazzjoni ta’ jekk tridx appoġġ, u, jekk iva, x’għajnuna jew appoġġ jista’ jkollok bżonn. Dan se jgħinek tidentifika jekk intix f’waħda mit-tliet kategoriji ta’ vittmi li jaf ikunu jeħtieġu appoġġ aktar mifrux, u jiġi ddeterminat jekk tistax tibbenefika minn Miżuri Speċjali u kemm. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu jagħmlu valutazzjoni aktar dettaljata f’isem il-pulizija;
  • informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali bħall-fuljett ta’ “informazzjoni għall-vittmi ta’ reat”, jew inkella d-dettalji ta’ sit web li jkun fih l-istess informazzjoni, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara r-rapportar tar-reat jew tiġi kkuntattjat(a) bħala vittma matul l-investigazzjonijiet;
  • tiġi informat(a) dwar kemm-il darba se tirċievi aġġornamenti dwar l-istatus tal-każ wara d-diskussjoni mal-pulizija;
  • spjegazzjoni, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tittieħed deċiżjoni li ma jiġix investigat reat;
  • li tiġi avżat(a) meta investigazzjoni dwar il-każ tkun ġiet konkluża b’ebda persuna akkużata u li jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet.

Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mingħand il-pulizija biex tkun tista’ taċċessa l-appoġġ tagħhom fi kwalunkwe ħin.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol meta persuna suspettata tiġi:

  • arrestata;
  • interrogata bi twissija;
  • meħlusa mingħajr akkuża;
  • meħlusa b’libertà provviżorja, jew jekk il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja tal-pulizija jitbiddlu jew jitħassru.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk inti ma tifhimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) li titlob interpretazzjoni f’lingwa li tifhem:

  • meta tirrapporta reat kriminali [1]
  • meta tiġi interrogat(a) mill-pulizija; u
  • meta tixhed

Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) titlob traduzzjoni tal-informazzjoni li ġejja:

  • il-konferma bil-miktub tar-reat irrapportat;
  • fejn għall-finijiet tal-interrogazzjoni jew tas-seduta tal-qorti jkun essenzjali li tara dokument partikolari li jiġi żvelat lilek, kopja tas-siltiet rilevanti tad-dokument;
  • id-dokument li jinformak bid-data, bil-ħin u bil-post tal-proċess; u
  • l-eżitu tal-proċeduri kriminali meta tkun intitolat għal dan skont dan il-Kodiċi u tal-anqas raġunijiet fil-qosor għad-deċiżjoni, fejn disponibbli.

[1] Inti intitolat(a) tirrapporta r-reat f’lingwa li tifhem jew bl-assistenza lingwistika neċessarja jekk ma titkellimx bl-Ingliż.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)

Il-fornituri ta’ servizzi skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi jridu jikkomunikaw miegħek b’lingwa sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa (eż. EasyRaid, Braille jew l-użu ta’ Intermedjarju Reġistrat) biex jassistuk tifhem u tiġi mifhum(a). Meta jikkunsidraw il-miżuri xierqa, il-fornituri ta’ servizzi jridu jqisu kwalunkwe karatteristika personali rilevanti li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li tifhem u tiġi mifhum(a).

Hemm firxa ta’ fuljetti ta’ informazzjoni disponibbli li jużaw lingwa sempliċi, f’varjetà ta’ formati.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jagħti appoġġ lill-vittmi?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Taqsima 56 tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittimi tal-2004 (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004) tipprevedi biex il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Tipprevedi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u għall-Kriminalità (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar/għall-forniment lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).

Il-pulizija se tibgħatni awtomatikament għand is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Il-pulizija tispjegalek li din se tgħaddi b’mod awtomatiku d-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi żmien jumejn tax-xogħol mindu jiġi rrapportat ir-reat. Inti intitolat(a) titlob lill-pulizija biex ma jgħaddux id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.

Jekk inti vittma ta’ reat sesswali jew ta’ vjolenza domestika, jew jekk jiġi nieqes qarib mill-viċin tiegħek, il-pulizija tfittex il-kunsens espliċitu tiegħek qabel ma tibgħat id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Meta jkunu meħteiġa jaqsmu informazzjoni skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi, il-fornituri ta’ servizzi jridu jagħmlu dan b’mod effettiv u f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Att tal-1998 dwar il-Protezzjoni tad-Data u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

Għandi nirrapporta reat qabel ma jista' jkolli aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi?

Le - inti intitolat(a) li taċċessa s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe waqt, kemm jekk irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni

Il-protezzjoni personali jekk inkun f'periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hemm disponibbli?

Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ reati, il-fornitur ta’ servizz irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali biex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni u jiġi ddeterminat jekk il-vittma tkunx tibbenefika, u jekk iva, kemm, minn miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi jew minn Miżuri Speċjali matul l-interrogazzjoni jew minn Miżuri Speċjali matul ix-xhieda

In-natura tal-valutazzjoni se tkun tiddependi miċ-ċirkustanzi kollha, inklużi s-severità tar-reat u l-grad ta’ dannu apparenti mġarrab mill-vittma. Il-valutazzjoni trid tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi personali tal-vittma, il-fehmiet tiegħu, u n-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat.

Fejn, minħabba l-valutazzjoni individwali, fornitur ta’ servizz ikun identifika vittma bħala waħda li għandha ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u li tkun tibbenefika minn miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni matul l-interrogazzjoni tagħha, il-fornitur ta’ servizz responsabbli għall-investigazzjoni ta’ trasgressjoni jrid jiżgura wkoll, soġġett għal restrizzjonijiet operazzjonali u prattiċi, li jkun hemm dawn li ġejjin disponibbli:

  • jekk possibbli, jiżgura li l-istess persuna tagħmel l-intervisti kollha mal-vittma, sakemm dan ma jkunx ta’ ħsara għall-immaniġġjar xieraq tal-investigazzjoni;
  • li l-interrogazzjoni ssir, fejn meħtieġ, f'bini mfassal jew adattat għal dan l-għan;
  • li l-interrogazzjoni ssir minn jew permezz ta’ professjonisti mħarrġa għal dan l-għan; u
  • li f’każijiet ta’ vjolenza sesswali, ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew ta’ vjolenza domestika, il-vittmi jiġu offruti l-opportunità li l-interrogazzjoni tagħhom issirilhom minn persuna tal-istess sess. Kwalunkwe talba bħal din għandha tinqeda fejn possibbli, sakemm ma jkunx probabbli li din tippreġudika l-immaniġġjar xieraq tal-investigazzjoni.

Fil-każ improbabbli ta’ persuna suspettata li taħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba ssir taf bil-ħarba jew tiġi nnotifikata dwar din mill-ħabs, mit-Tim għaż-Żgħażagħ Trasgressuri, mill-isptar jew miċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti, se tinnotifikak kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li l-persuna suspettata tirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għalik.

Min jista' joffrili protezzjoni?

Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ trasgressjonijiet, dan irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali biex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni. F’ħafna mill-każijiet dan se jkun il-pulizija.

Xi ħadd se jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk għadnix fil-periklu minn min wettaq ir-reat?

Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija biex din tidentifika kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u kemm. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni se tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat, u l-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar se jkun imfassal bl-eżatt il-livell ta’ appoġġ għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.

Xi ħadd se jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk għadnix xorta fil-periklu minn min wettaq ir-reat (waqt l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija biex din tidentifika kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u kemm. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni se tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat, u l-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar se jkun imfassal bl-eżatt il-livell ta’ appoġġ għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.

X'tip ta' protezzjoni hi disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Inti eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk il-kwalità tal-evidenza tiegħek aktarx li tkun affettwata għax:

  1. inti tbati minn disturb mentali skont it-tifsira tal-Att tal-1983 dwar is-Saħħa Mentali;
  2. inti għandek indeboliment sinifikanti ieħor tal-intelliġenza u tal-funzjonament soċjali; jew
  3. inti għandek diżabilità fiżika jew qed tbati minn disturb fiżiku.

[1] Dan hu bbażat fuq il-kriterji fit-taqsima 16 tal-Att tal-1999 dwar il-Ġustizzja għaż-Żgħażagħ u l-Evidenza Kriminali (Youth Justice and Criminal Evidence Act 1999) biex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali (ara l-paragrafi 1.13-1.15 tal-Kapitolu 1)

Jien minorenni - għandi xi drittijiet speċjali?

Inti tkun eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk ma tkunx għalaqt it-18-il sena meta jseħħ ir-reat. Dawn jinkludu l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali jekk inti tixhed il-qorti.

[1] Dan hu bbażat fuq il-kriterji fit-taqsima 16 tal-Att tal-1999 dwar il-Ġustizzja għaż-Żgħażagħ u l-Evidenza Kriminali (Youth Justice and Criminal Evidence Act 1999) biex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali (ara l-paragrafi 1.13-1.15 tal-Kapitolu 1)

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat - x’inhuma drittijieti?

Qraba tad-deċedut li jiġu mill-viċin huma intitolati li jirċievu servizzi skont il-Kodiċi bħal vittmi tal-aktar reat serju.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta' reat - x’inhuma drittijieti?

Il-kelliem tal-familja għall-vittmi ta’ reat li jkollhom diżabilità jew għall-vittmi li tant ikunu korrew minħabba reat kriminali li ma jkunux jistgħu jikkomunikaw

Jekk għandek diżabilità jew tant korrejt gravi minħabba reat kriminali li ma tistax tikkomunika, inti jew il-qraba tiegħek li jiġu minnek mill-viċin intom intitolati li tinnominaw kelliem tal-familja li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt sabiex jirċievi s-servizzi skont dan il-Kodiċi.

Il-ġenitur jew it-tutur ta’ vittma li għandha anqas minn 18-il sena

Jekk inti vittma li m’għalqitx it-18-il sena, inti, u normalment il-ġenitur jew it-tutur tiegħek, intom intitolati li tirċievu servizzi skont dan il-Kodiċi.[1]

[1] Ħlief jekk il-ġenitur jew it-tutur tiegħek ikunu qed jiġu investigati jew ġew akkużati mill-pulizija b’rabta mar-reat jew jekk fl-opinjoni raġonevoli tal-fornitur ta’ servizzi involut mhuwiex fl-aħjar interessi tiegħek li l-ġenitur jew it-tutur tiegħek jirċievu t-tali servizzi.

Jista' jkolli aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Ġustizzja Riparatriċi hi l-proċess ta’ tqarrib tal-vittmi ma’ dawk responsabbli għall-ħsara, biex tinstab triq pożittiva ’l quddiem.

Il-Ġustizzja Riparatriċi hi volontarja - inti mhux bilfors tieħu sehem, u kemm inti kif ukoll it-trasgressur tridu taqblu dwarha qabel ma tkun tista’ sseħħ. Inti tista’ tieħu sehem fil-Ġustizzja Riparatriċi f’waqt li jkun tajjeb għalik jew inti tista’ tintalab tieħu sehem għaliex it-trasgressur ikun talab Ġustizzja Riparatriċi. Anki jekk iż-żewġ partijiet ikunu jridu jieħdu sehem, din jaf ma tkunx xierqa u l-faċilitatur se jagħmel valutazzjoni ta’ din.

Se jiddaħħlu fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħaġa li taqbel li tieħu sehem fiha tkun sikura; dejjem se jkun hemm faċilitatur imħarreġ preżenti matul kwalunkwe laqgħa bejnek u t-trasgressur. Jekk it-trasgressur ikun ammetta l-ħtija u jkun lest li jieħu sehem f’laqgħa jew jikkomunika miegħek, inti jaf tkun tista’ tispjega lit-trasgressur kif affettwak l-inċident. Imbagħad inti tista’ tiddeċiedi li tfittex apoloġija, jew taqbel fuq attività li t-trasgressur irid iwettaq bħala parti mill-kumpens għall-ħsara li tkun saret.

Il-Ġustizzja Riparatriċi mhix l-istess ħaġa bħar-Riżoluzzjoni tal-Komunità. Ir-Riżoluzzjoni tal-Komunità hi mezz informali għall-pulizija li jippermetti lill-pulizija tindirizza b’mod aktar proporzjonat reati ta’ livell baxx u mġiba antisoċjali, minbarra s-sistema formali tal-ġustizzja kriminali. Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Komunità huma primarjament immirati lejn it-trasgressuri li jwettqu reat għall-ewwel darba fejn ikun ġie espress rimors ġenwin, u fejn il-vittma tkun qablet li ma tixtieqx li l-pulizija tieħu azzjoni formali.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tistipula d-drittijiet tiegħi?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat (The Code of Practice for Victims of Crime) (“il-Kodiċi dwar il-Vittmi”) jaqa’ taħt it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima 32 tal-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004) (“DVCVA 2004”) u ddaħħal fis-seħħ permezz ta’ Ordni maħruġa skont it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima 33, DVCVA 2004, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni dwar l-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi (Kodiċi ta' Prattiki għall-Vittmi (Victims’ Code of Practice)) Ordni 2015) (Strument Statutorju 2015 Nru 1817) ġie ppreżentat quddiem il-Parlament fit-23 ta’ Ottubru 2015, u jdaħħal fis-seħħ verżjoni riveduta tal-Kodiċi dwar il-Vittmi fis-16 ta’ Novembru 2015.

Il-Kodiċi dwar il-Vittmi jistabbilixxi s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-Ingilterra u f’Wales lill-vittmi ta’ reat mill-organizzazzjonijiet ewlenin tal-ġustizzja kriminali (Introduzzjoni, Kapitoli 1-4) u minn organizzazzjonijiet oħra b’funzjonijiet rilevanti (il-Kapitolu 5). Dawn l-organizzazzjonijiet jissejħu “fornituri ta’ servizzi”. Il-Kodiċi tal-Vittmi jispeċifika l-intitolamenti dovuti lill-vittmi ta’ reati kriminali u d-dmirijiet reċiproċi mixħuta fuq il-fornituri ta’ servizzi rilevanti.

Il-Kapitolu 3 tal-Kodċi dwar il-Vittmi jistabbilixxi, f’lingwa li tinftiehem mit-tfal, is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti lil tfal vittmi ta’ reati. Dan għandu jinqara flimkien mal-Introduzzjoni għall-Kapitoli 1 u 2 tal-Kodiċi dwar il-Vittmi u flimkien mat-tali Kapitoli.

Il-Paragrafu 1 tal-Introduzzjoni u l-Paragrafu 1 tal-Kapitolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Vittmi jiżguraw li l-objettivi prevalenti tad-Direttiva jittieħdu f’kunsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi.

L-intitolamenti fil-Kodiċi dwar il-Vittmi japplikaw għall-vittmi kollha, indipendentement mill-istatus tar-residenza tagħhom.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Taqsima 56 tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi tal-2004 (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004): il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Tipprovdi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u għall-Kriminalità (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar/għall-forniment lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).

Il-Klawżola 3 tal-Ftehim dwar l-Għotjiet bejn l-MoJ u l-PCCs teħtieġ li s-servizzi kkummissjonati mill-PCCs ikunu konformi mad-Direttiva dwar il-Vittmi u b’mod partikolari mal-Artikoli 8 u 9. Il-Klawżola 4 tistipula li s-servizzi kkummissjonati jew ipprovduti jridu jkunu konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8.1.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif nista’ nirrapporta reat?

L-ewwel nett hi għandha tirrapporta reat lill-pulizija. Informazzjoni dwar kif tagħmel dan hi disponibbli hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakif tirrapporta reat

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Jekk inti vittma ta’ reat, inti intitolat(a) tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol meta persuna suspettata tiġi:

  • arrestata;
  • interrogata bi twissija;
  • meħlusa mingħajr akkuża;
  • meħlusa b’libertà provviżorja, jew jekk il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja tal-pulizija jitbiddlu jew jitħassru.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-pulizija tirċiviha:

  • id-data, il-ħin u l-post tal-ewwel seduta tal-qorti;
  • fejn il-persuna suspettata tinħeles b’libertà provviżorja biex tidher il-qorti, kwalunkwe kundizzjoni tal-libertà provviżorja u kwalunkwe tibdil f’dawn il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja.

Għandi dritt għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? B’liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi u x-xhieda mhumiex partijiet għall-proċeduri kriminali u, għalhekk, mhumiex eliġibbli għal għajnuna legali fl-Ingilterra u f’Wales.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (biex nieħu sehem fl-investigazzjoni/fil-proċess)? B’liema kundizzjonijiet?

Il-fornituri ta’ servizzi responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ reat irid ikollhom regoli li skont dawn il-vittmi jkollhom il-possibbiltà ta’ rimborż tal-ispejjeż imġarrba minħabba l-attendenza fil-qorti għax-xhieda.

Aktar informazzjoni dwar kif jintalbu l-ispejjeż mix-xhieda hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

U Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel ma mmur il-qorti?

Jekk m’intix sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-pulizija jew tas-CPS li ma jiħdux passi l-qorti, inti intitolat(a) li titlob rieżami ta’ dik id-deċiżjoni skont l-iskemi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kapijiet tal-Pulizija (National Police Chiefs Council - NPCC) u tad-Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami mis-CPS.

Is-CPS nieda l-iskema tiegħu tad-Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami fil-5 ta’ Ġunju 2013. Il-forzi tal-pulizija fir-Renju Unit u f’Wales adottaw skema ta’ Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami fl-1 ta’ April 2015. L-iskemi jagħtu lill-vittmi ta’ reat dritt li jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni tal-pulizija jew tas-CPS li ma jiħdux passi l-qorti, jew inkella li jtemmu proċeduri kriminali.

Meta inti tiġi nnotifikat(a) b’deċiżjoni li tikkwalifika għal rieżami skont l-Iskema tal-NPCC jew tas-CPS, inti intitolat(a) li tirċievi biżżejjed informazzjoni fin-notifika biex tkun tista’ tiddeċiedi jekk tixtieqx li jsir rieżami.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jiena meqjus(a) jew nista’ nagħżel li nkun meqjus(a) bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Għall-finijiet tal-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat (Kodiċi tal-“Vittmi”), “vittma” hi:

  • persuna fiżika li ġarrbet dannu, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kienu direttament ikkawżati minn reat kriminali.
  • qarib li jiġi mill-viċin (ara l-glossarju) ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata b’mod dirett minn reat kriminali.

Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk inti taf waħda mill-persuni involuti f’każ, inti tista’ tintalab tipprovdi evidenza bħala xhud tal-karattru, normalment mid-difiża. Fi kwalunkwe każ, l-evidenza tiegħek tista’ tkun kruċjali biex jinkisbu l-kundanna jew il-ħelsien tal-imputat.

Id-dritt li jiġu ppreżentati prosekuzzjonijiet privati hu ppreservat mit-taqsima 6(1) tal-Att tal-1985 dwar il-Prosekuzzjoni tar-Reati (Prosecution of Offences Act - POA). Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet:

  • id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (Director of Public Prosecutions - DPP) għandu s-setgħa skont it-taqsima 6(2) POA 1985 li jieħu prosekuzzjonijiet privati taħt il-kontroll tiegħu;
  • f’ċerti każijiet, il-prosekutur privat irid jitlob il-kunsens tal-Avukat Ġenerali jew tad-DPP qabel ma jinfetħu l-proċeduri.
Aktar informazzjoni hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

X’inhuma d-drittijiet tiegħi u l-obbligi f’dan ir-rwol?

Il-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat jistabbilixxi l-intitolamenti għall-vittmi. Dan hu disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Jekk inti kont xhud ta’ reat kriminali, iżda m’intix vittma, inti tista’ taċċessa s-servizzi skont il-Karta dwar ix-Xhieda, minflok skont dan il-Kodiċi. Dan hu disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nixhed waqt il-proċess? B’liema kundizzjonijiet?

Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk inti taf waħda mill-persuni involuti f’każ, inti tista’ tintalab tipprovdi evidenza bħala xhud tal-karattru, normalment mid-difiża.

Jekk inti vittma ta’ reat, Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma (Victim Personal Statement - VPS) tagħtik opportunità li tispjega fi kliemek stess kif reat affettwak, kemm jekk fiżikament, emozjonalment, finanzjarjament kif ukoll b’xi mod ieħor. Din hi differenti minn dikjarazzjoni tax-xhud dwar x’ġara fil-waqt, bħal dak li rajt jew smajt.

Il-VPS tagħtik leħen fil-proċess tal-ġustizzja kriminali. Madankollu, ma tistax tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar is-sentenza jew il-piena li l-persuna suspettata għandha tirċievi peress li dawn huma f’idejn il-qorti li tiddeċidihom.

Inti intitolat(a) tiġi offruta l-opportunità li tagħmel VPS fl-istess ħin li tkun qed tagħti dikjarazzjoni tax-xhud dwar x’ġara lill-pulizija dwar reat.

Jekk l-imputat jinstab ħati, inti intitolat(a) tgħid jekk tixtieqx li l-VPS tiegħek tinqarax jew tintużax reġistrazzjoni ta’ din, fil-qorti. Inti intitolat(a) wkoll li tgħid jekk tixtieqx li taqra l-VPS inti stess jew li tinqarax minn ħaddieħor (pereżempju membru tal-familja jew l-avukat tas-CPS). Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx li l-VPS tiegħek tinqara jew li tintuża reġistrazzjoni ta’ din fil-qorti, se tiġi informat(a) dwar il-konsegwenzi possibbli, inkluż li l-VPS tiegħek tista’ tiġi rrapportata fil-midja. Id-difiża tista’ tagħmillek ukoll mistoqsijiet dwar il-VPS tiegħek fil-qorti.

Jekk inti titlob li l-VPS tiegħek tinqara jew tinstema’ fil-qorti, hu f’idejn il-qorti li tiddeċiedi jekk il-VPS għandhiex tinqara jew għandhiex tinstema’ b’reġistrazzjoni u liema siltiet minn din għandhom jinqraw, u min se jaqraha, filwaqt li tqis l-interessi tiegħek. F’ħafna mill-każijiet, tinqara jew tissemma’ reġistrazzjoni ta’ parti mill-VPS tiegħek jew kollha kemm hi, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li hemm raġunijiet tajbin biex dan ma jsirx. Inti se tiġi informat(a) bid-deċiżjoni tal-qorti.

X’informazzjoni se nirċievi waqt il-proċess?

Inti intitolat(a) li:

  • tiġi informat(a) dwar l-eżitu ta’ kwalunkwe smigħ dwar il-libertà provviżorja (kwalunkwe kundizzjoni rilevanti għal-libertà provviżorja u kwalunkwe tibdil rilevanti f’dawn il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja) bir-raġunijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol. Jekk inti vittma tal-aktar reat serju, il-ħin kollu fil-mira ta’ attakki jew vulnerabbli jew intimidat(a), inti intitolat(a) li tirċievi din l-informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol;
  • tiġi informat(a) bid-data, bil-post u bl-eżitu ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti kriminali dwar il-każ mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta fi żmien jum tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċiviha mill-qorti;
  • tiġi informat(a) jekk jinħareġ mandat ta’ arrest għal persuna suspettata u dwar l-eżitu ta’ seduta jekk il-persuna suspettata terġa’ tiġi arrestata. Jekk persuna suspettata terġa’ tiġi arrestata wara li jkun inħareġ mandat, normalment din tittella’ l-qorti ftit wara. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċiviha mill-qorti;
  • fil-każijiet li fihom il-persuna suspettata tiddikjara li mhix ħatja, tiddiskuti kwalunkwe bżonn li jista’ jkollok mal-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda u tiġi riferit(a) għal grupp ta’ appoġġ jew għal aġenzija rilevanti, fejn xieraq;

Jekk inti xhud matul il-proċess, inti intitolat(a) li:

  • titlob lill-persunal tal-qorti jekk inti tistax tidħol il-bini tal-qorti minn daħla separata differenti minn dik tal-persuna suspettata u tal-familja u l-ħbieb tagħha;
  • fejn iċ-ċirkustanzi jippermettu, tiltaqa’ mal-avukat jew mar-rappreżentant tas-CPS u tagħmillu mistoqsijiet dwar il-proċess tal-qorti. Dan jindika fejn possibbli kemm jaf ikollok iddum tistenna qabel ma tixhed;
  • kull fejn possibbli, tirċievi spjegazzjoni mingħand l-avukat jew ir-rappreżentant tas-CPS jekk ikun hemm ittardjar fil-proċeduri dakinhar u kemm hu probabbli li se ddum tistenna;
  • tistenna u tpoġġi f’żona separata mill-persuna suspettata u mill-familja u l-ħbieb tagħha - il-qorti se tiżgura li dan isir kull fejn ikun possibbli;
  • isiru arranġamenti għal kwalunkwe Miżura Speċjali għalik meta din tiġi ordnata mill-qorti;
  • tingħata punt ta’ kuntatt fil-qorti biex tkun tista’ ssir taf x’inhu jiġri fil-każ waqt li jkun qed jinstema’.

Jista’ jkolli aċċess għall-fajls tal-Qorti?

L-aċċess għad-dokumenti tal-qorti hu rregolat mill-Parti 5 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili. Hu probabbli li l-aktar regoli rilevanti huma 5.4C u 5.4D. Dawn huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra s-sentenza?

Il-vittmi ma għandhomx dritt ta’ appell kontra l-kundanna jew is-sentenza tat-trasgressur.

X’inhuma drittijieti wara li tinqata’ s-sentenza?

Wara l-proċess inti intitolat(a) li:

  • titħallas għal kwalunkwe spiża li s-CPS iddecieda li huma dovuti lilek jekk tlajt il-qorti biex tixhed mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara li s-CPS ikun irċieva formola tat-talba mimlija kif suppost;
  • tiġi informat(a) mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda (Witness Care Unit) dwar l-eżitu tal-proċess inkluż, fejn disponibbli, sommarju qasir tar-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni. Din l-informazzjoni se tiġi pprovduta fi żmien jum tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċiviha mingħand il-qorti;
  • tiddaħħal f’kuntatt, mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda, mas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fejn xieraq u meta dawn ikunu disponibbli.

(i) Jekk isir rikors quddiem il-Crown Court kontra kundanna jew sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bl-informazzjoni li ġejja mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tiegħek fi żmien jum tax-xogħol minn meta din tirċiviha mingħand il-qorti:

  • kwalunkwe avviż ta’ appell li sar;
  • id-data, il-ħin u l-post ta’ kwalunkwe seduta;
  • l-eżitu ta’ dan l-appell, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sentenza oriġinali.

Inti intitolat(a) ukoll li:

  • tistenna u tpoġġi fil-qorti f’żona separata mill-appellant u mill-qraba u l-ħbieb tiegħu. Il-qorti se tiżgura li dan iseħħ kull meta jkun possibbli;
  • tiġi pprovdut(a) b’punt ta’ kuntatt fil-Crown Court;
  • tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fejn xieraq u disponibbli.

ii) Jekk isir rikors għal appell kontra kundanna jew sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, jew jiġu ppreżentati talba jew appell quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit f’kawża kriminali fuq punt tal-liġi.

Inti intitolat(a) li:

  • tiġi informat(a) li l-appellant ingħata permess biex jappella fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċievi dik l-informazzjoni mingħand il-qorti. Jekk inti vittma ta’ reat serju ħafna, tkun il-ħin kollu fil-mira ta’ attakki jew tħossok vulnerabbli jew intimidat(a), inti intitolat(a) li tirċievi din l-informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol;
  • tirċievi informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post ta’ kwalunkwe seduta mingħand l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda fi żmien jum tax-xogħol minn meta din tirċievi l-informazzjoni mingħand il-qorti;
  • tiġi informat(a) mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda jekk l-appellant ikun se jingħata l-ħelsien provviżorju jew jekk il-kundizzjonijiet tal-ħelsien provviżorju jkunu varjaw fi żmien jum tax-xogħol minn mindu din tirċievi din l-informazzjoni mingħand il-qorti;
  • tirċievi aġġornament mingħand l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda dwar kwalunkwe tibdil fid-dati tas-seduti fi żmien jum minn mindu tirċievi din l-informazzjoni mingħand il-qorti;
  • tiġi pprovdut(a), mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tiegħek, b’punt ta’ kuntatt għall-Uffiċċju tal-Appelli Kriminali jew għall-persunal tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit;
  • tiġi informat(a) dwar l-eżitu tal-appell fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċievi dik l-informazzjoni mingħand il-qorti. Dan jinkludi kwalunkwe tibdil fis-sentenza oriġinali. Jekk inti vittma ta’ reat serju ħafna, tkun il-ħin kollu fil-mira ta’ attakki jew tħossok vulnerabbli jew intimidat(a), inti intitolat(a) li tirċievi din l-informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol.
  • tistenna u tpoġġi fil-qorti f’żona separata mill-appellant u mill-qraba u l-ħbieb tiegħu. Il-persunal tal-qorti se jiżgura li dan isir kull fejn ikun possibbli. Rari li appellant jattendi seduti fil-Qorti Suprema. Isirulek arranġamenti speċjali jekk l-appellant ikun preżenti u ma tkunx tixtieq tkun preżenti fl-awla tal-qorti;
  • titlob kopja mingħand l-Uffiċċju tal-Appelli Kriminali jew il-persunal tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit tas-sentenza tal-qorti dwar il-każ ladarba tiġi ppubblikata.

Wara permess għall-appell, jekk jiġi nieqes qarib mill-viċin, f’każ eliġibbli, inti tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa mas-CPS biex jiġu spjegati n-natura tal-appell u l-proċessi tal-qorti.

Il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Każijiet Kriminali

Malli tirċievi applikazzjoni mingħand trasgressur, il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Każijiet Kriminali twettaq rieżamijiet tal-kundanni u tas-sentenzi imposti bħala riżultat tat-trasgressjoni kriminali tat-trasgressur. Il-Kummissjoni tista’ tirreferi kundanna jew sentenza għal appell mill-ġdid jekk ikun hemm xi informazzjoni ġdida jew argument ġdid li jistgħu jfissru li l-kundanna mhix sikura jew li s-sentenza hi twila wisq. Il-Kummissjoni tirċievi madwar 1000 applikazzjoni mingħand persuni kkundannati ta’ kull sena u tirreferi madwar 30-40 każ għal appell mill-ġdid. Meta tirrieżamina każ, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali fuqek u tiddeċiedi jekk għandekx tiġi nnotifikat(a). Il-Kummissjoni tirreġistra r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha rigward il-forma ta’ kuntatt miegħek u f’każijiet xierqa se tinnotifika lill-pulizija dwar dawk id-deċiżjonijiet.

  • Inti intitolat(a) tiġi nnotifikat(a) mill-Kummissjoni jekk din tqis li hemm prospett raġonevoli ta’ rieżami li jinteressak.
  • Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li hu xieraq li tikkuntattjak matul ir-rieżami, il-Kummissjoni tinnotifikak li waslet applikazzjoni u li l-każ qed jiġi rrieżaminat. Wara r-rieżami, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kundanna jew is-sentenza għandhiex tiġi riferita għall-qrati, u tinnotifikak dwar id-deċiżjoni tagħha sakemm inti ma titlobx b’mod espliċitu biex ma tiġix informat(a).
  • Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li mhuwiex xieraq li tikkuntattjak matul ir-rieżami, iżda mbagħad tiddeċiedi li tirreferi l-kundanna jew is-sentenza lill-qrati, il-presuppożizzjoni hi li l-Kummissjoni tinformak dwar ir-riferiment.

Jien intitolat għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

  • Inti intitolat(a) li taċċessa s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe waqt, kemm jekk irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.

X’informazzjoni nista’ ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

  • Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda dwar is-sentenza mogħtija lill-persuna suspettata (jekk tiġi kkundannata) fi żmien jum tax-xogħol minn meta l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tirċievi l-informazzjoni mingħand il-qorti. Din tkun tinkludi spjegazzjoni qasira dwar it-tifsira u l-effett tas-sentenza.
  • Inti intitolat(a) li tiġi riferut(a) għas-CPS li se jiwieġeb kwalunkwe mistoqsija li inti jista’ jkollok dwar is-sentenza li l-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda ma tistax twieġeb.
  • Minbarra l-intitolamenti spjegati hawn fuq, jekk jiġi nieqes qarib mill-viċin, f’każ eliġibbli, inti tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa ma’ rappreżentant tas-CPS li jispjega s-sentenza maqtugħa. Normalment din il-laqgħa sseħħ fil-qorti.

Se nkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

L-Iskema statutorja ta’ Kuntatt tal-Vittma mas-Servizzi ta’ Probation (Probation Service Victim Contact Scheme - VCS) hi offruta lill-vittmi ta’ reati vjolenti u sesswali meta t-trasgressur jirċievi sentenza ta’ 12-il xahar jew aktar. L-għan tal-VCS hu li tipprovdi lill-vittmi eliġibbli b’informazzjoni u b’pariri dwar il-proċess tal-ġustizzja kriminali permezz ta’ Uffiċjal ta’ Kollegament mal-Vittma maħtur apposta. Dan jinkludi l-informar dwar l-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur, bid-diskrezzjoni tas-Servizz Nazzjonali ta’ Probation, bħal trasferiment għal kundizzjonijiet miftuħa jew għal ħelsien, u li jsiru osservazzjonijiet dwar kundizzjonijiet relatati mal-vittmi li jistgħu jintrabtu mal-libertà kondizzjonali tat-trasgressur.

Jekk inti vittma ta’ trasgressur li wettaq trasgressjoni vjolenti jew sesswali [1] u rċieva sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija jew aktar jew li ġie detenut fi sptar għal trattament skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali tal-1983, inti intitolat(a) li tiġi nnotifikat(a) dwar il-VCS mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tiegħek u tiġi informat(a) li d-dettalji tiegħek se jiġu riferiti b’mod awtomatiku lis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation fi żmien 20 jum tax-xogħol, sakemm inti ma tkunx għedt li ma tridx li jsir hekk.

Jekk inti tagħżel li tieħu sehem fil-VCS, inti tkun intitolat(a) li:

  • tiddeċiedi jekk tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar l-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur;
  • tiġi assenjat(a) Uffiċjal ta’ Kollegament mal-Vittma (Victim Liaison Officer - VLO) li se jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt tiegħek fis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation sakemm inti m’intix vittma ta’ pazjent mhux ristrett (ara aktar ’il quddiem);
  • tirċievi informazzjoni u tagħmel osservazzjonijiet lis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation dwar kundizzjonijiet relatati mal-vittmi li għandhom jagħmlu parti mill-libertà kondizzjonali tat-trasgressur jew mill-kundizzjonijiet tar-rilaxx f’każ ta’ ħelsien. Pereżempju, din tista’ tinkludi kundizzjoni li tipprevjeni lit-trasgressur milli jikkuntattja lilek jew lil familtek;
  • tiġi informat(a) mis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation dwar kwalunkwe kundizzjoni li trasgressur ikun soġġett għaliha mal-ħelsien jew mar-rilaxx tiegħu, li għandha x’taqsam miegħek jew ma’ familtek;
  • tiġi informat(a) dwar id-data li fiha se jintemmu dawn il-kundizzjonijiet;
  • tiġi informat(a) dwar kwalunkwe informazzjoni oħra li s-Servizz Nazzjonali ta’ Probation iqis li hi xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-każ, inkluż dwar l-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur, jew it-trattament fil-każ ta’ pazjent tas-saħħa mentali ristrett jew mhux ristrett.

Jekk inti qarib mill-viċin ta’ persuna deċeduta li sfat vittma ta’ trasgressur sentenzjat għal

12-il xahar priġunerija jew aktar għal reat vjolenti jew sesswali jew detenut fi sptar sigur għall-kura, inti se tiġi offrut(a) wkoll parteċipazzjoni fil-VCS. Madankollu, jekk inti m’intix qarib tal-vittma, din se tkun għad-diskrezzjoni tas-Servizz Nazzjonali ta’ Probation.

Jekk inti ġenitur, tutur jew persuna li tieħu ħsieb vittma li ma għalqitx it-18-il sena, hi adult vulnerabbli, jew li għal xi raġuni oħra ma tistax tieħu sehem fil-VCS, inti normalment tiġi offrut(a) parteċipazzjoni għan-nom tagħha. Madankollu, din il-parteċipazzjoni ma tistax tiġi offruta lil ġenitur, lil tutur jew lil persuna li tieħu ħsieb il-vittma jekk jitqies li din mhijiex fl-aħjar interessi tal-vittma.

Miżuri għall-protezzjoni tal-vittma fil-każ ta’ ħarba

Fil-każ improbabbli li trasgressur jaħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba tiġi nnotifikata mill-ħabs, mit-Tim għaż-Żgħażagħ Trasgressuri, mill-isptar jew miċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti, se tinnotifikak kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li t-trasgressur jirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għalik.

[1] Kif definit fit-taqsima 45(2) tal-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi.

Se nkun involut dwar deċiżjonijiet biex jinħeles jew biex jingħata libertà kondizzjonali? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew inressaq appell?

Jekk inti għażilt li tieħu sehem fil-VCS u l-Bord tal-Libertà Kondizzjonali jkun se jikkunsidra l-ħelsien tat-trasgressur jew tibdil f’kundizzjonijiet tal-libertà kondizzjonali, inti tkun intitolat(a):

  • tiġi informat(a) mis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation jekk ikun se jseħħ smigħ tal-Bord tal-Libertà Kondizzjonali;
  • tagħmel osservazzjonijiet dwar kondizzjonijiet tal-libertà kondizzjonali (ara l-glossarju) lill-Bord tal-Libertà Kondizzjonali;
  • tiġi pprovdut(a) bi spjegazzjoni jekk kondizzjoni tal-libertà kondizzjonali li inti tkun tlabt ma tkunx inkluża fil-libertà kondizzjonali tat-trasgressur;
  • tiġi spjegata lilek id-Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma (Victim Personal Statement - VPS) mill-VLO tiegħek, inkluż kif din se tintuża mill-Bord tal-Libertà Kondizzjonali;
  • tagħmel VPS li tintbagħat lill-Bord tal-Libertà Kondizzjonali;
  • tapplika biex tattendi għal seduta orali tal-Bord tal-Libertà Kondizzjonali biex tippreżenta l-VPS tiegħek f’każijiet li fihom il-Bord tal-Libertà Kondizzjonali jiddeċiedi li jkun xieraq li ssir seduta orali.
L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 - Kumpens

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali tal-2012

L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali hi skema ffinanzjata mill-gvern imfassla biex tikkumpensa lil vittmi bla ħtija ta’ reati vjolenti fil-Gran Brittanja. L-Awtorità ta’ Kumpens għal Danni Kriminali (Criminal Injuries Compensation Authority - CICA) tamministra l-Iskema u tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha. Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi; trid tkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema.

Il-Gwida dwar l-Iskema hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Tista’ tibda applikazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Kumpens ordnat mill-qorti

Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Qorti Rjali għandha setgħat illimitati, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trasgressur.

L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u osservazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.

Il-qrati jorbtu importanza konsiderevoli mal-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.

Aktar informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ kumpens mill-Qrati Rjali hi disponibbli minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn:

Talba Ċivili

Id-deċiżjoni dwar jekk tagħmilx talba ċivili hi f’idejk, il-vittma. Madankollu, din tista’ taffettwa talbiet oħra għal kumpens. Jaf ikun jaqbillek tfittex pariri legali.

Informazzjoni dwar kif tagħmel talba hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?

L-infurzar tal-ordnijiet ta’ kumpens hu responsabbiltà tal-qrati.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem? B’liema kundizzjonijiet?

Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Ingilterra u f’Wales.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Jaf tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn:

Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?

Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali jaf tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Meta s-CICA tiddeċiedi li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma tistax tieħu deċiżjoni finali, din tista’ tikkunsidra li tagħmel pagament interim. Jekk ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni finali, hu probabbli li dan iseħħ għaliex tkun qed tistenna sakemm jiġi mifhum l-impatt fit-tul tad-dannu li ġarrabt int.

Aktar informazzjoni hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi joffri informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ fl-inħawi tiegħek, il-ġustizzja restorattiva, is-sistema tal-ġustizzja kriminali, u l-Kodiċi tal-Vittmi u l-Karta tax-Xhieda. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Jipprovdi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u tar-Reati (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar / għall-għoti lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-taqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).

Is-servizzi ffinanzjati lokalment jista' jkun hemm aċċess għalihom permezz tas-siti web tal-Kummissarji tal-Pulizija u tar-Reati rilevanti. Int tista’ ssib il-PCC xieraq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn

Tista’ ssib l-eqreb Ċentru ta’ Riferiment għall-Attakki Sesswali billi ċċempel lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz mhux ta’ emerġenza tal-NHS fuq 111, tkellem lit-Tabib (General Practitioner - GP) tiegħek jew lid-dipartiment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza (Accident & Emergency - A&E) tal-isptar lokali tiegħek, jew billi żżur is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNHS ChoicesIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nhs.uk/Service-Search/Rape-and-sexual-assault-referral-centres/LocationSearch/364.

Il-hotline għall-appoġġ tal-vittmi

Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi jinkludi linja ta’ informazzjoni għall-vittmi: +44 808 168 9293.

L-appoġġ għall-vittmi huwa bla ħlas?

Iva.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi tal-Istat jew mill-awtoritajiet?

Il-pulizija trid tipprovdilek informazzjoni dwar fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Parti 7 tal-Att tal-1996 dwar l-Akkomodazzjoni (Housing Act 1996) tesiġi li l-awtoritajiet lokali tal-akkomodazzjoni jassistu lill-individwi u lill-familji li huma mingħajr dar u li japplikaw għall-għajnuna.

Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa jipprovdi appoġġ għal:

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Ħafna organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet tal-karità jipprovdu assistenza, pariri dwar l-appoġġ, konsulenza u servizzi ġenerali u speċjalizzati oħra lill-vittmi ta’ reati, f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.