Kif u fejn nista' nirrapporta delitt?
Kif nista' nkun naf x'jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?
Kif nista' nkun involut fl-istħarriġ ta' delitt?
X'inhuma drittijieti bħala xhud?
Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?
Nista' nirċievi għajnuna legali?
Kif nista' nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?
X'servizzi u x'assistenza nista' ningħata waqt l-istħarriġ tad-delitt?
Il-każ tiegħi kif jissokta wara li jintemm l-istħarriġ?
Nista' nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitla' quddiem il-qorti?
Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?
Jekk int vittma ta' delitt fl-Ingilterra u Wales tista' tagħmel rapport lill-pulizija.
Ir-rapport tiegħek tista' tagħmlu jew billi ċċempel jew tmur personalment fl-eqreb għassa tal-pulizija. Għal każijiet mhux urġenti tista' ċċempel in-numru mhux għall-emerġenzi 101 sabiex tagħmel kuntatt mal-korp lokali tal-pulizija. F'każijiet urġenti tista' ċċempel in-numru ta' emerġenza 999 jew 112.
Jekk inti qed tfittex l-ażil jew int refuġjat, tista' tikkuntattja wkoll wieħed mis-Servizzi ta' Kuntatt Waħdieni, li jgħinuk issib l-eqreb għassa tal-pulizija u jistgħu jipprovdulek interpretu mingħajr ħlas jekk ikollok bżonn.
Jekk ma tħossokx komdu tirraporta d-delitt personalment tista' ssaqsi lil persuna oħra biex tagħmel dan f'ismek jew tagħmel rapport anonimu lil Crimestoppers billi ċċempel 0800 555 111 jew billi timla l- formola elettronika tagħhom. Madanakollu ftakar illi jekk inti l-vittma tad-delitt il-pulizija jkollhom bżonn ikellmuk f'xi waqt sabiex imexxu l-investigazzjoni b'mod effettiv.
Jekk ma titkellimx bl-Ingliż tista' tirraporta d-delitt bil-lingwa tiegħek jew b'kull lingwa oħra li tifhem. Is-servizzi ta' traduzzjoni jingħataw mingħajr ħlas, jekk ikunu meħtieġa.
Meta tirraporta delitt lill-pulizija, tiġi mitlub għad-dettalji kollha rilevanti dwar id-delitt, dwar il-persuna li inti taħseb hija ħatja tad-delitt (jekk magħrufa) u għad-dettalji personali rilevanti (pereż. ismek, l-indirizz u dettalji oħra ta' kuntatt).
L-uffiċjal tal-pulizija li lilu tirraporta d-delitt iniżżel dawn id-dettalji f'formola speċjali. Għall-biċċa l-kbira tad-delitti mhemmx skadenza biex isir ir-rapport iżda jkun aħjar illi d-delitti jiġu rappurtati mill-aktar fis possibbli.
Aktar informazzjoni dettaljata dwar kif għandu jsir rapport ta' delitt lill-pulizija hija disponibbli wkoll onlajn.
Inti tirċievi n-numru ta' referenza tar-rapport tiegħek li tista' tużah biex issegwi l-progress fuq il-każ tiegħek. Tiġi kkuntattjat mill-persuna inkarigata bil-każ tiegħek f'perjodi regolari sabiex tiġi aġġornat dwar l-investigazzjoni. Jekk tkun teħtieġ aktar informazzjoni tista' ċċempel fuq in-numru mhux ta' emerġenza 101. Tista' tmur ukoll l-għassa tal-pulizija, iżda jekk tmur mingħajr appuntament, jista' jagħti l-każ illi l-persuna inkarigata bil-każ tiegħek ma tkunx hemm.
Jekk il-pulizija tkun qed tieħu ħsieb tal-każ tista' tagħmel Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma, fejn tagħti dettalji dwar l-impatt finanzjarju, emozzjonali, fiżiku u psikoloġiku li ħalla fuqek id-delitt (u fejn japplika, fuq il-familja tiegħek). Din id-dikjarazzjoni tista' tagħmilha mar-rapport tad-delitt jew fi kwalunkwe ħin wara. Skont il-bżonnijiet tiegħek tiġi pprovdut b'interpretu mingħajr ħlas, eżaminazzjoni medika u servizzi oħra. Madanakollu, dawn ma jinkludux pariri legali u/jew rappreżentazzjoni legali għaliex fir-Renju Unit il-vittma mhix parti mill-proċedimenti, għaliex isiru bejn l-Istat u l-akkużat. Bħala vittma ta' delitt, jekk tabilħaqq tieħu sehem fil-proċedimenti tal-qorti dan tagħmlu bħala xhud.
Matul l-investigazzjoni għandek dritt għal aġġornamenti regolari fuq xi progress, u tiġi mgħarraf dwar xi arrest. Madanakollu, ma titħallix tara dokumenti jew dejta dwar il-proċedimenti. Kull parteċipazzjoni ulterjuri fl-investigazzjoni issir fuq talba tal-pulizija (pereż. biex twieġeb għal aktar mistoqsijiet jew biex tidentifika lit-trasgressur minn fost numru ta' persuni). Mintix obbligat tipparteċipa ulterjorment kontra x-xewqat tiegħek (għalkemm tista' tkun obbligat tipparteċipa f'kull proċediment il-qorti sussegwenti).
Minħabba li fir-Renju Unit il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti, m'għandekx dritt speċifiku għal rappreżentazzjoni. Madanakollu, jekk tiddeċiedi li tqabbad avukat (bi spejjeż tiegħek) sabiex jippreżenta informazzjoni jew argumenti lill-awtoritajiet, ġeneralment dawn ir-rappreżentazzjonijiet jiġu meqjusa.
Tiġi infurmat meta jinġiebu l-akkużi formali kontra persuna suspetta, u l-fehmiet tiegħek jiġu meqjusa mis-servizz tal-prosekuzzjoni. Is-servizz tal-prosekuzzjoni mhux obbligat jimxi skont il-fehma tiegħek, għalkemm tista' tgħarrfu bil-fehmiet tiegħek permezz tad-Dikjarazzjoni Peronali tal-Vittma u x'aktarx fil-prattika din tiġi meqjusa.
L-ispejjeż imġarrba f'dan l-istadju ġeneralment ma jiġux rimborżati.
Matul l-investigazzjoni il-pulizija tista' titolbok tagħti dikjarazzjoni ta' xhud. Normalment tiġi mistieden tgħid x'ġara filwaqt li l-uffiċjal tal-pulizija jniżżel bil-miktub dak li tkun għedt. Imbagħad tintalab tivverifika jekk id-dikjarazzjoni tiegħek ġietx traskritta korrettament u tiffirmaha. L-uffiċjal tal-pulizija jista' jagħmel xi korrezzjonijiet jekk inti tħoss li huma neċessarji u tintalab tapprovahom.
Jekk tkun qed tagħmel dikjarazzjoni, il-pulizija tagħmel evalwazzjoni tal-bżonnijiet tiegħek bħala xhud. L-evalwazzjoni tkopri meta u kif tista' tiġi kkuntattjat u liema bżonnijiet lingwistiċi u ta' komunikazzjoni jista' jkollok bżonn. Il-pulizija tevalwa wkoll jekk speċjalist tal-komunikazzjoni (imsejjaħ Intermedjarju Reġistrat) jistax jgħinek bid-dikjarazzjoni tiegħek jew jekk id-dikjarazzjoni bħala xhud tiegħek hix se tiġi rekordjata bil-vidjow.
F'ċerti ċirkostanzi d-dikjarazzjoni ta' xhud tiegħek ma tistax tintuża bħala prova fil-qorti, pereżempju jekk ix-xhieda tiegħek ma tiġix kontestata mid-difiża, iżda huwa aktar probabbli li tintuża u tista' tintalab tagħti aktar xhieda waqt il-proċess personalment.
Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala xhud, ara l-Karta tax-Xhieda (dalwaqt disponibbli)
Jekk inti minuri taħt it-18-il sena tista' tirċievi għajnuna u assistenza mtejba meta' tixhed il-qorti jekk għandek il-kapaċità biex tagħmel dan.
Id-dikjarazzjoni tax-xhieda tiegħek tiġi rekordjata bil-vidjow sakemm ma titlobx li tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub. Madanakollu, jista' jkun li xorta tiġi mitlub titla' l-qorti biex tiġi mistoqsi dwar ix-xhieda tiegħek.
Meta tirraporta delitt lill-pulizija tiġi mgħarraf jekk il-pulizija hix se tinvestiga l-każ jew le u tiġi mistoqsi dwar x'taħseb mill-prosekuzzjoni.
Tiġi mistoqsi wkoll jekk tixtieqx tirċievi aktar informazzjoni (pereż. dwar id-deċiżjonijiet tal-prosekuzzjoni u l-proċedimenti tal-qorti). Il-pulizija żżommok aġġornat b'mod regolari dwar il-progress li jkun sar matul l-investigazzjoni ta' reat kriminali serju. Jekk id-delitt ikun inqas serju, il-pulizija tipprovdilek dettalji ta' kuntatt sabiex issir taf f'liema stadju tkun waslet l-investigazzjoni. Tiġi nfurmat dwar il-konklużjoni tal-investigazzjoni (jiġifieri dwar jekk l-akkużat ġiex akkużat formalment jew imwissi).
Għal aktar tagħrif dwar kwistjonijiet bħal talba għall-kumpens tiġi referut lill- Appoġġ għall-Vittmi.
Fejn japplika tiġi referut ukoll għal servizzi speċjalizzati oħra (pereż. b'rabta mal-vjolenza domestika jew l-attakk sesswali).
M'għandekx dritt għall-għajnuna legali sakemm ma tkunx qed tfittex prosekuzzjoni privata fejn f'ċerti każijiet hija disponibbli l-għajnuna legali. Dan għaliex il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti fir-Renju Unit u għalhekk normalment ma jkunux jeħtieġu rappreżentanza. L-unika eċċezzjoni hija fejn in-natura tad-delitt teħtieġ assistenza jew evalwazzjoni speċjalizzata (pereż. medika), li mbagħad tingħata mingħajr ħlas.
Jekk inti tħoss illi int jew il-familja tiegħek qiegħdin f'riskju ta' attività kriminali għandek tagħmel rapport lill-pulizija mill-ewwel sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi xierqa. Il-pulizija tipprovdi dik il-protezzjoni li hija taħseb li hija neċessarja u raġjonevoli, ikkunsidrati l-livell, il-probabbiltà u l-immedjatezza tar-riskju.
Il-protezzjoni tista' tkun ta' diversi tipi pereżempju rondi regolari viċin id-dar tal-vittma, jew allarm li jdoqq fl-għassa tal-pulizija lokali. Miżuri aktar drastiċi ta' protezzjoni jittieħdu biss fl-aktar każijiet serji (pereżempju l-anonimità matul il-proċess jew il-programmi ta' protezzjoni tax-xhieda).
Jekk l-allegazzjoni hija kwistjoni li tikkonċerna l-pulizija, inti tiġi riferut lill- Appoġġ għall-Vittmi, li tagħtik aktar għajnuna u gwida kif xieraq.
Fejn japplika tiġi referut ukoll għal servizzi speċjalizzati oħra (pereż. b'rabta mal-vjolenza domestika jew l-attakk sesswali), jekk inti tixtieq.
Dawn is-servizzi normalment jingħataw mingħajr ħlas.
Il-pulizija u s-servizz tal-prosekuzzjoni jikkunsidraw jekk ikunx xieraq xi mezz alternattiv għall-prosekuzzjoni, u dan jista' jinkludi l-medjazzjoni. Twissija formali mill-puliziija jew twissija kundizzjonali (magħrufa wkoll bħala "twissija") mis-servizz tal-prosekuzzjoni bosta drabi teħtieġ illi t-trasgressuri jieħdu sehem f'xi forma ta' konċiljazzjoni mal-vittmi, u dan jista' jinkludi wkoll il-medjazzjoni.
Normalment tiġi mistieden tieħu sehem f'din il-proċedura. Il-medjazzjoni tista' sseħħ biss bil-kunsens tiegħek u titmexxa mill-pulizija jew mill-persunal tal-probation.
Hekk kif il-pulizija ttemm l-investigazzjoni, hija tiddeċiedi jekk tirreferix il-każ lis-servizz tal-prosekuzzjoni biex tara jekk għandhiex tibda proċess. Is-servizz tal-prosekuzzjoni jeżamina jekk hemmx biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata u jekk hux fl-interess pubbliku li jittieħdu passi kontra tiegħu/tagħha. Jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni jiddeċiedi illi l-prosekuzzjoni għandha tmexxi, jinħarġu l-akkużi kontra l-persuna suspettata u l-każ jitressaq il-qorti. F'każijiet inqas serji il-pulizija tista' tieħu din id-deċiżjoni hija nnifisha mingħajr ma tagħmel referenza għas-servizz tal-prosekuzzjoni. Il-pulizija dejjem tinfurmak jekk il-każ tiegħek hux se jitressaq il-qorti jew le, irrispettivament jekk id-deċiżjoni saritx mill-pulizija jew mis-servizz tal-prosekuzzjoni.
Ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-pulizija jew tal-prosekuzzjoni li ma jkomplux bil-prosekuzzjoni. Madanakollu, tista' titlob lis-servizz tal-prosekuzzjoni biex jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu.
Tista' titlob ukoll lill-High Court biex tirrevedi d-deċiżjoni. Huwa diffiċli ħafna li tirnexxi f'dan il-proċess (li huma magħruf bħala "stħarriġ ġudizzjarju") għaliex il-High Court tagħti deċiżjoni kontra min ħa d-deċiżjoni biss jekk tiddeċiedi illi d-deċiżjoni ma kinitx raġonevoli xejn (b'differenza minn mhux mixtieqa). Anke jekk tirnexxi, il-qorti ma tordnax li titkompla l-prosekuzzjoni. Minflok hija tordna lil min ħa d-deċiżjoni sabiex jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl tas-sejbiet tal-qorti. Jekk qed tikkunsidra din it-tip ta' azzjoni se jkollok bżonn rappreżentazzjoni legali. L-għajnuna legali hija disponibbli f'ċerti ċirkustanzi, iżda biss jekk jiġu sodisfati kriterji stretti (partikolarment dwar iċ-ċirkustanzi finanzjarji).
Jista' jkun li tkun tista' titlob prosekuzzjoni privata, għalkemm mhijiex komuni fir-Renju Unit. Din il-prosekuzzjoni sseħħ billi jintalab il-ħruġ ta' mandat għall-arrest tat-trasgressur suspettat mill-qorti tal-maġistrati lokali jew "taħrika" sabiex jidher il-qorti f'data speċifika. F'dawn il-każijiet x'aktarx illi l-għajnuna legali ma tkunx disponibbli. Barra minn hekk, jekk tibda l-prosekuzzjoni u mbagħad tintemm mhux normalment possibbli li jergħu jibdew il-proċedimenti mill-ġdid. Il-maġistrati jeħtieġu provi biżżejjed tal-ħtija tat-trasgressur suspettat biex jiġi kkundannat fin-nuqqas ta' ċaħda min-naħa tiegħu.
Jekk int barrani għandek id-drittijiet kollha mniżżla aktar 'il fuq.
Barra minn hekk, jekk ma titkellimx bl-Ingliż l-awtoritajiet jagħmlu mill-aħjar tagħhom biex fejn tingħata xi informazzjoni u jekk ikollok bżonn jipprovdulek traduzzjoni jew interpretu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Kif nista' nkun involut fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?
Xi drittijiet għandi bħala xhud?
Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?
Nista' nirċievi għajnuna legali?
Kif nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?
Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?
Tiġi nfurmat bid-data tas-seduta l-qorti, u bit-tip ta' seduta. Din tista' tkun:
Inti tista' tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali:
Għandek dritt tkun preżenti matul il-proċedimenti kollha tal-qorti ħlief:
Mhemmx bżonn tattendi għall-proċess sakemm ma tkunx mitlub tkun xhud u tkun obbligat tagħti x-xhieda tiegħek.
Tiġi nfurmat wkoll jekk ikollokx bżonn tixhed bħala xhud, li ġeneralment huwa l-każ biss jekk l-akkużat jiċħad il-ħtija. Bħala xhud trid tattendi s-seduta u twieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulek.
Jekk għamilt dikjarazzjoni bħala xhud matul l-investigazzjoni u ġejt mitlub tixhed oralment matul il-proċess, titħalla terġa' tara d-dikjarazzjoni tiegħek stess qabel ma tixhed.
Qabel ma tibda tixhed tiġi mitlub tieħu ġurament jew tiddikjara illi se tgħid il-verità. Matul is-seduta il-prosekutur u l-avukat tad-difiża jistaqsuk xi mistoqsijiet. Min jagħmillek il-mistoqsijiet jista' jgħid jew jissuġġerixxi xi ħaġa li skont il-fehma tiegħek hija żbaljata. Jekk jiġri hekk għandek tgħid b'mod ċar illi ma taqbilx. Ir-rwol tiegħek bħala xhud huwa li tgħid il-verità. Meta ma ssirlek l-ebda aktar mistoqsija, l-imħallef jinfurmak li tista' tmur. Inti tista' mbagħad tagħżel li titlaq, jew jekk tkun tixtieq u għandek 14-il sena jew aktar, tista' tibqa fl-awla tal-qorti u tisma' l-kumplament tas-seduta.
Jekk tħossok dgħajjef jew intimidat u tissodisfa l-kriterji rilevanti, il-prosekutur jista' jitlob lill-qorti qabel is-seduta sabiex jittieħdu miżuri speċjali biex jgħinuk waqt li tkun qed tixhed. Dawn il-miżuri jinkludu skrin speċjali biex ma jkunx jista' jarak l-akkużat meta tkun il-qorti u l-possibiltà li tixhed permezz ta' vidjow link diretta barra l-awla tal-qorti. Il-qorti tiddeċiedi liema miżuri tista' tuża iżda għandha tikkunsidra l-opinjoni tiegħek meta' tieħu d-deċiżjoni.
Normalment tinstema' bħala xhud darba biss. Madanakollu, jekk ikun hemm bżonn, tista' tintalab terġa titla' l-qorti u twieġeb għal mistoqsijiet addizzjonali.
Tista' titlob għal kumpens ta' ċerti spejjeż bħall-ivvjaġġar lejn il-qorti, u kumpens għall-ikel u paga mitlufa jew telf finanzjarju ieħor, bħal pereżempju l-indukrar tat-tfal. L-ammont li tista' titlob lura jiddependi mit-tul ta' żmien li kellek tqatta' l-bogħod mid-dar jew mix-xogħol biex titla' l-qorti.
Fl-Ingilterra u Wales tista' tibbenefika mill-assistenza tal-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda lokali. Inti tiġi kkuntattjat minn uffiċjal għall-ħarsien tax-xhieda wara li jitressqu l-akkużi kontra l-akkużat. L-uffiċjal ikun il-punt ta' kuntatt waħdieni tiegħek sakemm jintemm il-proċess kriminali. L-uffiċjal għall-ħarsien tax-xhieda tiegħek jista' jagħmel arranġamenti sabiex iżżur il-qorti qabel ma tixhed, ħalli tilħaq tidra l-post. Huwa jieħu ħsieb tal-assistenza l-oħra kollha li tista' tiġi bżonn bħal pereżempju t-trasport, l-interpretazzjoni, l-għajnuna medika, eċċ.
Skont fejn ikun seħħ id-delitt inti tista' tingħata assistenza wkoll mis- Servizz għax-Xhieda, li hija organizzazzjoni volontarja, li tgħin lix-xhieda jlestu rwieħhom għall-qorti billi tagħtihom informazzjoni u appoġġ.
Għal aktar informazzjoni ikkonsulta l-fuljett Xhud il-Qorti. Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala xhud, ikkonsulta l-Karta tax-Xhieda.
Jekk inti minuri taħt is-17-il sena tista' titlob lill-prosekutur biex jitlob lill-qorti qabel il-proċess sabiex jittieħdu miżuri speċjali biex jgħinuk fix-xhieda tiegħek il-qorti.
Il-miżuri speċjali disponibbli jinkludu:
Nista' nirċievi għajnuna legali?
M'għandekx dritt għall-għajnuna legali sakemm mhux tfittex prosekuzzjoni privata, fejn f'ċerti każijiet hija disponibbli l-għajnuna legali. Dan għaliex fir-Renju Unit il-vittmi mhumiex parti mill-proċedimenti.
Matul il-proċess kriminali tista' tingħata l-istess protezzjoni li ngħatajt waqt l-investigazzjoni. Il-pulizija tagħtik dik il-protezzjoni li hija tqis neċessarja u raġonevoli, filwaqt li tqis il-livell, il-probabbiltà u l-immedjatezza tar-riskju. Il-protezzjoni tista' tkun ta' diversi tipi, pereż. rondi regolari viċin darek, jew allarm li jdoqq fl-għassa lokali tal-pulizija. Il-miżuri aktar drastiċi jiġu kkunsidrati biss fl-aktar każijiet serji (bħall-anonimità matul il-proċess kriminali jew il-programmi ta' ħarsien tax-xhieda).
F'ċerti ċirkustanzi inti tista' titlob għad-danni mingħand it-tragressur, f'dan il-każ inti trid tagħti dettalji dwar it-telf tiegħek lill-pulizija meta' tirraporta d-delitt jew ftit wara. Il-pulizija jgħaddu dawn id-dettalji lis-servizz tal-prosekuzzjoni li mbagħad jitlob għall-kumpens f'ismek. Jekk xi ħadd jinstab ħati tad-delitt il-qorti li se tagħti l-kundanna x'aktarx tordna lit-trasgressur biex iħallas it-telf kollu, jew proporzjon tiegħu, li tkun ġarrabt sakemm ma jkunx f'qagħda li jħallas. Il-ħlas jista' jsir kull ġimgħa jew fix-xahar. L-ordni għal kumpens jieħu prijorità fuq kull multa li jkollu jħallas it-trasgressur.
Jekk inti l-vittma ta' delitt vjolenti tista' tkun eliġibbli biex tapplika għal kumpens finanzjarju mill-Istat. L-applikazzjoni tiegħek trid issir lill- Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-iskeda informattiva dwar il-kumpens lill-vittmi ta' delitti fl-Ingilterra u Wales (disponibbli bl- Ingliż u diversi lingwi oħra) tal-Network Ġudizzjarju Ewropew.
Matul il-proċess kriminali huma possibbli l-konċiljazzjoni u/jew il-medjazzjoni, skont in-natura tad-delitt.
Normalment tiġi mistieden tipparteċipa f'din il-proċedura. Il-medjazzjoni sseħħ biss bil-kunsens tiegħek u titmexxa mill-pulizija jew mill-persunal tal-probation.
Jekk inti barrani għandek id-drittijiet kollha mniżżla aktar 'il fuq.
Barra minn hekk, jekk ma titkellimx bl-Ingliż l-awtoritajiet jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jekk tingħata informazzjoni jipprovdulek traduzzjoni jew interpretu f'każ ta' bżonn, b'mod partikolari meta tiġi msejjaħ tixhed il-qorti bħala xhud.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?
Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?
Fl-aħħar tal-proċess kriminali, jekk tixtieq, tiġi mgħarraf dwar l-eżitu u dwar kull sentenza mogħtija mill-qorti.
Ma tistax tappella mid-deċiżjonijiet tal-qrati iżda għal ċerti reati serji, jekk ma tkunx issodisfat bis-sentenza mogħtija mill-qorti wara l-kundanna, tista' tikkuntattja lill-Avukat Ġenerali li għandu dritt jappella quddiem il-Qorti tal-Appell, jekk jaħseb illi s-sentenza kienet klementi żżejjed.
Jekk inti vittma ta' reat sesswali jew vjolenti li għalih it-trasgressur ingħata sentenza ta' 12-il xahar jew aktar, inti eliġibbli sabiex tidħol fl- Iskema ta' Kuntatt tal-Vittma (VCS)tal-Probation. L-għan tal-VCS huwa li jipprovdi lill-vittmi eliġibbli b'informazzjoni u pariri dwar il-proċess tal-ġustizzja kriminali permezz ta' Uffiċjal ta' Kuntatt mal-Vittma maħtur apposta. Inti jkollok dritt tressaq il-fehmiet tiegħek dwar il-kundizzjonijiet ta' garanzija li jistgħu ikunu mehmuża mal-garanzija għall-ħelsien tat-trasgressur. Barra minn hekk, inti tinżamm infurmat bl-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur, fid-diskrezzjoni tal-fiduċja tas-servizz tal-probation.
Il-parteċipazzjoni tiegħek fl-iskema hija kompletament volontarja u tista' toħroġ minnha f'kull ħin jekk tbiddel fehmtek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Refuge for Women and Children against Domestic Violence
Women’s Aid Federation of England
Support after murder and manslaughter
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli mid-direzzjoni ġenerali tal-politika dwar il-ġustizzja kriminali u l-kura tal-vittmi u x-xhieda.
Il-Kummissarju tal-Vittmi
KUNTATTI:
Victim Support hija karità nazzjonali li tagħti għajnuna kunfidenzjali b'xejn lill-vittmi tal-kriminalità, lix-xhieda, lil familthom, lil sħabhom u kull persuna oħra affettwata fl-Ingilterra u Wales.
Victim Support
KUNTATTI:
Għad-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċji lokali ta' Victim Support ikklikkja hawnhekk.
Iċ-Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru fl-Ingilterra u Wales jippovdu servizzi speċjalisti għal nisa u bniet ta' iktar minn 13-il sena li jkunu ġew stuprati jew ikunu esperjenzaw forma oħra ta' vjolenza sesswali - kemm jekk bħala adulti u kemm jekk bħala tfal.
Iċ-Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru:
KUNTATTI:
Tista' ssib għadd ta' Ċentri ta' Appoġġ għall-Vittmi ta' Stupru fis-siti li ġejjin:
Ir-Refuge for women and children against domestic violence hija karità nazzjonali u kumpannija limitata b'garanzija, li tmexxi linja telefonika għall-għajnuna, rifuġji, tipprovdi appoġġ psikoloġiku, servizz ta' avukatura ġuridika indipendenti u servizzi għal nisa u tfal minn minoranzi etniċi.
Ir-Refuge for Women and Children against Domestic Violence
KUNTATTI:
Women’s Aid Federation of England hija karità nazzjonali ewlenija li taħdem biex ittemm il-vjolenza domestika kontra nisa u tfal. Hija tappoġġa network ta' 'l fuq minn 500 servizz ta' vjolenza domestika u sesswali madwar ir-Renju Unit.
Il-Women’s Aid Federation of England
KUNTATTI:
Support after murder and manslaughter hija karità indipendenti rreġistrata, li toffri appoġġ emozzjonali lil dawk li jitilfu lil xi ħadd minħabba omiċidju volontarju jew involontarju.
Support after murder and manslaughter
KUNTATTI:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali bħall-“fuljett ta’ informazzjoni għall-vittmi ta’ reat”, jew id-dettalji ta’ sit web li jkun fih dik l-informazzjoni.
Skont it-tip ta’ reat, iċ-ċirkustanzi personali tiegħek, jew ir-rilevanza ta’ dan għall-istadju partikolari tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri kriminali, l-aċċess għall-informazzjoni li ġejja jrid jiġi offrut lilek sa mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija:
Inti intitolat(a) li taċċessa s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe waqt, kemm jekk irrapportat reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.
Inti intitiolat(a) li tirċievi s-servizzi stabbiliti f'dan il-Kodiċi jekk ir-reat seħħ fl-Ingilterra jew f’Wales, jew jekk is-servizzi huma relatati ma’ proċeduri kriminali li qed isiru fl-Ingilterra jew f’Wales. [1]
[1] L-eliġibbiltà għal kumpens mill-Awtorità ta’ Kumpens għad-Danni Kriminali tista’ tiddependi mir-residenza jew min-nazzjonalità tiegħek sakemm ma tiġix identifikat(a) b’mod konklużiv bħala vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, jew tingħata asil, protezzjoni umanitarja jew awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza.
Inti intitolat(a) li tirċievi dan li ġej mingħand il-pulizija:
Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mingħand il-pulizija biex tkun tista’ taċċessa l-appoġġ tagħhom fi kwalunkwe ħin.
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol meta persuna suspettata tiġi:
Jekk inti ma tifhimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) li titlob interpretazzjoni f’lingwa li tifhem:
Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) titlob traduzzjoni tal-informazzjoni li ġejja:
[1] Inti intitolat(a) tirrapporta r-reat f’lingwa li tifhem jew bl-assistenza lingwistika neċessarja jekk ma titkellimx bl-Ingliż.
Il-fornituri ta’ servizzi skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi jridu jikkomunikaw miegħek b’lingwa sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa (eż. EasyRaid, Braille jew l-użu ta’ Intermedjarju Reġistrat) biex jassistuk tifhem u tiġi mifhum(a). Meta jikkunsidraw il-miżuri xierqa, il-fornituri ta’ servizzi jridu jqisu kwalunkwe karatteristika personali rilevanti li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li tifhem u tiġi mifhum(a).
Hemm firxa ta’ fuljetti ta’ informazzjoni disponibbli li jużaw lingwa sempliċi, f’varjetà ta’ formati.
It-Taqsima 56 tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittimi tal-2004 (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004) tipprevedi biex il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Tipprevedi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u għall-Kriminalità (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar/għall-forniment lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-Taqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).
Il-pulizija tispjegalek li din se tgħaddi b’mod awtomatiku d-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi żmien jumejn tax-xogħol mindu jiġi rrapportat ir-reat. Inti intitolat(a) titlob lill-pulizija biex ma jgħaddux id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.
Jekk inti vittma ta’ reat sesswali jew ta’ vjolenza domestika, jew jekk jiġi nieqes qarib mill-viċin tiegħek, il-pulizija tfittex il-kunsens espliċitu tiegħek qabel ma tibgħat id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.
Meta jkunu meħteiġa jaqsmu informazzjoni skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi, il-fornituri ta’ servizzi jridu jagħmlu dan b’mod effettiv u f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Att tal-1998 dwar il-Protezzjoni tad-Data u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
Le - inti intitolat(a) li taċċessa s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe waqt, kemm jekk irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni
Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ reati, il-fornitur ta’ servizz irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali biex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni u jiġi ddeterminat jekk il-vittma tkunx tibbenefika, u jekk iva, kemm, minn miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi jew minn Miżuri Speċjali matul l-interrogazzjoni jew minn Miżuri Speċjali matul ix-xhieda
In-natura tal-valutazzjoni se tkun tiddependi miċ-ċirkustanzi kollha, inklużi s-severità tar-reat u l-grad ta’ dannu apparenti mġarrab mill-vittma. Il-valutazzjoni trid tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi personali tal-vittma, il-fehmiet tiegħu, u n-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat.
Fejn, minħabba l-valutazzjoni individwali, fornitur ta’ servizz ikun identifika vittma bħala waħda li għandha ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u li tkun tibbenefika minn miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni matul l-interrogazzjoni tagħha, il-fornitur ta’ servizz responsabbli għall-investigazzjoni ta’ trasgressjoni jrid jiżgura wkoll, soġġett għal restrizzjonijiet operazzjonali u prattiċi, li jkun hemm dawn li ġejjin disponibbli:
Fil-każ improbabbli ta’ persuna suspettata li taħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba ssir taf bil-ħarba jew tiġi nnotifikata dwar din mill-ħabs, mit-Tim għaż-Żgħażagħ Trasgressuri, mill-isptar jew miċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti, se tinnotifikak kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li l-persuna suspettata tirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għalik.
Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ trasgressjonijiet, dan irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali biex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni. F’ħafna mill-każijiet dan se jkun il-pulizija.
Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija biex din tidentifika kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u kemm. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni se tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat, u l-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar se jkun imfassal bl-eżatt il-livell ta’ appoġġ għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.
Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija biex din tidentifika kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u kemm. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni se tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkustanzi tar-reat, u l-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar se jkun imfassal bl-eżatt il-livell ta’ appoġġ għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.
Inti eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk il-kwalità tal-evidenza tiegħek aktarx li tkun affettwata għax:
[1] Dan hu bbażat fuq il-kriterji fit-taqsima 16 tal-Att tal-1999 dwar il-Ġustizzja għaż-Żgħażagħ u l-Evidenza Kriminali (Youth Justice and Criminal Evidence Act 1999) biex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali (ara l-paragrafi 1.13-1.15 tal-Kapitolu 1)
Inti tkun eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk ma tkunx għalaqt it-18-il sena meta jseħħ ir-reat. Dawn jinkludu l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali jekk inti tixhed il-qorti.
[1] Dan hu bbażat fuq il-kriterji fit-taqsima 16 tal-Att tal-1999 dwar il-Ġustizzja għaż-Żgħażagħ u l-Evidenza Kriminali (Youth Justice and Criminal Evidence Act 1999) biex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali (ara l-paragrafi 1.13-1.15 tal-Kapitolu 1)
Qraba tad-deċedut li jiġu mill-viċin huma intitolati li jirċievu servizzi skont il-Kodiċi bħal vittmi tal-aktar reat serju.
Il-kelliem tal-familja għall-vittmi ta’ reat li jkollhom diżabilità jew għall-vittmi li tant ikunu korrew minħabba reat kriminali li ma jkunux jistgħu jikkomunikaw
Jekk għandek diżabilità jew tant korrejt gravi minħabba reat kriminali li ma tistax tikkomunika, inti jew il-qraba tiegħek li jiġu minnek mill-viċin intom intitolati li tinnominaw kelliem tal-familja li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt sabiex jirċievi s-servizzi skont dan il-Kodiċi.
Il-ġenitur jew it-tutur ta’ vittma li għandha anqas minn 18-il sena
Jekk inti vittma li m’għalqitx it-18-il sena, inti, u normalment il-ġenitur jew it-tutur tiegħek, intom intitolati li tirċievu servizzi skont dan il-Kodiċi.[1]
[1] Ħlief jekk il-ġenitur jew it-tutur tiegħek ikunu qed jiġu investigati jew ġew akkużati mill-pulizija b’rabta mar-reat jew jekk fl-opinjoni raġonevoli tal-fornitur ta’ servizzi involut mhuwiex fl-aħjar interessi tiegħek li l-ġenitur jew it-tutur tiegħek jirċievu t-tali servizzi.
Ġustizzja Riparatriċi hi l-proċess ta’ tqarrib tal-vittmi ma’ dawk responsabbli għall-ħsara, biex tinstab triq pożittiva ’l quddiem.
Il-Ġustizzja Riparatriċi hi volontarja - inti mhux bilfors tieħu sehem, u kemm inti kif ukoll it-trasgressur tridu taqblu dwarha qabel ma tkun tista’ sseħħ. Inti tista’ tieħu sehem fil-Ġustizzja Riparatriċi f’waqt li jkun tajjeb għalik jew inti tista’ tintalab tieħu sehem għaliex it-trasgressur ikun talab Ġustizzja Riparatriċi. Anki jekk iż-żewġ partijiet ikunu jridu jieħdu sehem, din jaf ma tkunx xierqa u l-faċilitatur se jagħmel valutazzjoni ta’ din.
Se jiddaħħlu fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħaġa li taqbel li tieħu sehem fiha tkun sikura; dejjem se jkun hemm faċilitatur imħarreġ preżenti matul kwalunkwe laqgħa bejnek u t-trasgressur. Jekk it-trasgressur ikun ammetta l-ħtija u jkun lest li jieħu sehem f’laqgħa jew jikkomunika miegħek, inti jaf tkun tista’ tispjega lit-trasgressur kif affettwak l-inċident. Imbagħad inti tista’ tiddeċiedi li tfittex apoloġija, jew taqbel fuq attività li t-trasgressur irid iwettaq bħala parti mill-kumpens għall-ħsara li tkun saret.
Il-Ġustizzja Riparatriċi mhix l-istess ħaġa bħar-Riżoluzzjoni tal-Komunità. Ir-Riżoluzzjoni tal-Komunità hi mezz informali għall-pulizija li jippermetti lill-pulizija tindirizza b’mod aktar proporzjonat reati ta’ livell baxx u mġiba antisoċjali, minbarra s-sistema formali tal-ġustizzja kriminali. Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Komunità huma primarjament immirati lejn it-trasgressuri li jwettqu reat għall-ewwel darba fejn ikun ġie espress rimors ġenwin, u fejn il-vittma tkun qablet li ma tixtieqx li l-pulizija tieħu azzjoni formali.
Il-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat (The Code of Practice for Victims of Crime) (“il-Kodiċi dwar il-Vittmi”) jaqa’ taħt it-Taqsima 32 tal-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004) (“DVCVA 2004”) u ddaħħal fis-seħħ permezz ta’ Ordni maħruġa skont it-Taqsima 33, DVCVA 2004, L-Ordni dwar l-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi (Kodiċi ta' Prattiki għall-Vittmi (Victims’ Code of Practice)) Ordni 2015) (Strument Statutorju 2015 Nru 1817) ġie ppreżentat quddiem il-Parlament fit-23 ta’ Ottubru 2015, u jdaħħal fis-seħħ verżjoni riveduta tal-Kodiċi dwar il-Vittmi fis-16 ta’ Novembru 2015.
Il-Kodiċi dwar il-Vittmi jistabbilixxi s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-Ingilterra u f’Wales lill-vittmi ta’ reat mill-organizzazzjonijiet ewlenin tal-ġustizzja kriminali (Introduzzjoni, Kapitoli 1-4) u minn organizzazzjonijiet oħra b’funzjonijiet rilevanti (il-Kapitolu 5). Dawn l-organizzazzjonijiet jissejħu “fornituri ta’ servizzi”. Il-Kodiċi tal-Vittmi jispeċifika l-intitolamenti dovuti lill-vittmi ta’ reati kriminali u d-dmirijiet reċiproċi mixħuta fuq il-fornituri ta’ servizzi rilevanti.
Il-Kapitolu 3 tal-Kodċi dwar il-Vittmi jistabbilixxi, f’lingwa li tinftiehem mit-tfal, is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti lil tfal vittmi ta’ reati. Dan għandu jinqara flimkien mal-Introduzzjoni għall-Kapitoli 1 u 2 tal-Kodiċi dwar il-Vittmi u flimkien mat-tali Kapitoli.
Il-Paragrafu 1 tal-Introduzzjoni u l-Paragrafu 1 tal-Kapitolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Vittmi jiżguraw li l-objettivi prevalenti tad-Direttiva jittieħdu f’kunsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom skont il-Kodiċi dwar il-Vittmi.
L-intitolamenti fil-Kodiċi dwar il-Vittmi japplikaw għall-vittmi kollha, indipendentement mill-istatus tar-residenza tagħhom.
It-Taqsima 56 tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi tal-2004 (Domestic Violence, Crime and Victims Act 2004): il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Tipprovdi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u għall-Kriminalità (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar/għall-forniment lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-Taqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).
Il-Klawżola 3 tal-Ftehim dwar l-Għotjiet bejn l-MoJ u l-PCCs teħtieġ li s-servizzi kkummissjonati mill-PCCs ikunu konformi mad-Direttiva dwar il-Vittmi u b’mod partikolari mal-Artikoli 8 u 9. Il-Klawżola 4 tistipula li s-servizzi kkummissjonati jew ipprovduti jridu jkunu konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8.1.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-ewwel nett hi għandha tirrapporta reat lill-pulizija. Informazzjoni dwar kif tagħmel dan hi disponibbli hawn: kif tirrapporta reat
Jekk inti vittma ta’ reat, inti intitolat(a) tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol meta persuna suspettata tiġi:
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-pulizija tirċiviha:
Il-vittmi u x-xhieda mhumiex partijiet għall-proċeduri kriminali u, għalhekk, mhumiex eliġibbli għal għajnuna legali fl-Ingilterra u f’Wales.
Il-fornituri ta’ servizzi responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ reat irid ikollhom regoli li skont dawn il-vittmi jkollhom il-possibbiltà ta’ rimborż tal-ispejjeż imġarrba minħabba l-attendenza fil-qorti għax-xhieda.
Aktar informazzjoni dwar kif jintalbu l-ispejjeż mix-xhieda hi disponibbli hawn
U hawn
Jekk m’intix sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-pulizija jew tas-CPS li ma jiħdux passi l-qorti, inti intitolat(a) li titlob rieżami ta’ dik id-deċiżjoni skont l-iskemi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kapijiet tal-Pulizija (National Police Chiefs Council - NPCC) u tad-Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami mis-CPS.
Is-CPS nieda l-iskema tiegħu tad-Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami fil-5 ta’ Ġunju 2013. Il-forzi tal-pulizija fir-Renju Unit u f’Wales adottaw skema ta’ Dritt tal-Vittmi għar-Rieżami fl-1 ta’ April 2015. L-iskemi jagħtu lill-vittmi ta’ reat dritt li jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni tal-pulizija jew tas-CPS li ma jiħdux passi l-qorti, jew inkella li jtemmu proċeduri kriminali.
Meta inti tiġi nnotifikat(a) b’deċiżjoni li tikkwalifika għal rieżami skont l-Iskema tal-NPCC jew tas-CPS, inti intitolat(a) li tirċievi biżżejjed informazzjoni fin-notifika biex tkun tista’ tiddeċiedi jekk tixtieqx li jsir rieżami.
Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża.
Għall-finijiet tal-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat (Kodiċi tal-“Vittmi”), “vittma” hi:
Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk inti taf waħda mill-persuni involuti f’każ, inti tista’ tintalab tipprovdi evidenza bħala xhud tal-karattru, normalment mid-difiża. Fi kwalunkwe każ, l-evidenza tiegħek tista’ tkun kruċjali biex jinkisbu l-kundanna jew il-ħelsien tal-imputat.
Id-dritt li jiġu ppreżentati prosekuzzjonijiet privati hu ppreservat mit-taqsima 6(1) tal-Att tal-1985 dwar il-Prosekuzzjoni tar-Reati (Prosecution of Offences Act - POA). Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet:
Il-Kodiċi tal-Prattika għall-Vittmi ta’ Reat jistabbilixxi l-intitolamenti għall-vittmi. Dan hu disponibbli hawn
Jekk inti kont xhud ta’ reat kriminali, iżda m’intix vittma, inti tista’ taċċessa s-servizzi skont il-Karta dwar ix-Xhieda, minflok skont dan il-Kodiċi. Dan hu disponibbli hawn
Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed il-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk inti taf waħda mill-persuni involuti f’każ, inti tista’ tintalab tipprovdi evidenza bħala xhud tal-karattru, normalment mid-difiża.
Jekk inti vittma ta’ reat, Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma (Victim Personal Statement - VPS) tagħtik opportunità li tispjega fi kliemek stess kif reat affettwak, kemm jekk fiżikament, emozjonalment, finanzjarjament kif ukoll b’xi mod ieħor. Din hi differenti minn dikjarazzjoni tax-xhud dwar x’ġara fil-waqt, bħal dak li rajt jew smajt.
Il-VPS tagħtik leħen fil-proċess tal-ġustizzja kriminali. Madankollu, ma tistax tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar is-sentenza jew il-piena li l-persuna suspettata għandha tirċievi peress li dawn huma f’idejn il-qorti li tiddeċidihom.
Inti intitolat(a) tiġi offruta l-opportunità li tagħmel VPS fl-istess ħin li tkun qed tagħti dikjarazzjoni tax-xhud dwar x’ġara lill-pulizija dwar reat.
Jekk l-imputat jinstab ħati, inti intitolat(a) tgħid jekk tixtieqx li l-VPS tiegħek tinqarax jew tintużax reġistrazzjoni ta’ din, fil-qorti. Inti intitolat(a) wkoll li tgħid jekk tixtieqx li taqra l-VPS inti stess jew li tinqarax minn ħaddieħor (pereżempju membru tal-familja jew l-avukat tas-CPS). Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx li l-VPS tiegħek tinqara jew li tintuża reġistrazzjoni ta’ din fil-qorti, se tiġi informat(a) dwar il-konsegwenzi possibbli, inkluż li l-VPS tiegħek tista’ tiġi rrapportata fil-midja. Id-difiża tista’ tagħmillek ukoll mistoqsijiet dwar il-VPS tiegħek fil-qorti.
Jekk inti titlob li l-VPS tiegħek tinqara jew tinstema’ fil-qorti, hu f’idejn il-qorti li tiddeċiedi jekk il-VPS għandhiex tinqara jew għandhiex tinstema’ b’reġistrazzjoni u liema siltiet minn din għandhom jinqraw, u min se jaqraha, filwaqt li tqis l-interessi tiegħek. F’ħafna mill-każijiet, tinqara jew tissemma’ reġistrazzjoni ta’ parti mill-VPS tiegħek jew kollha kemm hi, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li hemm raġunijiet tajbin biex dan ma jsirx. Inti se tiġi informat(a) bid-deċiżjoni tal-qorti.
Inti intitolat(a) li:
Jekk inti xhud matul il-proċess, inti intitolat(a) li:
L-aċċess għad-dokumenti tal-qorti hu rregolat mill-Parti 5 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili. Hu probabbli li l-aktar regoli rilevanti huma 5.4C u 5.4D. Dawn huma disponibbli hawn
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-vittmi ma għandhomx dritt ta’ appell kontra l-kundanna jew is-sentenza tat-trasgressur.
Wara l-proċess inti intitolat(a) li:
(i) Jekk isir rikors quddiem il-Crown Court kontra kundanna jew sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati.
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bl-informazzjoni li ġejja mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tiegħek fi żmien jum tax-xogħol minn meta din tirċiviha mingħand il-qorti:
Inti intitolat(a) ukoll li:
ii) Jekk isir rikors għal appell kontra kundanna jew sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, jew jiġu ppreżentati talba jew appell quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit f’kawża kriminali fuq punt tal-liġi.
Inti intitolat(a) li:
Wara permess għall-appell, jekk jiġi nieqes qarib mill-viċin, f’każ eliġibbli, inti tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa mas-CPS biex jiġu spjegati n-natura tal-appell u l-proċessi tal-qorti.
Il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Każijiet Kriminali
Malli tirċievi applikazzjoni mingħand trasgressur, il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Każijiet Kriminali twettaq rieżamijiet tal-kundanni u tas-sentenzi imposti bħala riżultat tat-trasgressjoni kriminali tat-trasgressur. Il-Kummissjoni tista’ tirreferi kundanna jew sentenza għal appell mill-ġdid jekk ikun hemm xi informazzjoni ġdida jew argument ġdid li jistgħu jfissru li l-kundanna mhix sikura jew li s-sentenza hi twila wisq. Il-Kummissjoni tirċievi madwar 1000 applikazzjoni mingħand persuni kkundannati ta’ kull sena u tirreferi madwar 30-40 każ għal appell mill-ġdid. Meta tirrieżamina każ, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali fuqek u tiddeċiedi jekk għandekx tiġi nnotifikat(a). Il-Kummissjoni tirreġistra r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha rigward il-forma ta’ kuntatt miegħek u f’każijiet xierqa se tinnotifika lill-pulizija dwar dawk id-deċiżjonijiet.
L-Iskema statutorja ta’ Kuntatt tal-Vittma mas-Servizzi ta’ Probation (Probation Service Victim Contact Scheme - VCS) hi offruta lill-vittmi ta’ reati vjolenti u sesswali meta t-trasgressur jirċievi sentenza ta’ 12-il xahar jew aktar. L-għan tal-VCS hu li tipprovdi lill-vittmi eliġibbli b’informazzjoni u b’pariri dwar il-proċess tal-ġustizzja kriminali permezz ta’ Uffiċjal ta’ Kollegament mal-Vittma maħtur apposta. Dan jinkludi l-informar dwar l-istadji ewlenin tas-sentenza tat-trasgressur, bid-diskrezzjoni tas-Servizz Nazzjonali ta’ Probation, bħal trasferiment għal kundizzjonijiet miftuħa jew għal ħelsien, u li jsiru osservazzjonijiet dwar kundizzjonijiet relatati mal-vittmi li jistgħu jintrabtu mal-libertà kondizzjonali tat-trasgressur.
Jekk inti vittma ta’ trasgressur li wettaq trasgressjoni vjolenti jew sesswali [1] u rċieva sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija jew aktar jew li ġie detenut fi sptar għal trattament skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali tal-1983, inti intitolat(a) li tiġi nnotifikat(a) dwar il-VCS mill-Unità għall-Assistenza tax-Xhieda tiegħek u tiġi informat(a) li d-dettalji tiegħek se jiġu riferiti b’mod awtomatiku lis-Servizz Nazzjonali ta’ Probation fi żmien 20 jum tax-xogħol, sakemm inti ma tkunx għedt li ma tridx li jsir hekk.
Jekk inti tagħżel li tieħu sehem fil-VCS, inti tkun intitolat(a) li:
Jekk inti qarib mill-viċin ta’ persuna deċeduta li sfat vittma ta’ trasgressur sentenzjat għal
12-il xahar priġunerija jew aktar għal reat vjolenti jew sesswali jew detenut fi sptar sigur għall-kura, inti se tiġi offrut(a) wkoll parteċipazzjoni fil-VCS. Madankollu, jekk inti m’intix qarib tal-vittma, din se tkun għad-diskrezzjoni tas-Servizz Nazzjonali ta’ Probation.
Jekk inti ġenitur, tutur jew persuna li tieħu ħsieb vittma li ma għalqitx it-18-il sena, hi adult vulnerabbli, jew li għal xi raġuni oħra ma tistax tieħu sehem fil-VCS, inti normalment tiġi offrut(a) parteċipazzjoni għan-nom tagħha. Madankollu, din il-parteċipazzjoni ma tistax tiġi offruta lil ġenitur, lil tutur jew lil persuna li tieħu ħsieb il-vittma jekk jitqies li din mhijiex fl-aħjar interessi tal-vittma.
Miżuri għall-protezzjoni tal-vittma fil-każ ta’ ħarba
Fil-każ improbabbli li trasgressur jaħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba tiġi nnotifikata mill-ħabs, mit-Tim għaż-Żgħażagħ Trasgressuri, mill-isptar jew miċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti, se tinnotifikak kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li t-trasgressur jirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għalik.
[1] Kif definit fit-taqsima 45(2) tal-Att tal-2004 dwar il-Vjolenza Domestika, il-Kriminalità u l-Vittmi.
Jekk inti għażilt li tieħu sehem fil-VCS u l-Bord tal-Libertà Kondizzjonali jkun se jikkunsidra l-ħelsien tat-trasgressur jew tibdil f’kundizzjonijiet tal-libertà kondizzjonali, inti tkun intitolat(a):
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali tal-2012
L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali hi skema ffinanzjata mill-gvern imfassla biex tikkumpensa lil vittmi bla ħtija ta’ reati vjolenti fil-Gran Brittanja. L-Awtorità ta’ Kumpens għal Danni Kriminali (Criminal Injuries Compensation Authority - CICA) tamministra l-Iskema u tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha. Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi; trid tkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema.
Il-Gwida dwar l-Iskema hi disponibbli hawn
Tista’ tibda applikazzjoni hawn
Kumpens ordnat mill-qorti
Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Qorti Rjali għandha setgħat illimitati, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trasgressur.
L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u osservazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.
Il-qrati jorbtu importanza konsiderevoli mal-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.
Aktar informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ kumpens mill-Qrati Rjali hi disponibbli minn hawn:
Talba Ċivili
Id-deċiżjoni dwar jekk tagħmilx talba ċivili hi f’idejk, il-vittma. Madankollu, din tista’ taffettwa talbiet oħra għal kumpens. Jaf ikun jaqbillek tfittex pariri legali.
Informazzjoni dwar kif tagħmel talba hi disponibbli hawn
L-infurzar tal-ordnijiet ta’ kumpens hu responsabbiltà tal-qrati.
Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Ingilterra u f’Wales.
Jaf tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hi disponibbli hawn:
Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali jaf tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn
Meta s-CICA tiddeċiedi li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma tistax tieħu deċiżjoni finali, din tista’ tikkunsidra li tagħmel pagament interim. Jekk ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni finali, hu probabbli li dan iseħħ għaliex tkun qed tistenna sakemm jiġi mifhum l-impatt fit-tul tad-dannu li ġarrabt int.
Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi joffri informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ fl-inħawi tiegħek, il-ġustizzja restorattiva, is-sistema tal-ġustizzja kriminali, u l-Kodiċi tal-Vittmi u l-Karta tax-Xhieda. Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi
Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice - MoJ) jikkummissjona s-servizzi nazzjonali għall-vittmi permezz ta’ għotja. Jipprovdi wkoll għotjiet lill-Kummissarji tal-Pulizija u tar-Reati (Police and Crime Commissioners - PCCs) għall-ikkummissjonar / għall-għoti lokali ta’ servizzi ta’ appoġġ emozzjonali u prattiku lill-vittmi ta’ reati f’konformità mat-taqsima 143 tal-Att tal-2014 dwar l-Imġiba Antisoċjali, il-Kriminalità u d-Dmirijiet tal-Pulizija (Anti-social Behaviour, Crime and Policing Act 2014).
Is-servizzi ffinanzjati lokalment jista' jkun hemm aċċess għalihom permezz tas-siti web tal-Kummissarji tal-Pulizija u tar-Reati rilevanti. Int tista’ ssib il-PCC xieraq hawn
Tista’ ssib l-eqreb Ċentru ta’ Riferiment għall-Attakki Sesswali billi ċċempel lis-servizz mhux ta’ emerġenza tal-NHS fuq 111, tkellem lit-Tabib (General Practitioner - GP) tiegħek jew lid-dipartiment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza (Accident & Emergency - A&E) tal-isptar lokali tiegħek, jew billi żżur is-sit web NHS Choiceshttps://www.nhs.uk/Service-Search/Rape-and-sexual-assault-referral-centres/LocationSearch/364.
Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi jinkludi linja ta’ informazzjoni għall-vittmi: +44 808 168 9293.
Iva.
Il-pulizija trid tipprovdilek informazzjoni dwar fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva.
Il-Parti 7 tal-Att tal-1996 dwar l-Akkomodazzjoni (Housing Act 1996) tesiġi li l-awtoritajiet lokali tal-akkomodazzjoni jassistu lill-individwi u lill-familji li huma mingħajr dar u li japplikaw għall-għajnuna.
Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa jipprovdi appoġġ għal:
Ħafna organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet tal-karità jipprovdu assistenza, pariri dwar l-appoġġ, konsulenza u servizzi ġenerali u speċjalizzati oħra lill-vittmi ta’ reati, f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.