1 – Kif Tieħu Parir Legali

Li tieħu parir legali indipendenti huwa importanti jekk tkun issuspettat jew akkużat b'delitt. Din l-iskeda informattiva tgħidlek kif issib avukat u min ikollu jħallas għalih.

Fl-għassa tal-pulizija

Jekk tiġi interrogat fl-għassa tal-pulizija għandek id-dritt li titlob għal parir legali, mingħajr ħlas, anke jekk ma tkunx ġejt arrestat. Tista' titlob lill-pulizija jikkuntattjaw ditta tal-għajnuna legali tal-għażla tiegħek jew inkella tista' titlobhom jikkuntattjaw lill-avukat tal-għassa - konsulent legali, indipendenti mill-pulizija, li jkun disponibbli 24 siegħa kuljum.  Għal ċerti reati, il-pariri jistgħu jingħataw minn fuq it-telefon mingħand konsulenti indipendenti. Għal reati aktar serji, il-konsulent legali jkun jista' jiġi miegħek l-għassa tal-pulizija.

Jekk tixtieq li jkollok avukat differenti, tista’ ssib wieħed permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kamra tal-Avukati, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Uffiċċju tal-Konsulenza għaċ-Ċittadini jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-Servizz tal-Konsulenza Legali Ċivili. Jekk tagħżel li ma tużax il-konsulent legali tal-għassa għandu mnejn ikollok tħallas xi spejjeż inti.

Jekk titlob li jingħatalek parir legali, il-pulizija ma tistax tinterrogak qabel ma tkun tkellimt mal-avukat. Jekk ma tixtieqx li jkollok avukat iżda mbagħad tbiddel fehmtek, tista’ titlob li jkollok wieħed, mingħajr ħlas, f’kull ħin.

Jekk mintiex miżmum fil-kustodja tal-pulizija

Jekk ma tkunx miżmum fil-kustodja tal-pulizija iżda tkun akkużat b’delitt, għandek tikkuntattja lil xi avukat malajr kemm jista’ jkun.  Jekk ma tafx avukat, tista’ ssib wieħed permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kamra tal-Avukati, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Uffiċċju tal-Konsulenza għaċ-Ċittadini jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-Servizz tal-Konsulenza Legali Ċivili. Għandek mnejn tkun tikkwalifika għal parir legali mingħajr ħlas skont iċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek. Avukat ikun jista’ jgħidlek jekk tikkwalifikax jew le, iżda jkollok tipprovdi informazzjoni dwar il-finanzi tiegħek (pereż. ir-rendikont tas-salarju).

Is-servizzi mingħajr ħlas huma disponibbli biss mill-avukati li jagħmlu parti mill-iskema tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-Konsulenza Legali jew, fl-ibliet fejn jeżisti, mis-Servizz tad-Difensur Pubbliku. Tista’ tiċċekkja liema avukati jagħmlu parti minn dawn l-iskemi billi tikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonsulenza Legali Ċivili..

Fil-Qorti

Jekk il-każ tiegħek jitressaq quddiem il-Qorti, għandek id-dritt li jkollok rappreżentanza legali. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Għajnuna Legali għal Kawżi Kriminali tiggarantixxi pariri u rappreżentanza legali għal dawk li jkunu fi proċess quddiem il-Qorti Kriminali. Jekk ikunx bil-ħlas jew mingħajr jiddependi minn kemm tkun serja l-kawża u miċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek.  Jekk ma għandekx avukat, staqsi biex tiltaqa' mal-konsulent legali tal-għassa immedjatament malli tasal il-qorti.

Fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Maġistrati, jekk il-kawża tkun waħda serja, jingħataw pariri u rappreżentanza legali mingħajr ħlas; jekk ma tkunx serja, jista’ jkollok tħallas kontribuzzjoni għall-ispiża skont xi jkun il-każ tiegħek u skont l-età u l-introjtu tiegħek. Jista' jkollok rappreżentanza legali mingħajr ħlas jekk inti taħt it-18-il sena jew jekk tirċievi ċerti benefiċċji mill-istat. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat tal-għassa fil-qorti jew xi membru tal-persunal tal-qorti jista' jispjegalek dan.

Jekk il-kawża tiegħek titressaq quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Court int tkun intitolat għal parir u rappreżentanza legali. Jekk l-introjtu annwali disponibbli tal-unità domestika tiegħek ikun ta' £37 500 jew aktar, ma tkunx intitolat għal għajnuna legali.  Skont xi jkunu ċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek, taf tkun obbligat tħallas il-kontribuzzjonijiet għar-rappreżentanza legali tiegħek, ikkalkolati abbażi tal-introjtu u l-kapital tiegħek.

Jekk il-Crown Court ssib li m’intix ħati, jistgħu jingħatawlek lura l-ispejjeż. Jekk tinstab ħati, jista’ jkollok tikkontribwixxi għall-ispejjeż.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-Konsulenza Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida dwar il-Law Society

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwidi dwar l-Uffiċċju tal-Konsulenza għaċ-Ċittadini (ir-Renju Unit)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna Legali għal Kawżi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali għall-Ordni tal-Avukati

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ reat u qabel ma l-kawża tmur il-qorti

Din l-iskeda informattiva u l-iskedi informattivi sekondarji tagħha jispjegaw il-proċedura użata matul l-investigazzjonijiet kriminali u x’jiġri wara l-investigazzjoni u qabel ma jseħħ il-proċess kriminali.

X’inhuma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

Investigazzjoni kriminali tibda meta l-pulizija tissuspetta li seta’ sar xi reat. Il-pulizija tmexxi l-investigazzjoni u tiġbor l-evidenza. F’każijiet serji hekk kif il-pulizija temmen li jkollha biżżejjed evidenza biex tħarrek lis-suspettat, hija tikkoordina mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service (CPS), li ġeneralment jiddeċiedi liema akkużi huma adattati, u jekk ikunux meħtieġa. Dan is-servizz jista’ jirrikjedi li ssir investigazzjoni ulterjuri.

Jekk il-pulizija tidentifikak bħala suspettat, l-ewwel stadju prinċipali huwa li tieħu d-deċiżjoni li tarrestak.

Wara perjodu ta' żamma f’kustodja għall-interrogazzjoni, l-istadju prinċipali li jmiss huwa d-deċiżjoni ta' akkuża. Jekk il-pulizija tkun teħtieġ twettaq aktar investigazzjonijiet u ma jkunx hemm għalfejn li inti tinżamm f’kustodja l-pulizija għandha tilliberak jew mingħajr akkuża jew fuq garanzija u titolbok li terġa’ lura l-għassa tal-pulizija f’data aktar tard.

Jekk madankollu, għandek tiġi akkużat b'reat u l-pulizija tiddeċiedi li għandek xorta tinżamm f'kustodja, inti tittieħed f'qorti biex jiġi deċiż jekk għandekx tiġi lliberat fuq garanzija qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Jekk qiegħed tiġi investigat għal allegati reati terroristiċi, id-drittijiet tiegħek u s-setgħat tal-pulizija, huma differenti minn dawk diskussi hawn taħt (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tas-sena 2000 dwar it-Terroriżmu li jaqa’ barra mill-ambitu ta’ dawn l-iskedi informattivi).

Jekk inti taħt it-18-il sena japplikaw salvagwardji addizzjonali. Staqsi lill-avukat tiegħek biex jispjegahomlok.

Ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek qabel ma l-każ jitressaq quddiem il-qorti:

L-investigazzjoni u l-arrest (1)

Il-pulizija tagħmilli xi mistoqsijiet?

Jekk il-pulizija tissuspetta li wettaqt xi reat jew li għandek informazzjoni dwar xi reat, tista’ tagħmillek xi mistoqsijiet.

Għandi mmur f’għassa tal-pulizija?

Il-pulizija tista’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatwaqqfek, tfittixlek, u tagħmillek mistoqsijiet limitati fit-triq jew f’post pubbliku ieħor. Jekk mitlub, għandek tagħti ismek u l-indirizz tiegħek lill-pulizija. Jekk il-pulizija jissuspettaw fik għal xi reat, jistgħu jitolbuk tmur f’għassa tal-pulizija volontarjament. Għandhom ukoll is-setgħa jarrestawk u jieħduk f’għassa tal-pulizija kontra r-rieda tiegħek. Għandhom jgħarrfuk bir-raġuni għaliex ikunu qegħdin jagħmlu dan.

Jiena liberu nitlaq mill-għassa tal-pulizija?

Jekk inti qiegħed f’għassa tal-pulizija, jew bħala suspettat jew bħala xhud potenzjali, iżda ma ġejtx arrestat, inti liberu li titlaq fi kwalunkwe ħin.

X’jiġri ladarba niġi arrestat?

Jekk il-pulizija tixtieq iżżommok fl-għassa tal-pulizija, din għandha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatarrestak. Għandha tagħtik raġuni u l-arrest għandu jkun neċessarju. Il-pulizija tista’ tfittixlek, tieħu l-marki tas-swaba’ tiegħek u l-kampjun tad-DNA u twettaq tiftix fiżiċi oħrajn spjegati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’jiġri jekk ma nitkellimx bil-lingwa?

Jekk ma tifhimx bl-Ingliż, il-pulizija għandha ġġiblek interpretu, mingħajr ħlas. Ma tistax tiġi interrogat jekk ma jkunx hemm interpretu.

Jista’ jkolli avukat?

Jekk inti arrestat, għandek id-dritt li tikkonsulta avukat. Jekk ma tafx avukat il-pulizija għandha tikkuntattja lill-konsulent legali li jkun qiegħed xogħol. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1.

X’jiġri jekk jiena taħt is-17-il sena jew jiena adult vulnerabbli?

Jekk inti taħt l-età ta’ 17-il sena jew inti adult vulnerabbli m’għandekx tiġi interrogat mingħajr ma tkun akkumpanjat minn "Adult Xieraq". Il-pulizija għandhom jagħmlu arranġamenti għal dan.

Din il-persuna tappoġġjak u tagħtik parir dwar il-komunikazzjoni mal-pulizija. Din il-persuna mhijiex avukat u ma tagħtix parir legali. Adult Xieraq jista’ jkun membru tal-familja, ħabib jew voluntier jew professjonist fil-kura tas-saħħa/f'dik soċjali.

Il-pulizija tista’ tfittixli?

Anke jekk m'intix taħt arrest, il-pulizija tista’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatwaqqfek u tfittixlek jew tagħmel tfittxija fil-vettura tiegħek iżda dan jista' jiġri biss jekk ikollha raġunijiet raġonevoli biex tissuspetta li inti sraqt jew li għandek fil-pussess tiegħek oġġetti pprojbiti jew li wettaqt xi reat kriminali.

Il-pulizija tista’ tieħu l-marki tas-swaba’ jew id-DNA tiegħi?

Jekk ma ġejtx arrestat, m’għandekx tipprovdi marki tas-swaba’ jew kampjuni oħra, u l-pulizija ma tistax teħodhom mingħajr kunsens. Madankollu, jekk ġejt arrestat il-pulizija għandha s-setgħa li tieħu kampjuni bħad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidademm, il-bżieq jew tessut ieħor tal-ġisem mingħajr kunsens.

Għandi nieħu sehem fir-rikonoxximent tal-persuni?

Jekk inti ġejt arrestat il-pulizija tista’ titolbok tieħu sehem fir-rikonoxximent tal-persuni. Jekk inti tirrifjuta dan jista’ jintuża kontrik fi proċess quddiem il-qorti kriminali. Normalment dan jikkonsisti biss f’ritratti vidjow li jintwerew lill-vittma jew lix-xhud/xhieda. Il-konsulent legali li jkun qiegħed xogħol jista' jtik parir dwar dan.

Il-pulizija tista’ tfittixli fil-karrozza jew fil-post tiegħi?

Jekk inti ġejt arrestat il-pulizija tista’, b’awtorità ta’ uffiċjal superjuri, tfittixlek fil-karrozza u fil-post tiegħek u tneħħi kwalunkwe proprjetà li tista' tkun rilevanti għall-investigazzjoni.

Nista’ nikkuntattja lil xi ħabib/ħabiba jew lil xi membru tal-familja?

Iva, biex tgħidilhom fejn qiegħed.

Nista’ nara tabib jekk ikolli bżonn?

Jekk teħtieġ assistenza medika, int għandek id-dritt li tara tabib.

Jiena niġi minn Stat Membru ieħor. Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi?

Iva. Rappreżentant mill-Ambaxxata jiġi fl-għassa tal-pulizija jew jikkuntattjak biex jara jekk teħtieġx xi għajnuna. Il-Pulizija hija obbligata li tikkuntattja lill-Konsulat mill-pajjiżi li ġejjin fl-UE jekk inti ġejt arrestat u miżmum - l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja jew l-Isvezja.

X’jiġri jekk niġi arrestat fuq Mandat ta’ Arrest Ewropew?

F'każ li joħroġ Mandat ta’ Arrest Ewropew minn Stat Membru wieħed, tista’ tiġi arrestat fi Stat Membru ieħor u mibgħut lura lejn il-pajjiż ikkonċernat wara li tidher quddiem imħallef. Inti intitolat għal avukat u interpretu f’każ li tkun tenħtieġ. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1.

Meta niġi mħarrek mill-pulizija?

Jekk il-pulizija tiddeċiedi li hemm biżżejjed evidenza kontrik, tista’ tħarrkek għal xi reat. L-akkuża tgħidlek liema reat il-pulizija taħseb li inti wettaqt. Ladarba tiġi akkużat, il-pulizija ma tistax tinterrogak aktar dwar dak ir-reat.

Għal kemm nista’ ninżamm mill-pulizija wara l-arrest?

Ladarba tiġi arrestat il-pulizija tista’ żżommok f’għassa tal-pulizija għal mhux iżjed minn 24 siegħa. Uffiċjal superjuri jista’ jestendi dan il-perjodu għal 36 siegħa jekk ikollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li dan huwa neċessarju sabiex tinġabar l-evidenza, ir-reat huwa wieħed serju u l-investigazzjoni qiegħda titwettaq kif suppost. Wara dak iż-żmien għandek tiġi akkużat b’reat jew tiġi lliberat mill-kustodja tal-pulizija. F'każ li l-pulizija tkun tixtieq iżżommok iżjed għandha tieħu permess minn Qorti tal-Maġistrati. Il-qorti tista' testendi l-perjodu ta’ detenzjoni għal mhux iżjed minn 96 siegħa.

Lmenti kontra l-pulizija

F’każ li inti taħseb li l-pulizija ma ttrattawkx tajjeb, tista’ tilmenta jew lill-pulizija jew lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni Indipendenti għal Ilmenti dwar il-Pulizija.

L-interrogazzjoni u l-akkuża (2)

Meta nista’ niġi interrogat?

Jekk inti arrestat u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiżmum f’għassa tal-pulizija, l-uffiċjal tal-kustodja għandu jiżgura li inti tinsab fi stat mentali u fiżiku tajjeb biex tiġi interrogat. Fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa, għandu jkollok perjodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 8 sigħat biex tistrieħ mingħajr ma ssir l-ebda interrogazzjoni. Matul l-interrogazzjoni, għandek tingħata pawża ta' 15-il minuta għal rinfreskar kull sagħtejn (2). Inti normalment intitolat li jkollok avukat preżenti matul l-interrogazzjoni.

Għandi nwieġeb għall-mistoqsijiet tal-pulizija?

M’għandekx twieġeb bilfors għall-mistoqsijiet. Jekk jissuspettawk b’reat, il-pulizija għandhom javżawk formalment (twissija) qabel ma jagħmlulek il-mistoqsijiet. Iwissuk li m’għandekx twieġeb bilfors għall-mistoqsijiet iżda li jekk tgħid xi ħaġa, dak li tgħid jista’ jintuża bħala evidenza fil-qorti. Għandhom jgħidulek ukoll li f’każ li tonqos milli tgħid xi ħaġa li iżjed tard tkun tixtieq tirreferi għaliha fil-qorti, il-fatt li ma tkunx semmejtha lill-pulizija jista' jintuża kontrik waqt proċess quddiem il-qorti kriminali.

Kif jitmexxew l-interrogazzjonijiet mill-pulizija?

L-interrogazzjonijiet fl-għassa tal-pulizija iseħħu fi kmamar għall-interrogazzjoni u dejjem issir reġistrazzjoni tagħhom bl-awdjo. Il-proċess ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi spjegat lilek qabel l-interrogazzjoni.

Il-pulizija meta takkużani?

Jekk il-pulizija taħseb li jkollha biżżejjed evidenza kontrik, tista’ takkużak għal reat. Il-pulizija ma tistax imbagħad tinterrogak iżjed dwar dak ir-reat. L-akkużi jistgħu jinbidlu fi stadju aktar tard fil-proċess.

Dehriet fil-qorti qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali (3)

Meta għandi nidher għall-ewwel darba fil-qorti?

Jekk tinżamm fil-kustodja tal-pulizija għandek tittieħed il-qorti għall-ewwel seduta li jkun imiss. Normalment, l-ewwel seduta tkun fil-Qorti tal-Maġistrati.

Għandi dritt għal avukat?

Għandek id-dritt għal avukat fil-qorti. F'każ li m’għandekx l-avukat tiegħek, il-konsulent legali tal-għassa jkun jista’ jaġixxi għalik. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1.

Ikun hemm interpretu jekk ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż?

Jekk ma titkellimx bl-Ingliż, jiġi pprovdut interpretu, mingħajr ħlas, biex jittraduċi l-proċeduri kollha tal-qorti.

Nista’ niġi lliberat mill-kustodja?

Jekk tinżamm f’kustodja, tista’ tapplika lill-qorti biex tiġi lliberat fuq garanzija. Jekk tingħatalek il-garanzija jista’ jkun il-każ li ma jkollokx għalfejn tiddepożita flus.

Ġeneralment tingħata garanzija jekk ma jirriżulta xejn mill-kondotta kriminali tal-akkużat u l-qorti taħseb li inti ma tkunx tikkostitwixxi riskju għas-soċjetà, li mhux ser ittellef fejn jidħlu x-xhieda u li ser tattendi l-qorti meta meħtieġ. Il-garanzija tista’ tkun soġġett għal kondizzjonijiet, bħal fatt li tkun tgħix f’ċertu indirizz, li tagħti l-passaport tiegħek lill-pulizija jew li tilbes tag elettroniku.

Jekk il-qorti tirrifjuta li tiġi lliberat fuq garanzija, inti tinżamm il-ħabs sal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Nista’ nappella d-deċiżjoni li ninżamm fil-ħabs sal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. Staqsi lill-avukat tiegħek għal parir.

Nista’ nidher quddiem il-qorti għal darb’oħra qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. L-avukat tiegħek jista’ jtik parir dwar dan.

Kemm nista’ ndum miżmum fil-ħabs qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk tinżamm il-ħabs, il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali għandu jseħħ f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċerti limiti ta’ żmien.

Ġeneralment, proċess fil-Crown Court għandu jinbeda fi żmien 182 jum minn meta tmur il-ħabs. Jekk ma jkunx il-każ, tista' titlob li tiġi lliberat fuq garanzija. F’każijiet inqas serji, il-proċess quddiem il-qorti kriminali jista’ jseħħ fi żmien 56 jum.  Jekk ma jkunx il-każ, int tiġi lliberat fuq garanzija.

It-tħejjija tal-każ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali (4)

X’jiġri qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-perjodu ta’ qabel il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service (CPS) ikompli jirrevedi jekk il-każ huwiex b’saħħtu biżżejjed biex jiġġustifika prosekuzzjoni. Il-prosekutur jikkondividi mal-avukat tiegħek l-evidenza li tkun ser tintuża kontrik fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Pereżempju, jekk ix-xiehda jkunu se jagħtu evidenza, inti tingħata l-istqarrijiet tagħhom bil-miktub. Il-prosekuzzjoni għandha wkoll tiżvelalek kull materjal li jista' jdgħajjef il-kawża tagħha jew jgħinek fil-kawża tiegħek. Il-prosekutur għandu jirrevedi l-evidenza kontinwament u jiżvelalek kull materjal li jaqa' fi ħdan dak it-test.

Jiena niġi minn Stat Membru ieħor. Għandi nkun preżenti fl-Ingilterra/f’Wales qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk inti ma tkunx ġejt miżmum f‘kustodja jew ġejt illiberat fuq garanzija, inti liberu tmur lura f’pajjiżek. Madankollu tista’ ma tingħatax garanzija jekk il-prosekutur ikun talab li inti tibqa' fl-Ingilterra jew f’Wales sakemm titkompla l-investigazzjoni. Il-qorti tista' tagħtik garanzija bil-kondizzjoni li inti tibqa' fl-Ingilterra. Huwa reat jekk inti tikser din il-kondizzjoni. Jekk tiġi lliberat fuq garanzija għandek tagħti indirizz fir-Renju Unit fejn tkun tista' tiġi kkuntattjat. Dan jista’ jkun l-indirizz tal-avukat tiegħek.

Jekk jiena mort lura fl-Istat Membru tiegħi, għandi mmur lura l-Ingilterra/Wales qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Probabbilment. Għal ċerti seduti preliminari, jista’ jkun li l-avukat tiegħek jitlob biex inti ma tattendix, jew jista’ jkun possibbli li inti tipparteċipa permezz ta’ kollegament bil-vidjow.

Il-kawża tiegħi dejjem tasal għal proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kawża tiegħek mhux neċessarjament tinġieb quddiem qorti. Is-CPS jista’ jiddeċiedi li jwaqqa’ l-kawża jew jista’ jissuġġerixxi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatwissija kondizzjonali, li tista' tinkludi multa. Jekk inti taqbel ma' dan, inti tkun qiegħed taċċetta li wettaqt reat. Dan jitniżżel fil-kondotta tiegħek u inti ma tkunx tista' tappella.

X’tip ta’ evidenza tiġbor il-prosekuzzjoni?

Il-pulizija jinterrogaw lil xhieda u jistgħu wkoll jiġbru evidenza fiżika u forensika. Pereżempju, jistgħu jiġbru dokumenti mid-dar jew mill-post tax-xogħol tiegħek, jistgħu ifittxulek fil-karrozza jew jiġbru kampjuni tad-DNA tiegħek (eż. xagħar, bżieq eċċ.)

Nista’ nwaqqaf lill-prosekuzzjoni milli tiġbor ċertu evidenza?

Xi drabi l-pulizija jkollhom jottjenu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamandat ta’ tfittxija, li jista’ jiġi kkontestat. Ġeneralment il-mandati għandhom ikunu speċifiċi dwar dak li wieħed jista’ jfittex għalih u għaliex. Jekk il-pulizija ma tikkonformax mal-mandat, hemmhekk l-evidenza miġbura tista' ma tkunx ammessa fil-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Tista’ tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-prosekuzzjoni tiġbor informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek, inklużi kundanni barra r-Renju Unit.

L-akkużi kontrija jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. Dan jiddependi fuq il-valutazzjoni tal-evidenza min-naħa tal-prosekuzzjoni. L-avukat tiegħek jista' jitlob biex jinbidlu l-akkużi kontrik.

X’jiġri jekk jiena ġejt ipproċessat quddiem il-qorti kriminali għall-istess reat fi Stat Membru ieħor?

Jekk ittieħdet deċiżjoni finali minn qorti fi Stat Membru wieħed inti ma tistax terġa’ tiġi pproċessat għall-istess fatti fi Stat Membru ieħor.

Nista’ niddikjara ruħi ħati qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, jekk inti trid tiddikjara ruħek ħati għall-akkuża/akkużi qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali tista’ tagħmel dan. Jekk tiddikjara ruħek ħati normalment is-sentenza tkun ħafna inqas severa milli kieku tkun ikkontestajt għall-proċess quddiem il-qorti kriminali. F’każ li tiddeċiedi li tiddikjara ruħek ħati, ġeneralment ma tkunx tista’ tappella kontra l-kundanna u dan jidher fil-kondotta tiegħek.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1996 dwar il-Proċedura u l-Investigazzjonijiet Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2003 dwar il-Ġustizzja Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1984 dwar il-Pulizija u l-Evidenza Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Prattika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1976 dwar il-GaranzijaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1985 dwar il-Prosekuzzjoni tar-Reati, taqsima 22 (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2005 dwar il-Kriminalità Organizzata Serja u l-Pulizija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tas-sena 2000 dwar it-Terroriżmu

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Fejn isir il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kawżi kriminali kollha jibdew fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Maġistrati. Imbagħad hemm tliet possibbiltajiet li bihom tista' tipproċedi l-kawża.

Għal reati minuri l-proċess sħiħ għandu jitmexxa fil-Qorti tal-Maġistrati jew minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatliet maġistrati lajċi jew minn Imħallef Distrettwali.

Għal reati iktar serji l-proċess jista’ jitmexxa fil-Qorti tal-Maġistrati jew fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Court (il-Qorti tal-Appell għal Proċessi Penali) minn imħallef u ġurija ta’ 12-il persuna.

Il-maġistrati jew l-Imħallef Distrettwali jikkunsidraw liema tip ta’ proċess huwa l-iżjed adattat fil-kawża tiegħek wara li jisimgħu lill-avukat tiegħek jagħmel rappreżentazzjonijiet f’ismek. Jekk ikun adattat il-proċess jitmexxa fil-Qorti tal-Maġistrati, u jekk le jew jekk inti tinsisti fuq proċess fil-Crown Court dan jiġi ttrasferit lejn dik il-qorti. Il-proċessi kollha tal-adulti jsiru fil-pubbliku.

Jekk inti taħt it-18-il sena, sakemm ir-reat li int akkużat bih mhuwiex wieħed serju ħafna, il-proċess jinstema’ f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti tal-minorenni minn imħallef jew minn tliet maġistrati mħarrġa speċifikament għal hekk. Il-pubbliku ma jkunx ammess.

L-akkużi jistgħu jinbidlu matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-akkużi jistgħu jinbidlu f'seduta preliminari iżda ġeneralment mhux meta l-qorti tkun bdiet tisma' x-xhieda. Akkużi inqas serji għandhom jitressqu fi żmien sitt xhur mir-reat. Tista' tiddikjara ruħek ħati għal xi akkużi jew għalI-akkużi kollha. Il-prosekutur jista’ jaqbel li jaċċetta l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek għal delitt inqas serju minn dak li tkun ġejt akkużat bih primarjament.

Għandi nkun preżenti għall-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Huwa reat kriminali li ma tattendix il-qorti meta meħtieġ. Barra minn hekk il-kawża tista’ tibqa' għaddejja meta inti ma tkunx preżenti. Għal reati minuri, huwa ħafna drabi possibbli li tkun preżenti permezz ta’ avukat, jew li tiddikjara ruħek ħati bil-posta, jew li tippermetti li l-proċess quddiem il-qorti kriminali jipproċedi fin-nuqqas tiegħek. Fil-Crown Court, il-proċess quddiem il-qorti kriminali ġeneralment ma jistax isir mingħajr il-preżenza tiegħek. Madankollu, jekk inti tfixkel il-proċeduri jew taħrab, il-proċess jista’ jkompli mingħajrek. Li tonqos li tidher (mingħajr raġuni valida) huwa reat kriminali.

Nista’ nipparteċipa fi proċess permezz ta’ kollegament bil-vidjow?

Normalment dan mhuwiex possibbli, għalkemm għal xi seduti tista' tkun preżenti mill-ħabs jew mill-għassa tal-pulizija permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakollegament bil-vidjow. Il-maġistrati jew l-imħallef u l-prosekutur ikunu fil-qorti. Il-konsulent legali tiegħek jista’ jkun fl-għassa tal-pulizija jew fil-qorti u jkun jista' jarak u jisimgħek fuq il-kollegament bil-vidjow.

Ikolli interpretu jekk ma nifhimx dak li jkun qed jiġri?

Jekk ma tifhimx bl-Ingliż il-qorti tipprovdilek interpretu.

Ikolli avukat?

Ġeneralment, m’hemmx għalfejn ikollok avukat miegħek fil-qorti iżda inti mogħti l-parir siewi li jkollok wieħed. F'ċerti proċessi quddiem il-qorti kriminali għandu jkollok avukat, bħal kawżi ta' stupru jew dawk fejn ikun hemm xhieda ta’ età żgħira.

Nista’ nbiddel l-avukat tiegħi?

Iva, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

Għandi nixhed fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Tista’ tixhed fil-proċess quddiem il-qorti kriminali iżda ma tistax tiġi mġiegħel tagħmel dan. L-avukat tiegħek għandu jagħtik parir jekk għandekx tixhed jew le. In-nuqqas tiegħek li tixhed mingħajr raġuni valida jista’ jinżamm kontrik, iżda ma tistax tiġi kkundannat biss għaliex bqajt sieket tul il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-evidenza kontrija?

Jekk taqbel, l-evidenza tista’ tinqara jew tinġabar fil-qosor. Jekk inti tikkontesta l-evidenza, hemmhekk ix-xhud normalment ikollu jattendi fil-qorti biex jagħti x-xhieda tiegħu, sabiex inti tkun tista' tikkontestaha billi tagħmel il-mistoqsijiet. Jekk il-prosekutur juża dokumenti bħala evidenza kontrik, hu għandu jgħid lill-avukat tiegħek qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali. L-avukat tiegħek jista' jikkontesta d-dokument. Kull xhud li jixhed kontrik jista’ jiġi interrogat mill-avukat tiegħek biex ir-rakkont tagħhom jiġi kkontestat.

Nista’ nipproduċi evidenza għan-nom tiegħi?

Iva. L-evidenza tista’ tkun f'għamla ta' dokumenti jew ta' evidenza fiżika. Tista’ titlob ukoll lix-xhieda biex jixhdu għalik, u l-imħallef jista’ jġiegħlhom jiġu l-qorti. L-avukat u l-prosekutur tiegħek isaqsuhom xi mistoqsijiet.

Tista’ titqies informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali l-prosekutur jiġbor informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek. Din tista’ tinkludi kundanni f’pajjiżi oħra. F’ċerti sitwazzjonijiet l-informazzjoni tiġi żvelata fil-qorti, iżda l-avukat tiegħek ikun jista’ jikkontesta jekk dak ikollux iseħħ jew le. Anke jekk il-kondotta tiegħek titqies mill-qorti, int ma għandekx tiġi kkundannat sempliċiment minħabba li għandek kondotta maħmuġa.

X’jiġri fl-aħħar tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Wara li tkun ingħatat l-evidenza kollha, tittieħed id-deċiżjoni (“verdett”) dwar jekk intix ħati jew le. Fil-Qorti tal-Maġistrati, il-maġistrati jiddeċiedu dwar il-verdett. Fil-Crown Court il-ġurija weħidha tiddeċiedi l-verdett. Jekk il-verdett ma jkunx ta’ ħtija (inti tiġi “lliberat”), il-kawża tiġi fi tmiemha. Jekk ma jkun hemm l-ebda akkużi oħra inti tkun liberu titlaq mill-qorti. Jekk il-verdett ikun ta’ ħtija (inti “ikkundannat”), l-avukati mbagħad jagħmlu preżentazzjonijiet dwar is-sentenza. Jista’ jkun hemm seduta separata fil-qorti għall-għoti tas-sentenza.

X’tip ta' sentenza nista' nirċievi?

Is-sentenza tkun tiddependi fuq kemm ikun serju id-delitt. Il-qorti ssegwi l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalinji gwida nazzjonali.  Għal kull reat hemm sentenza massima; għal xi uħud hemm ukoll sentenzi minimi.

Aktar informazzjoni dwar x'sentenzi jistgħu jingħataw tista' tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Dawn jinkludu:

  • Priġunerija.  Din tista’ tkun għal terminu indeterminat jew għal terminu fiss. Il-qorti tispjega kemm żmien x’aktarx iddum fil-ħabs. Sentenzi ta’ inqas minn 12-il xahar jistgħu jiġu sospiżi (jitwettqu fil-komunità, b'kondizzjonijiet fissi).  Iż-żmien li tkun diġà għaddejt fil-ħabs tistenna l-proċess quddiem il-qorti kriminali ġeneralment ikun jgħodd mas-sentenza
  • ordnijiet komunitarji (li jistgħu jinvolvu diversi kondizzjonijiet bħal xogħol mingħajr ħlas fil-komunità lokali)
  • multa (penali monetarja)
  • kumpens (flus imħallsin lill-vittma)
  • deportazzjoni (ritorn lura f'pajjiżek, li jseħħ biss f'każ ta' delitt serju)
  • skwalifika (pereżempju, mis-sewqan).

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-vittma mhijiex parti għall-proċeduri, iżda tista’ tixhed fil-proċess tiegħek. Fl-għoti tas-sentenza kontrik l-imħallef jikkunsidra Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-istqarrija tal-vittma dwar l-impatt tad-delitt. L-imħallef ma jistax jagħti riżarċiment għal ħsarat ċivili kontrik iżda jista' joħroġ b'sentenza ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordni ta’ kumpens. Huwa possibbli li l-vittma ġġib prosekuzzjoni privata kontrik.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif titressaq il-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-proċess fil-qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif tidher permezz ta’ kollegament dirett

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLinji gwida dwar l-għoti ta’ sentenzi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLinja ta’ assistenza għall-familjari ta’ persuni fil-ħabs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-ħajja fil-ħabs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1933 dwar it-Tfal u l-Minorenni (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1980 dwar il-Qrati tal-Maġistrati (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1994 dwar il-Ġustizzja Kriminali u l-Ordni Pubblika (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1996 dwar il-Proċedura u l-Investigazzjonijiet Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1998 dwar il-Kriminalità u d-Diżordni (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tas-sena 2000 dwar is-Setgħat tal-Qrati Kriminali (l-għoti tas-Sentenzi) (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2003 dwar il-Ġustizzja Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2007 dwar il-Fruntieri tar-Renju Unit (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2008 dwar il-Ġustizzja Kriminali u l-Immigrazzjoni (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2009 dwar il-Coroners u l-Ġustizzja (kif emendat)

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Nista’ nappella?

Jekk inti ġejt ikkundannat jew ingħatajt sentenza f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Maġistrati tista’ tappella lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Court lokali. Tista’ wkoll tappella lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva f’Londra jekk temmen li l-maġistrati interpretaw il-liġi ħażin.

Jekk inti ġejt ikkundannat jew mogħti sentenza fil-Crown Court, tista’ tappella biss jekk tingħata permess li tagħmel dan minħabba eż. li l-imħallef ikun għamel żball. Tista’ mbagħad tappella lill-Qorti tal-Appell f'Londra.

Kif nappella?

Jekk il-proċess kien sar fil-Qorti tal-Maġistrati għandek tappella fi żmien 21 jum. Jekk il-proċess kien sar fil-Crown Court għandek tappella fi żmien 28 jum. L-avukat tiegħek għandu jagħtik parir dwar jekk għandekx tappella u kif għandek tagħmel dan.

Fuq xiex jiġi bbażat l-appell?

Għandek dritt li tappella kull deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati iżda għandek timla u tirritorna formola li tkun disponibbli mill-qorti.

Appelli mill-Crown Court jeħtieġu proċess iżjed formali. Meta tiġi biex tappella, int għandek tagħmel stqarrija dettaljata tar-raġunijiet tiegħek. Ir-raġunijiet ta’ appell jinkludu li:

  • L-imħallef ta istruzzjonijiet ħżiena lill-ġurija;
  • Kien hemm żball jew irregolarità fil-proċedura tal-proċess quddiem qorti kriminali;
  • L-evidenza li mhux suppost kellha tintuża jew li mhux suppost ma kellhiex tintuża.

Ir-raġunijiet għal appelli kontra s-sentenza jinkludu li:

  • L-imħallef ikun għamel żball ta’ liġi;
  • It-tul tas-sentenza jkun eċċessiv.

X’jiġri tul is-seduta tal-appell?

Appell minn Qorti tal-Maġistrati normalment jinstema’ minn imħallef li jkun qiegħed jippresjedi ma’ żewġ maġistrati (differenti minn dawk li oriġinarjament ipproċessaw il-kawża). Huwa smigħ ġdid u jistgħu jissejħu evidenzi u fatti ġodda jew differenti. Jekk l-appell huwa sempliċiment kontra s-sentenza, il-Crown Court tista’ tnaqqas is-sentenza, tikkonfermaha jew iżżidha.

Jekk inti tikkontesta l-interpretazzjoni tal-liġi mill-maġistrati fil-Qorti Amministrattiva, u dik il-qorti tiddeċiedi li l-maġistrati kellhom żball, il-verdett jiġi rinversat. F’xi ċirkostanzi, il-każ jista’ jerġa' jmur lura fil-Qorti tal-Maġistrati għal seduta oħra.

Appell kontra kundanna fil-Crown Court għandu jinstama' fil-Qorti tal-Appell. L-avukat u l-prosekutur tiegħek għandhom jippreżentaw argumenti dwar il-merti tal-appell tiegħek. Il-qorti tista’ titlob għal iżjed evidenza. Ġeneralment, ma tistax issejjaħ evidenza li kienet disponibbli fil-ħin tal-proċess u li inti ddeċidejt li ma tużax matul il-proċess quddiem qorti kriminali. L-appelli jsiru fil-pubbliku.

Jekk m'intix fil-ħabs għandek dritt li tattendi għall-appell. Jekk inti tinsab il-ħabs għandek id-dritt li tattendi, sakemm l-appell ma jkunx jirrigwarda biss kwistjonijiet ta’ liġi. Il-qorti tista’ tippermetti li inti tipparteċipa permezz ta' kollegament bil-vidjow.

X’jiġri jekk jiena nkun fil-ħabs meta nappella?

Ladarba tkun applikajt għal appell tista’ tapplika biex tiġi lliberat mill-ħabs sakemm issir is-seduta tal-appell, għalkemm li tiġi lliberat f’dawn iċ-ċirkostanzi huwa rari. Jekk tingħata garanzija, din tista’ tkun soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet.

Kemm jgħaddi żmien qabel ma jinstema' l-appell?

Appelli mill-Qorti tal-Maġistrati kontra sentenza ġeneralment jinstemgħu malajr jekk inti tkun f’kustodja iżda f’każijiet oħrajn dawn jinstemgħu fi żmien 3 sa 6 xhur. Għandek bżonn il-permess minn imħallef superjuri biex tappella deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-Crown Court lill-Qorti tal-Appell. Fuq medja, l-appelli kontra kundanna jinstemgħu fi żmien 8 xhur u l-appelli kontra sentenza fi żmien 5 xhur. F’kull ħin tista' twaqqa' l-appell billi tikteb lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Appelli Kriminali.

X’jiġri jekk l-appell kontra l-kundanna jirnexxi/ma jirnexxiex?

Jekk l-appell jirnexxi, il-qorti twaqqa’ l-kundanna tiegħek u din titneħħa mir-rekord uffiċjali. F’xi ċirkostanzi l-qorti tista’ twarrab il-kundanna iżda tippermetti lill-prosekutur jibda proċess ġdid quddiem qorti kriminali kontrik.

Jekk l-appell ma jirnexxiex, normalment ma ssir l-ebda bidla fil-verdett tal-proċess, iżda f’xi każijiet il-qorti tal-appell għandha mnejn tissostitwixxi l-kundanna għal delitti inqas serji (dan ma jistax isir normalment fuq appell mill-Qorti tal-Maġistrati).

X’jiġri jekk l-appell kontra s-sentenza jirnexxi/ ma jirnexxiex?

Jekk l-appell jirnexxi, il-qorti timponi sentenza ġdida. Jekk l-appell ma jirnexxiex, il-qorti tista' tikkonferma s-sentenza oriġinali, u tista' wkoll iżżidha.

Hemm id-dritt għal appell ieħor lil qorti ogħla/differenti?

Jekk inti appellajt mill-Qorti tal-Maġistrati u l-appell ġie rrifjutat mill-Crown Court, int tista’ titlob lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni għar-Reviżjoni ta’ Kawżi Kriminali (CCRC) tirreferi l-każ tiegħek lura lill-Qorti tal-Appell. Dan rari jiġri.

Jekk inti appellajt lill-Qorti Amministrattiva, jew lill-Qorti tal-Appell jista’ jkollok id-dritt għal appell ulterjuri lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema tar-Renju Unit jekk l-appell iqajjem kwistjoni ta’ importanza legali ġenerali.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi nieħu xi kumpens?

Tista’ tapplika għal kumpens fi żmien sentejn (2) billi timla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadin il-formola. Id-deċiżjoni tinsab f'idejn il-Gvern. L-avukat tiegħek ikun jista’ jispjegalek kif Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataħdem din l-iskema

Huwa possibbli li tagħmel appell ulterjuri jekk l-ewwel appell ma jirnexxiex?

F’eċċezzjoni, tkun tista' tagħmel appell ulterjuri jekk jirriżultaw raġunijiet ġodda biex isir appell.  Jekk inti tixtieq tippreżenta xhieda ġdida għandek tispjega għaliex din ma nstemgħetx fil-proċess.

Hemm mezzi oħra biex jiena nagħmel appell?

Tista’ titlob lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCCRC tinvestiga jekk kienx hemm amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja. Il-Kummissjoni tista’ tirreferi l-każ tiegħek lill-qorti tal-appell rilevanti. Jekk tagħmel dan, il-kawża tiegħek tinstema’ bħala appell normali.

Jiena niġi minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura hemmhekk wara l-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk inti kkundannat u mogħti sentenza ta’ ħabs x’aktarx tkun iddeportat meta tiġi lliberat. Jekk m’intix ċittadin Brittaniku u s-sentenza hija ta’ 12-il xahar jew iżjed jew jekk tingħata sentenza għal ċerti reati serji, il-Gvern normalment jordna deportazzjoni lejn l-aħħar taż-żmien tiegħek fil-ħabs.

Fi kwalunkwe każ ieħor fejn il-priġunerija tkun tikkostitwixxi piena possibbli, jekk għandek iżjed minn 17-il sena, l-imħallef jista' jirrikkmanda li għandek tiġi deportat wara li tingħata s-sentenza. Dan huwa possibbli kemm jekk inti tintbagħat il-ħabs u kemm jekk le. Il-Gvern jiddeċiedi fuq il-bażi tar-rakkmandazzjoni tal-imħallef. Ir-rakkmandazzjoni tal-imħallef tagħmel parti mis-sentenza u tista’ tiġi appellata, kif deskritt hawn fuq. Il-Gvern jista’ jfittex li jiddeportak, anke mingħajr rakkmandazzjoni tal-qorti jekk dan ikun “iwassal għall-ġid pubbliku”.

Jekk inti ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tista’ tiġi ddeportat biss fuq il-bażi ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.  Li tkun ikkundannat b’delitt ma jiġġustifikax fih innifsu deportazzjoni.  Għandek id-dritt li tappella fi tribunal speċjali kontra deċiżjoni li tiġi ddeportat.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi pproċessat għall-istess delitt?

Jekk ġejt ikkundannat jew xolt minn delitt wara li jkun sar proċess quddiem qorti kriminali fi kwalunkwe parti tar-Renju Unit, ma tistax terġa’ tiġi pproċessat fl-Ingilterra għall-istess delitt ħlief f’ċirkostanzi speċjali.  L-istess regola tapplika meta jkun ingħata verdett wara li jkun sar proċess quddiem qorti kriminali jekk il-proċess quddiem qorti kriminali jkun twettaq fi Stat Membru ieħor.

Informazzjoni dwar il-kundanni

Il-kundanni u t-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatwissijiet huma rreġistrati fil-Kompjuter Nazzjonali tal-Pulizija (PNC) sakemm tagħlaq il-100 sena tiegħek. Jekk inti temmen li l-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek mhijiex preċiża, tista’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatikkontestaha. L-avukat tiegħek jista’ jgħidlek kif tagħmel dan. Tista’ wkoll tistaqsi lill-Kummissarju Ġenerali tal-pulizija fiż-żona fejn ikun seħħ ir-reat biex jemenda jew iħassar l-informazzjoni.

It-twissijiet, it-twiddib u l-avviżi finali huma ttrattati bħala kundanni.

Anke wara li tkun skontajt sentenza, għandek turi l-kundanna jew it-twissija meta meħtieġ (eż. meta tapplika għal impjiegi) sakemm il-kundanna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiġi eżawrita. Kemm dan idum jiddependi fuq it-tip ta’ delitt u s-sentenza mogħtija.

F’każ li nħarġulek Avviż ta’ Penali Fissa jew Avviż ta’ Penali għal Diżordni, dawn ma jkunux jagħmlu parti mill-kondotta tiegħek.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appell

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida għall-Bidu tal-Proċeduri fil-Qorti tal-Appell

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema tar-Renju Unit

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni għar-Reviżjoni ta' Kawżi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Rekords Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRijabilitazzjoni tal-atturi ta' ksur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1968 dwar l-Appell Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1974 dwar ir-Rijabilitazzjoni tal-Atturi ta' Ksur (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1976 dwar il-Garanziji (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1980 dwar il-Qorti tal-Maġistrati (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1981 dwar il-Qrati Prinċipali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1995 dwar l-Appell Kriminali (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1997 dwar il-Pulizija (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1998 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2006 dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja (kif emendat)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Upozorňujeme, že verzia tejto stránky v pôvodnom jazyku angličtina bola nedávno zmenená. Na preklade zobrazenej jazykovej verzie v súčasnosti pracujeme.

5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq

Kif inhuma ttrattati reati ta’ parkeġġ eċċ. ?

Jekk inti tipparkja fejn mhux suppost f’toroq pubbliċi, tista’ teħel Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamulta. Organizzazzjonijiet differenti jinfurzaw regoli tat-traffiku u jagħtu l-multi f’postijiet differenti. Dawn jinkludu l-kunsilli lokali, il-pulizija, kumpaniji privati jew it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTransport for London. Il-parti l-kbira tal-parkeġġ fit-toroq huwa infurzat minn gwardjani tal-parkeġġ impjegati mill-kunsill, li joħorġu Avviżi għall-Ħlas ta’ Piena (PCNs) permezz tas-sistema tal-ġustizzja ċivili. Il-gwardjani tat-traffiku huma impjegati mill-pulizija u għalhekk joperaw f'żoni fejn l-infurzar tal-parkeġġi ma ġiex dekriminalizzat. Dawn joħorġu Avviżi ta' Piena Fissa (FPNs) permezz tas-sistema tal-ġustizzja kriminali.

Il-PCNs ġeneralment jitħallew fuq il-ħġieġa ta' quddiem tal-vettura jew jingħataw lil min jidher li jkun inkarigat mill-vettura. Jistgħu wkoll jintbagħtu bil-posta. Ġeneralment ikollok 28 jum biex tħallas jew tikkontesta l-PCN u l-multa tista’ titnaqqas jekk tħallas malajr. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppelli informali jistgħu jsiru bil-miktub: jekk tixtieq tappella, tħallasx il-multa tat-traffiku f'dan l-istadju, minħabba li ladarba tħallasha huwa kważi impossibbli li tingħata l-flus lura.

L-ikklampjar

Il-Kunsilli fl-Ingilterra u f’Wales jistgħu jirmonkaw jew jikklampjaw vettura f’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċerti ċirkostanzi.  Għandek tiġi kklampjat biss 30 minuta wara li jkun inħareġ PCN. Jekk temmen li l-karrozza tiegħek ġiet ikklampjata b’mod inġust, tista’ tappella. Trid tħallas biex tieħu lura l-karrozza tiegħek, u tappella aktar tard. Jekk l-appell tiegħek tagħmlu bil-mikub u l-kunsill ma jweġibx fi żmien 56 jum minn meta jirċevih, dan għandu jikkanċella l-multa tal-PCN u jrodd lura l-flus li tkun ħallast biex ħadt il-karrozza tiegħek lura.

Pariri dwar x’għandek tagħmel jekk tiġi kklampjat fuq art privata jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Nista’ nappella?

Jekk il-kunsill jiċħad l-appell informali tal-multa tat-traffiku tiegħek, tista’ tagħmel appell formali. Il-kunsill imbagħad jgħidlek kif għandek tagħmel dan. Jekk il-kunsill jiċħad l-appell tiegħek, tirċievi Avviż lis-Sid (NTO) li jordnalek tħallas il-multa oriġinali. Dan jgħidlek ukoll kif tippreżenta appell ulterjuri lil aġġudikaturi indipendenti. Jeżistu servizzi differenti ta’ aġġudikazzjoni ta’ parkeġġ: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPATAS iservi f’Londra, it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Pieni tat-Traffiku iservi fil-bqija tal-Ingilterra u Wales.

Għandek 28 jum minn meta tingħata l-NTO biex jew tħallas il-multa tat-traffiku jew tippreżenta appell formali kontra l-multa. Jekk ma tagħmel l-ebda waħda minn dawn, il-kunsill għandu d-dritt li jżid il-multa b’50%. Jekk xorta ma tħallasx, il-kunsill jista’ jiftaħ proċedimenti ċivili iżjed formali biex jirkupraha.

Il-multi FPN jinħarġu minn uffiċjali tal-pulizija jew minn gwardjani tat-traffiku tal-pulizija u jiġu ttrattati permezz tas-sistema tal-ġustizzja kriminali. L-unika sistema uffiċjali ta’ appell kontra multa FPN hija li tagħżel li l-kawża tiegħek tinstema’ fil-qorti u li tiddikjara ruħek bħala mhux ħati. Madankollu, xi korpi tal-pulizija jippermettu li jsiru appelli informali għall-multi, fejn inti tista' tikteb u tispjega għaliex ma taħsibx li għandek tħallas il-multa. Jekk dan huwa possibbli fiż-żona tiegħek, il-multa FPN tkun tinkludi d-dettalji.

Kif inhuma ttrattati r-reati ta’ veloċità eċċessiva eċċ.?

Jekk inti taqbeż il-limitu ta’ veloċità u tinqabad mill-pulizija jew minn kamera tas-sigurtà, il-pulizija tista’:

  • Tagħtik twissija verbali
  • Toffrilek kors biex trabbi kuxjenza dwar il-veloċità eċċessiva (li jkollok tħallas għalih)
  • Toħroġ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvviż ta’ Penali Fissa (FPN) b’multa ta’ £60 u tliet punti penali. Din hija l-iżjed għażla probabbli.
  • Tfittxek għal veloċità eċċessiva. Dan ikun ifisser li jkollok tidħol il-qorti, u li tista’ tingħata sa £1,000 (£2,500 jekk tkun qbiżt il-veloċità fuq l-awtostrada) multa, bejn tliet u sitt punti penali fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħek, u possibilment skwalifika mis-sewqan.

X’jiġri jekk iwaqqfuk?

Il-pulizija għandha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidas-setgħa li twaqqaf lil kwalunkwe xufier u jekk wieħed ma jieqafx ikun qed jikkommetti reat ukoll. Meta l-pulizija twaqqfek, tista’ tiġi mitlub tipproduċi liċenzja tas-sewqan, assigurazzjoni u d-dokument tar-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħek. Jekk dawn ma jkunux miegħek, għandek 7 ijiem biex tippreżentahom f’għassa tal-pulizija.

Jekk titwaqqaf u tkun wettaqt reat tat-traffiku, il-pulizija tista’ toħroġlok Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvviż ta’ Penali Fissa (FPN) jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavviż ta’ rettifika ta’ difett fil-vettura.

F’każ li wettaqt reat tat-traffiku minuri, bħal jekk ma tkunx lbist iċ-ċinturin tas-sigurtà jew jekk tkun soqt b’fanal miksur, il-pulizija tista' toħroġlok FPN. Il-pulizija m’għandhiex is-setgħa li ġġiegħlek tħallas multi fuq il-post. Għandek 28 jum biex tħallas il-penali fissa jew biex titlob għal smigħ inkella l-multa tiżdied b’50%. Inti tiġi rrappurtat għal prosekuzzjoni jekk tonqos milli tħallas penali fissa għal reat rintraċċat b’kamera awtomatika fi żmien 28 jum.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-avviż ta’ rettifika ta’ difett fil-vettura jista' jinħareġ jekk il-vettura tiegħek ikollha difett, pereżempju, wieħed mill-indikaturi jkun miksur. 

Il-pulizija tista’ tagħmillek it-test tan-nifs għall-alkoħol jekk ikollha s-suspett li tkun xurban. F’każ li ma tgħaddix mit-test tan-nifs, il-pulizija tieħdok fl-għassa tal-pulizija fejn tiġi mixli b’reat u tinżamm l-evidenza tiegħu (it-test tan-nifs). Għandek tħalli l-karrozza tiegħek sakemm tkun f'kondizzjoni li ssuqha, inkella sewwieq ieħor jista' jċaqlaqha bil-kunsens tiegħek. F'każ li tkun kemm kemm qbiżt il-limitu, tista' tagħmel test tad-demm. Li tonqos milli tagħmel test tan-nifs huwa reat. Ir-reati tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jirriżultaw fi skwalifika obbligatorja mis-sewqan.

  • F’każ li jkollok 12-il punt fuq il-liċenzja tiegħek f’perjodu ta’ 3 snin, ġeneralment titlef il-liċenzja tiegħek għal mhux inqas minn 6 xhur.
  • Il-pulizija għandhom is-setgħa jikkonfiskaw vettura jekk din tkun qiegħda tintuża b’mod antisoċjali (u tikkawża biżgħa, abbuż jew periklu).
  • Il-pulizija tista’ tikkonfiska vetturi jekk is-sewwieqa ma jkollhomx liċenzja jew assigurazzjoni xierqa.
  • Ir-reati serji tat-traffiku (eż. li jikkawżaw mewt minħabba sewqan perikoluż) jistgħu jirriżultaw fi priġunerija.

Dawn ir-reati jiġu jidhru fuq il-kondotta tiegħi?

Il-kondotti jinżammu mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Rekords Kriminali (CRB). Kull kundanna fil-qorti titniżżel fuq il-kondotta. Jekk ma tkunx ikkundannat fil-qorti ma jkollokx rekord kriminali: għaldaqstant avviżi ta’ penali fissa jiffurmaw parti mill-kondotta tiegħek jekk inti tkun ġejt ikkundannat fil-qorti biss.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊitazzjonijiet u d-drittijiet tiegħek

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar informazzjoni dwar il-parkeġġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-setgħat tal-pulizija tat-traffiku fit-triq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMulti ta’ veloċità eċċessiva u d-drittijiet tiegħek

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.