Is-sospensjoni tal-proċeduri (1)

Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi (Einstellung) fi kwalunkwe punt, jew mill-prosekutur pubbliku jew, wara li tkun inbdiet il-prosekuzzjoni, mill-qorti. Hemm diversi modi kif il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi. Dawk prinċipali, fil-prattika, huma dawn li ġejjin:

Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi b’mod provviżorju, pereżempju, jekk inti tkun assenti għal perjodu twil ta’ żmien. Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi wkoll jekk l-investigazzjoni ma tipproduċix raġunijiet suffiċjenti sabiex ikunu ppreżentati l-kapi tal-akkuża. Madankollu, il-prosekutur pubbliku jista’ jerġa’ jagħti bidu għall-proċeduri fi kwalunkwe ħin (soġġetti għal ċerti perjodi ta' preskrizzjoni), pereżempju, jekk jinstabu provi ġodda.

Il-proċeduri jistgħu anki jiġu sospiżi b'mod definit. Dan jista’ jkun il-każ f’delitti minuri jekk ikun hemm ftit ħtija u jekk fil-prosekuzzjoni ma jkun hemm l-ebda interess pubbliku. Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi wkoll jekk tiġi sodisfatta kundizzjoni partikolari, pereżempju jekk inti tħallas multa jew tobdi ordni, bħall-ordni li tattendi kors dwar is-sikurezza fit-toroq.

Il-proċedura sommarja (2)

Fil-każ ta’ reati minuri (Vergehen), fi tmiem il-proċeduri tal-investigazzjoni, il-prosekutur pubbliku jista’ jagħmel talba bil-miktub lill-qorti għal sentenza sommarja (Strafbefehl) minflok ma jippreżenta kap tal-akkuża. Tista’ tingħata sentenza sommarja jekk il-qorti temmen li l-provi miktuba jkunu suffiċjenti. Sentenza sommarja tagħti deskrizzjoni fil-qosor tar-reat u timponi penali partikolari. Jekk inti ma tappellax, din tidħol fis-seħħ bħala verdett assolut.

Sentenza sommarja għandha konsegwenzi legali limitati. Normalment, hija timponi xi multa imma tista’ wkoll twassal għal projbizzjoni tas-sewqan. Jekk għandek avukat difensur, inti tista’ tingħata wkoll sentenza ta' mhux aktar minn sena priġunerija, fejn għandha tingħatalek il-probation.

Jekk inti tappella, għandek żewġ possibbiltajiet:

Fil-każ ta’ multa, inti tista’ toġġezzjona biss għar-“rata ta’ kuljum” li ntużat sabiex tkun ikkalkulata l-multa. Jekk inti u l-prosekutur pubbliku taqblu, il-qorti tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha mingħajr ma jsir proċess quddiem qorti kriminali.

Jekk inti ma tillimitax l-appell tiegħek, il-każ iwassal għal proċess quddiem il-qorti kriminali. Ma hemmx għalfejn tidher personalment, imma tista’ tkun irrappreżentat minn avukat. Lanqas ix-xhieda ma hemm għalfejn jidhru personalment. Il-verbali tal-interrogazzjoni tax-xhieda jistgħu jinqraw, bil-kunsens tiegħek, jekk inti tkun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Fl-aħħar, il-qorti tagħti l-verdett tagħha. Hija ma tkunx marbuta bil-penali imposta fis-sentenza sommarja. Hija tista’ timponi wkoll penali iktar iebsa, fil-limiti legali tal-għoti ta’ sentenzi.

Il-proċedura aċċellerata (3)

F’każijiet sempliċi fejn il-provi jkunu ċari, il-prosekutur pubbliku jista’ anki jagħmel talba lill-qorti għal proċedura aċċellerata (beschleunigtes Verfahren). Dan ġeneralment isir jekk pereżempju inti ma tkunx residenti fil-Ġermanja u jkun hemm raġuni biex l-awtoritajiet jemmnu li ma intix se tkun tista’ tidher fi smigħ sussegwenti tal-qorti.

Jekk il-prosekutur pubbliku jagħmel talba għal dan, il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali jibda immedjatament jew wara perjodu qasir ta’ żmien. F’dak il-każ, ma tkun meħtieġa deċiżjoni mill-qorti biex din tipproċedi għall-fażi tal-proċess quddiem il-qorti kriminali, b’differenza għal kif jiġri fi prosekuzzjoni normali. Il-proċedura aċċellerata taqbeż il-proċeduri intermedji.

Ir-regoli ssemplifikati tal-proċeduri aċċellerati, jippermettu lill-qorti tirrifjuta t-talbiet sabiex jiġu kkunsidrati ċerti provi.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-għoti ta' sentenzi huwa wkoll limitat. Il-qorti tista’ timponi multa biss jew sa sena priġunerija. Il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tista’ tiġi rtirata wkoll.

L-avukat maħtur mill-qorti (4)

Jekk qed tiġi ssuspettat li inti wettaqt delitt aktar gravi (Verbrechen), jew jekk is-sentenza mistennija f'każ ta' kundanna tkun ta’ iktar minn sena priġunerija, jew jekk qed tinżamm taħt arrest preventiv jew ma tistax tiddefendi ruħek għal raġunijiet oħrajn, il-qorti hija obbligata li taħtarlek avukat difensur jekk inti għadek m'intix irrappreżentat minn wieħed. Fil-proċedura aċċellerata, inti tiġi pprovdut b’avukat difensur uffiċjali jekk is-sentenza mistennija tkun ta’ iktar minn sitt xhur. L-obbligu li jinħatar avukat ma jiddependix mill-istatus finanzjarju tiegħek.

Il-qorti tiddeċiedi liema avukat għandu jinħatar. Madankollu, trid ukoll tippermettilek li tagħżel l-avukat difensur tiegħek u li tinnominah għall-qorti. Jekk inti ma tinnominax avukat, il-qorti tagħmel dan f’ismek.

L-avukat difensur maħtur mill-qorti jista’ jitbiddel biss f’każijiet eċċezzjonali. Inti tista’ taħtar ukoll avukat differenti li tagħżel inti, f’liema każ, il-qorti tirtira l-ħatra tal-avukat difensur uffiċjali. Jekk inti tagħżel lill-avukat tiegħek, ikollok tħallas id-drittijiet tiegħu inti, sakemm ma tiġix illiberat mill-akkużi, f’liema każ dawn ikollhom jitħallsu mill-Istat.

Informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet/il-kapi tal-akkuża/il-kundanni (5)

X’informazzjoni tinżamm?

Il-pulizija żżomm il-bażi tad-dejta tagħha bl-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjonijiet.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku wkoll jaħżen dejta kemm waqt kif ukoll wara l-investigazzjoni. L-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni tinżamm ukoll f’reġistru ċentrali tal-prosekuzzjonijiet. L-informazzjoni trid titħassar hekk kif jgħaddu perjodi speċifiċi, iffissati bil-liġi .

Ir-rekords tal-kundanni fil-kawżi kriminali jinżammu fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali (Bundeszentralregister). Inti ma tiġix ikkonsultat dwar jekk din id-dejta tiġix irreġistratata jew le. Il-kundanni jitħassru wara perjodu ta’ żmien speċifikat, jekk ma jkunu ġew miżjuda l-ebda kundanni ġodda. Il-perjodu ta’ żmien jiddependi mis-sentenza.

Liema dejta tiġi kkonsultata fil-proċeduri kriminali u meta?

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jista’ jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta tagħhom fi kwalunkwe ħin. M'għandhomx aċċess dirett għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali. Meta l-qorti tipprepara għall-proċess, hija titlob silta mir-reġistru.

Xi rwol għandha d-dejta fl-istadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni?

Jekk ikun hemm rekords ta’ investigazzjonijiet preċedenti, il-prosekutur pubbliku jrid jikkunsidrahom jekk, pereżempju, qed jikkontrolla l-possibbiltà li jissospendi l-proċeduri taħt is-Sezzjonijiet 153 u 153a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Xi rwol għandha d-dejta fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-liġi tippermetti li waqt il-proċess jiġu kkunsidrati l-kundanni preċedenti rreġistrati fir-reġistru ċentrali. Jekk jiġi stabbilit li kellek kundanni preċedenti, dawn jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-sentenza mogħtija. Id-dejta li tinżamm biss mill-prosekutur pubbliku u mill-pulizija tista' ma tiġix ikkunsidrata meta tingħata s-sentenza.

Kif nista’ nsir naf x’informazzjoni baqgħet tinżamm dwari, u x’nista’ nagħmel dwar dan?

Tista’ ssir taf liema dejta li tikkonċernak baqgħet tinżamm billi tressaq applikazzjoni quddiem id-dipartimenti li jirreġistraw id-dejta.

Inti tista’ tapplika sabiex id-dejta titħassar mid-dipartiment rilevanti. Jekk id-dipartiment jirrifjuta li jagħmel dan, inti tista’ titlob li d-deċiżjoni tiġi riveduta minn qorti.

Iktar informazzjoni

Ir-Reġistru Kriminali Ċentrali huwa rregolat mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali. Id-dejta miżmuma mill-prosekutur pubbliku hija soġġetta għas-Sezzjoni 483 u għas-sezzjonijiet sussegwenti tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; ir-reġistru ċentrali tal-prosekuzzjonijiet huwa kopert mis-Sezzjoni 492(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali, b’iktar dettalji f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament; il-bażijiet tad-dejta tal-pulizija huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Uffiċċju Federali tal-Prevenzjoni tad-Delitti u mil-leġiżlazzjoni dwar il-pulizija tal-Istati federali (Länder).

Kontestazzjonijiet legali waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni (6)

Inti għandek id-dritt li tikkontesta l-miżuri meħuda fil-proċeduri tal-investigazzjoni. Ir-rimedji disponibbli jinkludu l-possibbiltà li tippreżenta lment kontra l-pulizija jew li tagħmel talba biex il-kwistjoni tiġi deċiża minn qorti.

Inti tista’ tressaq ilment (Beschwerde) kontra tali deċiżjoni tal-qorti.

Jekk il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jkunu ħadu miżura mingħajr mandat, inti tista’ tagħmel talba sabiex din tiġi analizzata retrospettivament mill-qorti. Jekk inti toġġezzjona għal sekwestru, il-kwistjoni tiegħek titressaq awtomatikament quddiem l-imħallef mingħajr ma jkollok għalfejn tagħmel talba biex isir dan.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Päivitystä suomennetaan parhaillaan.

2 - Kif tikseb parir legali

Jista’ jkun ta’ vantaġġ għalik li tfittex parir legali indipendenti jekk inti involut fi kwalunkwe xorta ta’ proċeduri kriminali. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi inti għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jindikawlek ukoll x’jagħmel għalik tali avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tispjegalek kif issib avukat, u kif jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas għal parir legali.

Kif issib avukat?

Meta ssir taf li inti soġġett għal investigazzjoni kriminali, inti tista’ tfittex avukati kriminali speċjalisti fuq l-Internet pereżempju. Kull avukat (Anwalt) irreġistrat fil-Ġermanja huwa awtorizzat li jagħmilha ta’ avukat difensur. Jekk il-każ ikun urġenti minħabba li dalwaqt tkun se tiġi arrestat jew dalwaqt tkun se ssir perkwiżizzjoni fil-binjiet tiegħek, inti tista’ ssib avukat difensur 24 siegħa kuljum permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahotline għal avukati kriminali. Jekk inti teħtieġ lil xi ħadd b’ħiliet lingwistiċi speċifiċi jew f’post partikolari, tista’ tikkonsulta l-opzjoni ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatfittxija għal avukati kriminali pprovduta mid-Dipartiment Kriminali tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniża (Deutsches Anwaltverein). Tista’ anki tfittex l-assoċjazzjoni tal-avukati reġjonali (Rechtsanwaltskammer). Mill-1 ta’ Jannar 2010, ġew ikkompilati listi reġjonali ta’ avukati li lesti jaħdmu bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti. Tista’ ssir taf minn fejn iġġib dawn il-listi u kif tużahom permezz tal-assoċjazzjoni tal-avukati lokali tiegħek (inkluż minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk).

Jekk inti qiegħed tinżamm taħt arrest jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataħt arrest preventiv mhux se tkun tista’ tikseb aċċess għal din l-informazzjoni. Il-pulizija huma obbligati li jipprovdulek lista ta’ avukati jew direttorju tat-telefon jekk inti titlob wieħed. Il-pulizija jafu wkoll bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahotlines. Jekk il-pulizija ma jħallukx tikkuntattja avukat, inti għandek tgħarraf lill-qorti dwar dan malli tidher quddiemha. Il-qrati wkoll għandhom listi ta’ avukati li jkunu lesti li jagħmluha ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti.

Min iħallas għall-parir legali?

Jekk inti tiġi lliberat mill-akkużi, l-Istat irid iħallas id-drittijiet tal-avukat. Jekk il-proċeduri jiġu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasospiżi fil-fażi tal-investigazzjoni jew jekk inti tiġi kkundannat, inti tkun responsabbli mill-ħlas tad-drittijiet.

Anki jekk inti għandek introjtu baxx jew ma għandek l-ebda introjtu, ma hemm l-ebda dritt bażiku għal appoġġ finanzjarju fi proċeduri kriminali min-naħa tal-Istat. Tista’ biss tagħmel talba biex tingħata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħajnuna għal parir legali inizjali mingħand il-qorti lokali tiegħek (Amtsgericht) .

Hemm regoli partikolari li jikkonċernaw il-ħlas ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti. Għall-ewwel l-Istat iħallas lill-avukat, imma l-ħlas statutorju għal avukat difensur maħtur mill-qorti huwa iktar baxx minn dak illi kieku jkun seta' jitlob l-avukat. Jekk inti tiġi kkundannat, jinħariġlek il-kont tad-drittijiet tal-avukat difensur maħtur mill-qorti fi tmiem il-proċeduri. Imbagħad int ikollok tħallas l-ispejjeż tal-għajnuna legali lura lill-Istat, u jkollok tħallas ukoll lill-avukat l-ammont tad-drittijiet li kien jitlob li kieku ma nħatarx bħala avukat difensur mill-qorti, dejjem jekk inti tkun tiflaħ tħallas.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Päivitystä suomennetaan parhaillaan.

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni

Din l-iskeda informattiva tittratta l-proċeduri tal-investigazzjoni, li jibdew bl-investigazzjoni preliminari mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u jintemmu permezz ta' preżentata tal-att tal-akkuża jew sospensjoni tal-proċeduri mill-prosekutur pubbliku.

X’inhuma l-fażijiet fl-investigazzjonijiet kriminali?

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni (li jistgħu jkunu jew il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija) se jibdew investigazzjoni kontra tiegħek jekk jissuspettaw li inti wettaqt reat. L-għan tal-investigazzjoni huwa li jiġi stabbilit jekk hemmx raġunijiet biex jissuspettaw fik jew le. Huma jridu jinvestigaw ukoll kwalunkwe ċirkustanza attenwanti. Jekk il-prosekutur pubbliku jemmen li hemm raġunijiet sabiex inti tiġi ssuspettat, huwa se jippreżenta l-kapi tal-akkuża kontrik (jew jagħmel talba għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenza sommarja (Strafbefehl)).

Hemm tipi differenti ta' miżuri li jistgħu jwettqu l-pulizija u l-prosekutur pubbliku matul l-investigazzjoni tagħhom . X’inhuma l-miżuri u meta jittieħdu jvarjaw minn każ għall-ieħor. Pereżempju, inti tista’ tiġi arrestat immedjatament wara li wettaqt reat. L-arrest jista’ jkun segwit minn arrest preventiv.

Inti tista’ tikkontesta quddiem il-qorti kwalunkwe miżura tal-investigazzjoni li tħoss li tista’ tkun ta’ preġudizzju għalik, kemm dak il-ħin stess kif ukoll retrospettivament.

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jistgħu anki jfittxu informazzjoni dwar investigazzjonijiet u kundanni preċedenti. Id-dettalji huma spjegati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Inti għandek id-dritt għal avukat matul il-proċeduri tal-investigazzjoni kollha. Għal informazzjoni dwar kif issib avukat u l-ispejjeż relatati, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Jekk inti ma titkellimx bil-Ġermaniż, tista’ titlob li jkun hemm interpretu waqt il-laqgħat li jkollok mal-avukat difensur tiegħek.

Inti ma għandekx id-dritt li tara l-fajl tiegħek. Madankollu, tista’ tiġi żvelata xi informazzjoni mid-dokumenti jekk dan ma jpoġġix l-investigazzjonijiet fil-periklu jew jekk ma jiksirx id-drittijiet ta’ partijiet terzi. Meta l-investigazzjoni tkun lesta, l-avukat difensur tiegħek jingħata aċċess għad-dokumenti. Qabel dan, l-aċċess jingħata biss jekk dan ma jipperikolax l-iskop tal-investigazzjoni.

Għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek, jekk tittieħed kontra tiegħek kwalunkwe waħda mill-miżuri tal-investigazzjoni li ġejjin, ara l-iskedi informattivi elenkati hawn taħt:

Jekk jiena ċittadin barrani, dan kif se jaffettwa l-proċeduri tal-investigazzjoni?

B’mod ġenerali, inti għandek id-dritt li titlaq mill-Ġermanja waqt proċedura ta’ investigazzjoni kriminali. L-uniċi ċirkustanzi fejn ma tistax tħalli l-pajjiż huma jekk tkun ġejt arrestat, jew jekk il-mandat ta' arrest ikun ġie sospiż bil-kundizzjoni li ma tħallix il-post tar-residenza tiegħek mingħajr il-permess tal-qorti.

Jekk inti taf li qed tiġi investigat, inti għandek tiżgura ruħek li l-prosekutur pubbliku u l-qorti jistgħu jikkuntattjawk bil-posta.

Matul investigazzjoni, inti dejjem tista’ tikkuntattja lill-konsulat nazzjonali tiegħek.

L-interrogazzjoni (1)

Jekk qed jiġi ssuspettat li inti wettaqt reat, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku se jinterrogawk dwar il-kap tal-akkuża sabiex jiżguraw li int tingħata smigħ xieraq. F’ċerti każijiet, jekk il-prosekutur pubbliku jkun jixtieq dan, inti tista’ tiġi interrogat ukoll minn imħallef.

X’għandi nagħmel jekk nissejjaħ biex niġi interrogat?

Jekk il-prosekutur pubbliku jew il-qorti sejħulek biex tiġi interrogat (Vernehmung), inti trid tattendi. Jekk tonqos milli twieġeb għal ċitazzjoni, inti tista’ titressaq bil-forza quddiem il-prosekutur jew quddiem il-qorti. Jekk tissejjaħ għall-interrogazzjoni mill-pulizija inti m'intix marbut li tattendi.

Xi spjegazzjonijiet ningħata qabel l-interrogazzjoni?

Qabel l-interrogazzjoni, għandek tkun taf b’liema reat qed tiġi akkużat u x’inhuma l-liġijiet li huwa maħsub li ksirt. Għandek tkun avżat li għandek id-dritt li tibqa’ sieket, li tista’ tikkonsulta avukat qabel ma tiġi interrogat u li tista’ tagħmel talba biex tinġabar kwalunkwe prova li teżonerak.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa tal-pajjiż?

Jekk il-Ġermaniż tiegħek mhuwiex tajjeb biżżejjed, jiġi pprovdut interpretu, mingħajr ħlas. L-interpretu jattendi l-interrogazzjoni kollha u jittraduċi l-mistoqsijiet, it-tweġibiet tiegħek u r-rekord bil-miktub tal-interrogazzjoni.

Nista’ nitkellem ma’ avukat?

Bħala persuna suspettata inti tista’ titkellem ma’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat difensur waħdek jew fil-preżenza ta’ interpretu. Meta l-prosekutur pubbliku jew l-imħallef jinterrogak, inti jista’ jkollok avukat difensur preżenti, imma mhux meta tiġi interrogat mill-pulizija.

Se niġi interrogat? Għandi nagħti xi informazzjoni?

Qabel tintemm l-investigazzjoni, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jridu jinterrogawk sakemm il-proċeduri ma jiġux sospiżi. Jekk il-każ ikun wieħed sempliċi, inti tista’ tiġi interrogat bil-miktub.

Iżda anki f’interrogazzjoni bil-miktub, inti mitlub tagħti d-dettalji personali tiegħek. Dawn jinkludu l-ismijiet, il-kunjom, l-isem ta' meta twelidt, il-post u d-data tat-twelid, l-istat ċivili, l-impjieg, l-indirizz u n-nazzjonalità tiegħek.

Madankollu, inti ma inti obbligat tgħid xejn dwar il-kapi tal-akkuża u lanqas ma inti obbligat tagħti informazzjoni relatata mal-każ. Dak li tgħid u kemm tgħid hija deċiżjoni tiegħek – wara li tkun ikkonsultajt mal-avukat tiegħek.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li se tiżvantaġġja l-każ tiegħi?

Dak kollu li tgħid waqt interrogazzjoni se jiġi rreġistrati fil-minuti. Jekk inti tgħid xi ħaġa li tiżvantaġġjak, il-qorti li tikkunsidra l-każ tiegħek wara li jiġu ppreżentati l-kapi tal-akkuża kontra tiegħek, tkun taf b’dan ukoll. Anki jekk tibqa’ sieket jew tkun trid tirtira d-dikjarazzjoni tiegħek iktar tard, il-qorti tista’ tinkorpora dak kollu li tkun għidt qabel fis-sentenza tagħha.

Matul l-interrogazzjoni, se ningħata informazzjoni dwar fiex tkun waslet l-investigazzjoni?

Huwa l-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi jekk jinformakx jew le dwar fiex tkun waslet l-investigazzjoni. Madankollu, il-prosekutur pubbliku ma jistax jagħtik informazzjoni qarrieqa.

Liema metodi ma jistgħux jintużaw?

Inti ma tistax tiġi ttrattat ħażin jew tkun soġġett għal trattament fiżiku ħażin ieħor matul l-interrogazzjoni. Ħadd ma jista’ jheddek jew iwegħdek xi ħaġa li mhijiex permessa bil-liġi. Kwalunkwe dikjarazzjoni li tagħmel f’dawk il-kundizzjonijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, anki jekk inti taqbel dwar dan.

Iktar informazzjoni

Ir-regoli dwar l-interrogazzjoni tal-persuni ssuspettati huma stabbiliti fis-Sezzjonijiet 136, 136 a u 163 a tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali.

Il-proċedura ta’ identifikazzjoni/perkwiżizzjoni fuq il-persuna/kampjuni tad-demm, eċċ. (2)

Għandek issib id-dettalji dwar kif tista' tikkontesta dawn il-miżuri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’tinvolvi l-proċedura ta’ identifikazzjoni? Meta ssir?

L-għan tal-proċedura ta’ identifikazzjoni (Erkennungsdienstliche Behandlung, ED-Behandlung) huwa li jiġi stabbilit jekk intix ħati jew innoċenti fi kwalunkwe proċeduri kriminali pendenti. Għaldaqstant,, l-awtoritajiet jistgħu jieħdulek ritratti, marki tas-swaba’ jew marki tal-pali tal-id, u jistgħu jieħdu nota ta' karatteristiċi partikolari, bħal tpinġijiet fuq il-ġilda.

Il-qrati, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu jagħtu bidu għal proċedura ta’ identifikazzjoni. Il-proċedura ġeneralment titwettaq mill-pulizija.

Il-proċedura ta’ identifikazzjoni tista’ titwettaq bil-forza, li jfisser li l-pulizija jistgħu jżommuk u jiddrittawlek idejk jew is-swaba’ sabiex jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek, pereżempju.

Tista’ ssir proċedura ta’ identifikazzjoni jekk dan ma jkunx meħtieġ attwalment (eż. jekk ikun ovvju li jiena l-awtur tar-reat)?

Il-proċeduri ta’ identifikazzjoni jistgħu jitwettqu wkoll għal finijiet ta’ proċeduri kriminali futuri; fi kliem ieħor, il-proċedura ta’ identifikazzjoni tista’ ma tkunx mitluba għall-każ preżenti, imma sabiex jinżammu d-dettalji tiegħek għal każijiet li jistgħu jinqalgħu fil-futur. Dan ifisser li jrid ikun hemm raġuni sabiex l-awtoritajiet jemmnu li inti tista’ tkun soġġett għal proċeduri kriminali futuri.

Huma permessi l-perkwiżizzjonijiet fuq il-persuna?

Perkwiżizzjoni fuq il-persuna tista’ tiġi ordnata sabiex ikunu stabbiliti fatti li huma materjali għall-proċeduri kriminali.

B’perkwiżizzjoni sempliċi fuq il-persuna mill-pulizija, tiġi investigata l-persuna tiegħek sabiex ikun stabbilit jekk ikunx hemm xi ħaġa moħbija f'xi waħda mit-toqbiet ta' ġismek. Jekk perkwiżizzjoni bħal din tkun imbarazzanti għalik, din tista’ titwettaq minn persuna tal-istess sess tiegħek jew minn tabib. Qabel il-perkwiżizzjoni, inti għandek tiġi informat li tista' tirrikjedi li jkun hemm preżenti persuna li tafda u li inti għandek id-dritt li tagħżel is-sess tal-persuna li se twettaq il-perkwiżizzjoni, f'każ li jkollok raġuni leġittima biex tagħmel dan. Inti obbligat li tittollera l-perkwiżizzjoni, imma ħadd ma jista’ jġiegħlek tieħu sehem b'mod attiv fiha.

Jistgħu jittieħduli kampjuni tad-demm, ta’ fluwidi oħrajn tal-ġisem jew tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar jew bżieq)?

Jistgħu jittieħdu kampjuni tad-demm u ta' sustanzi oħrajn tal-ġisem, pereżempju, sabiex ikun ivverifikat jekk hemmx alkoħol fid-demm tiegħek jew sabiex id-DNA tiegħek jiġi pparagunat ma’ traċċi ta’ DNA li jkunu nstabu fil-post tad-delitt. Dawn il-kampjuni għandhom dejjem jittieħdu minn tabib; u qatt mill-pulizija. Meta l-kampjuni ma jkunux iktar meħtieġa għall-proċeduri kriminali, dawn għandhom jinqerdu. Madankollu, l-impronta tad-DNA tiegħek tista’ tinżamm f’fajl jekk l-awtoritajiet ikollhom raġuni biex jemmnu li fil-ġejjieni jistgħu jinbdew proċeduri kontra tiegħek għal xi delitt serju.

Jekk inti ma taqbilx li jsirulek perkwiżizzjoni fuq il-persuna jew test tad-DNA, ikollha tinħareġ ordni mill-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija huma awtorizzati joħorġu l-ordni huma. Dan jista' jitwettaq ukoll bil-forza.

Iktar informazzjoni

Il-proċeduri ta’ identifikazzjoni huma rregolati mis-Sezzjoni 81b tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, il-perkwiżizzjonijiet fuq il-persuna u l-kampjuni tad-demm huma rregolati mis-Sezzjonijiet 81a u 81d u t-testijiet tad-DNA huma rregolati mis-Sezzjonijiet 81e, 81f u 81g.

Il-perkwiżizzjoni/is-sekwestru/l-interċettazzjonijiet telefoniċi (3)

Tista’ ssib dettalji dwar kif tista' tikkontesta dawn il-miżuri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Jistgħu jsiru perkwiżizzjonijiet f'dari, fl-uffiċċju jew fil-karozza tiegħi, eċċ.?

Jekk inti qed tiġi ssuspettat li wettaqt delitt, il-prosekutur pubbliku u l-pulizija jistgħu jagħmlu perkwiżizzjonijiet f’darek u f’imkejjen oħrajn tiegħek, inkluża l-karozza tiegħek, jekk qed jistennew li jsibu provi hemmhekk jew jekk ikun hemm bżonn li jarrestawk.

Il-perkwiżizzjoni trid tiġi ordnata mill-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jitħallew joħorġu mandat.

Inti tista’ tkun preżenti waqt il-perkwiżizzjoni. Jista’ wkoll ikollok l-avukat difensur tiegħek preżenti. Jekk ma jkunx hemm imħallef jew prosekutur disponibbli sabiex jattendi għall-perkwiżizzjoni, jekk ikun possibbli għandhom jinġiebu żewġ uffiċjali tal-gvern lokali (Gemeindebeamte). Iżda inti ma għandekx għalfejn titlob li jkunu preżenti. Meta l-perkwiżizzjoni tkun lesta, inti trid tingħata dokument li jiddikjara r-raġunijiet għall-perkwiżizzjoni u r-reat li qed tiġi akkużat li wettaqt, jekk tistaqsi għalih.

Il-proprjetà tiegħi tista’ tiġi ssekwestrata?

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jieħdu l-oġġetti li jappartejnu lilek jekk ikunu importanti bħala provi. Jekk inti ma tgħaddihomlhomx bir-rieda t-tajba, huma jistgħu jiġu ssekwestrati. Irid jinħareġ mandat tal-qorti sabiex tiġi ssekwestrata proprjetà. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu joħorġu l-mandat huma. Inti tista’ tikkontesta mandat maħruġ mill-qorti fi kwalunkwe ħin, anki wara li l-perkwiżizzjoni tkun lesta.

Jekk waqt il-perkwiżizzjoni jittieħed jew jiġi ssekwestrat xi oġġett, inti għandek id-dritt għal inventarju ta’ dawn l-oġġetti jekk titlob wieħed.

Il-liċenzja tas-sewqan tiegħi tista’ tiġi kkonfiskata?

Il-qorti biss tista' tissospendilek temporanjament il-liċenzja tiegħek jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex wieħed jassumi li l-qorti se tirtira l-liċenzja tiegħek f’sentenza sussegwenti li tikkonċerna reat tat-traffiku. Dan ġeneralment japplika jekk inti tkun wettaqt reat tat-traffiku li wera li inti m'intix tajjeb biex issuq vettura. L-irtirar provviżorju mill-qorti tal-liċenzja tiegħek jikkostitwixxi konferma ta' konfiska tal-liċenzja tas-sewqan li tkun saret preċedentement. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, u jekk hemm raġunijiet urġenti għall-irtirar tad-dritt tiegħek li ssuq vettura, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jistgħu jikkonfiskaw il-liċenzja tiegħek.

L-interċettazzjonijiet telefoniċi huma permessi?

Kwalunkwe komunikazzjoni (eż. bit-telefon) jew taħdita li jkollok f’darek tista’ tiġi mmonitorjata u rreġistrata soġġetta għal kundizzjonijiet legali stretti; madankollu, irid ikun hemm suspett ta’ delitt serju jew serju ħafna. Iż-żewġ miżuri jirrikjedu mandat tal-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, dawn il-miżuri jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-prosekutur pubbliku. Inti trid tiġi informat bil-miżuri retrospettivament.

Iktar informazzjoni

Il-perkwiżizzjonijiet u s-sekwestru huma rregolati mis-Sezzjoni 102 u s-sezzjonijiet segwenti u mis-Sezzjoni 94 u s-sezzjonijiet segwenti tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali, is-sospensjoni provviżorja ta’ liċenzja tas-sewqan (il-konfiska ta’ liċenzja tas-sewqan) hija rregolata mis-Sezzjoni 111a u l-interċettazzjonijiet telefoniċi huma rregolati mis-Sezzjoni100a u s-sezzjonijiet segwenti. .

L-arrest (4)

Il-prosekutur pubbliku u l-pulizija jistgħu jżommuk taħt arrest preventiv jekk tinqabad fuq il-post tad-delitt jew jekk inti ġejt segwit mill-post tad-delitt u qed tiġi suspettat li qed tipprova taħrab. Il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu anki jżommuk taħt arrest preventiv jekk ikun hemm dewmien li jista' jimplika riskju u l-kwistjoni tkun waħda urġenti, sakemm il-kunduzzjonijiet sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest ikunu sodisfatti. Dan ikun il-każ jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex jiġi ssuspettat li inti wettaqt delitt u jkun hemm raġunijiet speċifiċi għall-arrest. Meta inti tiġi arrestat, jista’ jkun li diġà jkun inħareġ mandat jew li tkun diġà saret talba mill-prosekutur pubbliku biex jinħareġ il-mandat.

Tiġi kkunsidrata wkoll iż-żamma taħt arrest jekk jeħtieġ li jitwettqu miżuri partikolari tal-investigazzjoni, pereżempju l-interrogazzjoni jew il-perkwiżizzjoni fuq il-persuna bil-forza.

Niġi informat għaliex inkun qed ninżamm taħt arrest?

Inti dejjem tiġi informat bir-raġuni għaliex tkun qed tinżamm taħt arrest. Jekk ikun inħareġ mandat, trid tingħata kopja ta' dan lilek meta inti tiġi arrestat.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest?

Jekk inti tinżamm taħt arrest fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest li nħareġ diġà jew li se ssir talba għalih, iż-żamma taħt arrest tiegħek hija soġġetta għal dawn il-limiti ta’ żmien.

Jekk inti ġejt miżmum taħt arrest sabiex ikunu jistgħu jitwettqu bil-forza l-miżuri investigattivi, dawn għandhom isiru immedjatament u inti trid tiġi lliberat hekk kif dawn jitlestew. Iż-żmien neċessarju għal dan jiddependi miċ-ċirkostanzi. F'każijiet ta' dan it-tip, inti ma tistax tinżamm taħt arrest għal iktar minn tmiem l-għada tal-jum taż-żamma taħt arrest tiegħek, għall-ebda raġuni.

Jekk inti tinżamm taħt arrest u jirriżulta li preċedentement kellek piena ta’ kustodja li tkun għadek ma skontajtx, inti tista’ tinżamm f'kustodja fi tmiem l-arrest preventiv tiegħek.

Nista’ nikkuntattja lil xi ħadd?

Meta inti tinżamm taħt arrest inti għandek id-dritt li fi kwalunkwe ħin titlob għal avukat difensur tal-għażla tiegħek. Inti tista’ tinforma lil membru tal-familja jew lil xi ħadd li tafda jekk dan ma jippreġudikax l-iskop tal-investigazzjoni. Inti tista’ titlob ukoll biex jiġi informat il-konsulat tal-pajjiż tiegħek.

Nista’ nara tabib jekk neħtieġ wieħed?

Inti tista’ titlob li tiġi eżaminat minn tabib tal-għażla tiegħek.

X’inhu mandat ta’ arrest Ewropew, u x’nista’ nagħmel biex nikkontestah?

L-iskop ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew huwa li jordna l-arrest u li jikkonsenja lill-persuna mfittxija fl-UE għal prosekuzzjoni jew biex tiskonta terminu ta' priġunerija jew piena ta’ kustodja oħra. Jekk inti soġġett għal Mandat ta’ Arrest Ewropew, inti tista’ tinżamm taħt arrest fi kwalunkwe Stat Membru u tista’ tiġi estradit lejn l-Istat Membru li jkun ħareġ il-mandat.

Jekk inti qed tinżamm fil-Ġermanja taħt mandat ta’ arrest Ewropew, l-ewwel tiġi interrogat fil-qorti lokali l-aktar viċin tiegħek (Amtsgericht) sabiex tistabbilixxi d-dettalji tiegħek u biex tinstema' dwar jekk toġġezzjonax għall-estradizzjoni eventwali tiegħek. Id-deċiżjoni dwar kwalunkwe oġġezzjoni għandha tittieħed mill-qorti reġjonali superjuri (Oberlandsgericht).

Inti jkollok id-dritt għal rappreżentanza legali f’kull fażi tal-proċedura.

Jekk inti taqbel mal-estradizzjoni, inti tiġi estradit immedjatament (il-“proċedura ta’ estradizzjoni ssimplifikata”). Tiġi wkoll informat dwar li tista' tiġi eżentat mir-“regola ta' speċjalità”. Jekk tagħmel dan, inti tista’ titressaq quddiem qorti fil-pajjiż li jkun ħareġ il-mandat fuq il-bażi ta’ proċeduri oħrajn li mhumiex koperti mill-mandat. Ladarba inti tkun qbilt ma’ estradizzjoni simplifikata jew mal-eżenzjoni tar-regola ta' speċjalità, inti ma tistax tirtira mill-ftehim.

Jekk inti ma taqbilx, il-qorti reġjonali superjuri se tieħu deċiżjoni dwar il-validità tal-estradizzjoni fi żmien 60 jum. Ma hemm l-ebda dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti.

Għal iktar informazzjoni, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-arrest preventiv (5)

Meta rrid niġi informat bil-mandat ta’ arrest?

Jekk inti ġejt miżmum taħt arrest fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest, dan irid jingħata lilek mal-arrest tiegħek. Jekk inti ġejt arrestat b’mod provviżorju, ikollok tidher quddiem il-qorti mhux iktar tard mill-għada tal-jum li fih ġejt arrestat. Għaldaqstant, jekk il-qorti mbagħad toħroġ mandat ta’ arrest, hija se tinfurmak dwar dan. Jekk il-qorti ma toħroġx mandat ta’ arrest, inti tiġi lliberat.

Meta ninżamm taħt arrest preventiv?

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex inti tiġi ssuspettat u jkun hemm raġunijiet sabiex inti tinżamm taħt arrest. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludu delitt serju ħafna, tentattivi biex taħrab, il-periklu li inti taħrab, il-periklu li tirrepeti r-reat, jew il-periklu li inti tista’ timpedixxi l-investigazzjoni tar-reat, pereżempju billi teqred il-provi jew tinfluwenza lix-xhieda. Jekk ma jkollok l-ebda residenza fissa, l-ebda impjieg permanenti u l-ebda relazzjoni soċjali qrib tiegħek, ikun maħsub li tista' tipprova taħrab.

X’nista’ nagħmel dwar mandat ta’ arrest preventiv?

Inti tista’ tikkontesta mandat ta’ arrest preventiv quddiem il-qorti superjuri li jmiss. Inti tista’ tagħmel ukoll talba għal reviżjoni tal-mandat (Haftprüfung) quddiem il-qorti li tkun ħarġitu. Madankollu, jekk tapplika għal reviżjoni mill-istess qorti li tkun ħarġet il-mandat, ma tkunx tista’ tikkontestah quddiem qorti aktar superjuri.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest preventiv?

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv sakemm tintemm il-proċedura kriminali. Din tista’ tintemm qabel jekk il-mandat ta' arrest jiġi rtirat, jew jekk il-mandat jiġi sospiż. L-arrest tiegħek jiġi sospiż b'kundizzjoni: pereżempju, inti tista’ tintalab tħalli somma flus bħala garanzija jew tintalab tirrapporta regolarment għand il-pulizija.

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv għal iktar minn sitt xhur f’ċirkustanzi partikolari biss li jeħtieġ li jiġu analizzati mill-prosekutur pubbliku jew mill-qorti ex officio (eż. jekk ikun hemm diffikultajiet partikolari matul l-investigazzjoni jew jekk din ikollha ambitu wiesa’ mhux tas-soltu jew jekk ikun hemm raġunijiet importanti oħrajn).

X'informazzjoni se ningħata meta niġi arrestat?

Meta tiġi arrestat int għandek tingħata l-informazzjoni segwenti, b’lingwa li tifhem:

  • li int se tidher immedjatament quddiem qorti, jew mhux iktar tard mill-għada tal-jum li fih ġejt arrestat;
  • li għandek id-dritt tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar il-kap tal-akkuża u li tibqa' sieket;
  • li għandek id-dritt li tagħmel talba li jiġu kkunsidrati l-provi li jeżonerawk u li inkella tibqa' sieket;
  • li tista’ tikkonsulta ma' avukat tal-għażla tiegħek fi kwalunkwe ħin, anki qabel ma tiġi interrogat formalment;
  • li għandek id-dritt li titlob li tiġi eżaminat minn tabib li tagħżel inti, u
  • li tista’ tinforma lil xi qarib jew lil xi persuna oħra li tista' tafda bil-kwistjoni, sakemm dan ma jipperikolax l-iskop tal-investigazzjoni.

Għandek tiġi informat li inti tista’ titlob is-servizzi ta’ interpretu mingħajr ħlas u li tista’ tinforma lill-konsulat tal-pajjiż tiegħek, li huwa intitolat li jikkorrespondi miegħek. Barra minn hekk, waqt l-interrogazzjoni formali trid tiġi informat bi kwalunkwe ċirkustanza inkriminanti. Inti trid titħalla tikkontesta r-raġunijiet għas-suspett u għall-arrest tiegħek u trid titħalla tinvoka kwalunkwe fatt favur tiegħek. Fl-aħħar nett, inti trid tiġi informat bid-dritt tiegħek li tikkontesta l-arrest tiegħek fl-istess qorti jew f'qorti superjuri.

Nista’ nirċievi żjarat jew ittri, nilbes ħwejġi, eċċ. meta nkun miżmum taħt arrest?

Ġeneralment, inti titħalla tirċievi ittri meta tinżamm taħt arrest preventiv. Madankollu, inti tista’ tkun soġġett għal ċerti restrizzjonijiet. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li inti titlob permess sabiex tirċievi żjarat u sabiex tuża l-mezzi ta’ telekomunikazzjoni. Jista’ jkun hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu mmonitorjati t-telekomunikazzjonijiet tiegħek u kwalunkwe ittra jew pakkett li tirċievi, jew li jingħata permess sabiex tirċievi oġġetti waqt iż-żjarat. Inti tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-restrizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, ġeneralment ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub mal-avukat difensur tiegħek. Ir-regoli dwar l-arrest preventiv jistgħu jvarjaw minn Stat federali (Land) għall-ieħor.

L-att ta’ akkuża kontra tiegħek (6)

Jekk l-investigazzjonijiet jiżvelaw raġunijiet suffiċjenti sabiex jiġu ppreżentati l-kapi tal-akkuża kontra tiegħek, il-prosekutur pubbliku jissottometti att ta’ akkuża (Anklage) jew jagħmel talba għal ordni ta’ piena permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenza sommarja (Strafbefehl) quddiem il-qorti rilevanti. Jekk dan ma jsirx, il-prosekutur jissospendixxi l-proċedura. Fl-att ta’ akkuża, il-prosekutur pubbliku jiġbor fil-qosor il-kapi tal-akkuża fil-konfront tiegħek, il-liġijiet li tkun ksirt u x’inhuma l-provi.

Xi jfisser jekk il-qorti tibgħatli att ta’ akkuża?

Dan ifisser li l-qorti se tiddeċiedi fi proċeduri interlokutorji dwar jekk għandhiex tipproċedi għall-proċedura ewlenija, jiġifieri l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Inti tiġi informat b’dan fl-att ta’ akkuża. Il-qorti titolbok ukoll tiddikjara sa ċertu żmien jekk għandhomx jiġu kkunsidrati provi oħrajn li jeżonerawk, jew jekk inti tixtieqx tagħmel xi oġġezzjoni għall-fatt li se jinbdew il-proċeduri.

L-att ta’ akkuża jiġi ttrattat b’mod differenti fi proċeduri aċċellerati: ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’nista’ nagħmel jekk ma nifhimx l-att ta’ akkuża għaliex ma nitkellimx bil-Ġermaniż?

Jekk il-kapi tal-akkuża jiġu ppreżentati b’lingwa li ma tifhimx, inti tista’ titlob li dawn jiġu tradotti mingħajr ħlas, u jiġu nnotifikati mill-ġdid.

X’nista’ nagħmel jekk nemmen li l-kapi tal-akkuża huma żbaljati?

Il-qorti tagħtik ċertu ammont ta’ żmien sabiex tiddikjara r-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom temmen li l-kap tal-akkuża mhuwiex veru. Inti tista’ tagħmel ukoll talba sabiex jiġu kkunsidrati provi li taħseb li se jeżonerawk.

Il-qorti tista’ tiċħad l-att ta’ akkuża?

Jekk il-qorti temmen li probabbilment inti ma tiġix ikkundannat fuq il-bażi tal-att ta’ akkuża, pereżempju, jekk temmen li ma hemmx provi suffiċjenti, hija ma tippermettix li jinbeda l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-prosekutur pubbliku jista’ jappella immedjatament kontra din id-deċiżjoni.

L-att ta’ akkuża jista’ jinbidel qabel il-fażi tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-prosekutur pubbliku jista’ jirtira u jemenda l-att ta’ akkuża fi kwalunkwe ħin qabel ma l-qorti tibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Huwa jista’ wkoll jipproduċi provi ġodda fi kwalunkwe ħin waqt il-proċeduri kriminali kollha.

Nista’ niġi akkużat għal delitt li diġà ġejt akkużat għalih fi Stat Membru ieħor?

Il-fatt li kont akkużat fi Stat Membru ieħor ma jipprevjenix li inti tiġi akkużat fil-Ġermanja. Iżda inti ma terġax titressaq quddiem il-qorti jekk diġà tkun ġejt ikkundannat għall-istess reat.

Niġi informat bix-xhieda u bil-provi li jkun hemm kontrija?

Fl-att ta’ akkuża, il-prosekutur pubbliku jelenka l-provi li jappoġġjaw il-kap tal-akkuża. L-avukat difensur tiegħek ikun jista’ jara l-fajls mhux iktar tard minn meta tintemm l-investigazzjoni u qabel ma l-kap tal-akkuża jitressaq kontra tiegħek. Inti stess għandek id-dritt għal aċċess għall-informazzjoni mill-fajl u għal kopji individwali tad-dokumenti.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri fil-qorti

Il-prosekutur pubbliku se jgħaddi l-att ta’ akkuża lill-qorti li, fil-proċeduri interlokutorji, se tiddeċiedi jekk tipproċedix għall-fażi tal-proċedura prinċipali jew le, jiġifieri għal proċess quddiem il-qorti kriminali.

Jekk il-qorti tippermetti li l-att ta’ akkuża jkompli għal proċess quddiem il-qorti kriminali, għandha tinbeda l-proċedura prinċipali permezz ta' smigħ quddiem il-qorti kriminali. Is-smigħ jista’ jdum jum wieħed jew diversi jiem. Hemm ukoll il-possibbiltà li l-att ta’ akkuża jiġi kkunsidrat fi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura aċċellerata, li hija soġġetta għal ċerti regoli.

Kif se jipproċedi l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-ewwel nett, il-qorti tiddetermina dawk kollha li jkunu preżenti: il-prosekutur pubbliku, inti u l-avukat difensur (jekk ikollok wieħed), ix-xhieda u x-xhieda esperti. Ix-xhieda mbagħad jintalbu jistennew barra mill-awla.

Inti tintalab tagħti d-dettalji personali tiegħek. Trid tagħti ismek, l-indirizz, il-post tat-twelid, l-istat ċivili u l-impjieg tiegħek. Ma hemmx għalfejn tgħid kemm taqla’.

Imbagħad jinqraw il-kapi tal-akkuża.

Inti tkun tista’ tiddikjara l-opinjoni tiegħek dwar il-kapi tal-akkuża. Tista’ ma tgħid xejn: tista' tibqa' sieket. Il-qorti ma tista’ tiġbed l-ebda konklużjoni għad-detriment tiegħek mill-fatt li initi ma tgħid xejn. Wara jiġu ppreżentati l-provi, jiġifieri jiġu interrogati x-xhieda, jinstemgħu x-xhieda esperti u/jew jinqraw id-dokumenti.

Fl-aħħar nett, il-prosekutur pubbliku u l-avukat difensur tiegħek (jekk ikollok wieħed) jiġbru fil-qosor ir-riżultati tal-provi u jipproponu li inti tiġi kkundannat jew li tiġi lliberat.

Inti jkollok l-aħħar kelma.

Imbagħad il-qorti tagħti l-verdett tagħha u r-raġunijiet li fuqhom ibbażat il-verdett tagħha.

Fejn iseħħ il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir fl-istess post fejn il-prosekutur pubbliku jkun ippreżenta l-kapi tal-akkuża; hemm regoli partikolari dwar dan l-aspett. Ta’ spiss il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir fil-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fiż-żona fejn ikun twettaq ir-reat.

Jekk il-proċeduri jitmexxewx mill-qorti distrettwali (Amtsgericht), mill-qorti reġjonali (Landgericht) jew mill-qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht) jiddependi mill-piena eventwali għar-reat inkwistjoni. Jekk tkun mistennija multa jew priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn, il-kawża tinstema' minn imħallef wieħed fil-qorti distrettwali. Jekk tkun mistennija sentenza ta' bejn sentejn u erba’ snin priġunerija, il-kawża tinstema' minn tliet imħallfin fil-qorti distrettwali, li jikkonsistu f’imħallef professjonali u f’żewġ imħallfin lajċi (Schöffen). Jekk tkun mistennija sentenza ta’ iktar minn erba’ snin priġunerija, il-kawża tinstema' mill-qorti reġjonali magħmula minn żewġt imħallfin professjonali jew tlieta, u żewġt imħallfin lajċi. Il-kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali jinstemgħu mill-qorti reġjonali superjuri li tikkonsisti fi tlett imħallfin professjonali.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkun wieħed pubbliku?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkunu pubbliċi. Il-pubbliku jiġi eskluż biss f’każijiet eċċezzjonali, eż. sabiex ikunu protetti x-xhieda.

Il-kapi tal-akkuża jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi tal-akkuża jistgħu jinbidlu b’mod minuri fuq l-istruzzjonijiet tal-qorti. Il-kapi tal-akkuża l-ġodda jistgħu jiġu ppreżentati biss waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Madankollu, dawn il-kapi tal-akkuża l-ġodda jiġu kkunsidrati biss jekk inti u l-qorti taqblu dwar dan.

X’jiġri jekk niddikjara li jiena ħati ta’ wħud mill-akkużi jew tal-akkużi kollha waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Stqarrija ta’ ħtija mhijiex se ġġib fi tmiemhom il-proċeduri. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma tismax uħud mix-xhieda jekk hija tikkunsidra li l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek hija affidabbli, jiġifieri li hija appoġġjata mix-xhieda li diġà nstemgħu. Il-qorti tista’ tnaqqas mis-sentenza tiegħek jekk inti tistqarr il-ħtija tiegħek. F’uħud mill-każijiet, l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek tista’ tifforma parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura bil-patteġġjament. Dan jaffettwa s-sentenza, imma mhux jekk inti tiġix iddikjarat innoċenti jew ħati.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti mitlub tattendi għall-proċess quddiem il-qorti kriminali. Jekk inti ma ġejtx meħlus mid-dmir tiegħek li tattendi imma xorta ma tidhirx, il-proċess jiġi sospiż u jista’ jinħareġ mandat għall-arrest tiegħek. L-eċċezzjoni għal dan hija jekk il-proċeduri jkunu parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura sommarja.

Jekk inti ma titkellemx il-lingwa tal-pajjiż sew, il-qorti tipprovdik b’interpretu sabiex jittraduċi l-passi importanti meħuda u d-dikjarazzjonjijiet kollha li jsiru waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Inti tista’ taħtar avukat sabiex jiddefendik. F’uħud mill-każijiet, inti bilfors irid ikollok avukat difensur. Jekk ma tagħżilx avukat, il-qorti tassenjalek Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat difensur maħtur mill-qorti.

Nista' nikkontesta l-provi ppreżentati kontrija?

Meta jiġu ppreżentati l-provi kontrik, inti tista’ tagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Inti tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe prova li temmen li tressqet b’mod mhux xieraq kontrik.

Inti tista’ wkoll tagħmel talba biex jiġu ppreżentati iktar provi. Inti tista’ tiġbor ukoll il-provi tiegħek, imma mhux se tgawdi mill-istess drittijiet bħall-pulizija. Pereżempju, inti ma tistax tagħmel interċetazzjonijiet telefoniċi u tipproduċi r-rekordings bħala prova.

Inti tista’ titlob lix-xhieda sabiex jgħidu dak li jafu, u tista’ tressaqhom quddiem il-qorti. Madankollu, trid iżżomm quddiem għajnejk li x-xhieda huma obbligati jgħidu l-verità lill-qorti.

Il-maġistrat jew il-maġistrati huwa/huma dak/dawk li jagħmel/jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda, segwit(i) mill-prosekutur pubbliku. Imbagħad, l-avukat tiegħek u inti tistgħu tagħmlu l-mistoqsijiet tagħkom lix-xhieda warajhom.

Ġeneralment, tinqara silta mir-reġistru li jindika l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakondotta tiegħek, sew jekk din tkun nadifa sew jekk le. Jekk diġà ġejt ikkundannat għal delitt simili għal dak relatat mal-proċeduri preżenti, tista’ tinqara anki s-sentenza preċedenti. Ir-reġistru kriminali ma jinkludix il-kundanni preċedenti tiegħek fi Stati Membri oħrajn. Madankollu, jekk il-qorti ssir taf b’kundanni preċedenti b'xi mod ieħor, hija tista’ tikkunsidrahom waqt il-proċess.

X’jiġri fi tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jista' jintemm b’sentenza jew il-proċeduri jistgħu jiġu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasospiżi.

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-proċess jintemm b’sentenza. Il-qorti tista’ tikkundannak jew teħilsek mill-akkużi, jiddependi mill-provi disponibbli. Il-kundanni jistgħu jimponu multa jew priġunerija. Hemm ukoll każijiet partikolari fil-liġi fejn il-qorti tordna li tiġi applikata miżura bħas-sistemazzjoni fi sptar psikjatriku jew f’ċentru ta’ riabilitazzjoni mid-droga jew inkella d-detenzjoni preventiva. Miżura oħra ta' dan it-tip hija l-possibbiltà li tiġi rtirata l-liċenzja tas-sewqan tiegħek. Il-projbizzjoni tas-sewqan tista' tiġi imposta wkoll bħala penali supplimentari.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMulta titkejjel f’termini ta’ ċertu numru ta’ “rati ta’ kuljum” (Tagessätze, eż. 50 rata ta’ kuljum ta’ EUR 15). Ir-rata ta’ kuljum hija dejjem parti minn kull 30 tal-introjtu mensili tiegħek. Tista’ anki taħdem minflok tħallas il-multa. Jekk ma tħallasx il-multa u ma taħdimx minflok ma tħallasha, inti tiġi arrestat għal jum wieħed għal kull rata ta’ kuljum. Jekk tingħata multa ta’ mhux iktar minn 180 rata ta’ kuljum, il-penali tista’ tiġi sospiża. Dan ifisser li inti tingħata twissija u jkollok tħallas il-multa biss jekk terġa’ twettaq reat ieħor wara s-sentenza, jew inkella tikser kwalunkwe ordni tal-qorti b’xi mod ieħor.

Is-sentenzi ta’ ħabs għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn jistgħu jiġu sospiżi wkoll. Jekk inti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-probation, is-sentenza tista’ tiġi infurzata.

Mas-sentenza jistgħu jiġu miżjuda miżuri oħrajn kif ukoll penali addizzjonali.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-vittma tkun xhud importanti u tinstema’ f’dik il-kapaċità.

Il-vittmi ta’ delitti partikolari jistgħu anki jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess jekk bħala parti ċivili jkunu jistgħu jgħaqqdu l-kawża ċivili tagħhom mal-proċess kriminali pubbliku. Vittma tista’ wkoll tagħmel mistoqsijiet jew tagħmel talba biex jitqiesu xi provi, jew jekk tkun irrappreżentata minn avukat, dan tal-aħħar ikun jista' jagħmel dan f'isimha. Fi tmiem il-proċess, il-vittma jew l-avukat tal-vittma tagħmel/jagħmel dikjarazzjoni finali fejn tirrakkomanda/jirrakkomanda li tingħata sentenza partikolari.

Iktar informazzjoni

Il-proċeduri prinċipali huma soġġetti għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali u għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ġermaniża dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Meta l-qorti tikkundannak, inti tista’ tappella kontra s-sentenza. Inti ma għandek l-ebda dritt għal appell jekk tiġi lliberat mill-akkużi, anki jekk ma taqbilx mar-raġunijiet għaliex tkun ġejt illiberat mill-akkużi. Il-qorti trid tinformak bid-drittijiet tiegħek li tappella.

Hemm żewġ tipi ta’ appell kontra verdett ta’ qorti distrettwali (Amtsgericht): l-appell (Berufung) għal kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi, u l-applikazzjoni għal reviżjoni (Revision), li hija forma ta' appell li jikkonċerna aspetti legali biss. Għall-verdetti mogħtija mill-qrati reġjonali (Landgericht), inti tista’ titlob biss li ssir reviżjoni.

Għandi dritt ta’ appell?

Malli tinqata’ s-sentenza, inti jew l-avukat tiegħek tistgħu tiddikjaraw b’mod pubbliku li qed tappellaw is-sentenza. Inti tista’ wkoll tressaq appell sa ġimgħa wara li tinqata’ s-sentenza. Tista’ tappella bil-miktub jew titlob lill-uffiċċju tal-qorti sabiex jirreġistra b’mod uffiċjali li inti qed tappella. Inti tista’ tappella anki jekk is-sentenza kienet ibbażata fuq proċedura bil-patteġġjament.

Inti tista’ tappella jew kontra l-kundanna nnifisha jew kontra l-livell tal-penali.

Jekk tappella għal kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi, mhux neċessarju li tiġġustifika l-appell tiegħek.

Jekk tapplika għal reviżjoni li tikkonċerna aspetti legali biss, int għandek tipprovdi dikjarazzjoni bir-raġunijiet tiegħek fi żmien xahar minn meta tinħareġ il-ġustifikazzjoni tal-verdett. Jekk inti tagħmel dan, tkun teħtieġ avukat, għaliex ma tistax tissottometti tali dikjarazzjoni bir-raġunijiet mingħajr l-ebda assistenza professjonali.

X’jiġri jekk nappella?

Meta tappella kontra s-sentenza, din tiġi sospiża u ma tiġix infurzata. Dak ifisser li inti ma jkollokx għalfejn tħallas il-multa jew tiskonta s-sentenza f’dak il-waqt. Madankollu, jekk inti tkun taħt arrest preventiv ma tiġix illiberat. Sabiex tiġi lliberat mill-arrest preventiv, il-qorti trid tirtira jew tissospendi l-mandat tal-arrest preventiv.

Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien għal meta jiġi deċiż l-appell tiegħek. Madankollu, hemm rekwiżit ġenerali li l-proċeduri kriminali għandhom jitlestew kemm jista’ jkun malajr.

F’appell, isir proċess ġdid quddiem il-qorti reġjonali. Il-qorti tiddeċiedi hija stess liema provi jistgħu jkunu sinifikanti. Il-provi jistgħu jkunu l-istess provi li ntgħażlu mill-ewwel qorti, Imma l-qorti tista' tqis ukoll provi differenti. Inti tista’ wkoll tagħmel talba sabiex jiġu kkunsidrati provi ġodda.

F’applikazzjoni għal reviżjoni ma tiġi ppreżentata l-ebda prova ġdida. Il-qorti tikkunsidra biss jekk kienx hemm xi difetti legali fil-verdett li ngħata qabel u fil-proċedura li wasslet għalih.

X’jiġri fis-smigħ tal-appell?

Fil-proċeduri tal-appell quddiem il-qorti reġjonali, is-smigħ isegwi l-istess mudell tas-smigħ fil-qorti distrettwali. Il-qorti tasal għall-verdett tagħha. Il-proċedura tkun differenti biss jekk l-appell tiegħek ikun limitat għas-sentenza li ngħatajt. F'dak il-każ, il-qorti tisma' biss lix-xhieda li jkunu rilevanti sabiex tkun stabbilita l-piena, eż. rigward il-motivi u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek.

Fl-applikazzjonijiet għal reviżjoni, is-sentenza tista’ tingħata mingħajr ma jsiru proċeduri verbali.

X’jiġri jekk l-appell tiegħi jirnexxi/ma jirnexxix?

Jekk l-appell tiegħek jirnexxi, fi tmiem il-proċeduri inti tiġi lliberat mill-akkużi jew is-sentenza tiegħek tkun inqas severa. Jekk inti ma tiġix illiberat, inti tista’ titlob biex is-sentenza tal-appell tiġi riveduta.

Jekk int tlabt għal reviżjoni tal-ewwel sentenza u din tirnexxi, hemm żewġ possibbiltajiet. Il-qorti li tkun qed twettaq l-appell, f’ċerti ċirkustanzi, tista' tasal għall-verdett hija stess u, pereżempju, tista' teħilsek mill-akkużi. Pero' f’każijiet oħrajn, hija jista’ jkollha tirrevoka l-verdett li tkun appellajt minnu u tirrinvija l-kawża quddiem il-qorti inferjuri.

Sentenza li tkun ġiet irrevokata ma tistax titniżżel fir-reġistru kriminali tal-kondotti.

Sentenza tkun assoluta jekk l-ebda waħda mill-partijiet, jew inti jew il-prosekutur pubbliku jew kwalunkwe parti oħra li bħala parti ċivili tkun tħalliet tgħaqqad il-kawża ċivili tagħha mal-proċess kriminali pubbliku, ma tressaq appell fil-limiti ta’ żmien awtorizzat.

Jiena ġej minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura d-dar wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Bħala ċittadin tal-UE inti tista’ titkeċċa mill-Ġermanja u tista' tiġi ddeportat biss f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna. Id-dettalji huma koperti mill-Att dwar il-Moviment Liberu taċ-Ċittadini tal-UE. Jekk inti inkwetat minħabba d-deportazzjoni, tista’ tikkonsulta avukat.

Jekk jiena ġejt ikkundannat, nista’ nerġa’ nitressaq quddiem qorti kriminali għall-istess reat?

Fil-prinċipju, inti ma tistax titressaq quddiem qorti kriminali darbtejn għall-istess reat. Pero', jekk is-sentenza effettivament tapplikax għall-istess reat hija kwistjoni li tinvolvi distinzjonijiet legali fini.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Päivitystä suomennetaan parhaillaan.

6 - Reati tat-traffiku fit-triq

Kif jiġu ttrattati r-reati tat-traffiku?

Ir-reati minuri tat-traffiku, bħall-veloċità eċċessiva, jiġu ttrattati mill-awtoritajiet amministrattivi. Dawn mhumiex meqjusa bħala reati kriminali (Straftaten), iżda bħala delitti minuri (Ordnungswidrigkeiten). Iżda, reati serji tat-traffiku, partikolarment reati li jkunu ta' periklu għal utenti oħrajn tat-triq jew fejn dawn jisfgħu mweġġa', jiġu kkunsidrati bħala reati kriminali.

L-investigazzjoni relatata ma' reati minuri tat-traffiku ssir mill-awtoritajiet amministrattivi. Waqt il-proċeduri, inti tista’ tippreżenta l-opinjonijiet tiegħek bil-miktub. Għal reati minuri ħafna (eż. reati relatati mal-parking), inti l-ewwel tiġi mwissi u offrut il-possibbiltà li tħallas penali ta’ twissija (Verwarnungsgeld) li ma taqbiżx EUR 35. Jekk tħallas, il-kwistjoni tintemm hemm; jekk ma tħallasx u l-awtoritajiet amministrattivi jemmnu li inti għandek tort, huma jistgħu joħorġu avviż ta’ piena (Bußgeldbescheid) li jeżiġi li inti tħallas il-multa (Bußgeld). Avviż ta’ piena bħal dan jista’ anki jimponi projbizzjoni tas-sewqan. L-ammont tal-multa u t-tul tal-projbizzjoni huma stabbiliti f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakatalgu ta' penali.

Inti tista’ tappella  (Einspruch) kontra avviż ta’ piena. Il-prosekutur pubbliku jirreferi l-każ lill-qorti. Fil-prinċipju, għandu jkun hemm proċess, simili għall-proċeduri deskritti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 4. Jekk il-qorti tiddeċiedi li mhux neċessarju li jsir proċess sħiħ quddiem il-qorti kriminali, u jekk inti u l-prosekutur pubbliku taqblu dwar dan, il-qorti tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni permezz ta' ordni tal-qorti (Beschluss). Inti tista’ tikkontesta l-verdett jew l-ordni tal-qorti f’dawn il-proċeduri, billi tressaq ilment dwar punt ta' liġi (Rechtsbeschwerde) quddiem il-qorti reġjonali superjuri (Oberlandsgericht). Madankollu, dan it-tip ta' appell huwa disponibbli biss f’ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju f'każ li tkun ingħatajt multa ta’ iktar minn EUR 250 jew fejn il-kwistjoni sservi sabiex il-liġi tiġi ċċarata.

Jistgħu ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn? Jekk iva, kif?

Ċittadini tal-Istati Membri l-oħra wkoll jistgħu jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn. Jekk inti twettaq reat tas-sewqan, tista' tingħata penali ta' twissija jew garanzija tal-ħlas dak il-ħin stess. Din tal-aħħar tikkumpensa għal multa li tiġi ddeterminata fi tmiem il-proċeduri. Jekk inti ma titwaqqafx waqt li qed twettaq reat tat-traffiku, inti tista’ titressaq quddiem qorti jekk il-pajjiż tiegħek jikkondividi d-dejta tal-identifikazzjoni tal-vetturi mal-Ġermanja. Il-Ġermanja mistennija tissieħeb fis-sistema tal-infurzar tal-multi mifruxa mal-UE kollha mill-ħarifa tal-2010. Dan ifisser li l-multi imposti fil-Ġermanja jistgħu jiġu infurzati fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Dawn ir-reati jistgħu jiġu inklużi fil-kondotta tiegħi?

Ir-reati minuri tat-traffiku ma jiġux irreġistrati fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali imma fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Ċentrali ta' Awturi tar-Reati tat-Traffiku. Dan ir-reġistru jinkludi d-dettalji tal-persuni kollha li jwettqu reati tat-traffiku fil-Ġermanja, sew jekk għandhom liċenzja Ġermaniża sew jekk barranija. Kwalunkwe reat li jinvolvi multa ta’ EUR 40 jew iktar jiġi rreġistrat fil-bażi tad-dejta. Skont il-gravità tar-reat, jiġi rreġistrat ukoll ċertu numru ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapunti penali. Is-sewwieqa Ġermaniżi jitilfu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom jekk jeħlu 18-il punt jew iktar, filwaqt li s-sewwieqa barranin jitilfu d-dritt li jsuqu fil-Ġermanja.

Iktar informazzjoni

Ir-reati tat-traffiku u l-proċeduri rilevanti huma koperti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Triq, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Awtostrada u mill-Att dwar id-Delitti Minuri.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.