Hinweis: Die ursprüngliche Sprachfassung dieser Seite Niederländisch wurde unlängst geändert. Die Sprachfassung, die Sie ausgewählt haben, wird gerade von unserer Übersetzungsabteilung erstellt.
Die folgenden Sprachen wurden bereits übersetzt: Französisch.

1 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WAQT L-INVESTIGAZZJONI TA’ DELITT

Kif u fejn nista’ nirrapporta delitt?

Kif nista’ nkun naf x’inhuma jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Kif nista’ nkun involut fl-investigazzjoni tad-delitt?

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?

Jiena minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

X’informazzjoni nista’ nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-vittmi waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Nista’ nirċievi għajnuna legali?

Kif nista’ nikseb protezzjoni jekk jiena fil-periklu?

X’servizzi u x’assistenza nista’ ningħata waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Hemm opportunitajiet sabiex jintlaħaq ftehim jew issir konċiljazzjoni jew sabiex tinbeda medjazzjoni bejni u bejn il-persuna li wettqet id-delitt?

Kif jitkompla l-każ tiegħi wara li tintemm l-investigazzjoni?

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitressaq quddiem qorti?

Jiena barrani. Kif jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Iktar informazzjoni

Kif u fejn nista’ nirrapporta delitt?

Tista' tirrapporta reat lill-pulizija lokali, preferibbilment fiż-żona fejn ikun sar ir-reat. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza dejjem tista' ċċempel 112 biex tikkuntattja lill-pulizija. F'sitwazzjonijiet li mhumiex ta' emerġenza tista' tmur personalment fl-għassa tal-pulizija l-iktar viċin tiegħek. Tista’ ssib l-indirizzi tal-għases tal-pulizija fuq il-websajt tal-korp tal-pulizija lokali bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

Jekk int ċittadin Belġjan jew resident Belġjan (pereżempju ngħatajt residenza għal żmien twil fil-Belġju), tista' tirrapporta xi reati żgħar (pereż. vandaliżmu, serq minn ħwienet u s-serq ta' rota) online bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiż jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Ġermaniż. Barra minn hekk, kulħadd, anke t-turisti, jista' jirrapporta reat relatat mal-internet online permezz ta' websajt apposta li hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Ġermaniż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBl-Ingliż.

Xi reati jistgħu jitressqu l-qorti biss jekk il-vittma ttagħmel kwerela (pereżempju segwiment ta' persuna bil-moħbi, malafama u libell).

Ma għandekx għalfejn tirrapporta r-reat mill-ewwel, iżda huwa fl-interess tiegħek li tagħmel hekk sabiex tippermetti lill-pulizija biex mill-aktar fis possibbli jkollha informazzjoni ddettaljata dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi tar-reat u kull ħsara jew korriment li tkun sofrejt. Għandek ukoll iżżomm f'moħħok li wara ċertu perjodu ta' żmien ma jibqax possibbbli għall-awtoritajiet biex iwettqu prosekuzzjoni. Dan il-limitu ta' żmien jew il-perjodu ta' limitazzjoni huma speċifikati bil-liġi u jvarjaw minn sitt xhur sa ħmistax-il sena, skont ir-reat.

Il-pulizija tinterrogak u tfassal rapport uffiċjali. Waqt l-interrogazzjoni int għandek għadd ta' drittijiet li jkomplu japplikaw jekk aktar tard tagħmel dikjarazzjoni oħra. Kemm jekk tiġi interrogat bħala vittma jew bħala xhud, l-uffiċjal tal-pulizija, qabel l-interrogazzjoni, irid jispjegalek li:

  • tista' titlob li l-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha tiegħek jiġu rreġistrati kif għedthom int.
  • tista' titlob li titwettaq azzjoni investigattiva speċifika jew li tiġi interrogata persuna speċifika;
  • id-dikjarazzjonijiet tiegħek jistgħu jintużaw fil-qorti bħala prova;
  • tista' tingħatalek kopja tal-interrogazzjoni tiegħek mingħajr ħlas. Trid titlob għall-kopja fi tmiem l-interrogazzjoni. Ġeneralment il-kopja tiegħek tkun tista’ tingħatalek dak il-ħin stess.

Jekk inti titkellem lingwa differenti minn dik li tintuża fil-proċedimenti, il-pulizija tipprovdi interpretu professsjonali, dejjem jekk l-uffiċjal tal-pulizija ma jkunx jista’ jikteb id-dikjarazzjonijiet tiegħek bil-lingwa tiegħek, jew inkella ma jitolbokx sabiex tikteb int stess id-dikjarazzjoni bil-lingwa tiegħek.

Id-dikjarazzjoni tiġi inkluża fir-rapport uffiċjali li jista' jkun fih din l-informazzjoni:

  • ismek, l-indirizz, in-numru tat-telefown u xi indirizz tal-posta elettronika;
  • dettalji dwar ir-reat – min kien involut fir-reat, fejn, meta u x'seħħ, x’inhuma l-konsegwenzi li affettwawk;
  • id-dettalji ta' kuntatt ta' xi xhieda;
  • deskrizzjoni tal-persuni involuti, inkluż it-tul, it-tip u forma tal-ġisem kif ukoll il-ħwejjeġ li kienu lebsin; Informazzjoni bħall-età, il-kulur u l-istil tax-xagħar, l-aċċent, u kull karatteristika distintiva bħal felul, ċikatriċijiet, tatwaġġi jew xehwiet jistgħu jkunu utli ħafna wkoll;
  • kwalunkwe ferita li stajt sofrejt (tabib jista' jiktiblek ċertifikat mediku li tista' tagħti lill-pulizija anki diversi jiem wara li tkun għamilt id-denunzja inizjali); tista’ titlob ukoll dikjarazzjoni mingħand it-tabib tiegħek dwar il-fatt li m’intix f’pożizzjoni li taħdem);
  • kwalunkwe ħsara (fiżika) oħra fil-propjetà li sofrejt (tajjeb li tieħu r-ritratti ta' kwalunkwe ħsara).

Fid-dikjarazzjoni tiegħek tista' tindika wkoll jekk għandekx bżonn ta’ xi tip ta' għajnuna prattika, soċjali, psikoloġika jew għajnuna legali.

Għandek tagħti lill-pulizija l-kopji għal kwalunkwe dokument, minħabba li jista' jkun li aktar 'il quddiem tiġi bżonn id-dokumenti oriġinali, pereżempju jekk tikkuntattja l-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.

Jekk inti vittma ta' vjolenza sesswali, l-interrogazzjoni tiegħek, kull meta jkun possibbli, isseħħ f'kamra speċjali li toffri l-privatezza meħtieġa.

Fil-parti l-kbira tal-każijiet il-pulizija tibgħat ir-rapport uffiċjali (proces-verbaal/procès-verbal) lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (parket/parquet). Imbagħad, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk il-pulizija għandhomx jagħtu bidu għal investigazzjoni. Din l-investigazzjoni tista' titmexxa mill-prosekutur pubbliku, (procureur des Konings/procureur du Roi) (investigazzjoni standard (opsporingsonderzoek/enquête pénale)) jew minn imħallef inkwirenti f'każijiet aktar ikkumplikati jew meta jkunu meħtieġa miżuri aktar invażivi bħalma huma tfittxijiet fi djar (investigazzjoni ġudizzjarja (gerechtelijk onderzoek/instruction judiciaire)). F'xi każijiet il-pulizija tista' tiddeċiedi li twettaq investigazzjoni minn rajha u tibgħat l-atti kollha lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku għal aktar azzjoni(l-investigazzjoni tal-pulizija (ambtshalve politioneel onderzoek/enquête policière d'office)). Għal għadd ta' reati żgħar (bħal serq ta' rota), u skont xi jkunu ċ-ċirkostanzi (pereżempju jekk ma jkunx hemm traċċa tal-awtur tar-reat), il-pulizija tfassal rapport uffiċjali simplifikat (vereenvoudigd proces-verbaal (VPV)/procès-verbal simplifié)). Dan ir-rapport uffiċjali simplifikat jibqa' l-għassa tal-pulizija u ma jmurx għand l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Ta' kull xahar tingħata lill-prosekutur pubbliku lista tar-rapporti uffiċjali simplifikati kollha li tfasslu, u b'hekk huwa jkun jaf bil-każ tiegħek. Jekk ikun hemm xi informazzjon ġdida li tista' taffettwa l-każ (pereżempju jekk l-awtur tar-reat jiġi identifikat), ir-rapport uffiċjali jingħata lill-prosekutur pubbliku u l-pulizija tinfurmak skont il-każ.

Kif nista’ nkun naf x’inhuma jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Wara li tagħmel kwerela tirċievi dokument li jikkonferma l-kwerela tiegħek. Dan ikun fih in-numru ta' referenza tal-każ tiegħek, l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qdiek u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (li tista' tikkuntattjah sabiex issegwi l-każ tiegħek).

Dan id-dokument jinfurmak b'mod ċar jekk il-kwerela tiegħek hix se tiġi ttratata bħala rapport uffiċjali standard, investigazzjoni tal-pulizija jew rapport uffiċjali simplifikat.

Kif nista’ nkun involut fl-investigazzjoni tad-delitt?

F'każ li jkun hemm prosekuzzjoni, jekk ma tkunx ħadt passi oħra wara li tkun għamilt il-kwerela lill-pulizija, inti tkun infurmat biss dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta' smigħ tal-qorti mill-prosekutur pubbliku.

Jekk tkun tixtieq tirċievi informazzjoni dwar xi azzjoni oħra meħuda dwar il-kwerela tiegħek, għandek id-dritt ġuridiku li tirreġistra bħala  parti offiża (benadeelde persoon/personne lésée). Tista tippreżenta dikjarazzjoni li inti parti offiża, kemm personalment jew inkella permezz ta' avukat, lill-uffiċjal tal-pulizija li jfassal ir-rapport uffiċjali, jew lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, jew fl-għassa tal-pulizija, jew billi tibgħat ittra rreġistrata lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Int tirċievi wkoll mudell ta' kif għandek tagħmel din id-dikjarazzjoni meta tirċievi d-dokument li jikkonferma li għamilt rapport.

Bħala parti offiża tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar id-deċiżjonijiet li jkun ħa l-prosekutur pubbliku (pereżempju d-deċiżjoni li jagħlaq il-każ u r-raġunijet għal dan, jew id-deċiżjoni li jibda investigazzjoni ġudizzjarja), u d-data ta' xi seduta ta' smigħ quddiem il-qorti ġenerali. Int ikollok ukoll id-dritt li żżid kull dokument li jidhirlek li jkun utli fl-atti. Int ikollok ukoll id-dritt li titlob aċċess għall-atti u li tingħatalek kopja tagħhom.

Jekk trid titlob għal kumpens, jew biex ikollok aktar drittijiet, trid iddaħħal talba bħala  parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1 (burgerlijke partij/partie civile). Tista' tagħmel dan billi tissottometti dikjarazzjoni espressa dwar dan personalment jew permezz tal-avukat tiegħek waqt kull stadju tal-proċedimenti. Bħala parti ċivili tista' titlob aċċess għall-atti tal-kawża u takkwista kopja tagħhom, titlob biex jsiru aktar investigazzjonijiet, titlob kumpens, toġġezzjona legalment id-deċiżjonijiet li ttieħdu, u tkun ikkonsultat u infurmat dwar il-priġunerija tat-trasgressur.

Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jew bħala parti offiża int għandek id-dritt tkun irrappreżentat minn avukat meta tkun f'kuntatt mal-awtoritajiet. L-investigazzjonijiet fil-Belġju huma kunfidenzjali, u mhuwiex possibbli li inti tkun preżenti waqt l-investigazzjoni (pereżempju waqt l-interrogazzjoni tal-persuna suspettata), ħlief meta jkun hemm żjara fix-xena tar-reat sabiex tinbena mill-ġdid l-azzjoni, u f'dan il-każ parti ċivili tista' tkun preżenti.

Mhuwiex meħtieġ li tipprova l-okkorrenza tar-reat jew il-ħtija tal-awtur tar-reat int stess.

Mhuwiex possibbli li tieħu rimborż għal dak li tlift jew ġralu l-ħsara f'dan l-istadju tal-proċedimenti kriminali.

Ġaladarba r-rapport uffiċjali jingħadda lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-prosekuzzjoni tinbeda, ma tkunx tista' twaqqaf il-proċedimenti kriminali. Dan jgħodd ukoll għal meta r-reat jista' jitressaq il-qorti biss bi kwerela mill-vittma, bħal pereżempju fil-każ ta' segwiment ta' persuna bil-moħbi.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?

Matul l-investigazzjoni int x'aktarx tiġi interrogat(a) bħala xhud (getuige/témoin).

Jekk bħala xhud tħossok f'periklu, int (u l-membri tal-familja tiegħek u l-qraba) tista' f'ċerti ċirkustanzi tingħata dawn il-miżuri ta' protezzjoni li ġejjin:

  • parir dwar miżuri preventivi u għajnuna biex timplimentahom;
  • rondi tal-pulizija għall-prevenzjoni;
  • jiġu rrekordjati t-telefonati li tagħmel u tirċievi;
  • tingħata numru tat-telefown sigriet jew mowbajl għal telefonati ta' emerġenza kif ukoll pjanċa tal-liċenzja protetta għall-karozza tiegħek;
  • protezzjoni fiżika; u
  • rikollokazzjoni għal perjodu massimu ta' 45 jum.

F'każijiet verament eċċezzjonali, pereżempju meta int tkun vittma jew xhud ta' reat imwettaq minn organizzazzjoni kriminali, jew ta' reat serju ħafna bħall-ħtif ta' minuri jew omiċidju, u l-miżuri elenkati hawn fuq mhumiex biżżejjed biex jiżguraw is-sikurezza tiegħek, jistgħu jittieħdu miżuri ta' protezzjoni speċjali. Dawn jinkludu:

  • ir-rikollokazzjoni għal aktar minn 45 jum, u
  • il-bidla ta' identità.

Tista' titlob kumpens għall-ispejjeż li tagħmel tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni sabiex tagħmel dikjarazzjoni tax-xhieda li tkun parti mill-investigazzjoni. Ix-xhieda jistgħu japplikaw ukoll għal nofstanhar xogħol bħala kumpens, għall-ħin li jitilfu mix-xogħol. Dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit tal-Istat, iżda jridu jintraddu lura mill-intimat f’każ li jinstab ħati.

Meta tingħata miżura ta' protezzjoni jew jekk tinsab barra mill-pajjiż, tista' tiġi interrogat permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

Jiena minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Jekk għandek inqas minn 18-il sena u tkun vittma ta' reat, għandek dawn id-drittijiet addizzjonali li ġejjin waqt l-interrogazzjoni:

  • li tiġi akkumpanjat minn persuna adulta li tagħżel inti stess; u
  • li l-interrogazzjoni tiegħek issir f'kamra adattata.

Sabiex jiġi evitat li tiġi interrogat ħafna drabi, l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata permezz ta’ mezzi awdjo jew vidjo. Jekk int għadek taħt l-età ta' 12-il sena, int trid tiġi infurmat minn qabel li l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo. Jekk int qbiżt l-età ta' 12-il sena l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo jekk int tagħti l-permess biss. Dawn l-interrogazzjonijiet isiru fi kmamar mgħammra apposta għal dan il-għan.

Jekk tkun sfajt vittma ta’ abbuż sesswali, prostituzzjoni jew pornografija, il-perjodu ta' limitazzjoni li mal-iskadenza tiegħu ma jistgħux jittieħdu passi kriminali ma jibdiex jgħodd qabel ma tkun ilħaqt l-età ta' 18-il sena.

Jekk inti vittma ta' reat u minorenni, il-pulizija jirreferuk għand ċentru speċjalizzat għall-vittmi ta' abbuż fuq it-tfal.

Int tkun ukoll protett kontra x-xandir tal-identità tiegħek fil-midja, jiġifieri l-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta' ritratti, stampi u materjal ieħor, li jistgħu jiżvelaw l-identita tiegħek, huma pprojbiti.

X’informazzjoni nista’ nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-vittmi waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Il-pulizija tagħtik informazzjoni dwar:

  • it-tip ta' servizzi jew ta’ organizzazzjonijiet fejn tista’ tfittex appoġġ;
  • il-proċeduri li jseħħu wara li int tkun għamilt ir-rapport;
  • ir-rekwiżiti biex ikun jista’ jinkiseb kumpens.

Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ fuljetti u opuskuli, jew inkella bil-fomm. L-opuskuli huma disponibbli bit-tliet lingwi uffiċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Franċiż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ġermaniż). Fil-prattika, l-informazzjoni li tingħata bil-fomm tista' tiġi pprovduta wkoll b'lingwi oħra (pereżempju bl-Ingliż).

Huwa importanti li tkun taf li int se tinżamm infurmat dwar ċerti żviluppi fil-każ tiegħek jekk tkun irreġistrajt bħala parti offiża jew tkun għamilt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1biss. Dawn huma hekk:

  • id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jagħlaq il-każ tiegħek u r-raġuni għal din id-deċiżjoni;
  • id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jirreferi l-każ teigħek lil imħallef inkwirenti biex issir investigazzjoni ġudizzjarja;
  • deċiżjoni mill-prosekutur pubbliku li jipproponi ftehim bonarju jew medjazzjoni lit-trasgressur; u
  • id-data ta’ meta l-każ tiegħek se jinstema' quddiem qorti.
  • Bħala parti offiża jew parti ċivili fi-proċedimenti int ikollok ukoll id-dritt li titlob aċċess għall-atti u li jkollok kopja tagħhom. Din it-talba trid tiġi indirizzata lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew lill-imħallef inkwirenti waqt l-investigazzjoni.

Inti tkun tista’ tagħmel kopji tal-atti, iżda trid tħallas tariffa għal kull kopja (madwar EUR 0,25-0,50 għal kull kopja). Meta l-każ tiegħek ikun qed jiġi ġestit mill-qorti ta' assize (hof van assisen/cour d'assises), il-kopji jingħataw mingħajr ebda ħlas.

Nista’ nirċievi għajnuna legali?

Bħala gwida inizjali tista' ssaqsi għal għajnuna legali tal-ewwel fażi (juridische eerstelijnsbijstand/aide juridique de première ligne), fejn l-avukati jagħtu pariri legali b'xejn f'ċerti ġranet u waqt ċerti ħinijiet. Meta jkun meħtieġ jirreferuk għal servizz speċjalizzat jew organizzazzjoni. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qorti, fil-qrati tad-distretti (vredegerecht/justice de paix), f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Tista' ssib ċentru ġuridiku (justitiehuis/maison de justice) f'kull distrett ġudizzjarju (id-dettalji ta' kuntatt tagħhom huma disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż) jew tista' tikkuntattja wieħed mis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi.

Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu li jkollok dan jista' jkun kollu kemm hu b'xejn jew parzjalment b'xejn permezz tat-tieni fażi fis-sistema ta' għajnuna legali (juridische tweedelijnsbijstand/aide juridique de deuxième ligne). Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.

Għall-għajnuna legali tat-tieni fażi trid tmur f'Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (bureau voor juridische bijstand/bureau d’aide juridique) (dettalji bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż), li jinsab f'kull binja tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.

Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-bailiff u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali (rechtsbijstand/assistance judiciaire) . Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha.

Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.

Kif nista’ nikseb protezzjoni jekk jiena fil-periklu?

Il-pulizija tiżgura mill-ewwel is-sikurezza tiegħek billi tieħu miżuri ta' sikurezza ġenerali. Jekk tħossok f'periklu minħabba d-dikjarazzjoni li tkun għamilt jew li jkollok l-intenzjoni li tagħmel, u tkun lest tikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħek fil-qorti, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda (Getuigenbeschermingscommissie/ Commission de protection des témoins ) tista' tagħtik protezzjoni addizzjonali. Jekk il-prosekutur pubbliku (f'investigazzjoni standard) jew l-imħallef inkwirenti (f'investigazzjoni ġudizzjarja) jaħsbu li jkollok bżonn dawn il-miżuri ta' protezzjoni, jibagħtu applikazzjoni għand il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda.

Jekk int vittma ta' stupru jew attakk sesswali, tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità tiegħek fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk inti vittma ta' vjolenza domestika u qed tibża’ tmur lura d-dar, il-pulizija tista’ tipprovdilek (u lit-tfal tiegħek) post ta' kenn fejn toqgħod.

Tista' tistaqsi lill-uffiċjal tal-pulizija biex ma jinkludix id-dettalji tiegħek fir-rapport uffiċjali, għalkemm għandek iżżomm f'moħħok li l-puliżija hija marbuta li tagħti dawn id-dettalji lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jekk tintalab dan.

Huwa biss meta int jew persuna relatata miegħek tkunu f'sitwazzjoni verament perikoluża bħala riżultat ta' dikjarazzjoni li l-imħallef inkwirenti (il-pulizija ma għandhiex l-awtorità f'din il-kwistjoni) jista' jagħtik l-anonimità sħiħa jew parzjali. L-imħallef inkwirenti ħafna drabi jiddeċiedi li jagħtik l-anonimità fuq inizjattiva tiegħu, iżda int tista' wkoll titlobha. Jekk l-imħallef inkwirenti jiċħad it-talba tiegħek inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni.

L-anonimità parzjali tfisser li l-identità tiegħek ma tkunx żvelata fir-rapport uffiċjali tal-interrogazzjoni tiegħek. Dan huwa possibbli kemm f'investigazzjoni standard kif ukoll f'investigazzjoni ġudizzjarja.

L-anonimità sħiħa tfisser li l-identità tiegħek tinżamm sigrieta waqt il-proċedimenti kriminali kollha; l-anonimità sħiħa tingħata biss jekk:

  • ikun hemm investigazzjoni ġudizzjarja mill-imħallef inkwirenti;
  • l-għoti tal-anonimità parzjali ma tkunx biżżejjed biex tipproteġik;
  • tħoss li jekk tagħmel dikjarazzjoni inti kif ukoll il-qraba tiegħek tkunu f'periklu, u li dan jista' jiġġustifika l-fatt li int ma tagħmilx id-dikjarazzjoni; u
  • ir-reat twettaq minn organizzazzjoni kriminali jew ikun wieħed ta’ natura serja (pereżempju ħtif ta' minorenni jew omiċidju).

X’servizzi u x’assistenza nista’ ningħata waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

L-impjegati kollha fil-forza tal-pulizija u tal-awtoritajiet ġudizzjarji huma obbligati li jipprovduk b'kull informazzjoni neċessarja, u fejn ikun adegwat, li jirriferuk għal servizzi speċjalizzati. Hemm diversi servizzi speċjalizzati li joffru assistenza lill-vittmi. Waqt u anke wara l-proċediment kriminali, tista' titlob dawn is-servizzi:

  • Il-pulizija toffri servizzi ta’ akkoljenza, ta’ assistenza prattika, ta’ informazzjoni, ta’ tħejjija ta' rapporti uffiċjali, u riferiment għal servizzi xierqa. Meta l-uffiċjal tal-pulizija inkarigat ma jkunx jista' joffrilek l-aqwa tip ta’ appoġġ (pereżempju waqt emerġenza jew waqt sitwazzjonijiet serji ħafna), is-servizzi speċjalizzati tal-pulizija għall-vittmi (politionele slachtofferbejegening/assistance policière aux victimes) jistgħu jintervjenu biex jipprovdu l-appoġġ meħtieġ.
  • L-uffiċċji ta' akkoljenza għall-vittmi (slachtofferonthaal/accueil des victimes) fiċ-ċentru ġuridiku jistgħu jagħtuk informazzjoni speċjalizzata rigward il-każ tiegħek. Hemm ċentru ġuridiku f'kull distrett ġuridiku (id-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiz u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż). Dan l-uffiċċju jista' jagħtik l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa sakemm idumu għaddejjin il-proċedimenti ġuridiċi. Jekk ikun meħtieġ, u skont il-problema, il-persunal tal-uffiċċju ta' akkoljenza għall-vittmi jirreferik għal aktar servizzi speċjalizzati. Il-persunal tal-uffiċċju ta' akkoljenza għall-vittmi jista' jgħinek waqt mumenti emozzjonalment diffiċli fil-proċedimenti, u jagħtik għajnuna biex ikollok aċċess għall-atti, assistenza waqt is-seduta tal-qorti, għajnuna sabiex jintradd id-dokument ġustifikattiv, jew appoġġ waqt ir-rikostruzzjoni ta' reat. Jistgħu wkoll jgħinuk tfassal id-dikjarazzjoni tal-vittma li l-użu tagħha jkun marbut mal-eżekuzzjoni tas-sentenza.
  • Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi (diensten slachtofferhulp/services d'assistance aux victimes) jagħtu aktar assistenza sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tar-reat: appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, informazzjoni (dwar id-drittijiet tiegħek, il-kumpens għall-ħsara kkawżata, il-proċess u l-aċċessibbiltà għall-għajnuna legali) flimkien ma' assistenza sabiex jiġu kkuntattjati diversi istituzzjonijiet (bħal pereżempju l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-avukati, l-isptarijiet, eċċ.). Ġeneralment tkun riferut għal dawn is-servizzi mill-pulizija jew mill-assistenti ġudizzjarji, iżda tista' tikkuntattjahom int stess ukoll.

L-aċċess għal dawn is-servizzi kollha huwa b'xejn, u kompletament volontarju.

Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, diversi servizzi speċjalizzati privati jistgħu jipprovdu appoġġ. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawn is-servizzi hija pprovduta mingħand Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiċ-Ċentru għall-Opportunitajiet Indaqs u l-Prevenzjoni tar-Razziżmu (Centrum voor Gelijkheid van Kansen en voor Racismebestrijding/Centre pour l’Egalité des chances et la lutte contre le racisme ). Int tkun ukoll eliġibbli għal għadd ta' arranġamenti speċjali dwar permessi ta' residenza u ta' xogħol jekk int tingħata protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin2.

Tista' tirċievi assistenza medika, iżda tista' tintalab ukoll tħallas għaliha jekk ma jkollokx assigurazzjoni medika valida (għalkemm tista' tinkludi dawn l-ispejjeż fit-talba tiegħek għal kumpens). Iċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE, tal-Islanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja u tal-Isvizzera jistgħu jibbenefikaw mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKarta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea .

Hemm opportunitajiet sabiex jintlaħaq ftehim jew issir konċiljazzjoni jew sabiex tinbeda medjazzjoni bejni u l-persuna li wettqet id-delitt?

Il-medjazzjoni hija possibbli f'kull stadju tal-proċedimenti legali: fl-istadju tal-pulizija (medjazzjoni f'livell ta' pulizija); f'livell ta' muniċipalitajiet (medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrattivi); f'livell ta' uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, qabel ma tittieħed deċijoni dwar il-prosekuzzjoni (medjazzjoni f'kawżi kriminali) u wara li l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun iddeċieda li jixli (medjazzjoni restorattiva). Il-medjazzjoni restorattiva hija wkoll possibbli waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

Il-medjazzjoni hija disponibbli għal kull tip ta' reat. Il-prosekutur pubbliku, l-imħallef inkwirenti u l-imħallef iridu jinfurmawk dwar il-possibbiltà ta' medjazzjoni. Tista' titlob għall-medjazzjoni int stess.

Il-medjazzjoni f'livell ta' pulizija (politionele schadebemiddeling/médiation policière) hija offruta f'każijiet ta reati żgħar (pereżempju għal graffiti, serq żgħir u vandaliżmu) sabiex tissolva l-ħsara fuq il-propjetà. Din it-tip ta' medjazzjoni hija disponibbli fid-distretti tal-pulizija ta' Leuven, Mechelen u Brussell. Il-medjazzjoni sseħħ qabel mar-rapport uffiċjali jintbagħat lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Il-prosekutur pubbliku jiġi infurmat dwar ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' medjazzjoni, u jekk jintlaħaq ftehim, il-każ normalment jingħalaq.

Medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrativi3 mogħtija qabel ma tingħata piena amministrattiva. Din hija obbligatorja meta t-trasgressur ikollu inqas minn 16-il sena. Il-medjazzjoni għandha l-għan primarju li tirrimborża l-ħsara kkawżata u titwettaq mill-uffiċjali tal-awtorità lokali.

Il-medjazzjoni f'każijiet kriminali (bemiddeling in strafzaken/médiation pénale) tista' tiġi proposta mill-prosekutur pubbliku meta jaħseb li r-reat huwa punibbli b'massimu ta' sentejn priġunerija. Din it-tip ta' medjazzjoni sseħħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li t-trasgressur jiġi mixli, u ssir mill-persunal taċ-ċentru ġuridiku. Bħala vittma ta' reat, l-interess prinċipali tiegħek tkun il-medjazzjoni sabiex tiġi rimburżat għall-ħsara li saritlek. Il-prosekutur pubbliku jista' jipproponi miżura addizzjonali oħra jew aktar li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-trasgressur (kura jew terapija psikoloġika, taħriġ jew l-għoti ta' servizzi). Jekk jintlaħaq ftehim bejn it-trasgressur u l-vittma dwar il-kumpens għall-ħsara, u jekk it-trasgressur ikun ikkonforma ma' kull miżura addizzjonali imposta, il-prosekuzzjoni taqa' (jiġifieri l-prosekutur pubbliku ma jkunx għadu jista' jressaq każ quddiem il-qorti). Jekk it-trasgressur ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet, il-każ jista' jiġi rriferut il-qorti. Din it-tip ta' medjazzjoni teħtieġ il-kooperazzjoni tiegħek, u jekk ma taqbilx li tikkoopera l-każ jerġa' jgħaddi għand il-prosekutur pubbliku, li jieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar jekk iwettaqx il-prosekuzzjoni jew le.

Il-medjazzjoni riparatriċi (herstelbemiddeling/médiation réparatrice) taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Dan madankollu ma jimpedikx milli tibda medjazzjoni f'kull punt tal-proċedimenti, jiġifieri qabel ma l-każ jidher quddiem il-qorti, waqt li l-każ ikun qiegħed jiġi ttrattat mill-qorti, jew wara li imħallef jaqta' s-sentenza. Kull min ikun direttament affettwat minn każ kriminali jista' jitlob medjazzjoni. Dan ifisser li mhux biss il-vittma jew it-trasgressur jistgħu jitolbu għall-medjazzjoni, iżda anki sieħeb, membru tal-familja jew qarib. Il-medjazzjoni riparatriċi titwettaq minn żewġ organizzazzjonijiet mhux governattivi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSuggnomè għar-reġjun Fjamming u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMédiante għar-reġjun tal-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju. Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.

Il-medjazzjoni hija wkoll disponibbli  f'każijiet ta' minorenni, u l-medjazzjoni riparatriċi hija possibbli kemm fil-livell tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kif ukoll fil-livell tal-qrati tal-minorenni stess. Jista' jiġi ordnat id-djalogu fi grupp (herstelgericht groepsoverleg (hergo)/concertation restauratrice en groupe) minn qorti tal-minorenni biss. L-imħallef ikun mistenni li jagħti prijorità lil miżura ta' medjazjoni (minflok l-ikkundannar ta' trasgressur li huwa minorenni), u li jgħarraf lill-partijiet fil-kunflitt dwar din il-possibilità. Jekk l-eżerċizzju ta' medjazzjoni riparatriċi tirriżulta fi ftehim bejn il-vittma u t-trasgresur, l-imħallef bħala regola jrid japprova dan il-ftehim. L-imħallef ma jistax ibiddel il-kontenut tal-ftehim, iżda jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi l-ftehim jekk il-kontenut jimplika b'mod ċar xi periklu għas-sigurtà pubblika. Il-medjazzjoni u d-djalogu fi grupp huma organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali attivi fis-settur tal-għajnuna għall-minorenni.

Kif jitkompla l-każ tiegħi wara li tintemm l-investigazzjoni?

Id-deċiżjonijiet meħuda fi tmiem l-investigazzjoni jkunu differenti skont jekk l-investigazzjoni tkunx ġudizzjarja jew standard.

Fl-investigazzjoni standard, il-prosekutur pubbiku jista' jiddeċiedi li:

  • jagħlaq il-każ;
  • jipproponi ftehim bonarju (minnelijke schikking/résolution à l’aimable) lit-trasgressur, – jekk it-trasgresur jaċċetta l-proposta u jagħti kumpens għall-ħsara li ġarrabt il-każ jingħalaq;
  • jipproponi medjazzjoni f'każijiet kriminali (bemiddeling in strafzaken/médiation dans les affaires pénales);
  • jgħaddi l-każ tiegħek lill-qorti.

Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int tkun infurmat dwar id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku.

Jekk isseħħ investigazzjoni ġudizzjarja, l-imħallef inkwirenti jrid jgħaddi l-atti lill-qorti istruttorja (raadkamer/chambre du conseil). Is-seduti ta' smigħ tal-qorti istruttorja jseħħu bil-bibien magħluqin: l-istampa u l-pubbliku ma jistgħux ikunu preżenti. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tkunu preżenti, iżda l-ħbieb u l-qraba ma jistgħux jattendu. Il-qorti istruttorja tista' tiddeċiedi li:

  • tagħlaq il-każ jekk tqis li ma hemmx biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata jew li ma seħħ l-ebda reat;
  • tirreferi l-każ lill-qorti għal proċess, jekk tqis li hemm biżżejjed provi sabiex il-persuna suspettata tittella' l-qorti;
  • tagħlaq lit-trasgressur f'istituzzjoni mentali speċjalizzata jekk ikun mentalment marid jew fi stat ta' defiċenza mentali serja, fejn ma jkunx jista' jikkontrolla l-aġir tiegħu, f'dan il-każ il-persuna suspettata tista' titlob smigħ pubbliku;
  • tissospendi s-sentenza: il-qorti istruttorja tista' tiddeċiedi li tissospendi s-sentenza biss meta t-trasgressur ma jkunx ġie ssentenzjat qabel għal aktar minn sitt xhur priġunerija; tistipula perjodu ta' prova ta' mhux aktar minn ħames snin li matulu t-trasgressur ikollu jikkonforma ma' għadd ta' kundizzjonijiet; jekk huwa jagħmel reat ieħor jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet fil-perjodu ta' prova, il-qorti tista' tiddeċiedi li terġa' tiftaħ il-każ.

Jekk il-qorti istruttorja tiddeċiedi li tagħlaq lill-persuna suspettata f'istituzzjoni mentali jew li tissospendi s-sentenza, id-deċiżjoni tagħha tkun ekwivalenti għas-sentenza sħiħa ta' qorti kriminali, u taqta' wkoll sentenza fuq it-talba ċivili għall-kumpens.

Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, int tkun infurmat dwar id-data tas-seduta ta' smigħ. Jekk il-każ tiegħek ikun riferut għall-qorti kriminali, tiġi infurmat ukoll dwar id-data tas-seduta ta' smigħ.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitressaq quddiem qorti?

Inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku biex tagħlaq il-każ. Skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ, u r-raġunijiet għalfejn ikun ingħalaq, xorta jista' jkun possibbli li titlob kumpens fil-qrati kriminali (ħlief għal xi proċedimenti quddiem il-qrati ċivili):

  • Jekk ir-reat ikun wieħed minuri (contravention/overtreding) jew reat intermedju (délit/wanbedrijf), huwa possibbli li t-trasgressur jittella' l-qorti direttament. Sabiex taħmel hekk trid issaqsi lill-bailiff sabiex iħarrek lit-trasgressur.
  • Tista' tippreżenta kwerela mal-imħallef inkwirenti u tagħmel talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1; l-imħallef imbagħad ikun obbligat jibda investigazzjoni ġudizzjarja. Sabiex tagħmel hekk, trid tiddikjara espressament mal-imħallef inkwirenti li int qed tagħmel talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Dan irid isir verbalment jew bil-miktub. L-imħallef inkwirenti jfassal rapport uffiċjali li jikkonferma li int parti ċivili fil-proċedimenti. Għandek tkun taf li f'dan il-każ, l-imħallef inkwirenti jista' jesiġi li int tiddepożita garanzija li tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti. L-ammont ta' dan il-pagament jistipulah l-imħallef. Għandek tkun taf li l-qorti istruttorja tista' xorta fl-aħħar tal-investigazzjoni tiddeċiedi li ma tressaqx il-każ għall-proċess jekk pereżempju ma jkunx hemm biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata. Waqt il-proċess trid tikkonferma l-istatus tiegħek ta' parti ċivili fil-proċedimenti.

Ma tistax ittella' t-trasgressur direttament il-qorti u lanqas ma tista' tagħmel kwerela bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jekk it-trasgressur ikun minuri.

Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, tista' tappella kontra kull deċiżjoni tal-qorti istruttorja, inkluża kull deċiżjoni li ma tixlix lill-persuna suspettata, quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura (Kamer van inbeschuldigingstelling/Chambre des mises en accusation). Ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-ġudikatura, lanqas ma tista' sussegwentement ittella' t-trasgressur il-qorti int stess.

Jekk tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens fil-qorti istruttorja (fejn it-trasgressur jiġi maqful f'istituzzjoni mentali jew fejn is-sentenza hija sospiża) tista' tappella rigward il-kumpens mogħti, iżda mhux kontra s-sentenza kriminali. Int trid tappella fi żmien ħmistax-il jum (jew fi żmien tlett ijiem fil-każ li t-trasgressur ikun qed jinżamm taħt arrest preventiv) fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti. Il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura mbagħad tirrevedi t-talba tiegħek għal kumpens.

Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel rikors fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq rikors quddiem il-qorti ċivili billi ttella' l-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Jekk trid tagħmel rikors fil-qorti ċivili (burgerlijke rechtbank/tribunal civil) (pereżempju jekk ma kontx involut fil-proċedimenti kriminali jew jekk il-każ tiegħek ingħalaq), trid tkun imħejji biex tipprova li twettqet azzjoni ħażina. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Rikors fil-qrati ċivili ddaħħlek fi spejjeż.

Jiena barrani. Kif jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Bħala barrani tgawdi mid-drittijiet kollha spjegati hawn fuq. Int ikollok ukoll xi drittijiet addizzjonali sabiex tiġi aġevolata l-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti kriminali.

Għandek id-dritt li titlob għas-servizzi ta’ interpretu bla ebda ħlas f’każ li ma titkellimx bil-lingwa uffiċjali tal-post. Tista' tikteb id-dikjarazzjoni int stess (jew tistaqsi lil uffiċjal tal-pulizija biex jiktiblek id-dikjarazzjoni tiegħek fil-lingwa materna). Jekk tinsab barra mill-pajjiż, inti tista' tiġi interrogat mill-prosekutur pubbliku jew mill-imħallef inkwirenti permezz ta’ vidjokonferenza jew ta' telekonferenza.

Jekk int applikant għall-asil għandek id-dritt awtomatiku li tistaqsi għal appuntament b'xejn ma' avukat fit-tieni fażi tas-sistema ta' għajnuna legali.

Iktar informazzjoni:

  • Il-kostituzzjoni – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Kodiċi Ġudizzjarju – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar il-forza tal-pulizija tal-5 ta' Awwissu 1992 – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar il-kumpens mill-Istat tal-1 ta' Awwissu 1985 – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar is-sospensjoni ta' sentenza, il-posponiment tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi u l-perjodu ta' prova tad-29 ta' Ġunju 1964 bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Iċ-ċirkulari GPI 58 tal-4 ta' Mejju 2007 dwar it-trattament tal-vittmi fil-forza integrata tal-pulizija, strutturata f'żewġ livelli – bl-Olandiż
  • Iċ-ċirkulari COL 5/2009 tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar l-użu ta' ċertifikati uniformi għall-kwereli, linji gwida dwar it-trasferiment ta’ dawn iċ-ċertifikati mill-pulizija u l-modifika ta' COL 8/2005, il-verżjoni riveduta tal-20 ta’ Diċembru 2012.
  • Iċ-ċirkulari tas-26 ta' Settembru 2008 dwar l-introduzzjoni ta' kooperazzjoni multidixxiplinari marbuta mat-traffikar tal-vittmi u/jew vittmi ta' forom serji ta' dħul klandestin – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Iċ-ċirkulari COL 16/2012 tat-12 ta' Novembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar l-ilqugħ ta' vittmi mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u mill-qrati
  • Iċ-ċirkulari COL 16/2012 tat-12 ta' Novembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar it-trattament rispettuż tad-deċeduti, in-notifika tal-mewt, it-teħid ta' liv bi prudenza u t-tindif tal-post tad-delitt f'każijiet fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti.
  • Iċ-ċirkulari COL 18/2012 ta' Diċembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar il-projbizzjonijet temporanji għad-dħul fid-dar f'każ li jkun hemm vjolenza domestika
  • L-Ordni Amministrattiv tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kundizzjonijiet għall-għajnuna legali tat-tieni fażi parzjalment jew kollha kemm hi mingħajr ħlas – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • L-Ordni Amministrattiv tas-16 ta' Mejju 2004 dwar il-ġlieda kontra traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-13 ta' Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment taċ-Ċentri Ġuridiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-28 ta' Diċembru 1950 li jistipula r-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż legali għall-każijiet kriminali.
  • Il-ftehim ta' kooperazzjoni tas-7 ta' April 1998 bejn l-Istat u l-Komunità Fjamminga dwar il-kura għall-vittmi – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat, il-Komunità Fjamminga, il-Komunità Franċiża, il-Kumitat tal-Komunità Franċiża u l-Kumitat Konġunt tal-Komunità dwar il-Kura għall-Vittmi - bl-Olandiż u l-Franċiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat, il-Komunità Franċiża u r-Reġjun tal-Wallonja dwar il-Kura għall-Vittmi – bl-Olandiż u l-Franċiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat u l-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar il-Kura għall-Vittmi – bl-Olandiż, bil-Franċiż u l-Ġermaniż
1. Il-parti ċivili fil-proċess kriminali

Tista' tagħmel talba ċivili quddiem il-qorti kriminali f'kull ħin waqt il-proċedimenti kriminali, anki jekk ma tkunx għamilt kwerela mal-pulizija. Apparti d-drittijiet ordinarji ta' vittma, l-istatus tiegħek bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jagħti d-dritt ukoll li:

titlob kumpens;
tkun mismugħ mill-qorti;
li tiġi rimborżat fl-aħħar tal-proċedimenti; u
li titlob interpretu waqt il-proċeduri tal-qorti;
jekk l-azzjoni ċivili titqies bħala ammissibbli u b'bażi soda, int tirċievi għadd ta' drittijiet fil-proċedimenti kriminali mingħajr ma jkollok għalfejn tippreżenta rikors lill-qorti biex tiġi rikonoxxut bħala vittma għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi
Tista' tirreġistra bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali permezz ta' dikjarazzjoni espressa jekk ikunu tnedew il-proċedimenti mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Tista' tagħmel dan waqt kull stadju tal-investigazzjoni u effettivament waqt il-proċess, iżda ma għadux possibbli li tagħmel dan fl-istadju tal-appell. F'każ ta' kontravvenzjoni (contravention/overtreding) jew delitt (délit/wanbedrijf) tista' tagħmel kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti, li mbagħad ikun obbligat iniedi investigazzjoni kriminali. Żomm f'moħħok li fl-aħħar tal-investigazzjoni l-qorti istruttorja tkun għadha tista' tiddeċiedi li ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-allegat trasgressur jittella' l-qorti.
Jekk tixtieq tikseb kumpens, ikollok bżonn tipprova l-ħsara li ġarrabt. Il-qorti tivvaluta jekk ir-rikors tiegħek hux aċċettabbli, u jew tilqgħu jew tiċħdu.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int intitolat tressaq il-każ quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura jekk l-investigazzjoni kriminali tkun għadha għaddejja wara sena li tkun nbdiet. Din l-għażla tagħtik kontroll indirett fuq il-progress tal-investigazzjoni.
2. Il-protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin
Sa mill-bidu tad-disgħinijiet il-Belġju offra lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin sistema bi status ta' resident. Dawn il-kategoriji ta' vittmi huma intitolati għall-istatus ta' "vittmi tat-traffikar tal-bnedmin":
vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (jiġifieri traffikar bl-iskop li jkun hemm diversi forom ta' sfruttament sesswali, sfruttament bħala tallaba, sfruttament ekonomiku, it-tneħħija tal-organi, atti kriminali mġiegħla);
vittmi ta' dħul klandestin (jiġifieri s-sehem, għal skop ta' qligħ, fl-immigrazzjoni illegali) meta hemm ċirkustanzi aggravanti. Vittmi li huma suġġetti għall-vjolenza jew li ħajjithom hija f'periklu huma intitolati għal dan l-istatus.
Jekk tiġi rikonoxxut bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin, tkun eliġibbli għal arranġamenti speċjali dwar ir-residenza u l-permess ta' xogħol, jekk:
taqta' l-kuntatt mal-persuni ssuspettati bi ksur;
taċċetta l-assistenza obbligatorja offruta minn ċentru approvat speċjalizzat fl-għoti ta’ faċilitajiet ta' akkoljenza u ta’ għajnuna lil persuni li sfaw vittmi tat-traffikar;
tikkoopera mal-awtoritajiet ġudizzjarji billi tagħmel dikjarazzjoni jew tressaq kwerela.
3. Pieni amministrattivi
Il-pieni amministrattivi huma imposti mill-awtoritajiet lokali u mhumiex pieni kriminali. L-awtoritajiet lokali għandhom il-poter li jikkastigaw ċerti reati żgħar u inkonvenjenzi permess ta' sanzjonijiet amministrattivi (il-multi, l-għeluq ta' binjiet jew postijiet, jew is-sospensjoni ta' permessi jew liċenzji). Il-muniċipalità tista' timponi dawn is-sanzjonijiet għall-ksur tar-regolamenti tagħha, għal ċerti forom ta' vandaliżmu eċċ. Il-prosekuzzjoni ma tiddependix direttament fuq il-prosekutur pubbliku.
L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Hinweis: Die ursprüngliche Sprachfassung dieser Seite Niederländisch wurde unlängst geändert. Die Sprachfassung, die Sie ausgewählt haben, wird gerade von unserer Übersetzungsabteilung erstellt.
Die folgenden Sprachen wurden bereits übersetzt: Französisch.

2 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WAQT IL-PROĊESS QUDDIEM IL-QORTI KRIMINALI

Kif nista' nkun involut fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Bħala parti li tkun ġarrbet il-ħsara jew parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 (partie civile/burgerljke partij) inti tkun infurmat bil-miktub dwar id-data tal-kawża tal-qorti. Jekk ma tkunx għadek ressaqt it-talba ċivili, f'dan l-istadju tkun għadek tista' tressaqha fil-qorti kriminali; tkun tista' tagħmel dan f'kull ħin, sakemm ikunu saru l-aħħar sottomissjonijiet. Jekk ma għandekx rappreżentanza legali u tixtieq tressaq talba ċivili waqt seduta ta' smigħ fi proċess kriminali, trid tagħmel dan li ġej:

  • tasal fil-ħin;
  • tinforma lill-uffiċjal tal-qorti (huissier de justice/zittingsdeurwachter) u tivverifika li qiegħed fl-awla tal-qorti t-tajba;
  • tersaq 'il quddiem meta l-imħallef li jippresjedi jsejjaħ isem l-akkużat li inti tridu jagħmel tajjeb għall-ħsara.
  • tippreżenta t-talba tiegħek lill-imħallef flimkien mad-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-ħsara li ġarrabt;
  • tagħti kopja tat-talba lill-avukat tal-imputat;
  • iżżomm id-dokumenti oriġinali għalik;
  • l-imħallef li jkun qed jippresjedi jista’ jitolbok biex tagħti aktar informazzjoni, u mbagħad formalment jieħu nota dwar it-talba tiegħek għal kumpens.

Is-sessjonijiet tal-qorti ġeneralment ikunu miftuħin għall-pubbliku ġenerali. Dan ifisser li kwalunkwe persuna ta' aktar minn 14-il sena tista tattendi l-proċedimenti. Il-ħbieb tiegħek, il-ġirien u l-familja, il-membri tal-istampa u kull persuna interessata oħra għaldaqstant jistgħu jkunu preżenti fl-awla tal-qorti. Huwa biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali (pereżempju għal reati sesswali) li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin Dan ifisser li l-membri tal-pubbliku u l-midja ma jitħallewx jidħlu fl-awla tal-qorti. Tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li l-vittma tkun ġarrbet ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat għall-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet. Madankollu l-imħallef dejjem jaqta' s-sentenza fil-qorti bil-miftuħ.

Jekk tixtieq tikseb kumpens għall-ħsara permezz tal-qorti kriminali (billi tagħmel talba ċivili fil-proċedimenti kriminali), trid tipprova l-ħsara li soffrejt. L-imħallef jivvaluta t-talba ċivili tiegħek fl-aħħar tal-proċedimenti. Tul il-proċess int trid tkun irrappreżentat. Jekk trid tevita l-kuntatt dirett mal-konvenut, jista’ jattendi l-proċedimenti l-avukat tiegħek f'ismek (mhux possibbli li tirrifjuta l-preżenza tal-imputat fl-awla). L-unika darba li inti trid tattendi personalment huwa meta tissejjaħ bħala xhud.

Mhux possibbli li tiddefendi l-każ tiegħek separatament mal-prosekutur pubbliku.

Xi drittijiet għandi bħala xhud?

Jekk tkun tajt dikjarazzjoni waqt investigazzjoni, ma jfissirx awtomatikament li int se tiġi mitlub sabiex tikkonferma d-dikjarazzjoni tieghek fil-qorti. Issir eċċezzjoni meta l-kawża tiegħek tkun qed tinstema' fil-qorti ta' assize2 (cour d'assises/hof van assisen).

Jekk madankollu int tissejjaħ sabiex tidher personalment, u tkun ingħatajt miżura protettiva, jew jekk ma tkunx fil-pajjiż, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet permezz ta' vidjokonferenza jew ta' telekonferenza Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.

Bħala xhud, int intitolat għal kumpens li jkun jikkonsisti f'ammont fiss (indennizz għall-parteċipazzjoni) u kumpens għal kull kilometru (indennizz għall-ivvjaġġar). Sabiex tikseb dan il-kumpens trid tikkuntattja lir-reġistru (greffe/griffie) tal-qorti fejn int tkun dhert bħala xhud, u tippreżenta ċ-ċitazzjoni li tkun irċevejt mingħand l-uffiċju tal-qorti, flimkien ma' prova tal-identità. Int tista' tikseb dan il-kumpens minnufih mir-reġistru waqt il-ħinijiet tal-ftuħ.

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Bħala minuri tkun protett milli tiżvela l-identità tiegħek. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk tkun ġejt intervistat permezz ta' mezzi awdjoviżivi ma jkunx hemm għalfejn tidher personalment, ħlief meta l-imħallef jiddeċiedi li dan ikun meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-verità. F'dan il-każ, irid jordnalek tidher personalment, u jrid jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. Madankollu, tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li tkun vittma ta' ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat fuq il-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet.

Nista' nirċievi għajnuna legali?

Jekk tkun ressaqt talba ċivili bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tattendi int stess is-sessjoni jew li jkollok rappreżentanza legali.

Għall-ewwel parir legali tista' tikkonsulta lit-tim ta' assistenza legali tal-ewwel fażi (aide juridique de première ligne/juridische eerstelijnsbijstand), li l-avukati tiegħu jagħtu pariri b'xejn f'ċerti ħinijiet f'jiem speċifiċi, u jistgħu jirreferuk għal servizzi speċjalizzati skont il-każ. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qrati, fil-qrati tal-maġistrati ċivili, f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Iċ-ċentri ġuridiċi (maisons de justice/justitiehuizen) jinstabu f'kull distrett ġuridiku (id-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż), jew inkella tista' tikkuntattja xi servizz ta' sapport għall-vittmi.

Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu tiegħek, din l-assistenza tista' tingħata kollha kemm hi, jew parti minnha b'xejn, skont l-arranġamenti tal-għajnuna legali tat-tieni fażi. Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.

Jekk trid tapplika għall-għajnuna tat-tieni fażi trid tikkuntattja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali (Bureau d'Aide Juridique/Bureau voor Juridische Bijstand) li jinsab f'kull bini tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li int għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.

Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali. Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali (ara hawn taħt), tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li tkun qed tisma' l-każ.

Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.

Waqt il-proċeduri tal-qorti tista' tiġi megħjun mill-persunal ta' ċentru ġuridiku jew minn servizz ta' sapport għall-vittmi

Kif nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Jekk tkun f'periku waqt il-proċedimenti kriminali u l-prosekutur pubbliku jagħtik anonimità totali jew b'mod parzjali waqt il-fażi investigattiva, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet waqt il-proċess permezz ta' telekonferenza jew ta' vidjokonferenza. Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.

Jekk tiġi msejjaħ biex tidher fil-qorti bħala xhud u ma tajtx evidenza waqt l-investigazzjoni, l-imħallef jista' jordna li l-identità tiegħek ma tiġix żvelata fil-minuti tas-seduta ta' smigħ.

Jekk int vittma ta' stupru jew attentat fuq il-pudur tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk l-akkużat ma jkunx taħt arrest preventiv qabel smigħ il-kawża, u int inkwetat dwar il-prospett li tiġi direttament f'kuntatt miegħu qabel is-smigħ tas-seduta tiegħek, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-persunal ta' ċentru ġuridiku. Xi binjiet tal-qrati għandhom kmamar għall-istennija separati għall-vittmi, sabiex jiġu evitati kuntatti bħal dawn.

Kif nista' nagħmel talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat jew nirċievi kumpens mingħand l-Istat?

Jekk se tfittex kumpens finanzjarju waqt il-proċediment kriminali, trid tressaq talba ċivili fil-proċedimenti kriminali. It-talba tiegħek tista' telenka kull tip ta' ħsara sofferta, bħal ħsara fuq il-persuna u l-ispejjeż mediċi relatati, ħsara morali, ħsara materjali (pereżempju it-telf tal-introjtu, ir-ripetizzjoni tas-sena tal-istudju, it-telf tal-impjieg u ħsara fuq vetturi jew ħwejjeġ), spejjeż għall-funeral, eċċ.

Jekk l-awtur tal-ksur jinstab ħati, il-qorti kriminali taqta' sentenza fuq it-talba ċivili tiegħek u ssib li int intitolat għal kumpens. Il-qorti mbagħad tevalwa l-kontenut tat-talba għall-kumpens.

Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel talba fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq it-talba ċivili quddiem il-qorti ċivili billi tħarrek il-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Pereżempju inti stess trid tipprova li l-kontroparti hija responsabbli għall-ħsara li għamlitlek, madankollu int tista' tagħmel dan billi tippreżenta kopji tal-evidenza mill-kawża kriminali, anki jekk il-proċedimenti twaqqfu. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, l-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Ftakar li l-ftuħ ta' talba quddiem il-qorti ċivili timplika spejjeż.

Jekk il-prosekutur legali ddeċieda li jwaqqa' l-azzjoni kriminali (soluzzjoni bonarja jew il-medjazzjoni fil-każijiet kriminali), dan huwa mod ieħor kif int tista' takkwista kumpens mingħand it-trasgressur. Tista' wkoll tikseb kumpens mingħand it-trasgressur permezz tal-medjazzjoni. Pereżempju, f'ħafna każijiet tirċievi kumpens jekk il-prosekutur legali jipproponi medjazzjoni f'każijiet kriminali, jew soluzzjoni bonarja mat-trasgressur.

Mhux dejjem possibbli tikseb kumpens mingħand it-trasgressur (pereżempju jista' jagħti l-każ li t-trasgressur ma jistax jiġi identifikat jew miżmum), jew li tieħu l-kumpens kollu mingħand assigurazzjoni. Jekk int kont il-vittma ta' reat vjolenti premeditat, f'ċerti ċirkostanzi tista' tikseb kumpens mill-Istat. Għal aktar informazzjoni dwar il-possibilità ta' kumpens mill-Istat, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġni informattivi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-kumpens għall-vittmi fil-Belġju (disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ġermaniż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Inġliż kif ukoll f'lingwi oħra).

Jekk l-akkużat jinstab ħati, irid iħallas l-ispejjeż tal-azzjoni ċivili, li jkunu jinkludu parti mit-tariffi tal-avukat. Il-qorti tistipula ċ-ċifra ta' kumpens meta taqta' s-sentenza fil-kawża.

Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew għax tkun ħarrikt direttament lill-akkużat jew għax bdejt proċedimenti kriminali permezz ta' kwerela b'talba ċivili, u l-akkużat jinstab mhux ħati, il-qorti tista' tordnalek tħallas l-ispejjeż kollha jew parti speċifika mill-ispejjeż imġarrba mill-Istat u mill-akkużat.

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq ir-reat?

Int tista' titlob għal medjazzjoni riparatriċi (médiation réparatrice/herstelbemiddeling) f'kull ħin waqt il-proċedimenti: qabel ma' każ imur quddiem il-qorti, waqt li l-qorti tkun qiegħda tittrattah, u wara li l-qorti taqta' s-sentenza. Il-medjazzjoni riparatriċi taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Il-medjazzjoni riparatriċi ma jwettaqhiex l-Istat, iżda żewġ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSuggnomè fil-Fjandri u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMédiante fil-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju.

Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.

L-imħallef tal-qorti tal-minorenni jista' jagħti sentenza li tordna il-medjazzjoni riparatriċi jew id-djalogu fi grupp (concertation restauratrice en groupe/hergo).

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Jekk inti parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 jew xhud, iżda ma tafx bil-lingwa li qed tintuża fil-proċedimenti, jinħatar interpretu. Madankollu, d-dokumenti legali ma jistgħux jiġu tradotti b'xejn.

Aktar tagħrif:

  • Il-liġi tal-1 ta' Awwissu 1985 dwar it-taxxa u miżuri oħra – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-liġi tat-8 ta' April 1965 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ, ir-responsabbiltà tal-minuri li jikkommettu att li jikkostitwixxi reat u r-riparazzjoni tal-ħsara kkawżata minn dan l-att – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż.
  • Il-kostituzzjoni – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-kodiċi ta' proċedura kriminali – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Il-Kodiċi Ġudizzjarju – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-28 ta' Diċembru 1950 li jistipula r-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż legali għall-miżuri ta' eżekuzzjoni.

1. Il-parti ċivili fil-proċess kriminali
Tista' tagħmel talba ċivili quddiem il-qorti kriminali f'kull ħin waqt il-proċedimenti kriminali, anki jekk ma tkunx għamilt kwerela mal-pulizija. Apparti d-drittijiet ordinarji ta' vittma, l-istatus tiegħek bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jagħti d-dritt ukoll li:
  • titlob kumpens
  • tinstema' mill-qorti
  • tiġi rimborżat fl-aħħar tal-proċedimenti
  • titlob interpretu waqt il-proċedimenti
  • jekk l-azzjoni ċivili titqies bħala ammissibbli u b'bażi soda, int tirċievi għadd ta' drittijiet fil-proċedimenti kriminali mingħajr ma jkollok għalfejn tippreżenta rikors il-qorti biex tiġi rikonoxxut bħala vittma għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi
Tista' tirreġistra bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali permezz ta' dikjarazzjoni espressa jekk ikunu tnedew il-proċedimenti mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Tista' tagħmel dan waqt kull stadju tal-investigazzjoni u effettivament waqt il-proċess, iżda ma għadux possibbli li tagħmel dan fl-istadju tal-appell. Jekk ir-reat ikun wieħed minuri (contravention/overtreding) jew wieħed intermedju (délit/wanbedrijf) tista' tagħmel talba ċivili quddiem l-imħallef inkwirenti, li mbagħad ikun obbligat jiftaħ investigazzjoni kriminali. Żomm f'moħħok li fl-aħħar tal-investigazzjoni l-awla preliminari tkun għadha tista' tiddeċiedi li ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-allegat trasgressur jittella' l-qorti.
Jekk tixtieq tikseb kumpens, ikollok bżonn tipprova l-ħsara li ġarrabt. Il-qorti tivvaluta jekk ir-rikors tiegħek hux aċċettabbli, u jew taċċettah jew tiċħdu.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int intitolat tressaq il-każ quddiem l-awla istruttorja tal-qorti jekk l-investigazzjoni kriminali tkun għadha għaddejja wara sena li tkun bdiet. Din l-għażla tagħtik kontroll indirett fuq il-progress tal-investigazzjoni.

2. Il-qorti ta' Assize
Il-qorti ta' Assize (id-dettalji tal-kuntatt disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż) hija qorti kriminali temporanja li tista' tiġi interpellata f'kull provinċja jew distrett ta' Brussell. Il-qrati ta' Assize għandhom is-setgħa jitrattaw ir-reati serji kollha (crimes/misdaden, jiġifieri qtil u reati serji oħra li huma punibbli b'piena ta' kustodja minn ħames snin sa priġunerija għall-għomor), reati politiċi u reati tal-istampa (ħlief dawk li huma mmotivati mir-razziżmu jew mill-ksenofobija). B'differenza minn qorti kriminali permanenti, il-qorti ta' Assize trid terġa' tinħoloq għal kull każ ġdid. Il-president tagħha huwa mħallef tal-qorti tal-appell. Il-president huwa assistit minn żewġ imħallfin mill-qorti tal-ewwel istanza. Il-ġurija tkun magħmula minn 12-il membru mill-pubbliku inġenerali, mtellgħa bil-polza, b'mhux aktar minn żewġ terzi tal-ewwel membri li jistgħu jkunu tal-istess sess. Il-membri tal-ġurija jridu jkunu intitolati għall-vot u jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi kollha, irid ikollhom bejn 28 u 65 sena, jkunu jafu jaqraw u jiktbu, u ma jkollhom l-ebda kundanna penali li għaliha kienu ġew issentenzjati għal perjodu ta' priġunerija ta' aktar minn erba' xhur jew għal servizz fil-komunità ta' aktar minn 60 siegħa. Il-ġurija weħidha tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew innoċenti. Il-ġurija, biex taqta' s-sentenza, tiddeċiedi flimkien mal-imħallfin professjonali. Is-sentenzi tal-qorti ta' Assize jistgħu jiġu appellati biss fuq punti tal-liġi fil-Qorti tal-Kassazzjoni.
L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Hinweis: Die ursprüngliche Sprachfassung dieser Seite Niederländisch wurde unlängst geändert. Die Sprachfassung, die Sie ausgewählt haben, wird gerade von unserer Übersetzungsabteilung erstellt.
Die folgenden Sprachen wurden bereits übersetzt: Französisch.

3 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WARA L-(EWWEL)PROĊESS QUDDIEM IL-QORTI KRIMINALI

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Nista' nappella darba oħra?

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Aktar tagħrif

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Jekk ressaqt talba bħala parti ċivili għall-proċedimenti kriminali (partie civile / burgerlijke partij), tista' tappella jekk il-qorti tiċħad it-talba tiegħek għad-danni jew jekk tqis li l-kumpens li ngħatajt kien żgħir wisq. Ma tistax tappella jekk l-imputat jinstab ħati, jew jekk taħseb li s-sentenza imposta fuq l-imputat ma kinitx ħarxa biżżejjed. (Il-prosekutur pubbliku jista' jappella għal dawk ir-raġunijiet.)

Iddeċiedi malajr, għax fil-kawżi kriminali kull appell normalment ikollu jiddaħħal fi żmien 15-il jum. L-appelli jridu jiġu ppreżentati fir-reġistru (greffe / griffie) tal-qorti li tkun wasslet għas-sentenza kkontestata. Tista' tikseb aktar tagħrif fir-reġistru. Jekk ikun hemm appell, il-kawża tiġi kkunsidrata mill-bidu minn qorti superjuri. Inti tiġi nnotifikat bil-ħinijiet u bil-post. Il-proċedura ta' appell hija bażikament l-istess bħall-proċedura fl-ewwel istanza. Ma għandekx għalfejn tirreġistra għat-tieni darba bħala parti ċivili fil-proċedimenti. Madankollu ma tistax tirreġistra bħala parti ċivili għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell.

Ma jistax isir appell sħiħ, fuq punti ta' fatt u ta' dritt (appel / hoger beroep), kontra s-sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni fuq punti ta' dritt biss (pourvoi / voorziening).

Nista' nappella darba oħra?

Ma tistax tressaq appell sħiħ ieħor (appel / hoger beroep) minn sentenza mogħtija wara appell sħiħ.

Ma jistax isir appell kontra sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell fuq punti tad-dritt quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Kassazzjoni.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma teżaminax il-fatti tal-kawża: hija tikkunsidra sempliċement kienx hemm ksur tal-proċedura u jekk il-liġi ġietx applikata ħażin jew interpretata ħażin. Il-Qorti tal-Kassazzjoni tista' biss tikkonferma jew tannulla s-sentenza. Ma tistax tisma' iktar xhieda jew taqta' l-kawża mill-bidu. Jekk tannulla s-sentenza, tirrinvijaha għar-ritrattazzjoni minn qorti oħra fl-istess livell tal-qorti li tkun tat is-sentenza ta' qabel. Is-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni mhix vinkolanti fuq il-qorti l-ġdida.

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Importanti li tkun taf mill-bidu li bħala vittma ma tiġix infurmat awtomatikament bis-sentenza tal-qorti (sakemm ma tkunx ressaqt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali). Jekk la int u lanqas l-avukat tiegħek ma kontu preżenti fil-mument li ngħatat is-sentenza fil-qorti, trid tikkuntattja lill-awtoritajiet int stess jew tistaqsi lill-persunal taċ-ċentru tal-ġustizzja (maison de justice / justitiehuis) biex jinfurmawk.

Bħala vittma tista' skont ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' fir-rigward ta' kif se tiġi servuta s-sentenza, pereżempju rigward liv mill-priġunerija, detenzjoni limitata, sorveljanza elettronika, libertà provviżorja bil-ħsieb ta' deportazzjoni jew estradizzjoni, jew libertà kkundizzjonata.

Jekk it-talba ċivili tiegħek tiġi milqugħa, tista' f'ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' jekk il-persuna kkundannata tingħata kwalunkwe arranġament speċjali biex isservi s-sentenza.

Inkella, tista' titlob li tiġi rikonoxxut bħala vittma billi tressaq talba quddiem il-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi (tribunal d’application des peines / strafuitvoeringsrechtbank). It-talba tiegħek tiġi milqugħa jekk il-qorti tiddeċiedi li jkollok interess leġittimu.

Skont ċerti kundizzjonijiet int għandek id-drittijiet li ġejjin bħala vittma:

  • li tkun infurmat bid-deċiżjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni tas-sentenza (inkluż liv mill-priġunerija, sorveljanza elettronika, liv ikkundizzjonat, eċċ.);
  • li tipproponi kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur;
  • li tinstema' fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur fl-interess tiegħek.

Eżempji

  • tista' titlob li tinstema' mill-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi rigward il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur jekk tkun permessa s-sorveljanza elettronika;
  • tista' titlob lill-qorti tinnotifikak jekk tagħti l-libertà kkundizzjonata lit-trasgressur;
  • tista' titlob li tkun infurmat jekk il-Ministru tal-Ġustizzja jagħti liv mill-priġunerija lit-trasgressur.

Jekk trid teżerċita kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet trid timla formola ta' dikjarazzjoni ta' vittma, u tippreżentaha jew tibgħatha lir-reġistru tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi jew lil ċentru tal-ġustizzja.

Fis-seduti tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi dejjem tista' tkun assistit jew rappreżentat minn avukat. Tista' titlob ukoll l-għajnuna lil waħda mill-għaqdiet għall-appoġġ tal-vittmi rikonoxxuti uffiċjalment, jew minn servizz għall-appoġġ tal-vittmi jew l-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi fil-qorti, pereżempju meta tkun se tattendi seduta tal-qorti

Tista' tikseb iktar informazzjoni miċ-ċentru tal-ġustizzja, mill-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi jew mingħand l-avukat tiegħek.

Waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza, sew jekk it-trasgressur ikun qed jiskonta s-sentenza fil-ħabs u sew jekk barra, dejjem tista' tirrikorri għall-medjazzjoni.

Aktar tagħrif:

  • Liġi dwar il-pożizzjoni ġuridiku esterna tal-persuni sentenzjati għal piena ta' kustodja u dwar id-drittijiet tal-vittmi b'konnessjoni mal-mod kif se tiġi skontata s-sentenza - bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż jew bl-Olandiż.
L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Hinweis: Die ursprüngliche Sprachfassung dieser Seite Niederländisch wurde unlängst geändert. Die Sprachfassung, die Sie ausgewählt haben, wird gerade von unserer Übersetzungsabteilung erstellt.
Die folgenden Sprachen wurden bereits übersetzt: Französisch.

4 - L-GĦAJNUNA U L-APPOĠĠ GĦALL-VITTMI TAD-DELITTI

Il-pulizija lokali u federali

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Il-Kummissjoni għall-Għajnuna Finanzjarja għall-Vittmi ta' Atti Intenzjonali ta' Vjolenza

Ċentri ta' Għajnuna Ġenerali

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux reliġjużi

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Timijiet ta' Servizzi ta' SOS tat-Tfal

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Il-puliżija lokali u federali

Il-Pulizija lokali u federali jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija lokali huma responsabbli mid-dmirijiet bażiċi tal-pulizija u joperaw skont filosofija ta’ “pulizija fil-komunità”. Il-pulizija federali huma responsabbli mill-kompiti speċjalizzati tal-pulizija.

Il-pulizija lokali u federali

  • jirċievu lill-vittmi b'mod edukat u bir-rispett;
  • jipprovdu assistenza prattika lill-vittmi tad-delitti, jipprovduhom bl-informazzjoni u jirreferuhom lil servizzi xierqa;
  • jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet li jagħmlu l-vittmi jirrekordjaw sewwa l-identità tagħhom u jindikaw jekk jixtiqux jinżammu infurmati fil-fażijiet sussegwenti tal-proċeduri kriminali;
  • jistgħu jikkuntattjaw lill-vittma ftit wara li tkun għamlet il-kwerela.

KUNTATTI:

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaibznet@ibz.fgov.be

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu diversi dipartimenti u kumitati li huma responsabbli mill-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi inkluż id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u d-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja.

Id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali

  • iħejji u jabbozza l-liġijiet;
  • jagħti pariri lill-Ministru tal-Ġustizzja u lil atturi oħrajn, iwieġeb mistoqsijiet parlamentari, u jipparteċipa f’negozjati internazzjonali;
  • jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħrajn bħad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja jew atturi esterni oħrajn.

Id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja

  • jimmaniġġa 28 ċentru tal-ġustizzja (maisons de justice / justitiehuizen li jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja (kemm il-Fjandri kif ukoll il-Wallonja għandhom 13 kull wieħed, u Brussell għandha tnejn, waħda fejn jiġi mitkellem il-Franċiż u l-oħra fejn jiġi mitkellem l-Olandiż;
  • f’kull ċentru tal-ġustizzja hemm persunal speċjalizzat li jifforma uffiċċju ta' akkoljenza tal-vittmi.

KUNTATTI:

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja: Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justitie.belgium.be

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri tal-ġustizzja agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenz

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenza (Commission pour l’aide financière aux victimes d'actes intentionnels de violence / Commissie voor financiële hulp aan slachtoffers van opzettelijke gewelddaden) ġiet stabbilita bl-Att tal-1 ta’ Awwissu 1985. Hija għandha rwol importanti billi tipprovdi kumpens mill-Istat lill-vittmi tad-delitti ta' vjolenza.

Il-Kummissjoni

  • tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza u, f’uħud mill-każijiet, lill-familji tagħhom;
  • tipprovdi proċedura għal għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti kriminali li seħħew f’pajjiż ieħor membru tal-Unjoni Ewropea;
  • tista’ tagħti assistenza anki jekk l-identità ta’ min wettaq l-attakk ma tkunx magħrufa jew huwa ma jkunx responsabbli mill-azzjonijiet tiegħu;
  • ma tistax tipprovdi assistenza fejn ir-reat twettaq minħabba traskuraġni jew b’negliġenza.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.belgium.be

Ċentri ta’ Għajnuna Ġenerali

Fil-Fjandri u fi Brussell hemm 11-il Ċentru ta' Għajnuna Ġenerali (Centra Algemeen Welzijnswerk — CAW), li kull wieħed għandu dipartiment li jgħin lill-vittmi ta' reati.

Iċ-Ċentri

  • permezz tal-korp imsejjaħ Steunpunt Algemeen Welzijnswerk huma membri ta’ Victim Support Europe;
  • huma disponibbli fir-rigward ta’ persuni li jkollhom mistoqsijiet jew problemi;
  • jipprovdu servizzi biex jassistu vittmi fi Fjandri u fi Brussell;
  • joffru għajnuna psikosoċjali lill-vittmi u lill-familji tagħhom, lill-qraba ta’ persuni li wettqu suwiċidju, lill-vittmi ta’ diżastri u lill-qraba tagħhom, u lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku u lill-qraba tagħhom;
  • jipprovdu lill-vittmi b'għajnuna psikosoċjali, prattika u legali.

KUNTATTI:

Websajt: http://Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.caw.be

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-25 CAW agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux Reliġjużi

Fil-Wallonja s-Servizzi ta' Għajnuna lil Ċittadini mhux Reliġjużi (Services Laïques d'Aide aux Justiciables) toffri assistenza mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità imma wkoll, pereżempju, lill-priġunieri u lill-priġunieri lliberati.

Dawn is-servizzi

  • huwa maqsuma f'ħames fergħat lokali, waħda f'kull provinċja tal-Wallonja;
  • huma finanzjati mill-Komunità li titkellem il-Franċiż;
  • jipprovdu għajnuna psikoloġika, psikjatrika u soċjali lill-imputati arrestati jew li jkunu għadhom liberi, lill-persuni li jkunu wettqu delitti u ġew mogħtija piena, lill-vittmi u lill-qraba ta’ dawn l-individwi;
  • għandhom persunal professjonali li jaħdem f'timijiet multidixxiplinari.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ulb.ac.be/

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-fergħat lokali, agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Iċ-Ċentru Soċjali u Psikoloġiku  (Sozial-Psychologisches Zentrum — SPZ) huwa organizzazzjoni li topera fil-parti tal-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u joffri assistenza lill-vittmi tal-kriminalità.

Iċ-Ċentru

  • huwa organizzazzjoni mhux governattiva li topera fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • għandu fergħat f’St.Vith u f’Eupen;
  • joffri approċċ individwali lill-vittmi kollha tal-kriminalità permezz ta’ tim multidixxiplinari li jikkonsisti fi psikologi, terapisti, ħaddiema fil-qasam soċjali u psikjatriku.

KUNTATTI:

SPZ Eupen: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo.eupen@spz.be

SPZ St. Vith: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ulb.ac.be/

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal (Vertrouwenscentra Kindermishandeling) huma ċentri speċjalizzati, stabbiliti mill-gvern Fjamming, li għandhom metodu speċjali ta' ħidma li huwa immirat lejn is-sikurezza u l-benesseri tat-tfal.

Iċ-Ċentri

  • għandhom fergħa f'kull provinċja Fjamminga u fi Brussell;
  • għandhom timijiet multidixxiplinari u għandhom funzjoni psikosoċjali, edukattiva u soċjali;
  • jipprovdi pariri u assistenza fejn ikun hemm suspett ta' abbuż tat-tfal;
  • jipprovdu għajnuna u informazzjoni bla ħlas;
  • jistgħu jaġixxu f'kull sitwazzjoni fejn it-tfal huma vittma ta' vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali attivi jew passivi;
  • jippermettu li jsir rappurtar anonimu dwar kull abbuż tat-tfal.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kindinnood.org/

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

Il-Federazzjoni ta’ Timijiet ta' SOS tat-Tfal (Fédération des Équipes SOS-Enfants) tipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-vittmi ta’ abbuż ta’ tfal fil-Wallonja.

It-Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

  • jipprovdu prevenzjoni u trattament ta’ każijiet individwali ta’ abbuż tat-tfal;
  • iwettqu valutazzjoni multidixxiplinari tals-sitwazzjoni tat-tfal u tal-ambjent tagħhom;
  • jipprovdu għajnuna psikjatrika, psikoloġika u soċjali lit-tfal u lill-familji tagħhom;
  • huma lesti li javvanzaw l-għarfien fil-qasam tat-trattament u tal-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet ta’ abbuż.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.federationsosenfants.be/

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Is-Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ (Jugendhilfedienst— JHD) jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-minuri li huma vittmi ta' delitti fil-partijiet li jitkellmu bil-Ġermaniż fil-Belġju.

Is-Servizz

  • jipprovdi pariri u assistenza f’każijiet ta’ abbuż tat-tfal;
  • joffri assistenza lit-tfal, lill-adolexxenti u lill-ġenituri tagħhom fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • jistgħu jirreferu każijiet lill-prosekutur pubbliku jew lit-tribunal tal-minorenni jekk ikun meħtieġ.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ostbelgienlive.be/desktopdefault.aspx/tabid-6204/10670_read-3830/

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 - Kumpens

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.