Kif u fejn nista’ nirrapporta delitt?
Kif nista’ nkun naf x’inhuma jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?
Kif nista’ nkun involut fl-investigazzjoni tad-delitt?
X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?
Jiena minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?
Nista’ nirċievi għajnuna legali?
Kif nista’ nikseb protezzjoni jekk jiena fil-periklu?
X’servizzi u x’assistenza nista’ ningħata waqt l-investigazzjoni tad-delitt?
Kif jitkompla l-każ tiegħi wara li tintemm l-investigazzjoni?
Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitressaq quddiem qorti?
Jiena barrani. Kif jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?
Tista' tirrapporta reat lill-pulizija lokali, preferibbilment fiż-żona fejn ikun sar ir-reat. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza dejjem tista' ċċempel 112 biex tikkuntattja lill-pulizija. F'sitwazzjonijiet li mhumiex ta' emerġenza tista' tmur personalment fl-għassa tal-pulizija l-iktar viċin tiegħek. Tista’ ssib l-indirizzi tal-għases tal-pulizija fuq il-websajt tal-korp tal-pulizija lokali bl-Olandiż u bil-Franċiż.
Jekk int ċittadin Belġjan jew resident Belġjan (pereżempju ngħatajt residenza għal żmien twil fil-Belġju), tista' tirrapporta xi reati żgħar (pereż. vandaliżmu, serq minn ħwienet u s-serq ta' rota) online bl-Olandiż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. Barra minn hekk, kulħadd, anke t-turisti, jista' jirrapporta reat relatat mal-internet online permezz ta' websajt apposta li hija disponibbli bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u Bl-Ingliż.
Xi reati jistgħu jitressqu l-qorti biss jekk il-vittma ttagħmel kwerela (pereżempju segwiment ta' persuna bil-moħbi, malafama u libell).
Ma għandekx għalfejn tirrapporta r-reat mill-ewwel, iżda huwa fl-interess tiegħek li tagħmel hekk sabiex tippermetti lill-pulizija biex mill-aktar fis possibbli jkollha informazzjoni ddettaljata dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi tar-reat u kull ħsara jew korriment li tkun sofrejt. Għandek ukoll iżżomm f'moħħok li wara ċertu perjodu ta' żmien ma jibqax possibbbli għall-awtoritajiet biex iwettqu prosekuzzjoni. Dan il-limitu ta' żmien jew il-perjodu ta' limitazzjoni huma speċifikati bil-liġi u jvarjaw minn sitt xhur sa ħmistax-il sena, skont ir-reat.
Il-pulizija tinterrogak u tfassal rapport uffiċjali. Waqt l-interrogazzjoni int għandek għadd ta' drittijiet li jkomplu japplikaw jekk aktar tard tagħmel dikjarazzjoni oħra. Kemm jekk tiġi interrogat bħala vittma jew bħala xhud, l-uffiċjal tal-pulizija, qabel l-interrogazzjoni, irid jispjegalek li:
Jekk inti titkellem lingwa differenti minn dik li tintuża fil-proċedimenti, il-pulizija tipprovdi interpretu professsjonali, dejjem jekk l-uffiċjal tal-pulizija ma jkunx jista’ jikteb id-dikjarazzjonijiet tiegħek bil-lingwa tiegħek, jew inkella ma jitolbokx sabiex tikteb int stess id-dikjarazzjoni bil-lingwa tiegħek.
Id-dikjarazzjoni tiġi inkluża fir-rapport uffiċjali li jista' jkun fih din l-informazzjoni:
Fid-dikjarazzjoni tiegħek tista' tindika wkoll jekk għandekx bżonn ta’ xi tip ta' għajnuna prattika, soċjali, psikoloġika jew għajnuna legali.
Għandek tagħti lill-pulizija l-kopji għal kwalunkwe dokument, minħabba li jista' jkun li aktar 'il quddiem tiġi bżonn id-dokumenti oriġinali, pereżempju jekk tikkuntattja l-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.
Jekk inti vittma ta' vjolenza sesswali, l-interrogazzjoni tiegħek, kull meta jkun possibbli, isseħħ f'kamra speċjali li toffri l-privatezza meħtieġa.
Fil-parti l-kbira tal-każijiet il-pulizija tibgħat ir-rapport uffiċjali (proces-verbaal/procès-verbal) lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (parket/parquet). Imbagħad, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk il-pulizija għandhomx jagħtu bidu għal investigazzjoni. Din l-investigazzjoni tista' titmexxa mill-prosekutur pubbliku, (procureur des Konings/procureur du Roi) (investigazzjoni standard (opsporingsonderzoek/enquête pénale)) jew minn imħallef inkwirenti f'każijiet aktar ikkumplikati jew meta jkunu meħtieġa miżuri aktar invażivi bħalma huma tfittxijiet fi djar (investigazzjoni ġudizzjarja (gerechtelijk onderzoek/instruction judiciaire)). F'xi każijiet il-pulizija tista' tiddeċiedi li twettaq investigazzjoni minn rajha u tibgħat l-atti kollha lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku għal aktar azzjoni(l-investigazzjoni tal-pulizija (ambtshalve politioneel onderzoek/enquête policière d'office)). Għal għadd ta' reati żgħar (bħal serq ta' rota), u skont xi jkunu ċ-ċirkostanzi (pereżempju jekk ma jkunx hemm traċċa tal-awtur tar-reat), il-pulizija tfassal rapport uffiċjali simplifikat (vereenvoudigd proces-verbaal (VPV)/procès-verbal simplifié)). Dan ir-rapport uffiċjali simplifikat jibqa' l-għassa tal-pulizija u ma jmurx għand l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Ta' kull xahar tingħata lill-prosekutur pubbliku lista tar-rapporti uffiċjali simplifikati kollha li tfasslu, u b'hekk huwa jkun jaf bil-każ tiegħek. Jekk ikun hemm xi informazzjon ġdida li tista' taffettwa l-każ (pereżempju jekk l-awtur tar-reat jiġi identifikat), ir-rapport uffiċjali jingħata lill-prosekutur pubbliku u l-pulizija tinfurmak skont il-każ.
Wara li tagħmel kwerela tirċievi dokument li jikkonferma l-kwerela tiegħek. Dan ikun fih in-numru ta' referenza tal-każ tiegħek, l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qdiek u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (li tista' tikkuntattjah sabiex issegwi l-każ tiegħek).
Dan id-dokument jinfurmak b'mod ċar jekk il-kwerela tiegħek hix se tiġi ttratata bħala rapport uffiċjali standard, investigazzjoni tal-pulizija jew rapport uffiċjali simplifikat.
F'każ li jkun hemm prosekuzzjoni, jekk ma tkunx ħadt passi oħra wara li tkun għamilt il-kwerela lill-pulizija, inti tkun infurmat biss dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta' smigħ tal-qorti mill-prosekutur pubbliku.
Jekk tkun tixtieq tirċievi informazzjoni dwar xi azzjoni oħra meħuda dwar il-kwerela tiegħek, għandek id-dritt ġuridiku li tirreġistra bħala parti offiża (benadeelde persoon/personne lésée). Tista tippreżenta dikjarazzjoni li inti parti offiża, kemm personalment jew inkella permezz ta' avukat, lill-uffiċjal tal-pulizija li jfassal ir-rapport uffiċjali, jew lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, jew fl-għassa tal-pulizija, jew billi tibgħat ittra rreġistrata lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Int tirċievi wkoll mudell ta' kif għandek tagħmel din id-dikjarazzjoni meta tirċievi d-dokument li jikkonferma li għamilt rapport.
Bħala parti offiża tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar id-deċiżjonijiet li jkun ħa l-prosekutur pubbliku (pereżempju d-deċiżjoni li jagħlaq il-każ u r-raġunijet għal dan, jew id-deċiżjoni li jibda investigazzjoni ġudizzjarja), u d-data ta' xi seduta ta' smigħ quddiem il-qorti ġenerali. Int ikollok ukoll id-dritt li żżid kull dokument li jidhirlek li jkun utli fl-atti. Int ikollok ukoll id-dritt li titlob aċċess għall-atti u li tingħatalek kopja tagħhom.
Jekk trid titlob għal kumpens, jew biex ikollok aktar drittijiet, trid iddaħħal talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1 (burgerlijke partij/partie civile). Tista' tagħmel dan billi tissottometti dikjarazzjoni espressa dwar dan personalment jew permezz tal-avukat tiegħek waqt kull stadju tal-proċedimenti. Bħala parti ċivili tista' titlob aċċess għall-atti tal-kawża u takkwista kopja tagħhom, titlob biex jsiru aktar investigazzjonijiet, titlob kumpens, toġġezzjona legalment id-deċiżjonijiet li ttieħdu, u tkun ikkonsultat u infurmat dwar il-priġunerija tat-trasgressur.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jew bħala parti offiża int għandek id-dritt tkun irrappreżentat minn avukat meta tkun f'kuntatt mal-awtoritajiet. L-investigazzjonijiet fil-Belġju huma kunfidenzjali, u mhuwiex possibbli li inti tkun preżenti waqt l-investigazzjoni (pereżempju waqt l-interrogazzjoni tal-persuna suspettata), ħlief meta jkun hemm żjara fix-xena tar-reat sabiex tinbena mill-ġdid l-azzjoni, u f'dan il-każ parti ċivili tista' tkun preżenti.
Mhuwiex meħtieġ li tipprova l-okkorrenza tar-reat jew il-ħtija tal-awtur tar-reat int stess.
Mhuwiex possibbli li tieħu rimborż għal dak li tlift jew ġralu l-ħsara f'dan l-istadju tal-proċedimenti kriminali.
Ġaladarba r-rapport uffiċjali jingħadda lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-prosekuzzjoni tinbeda, ma tkunx tista' twaqqaf il-proċedimenti kriminali. Dan jgħodd ukoll għal meta r-reat jista' jitressaq il-qorti biss bi kwerela mill-vittma, bħal pereżempju fil-każ ta' segwiment ta' persuna bil-moħbi.
Matul l-investigazzjoni int x'aktarx tiġi interrogat(a) bħala xhud (getuige/témoin).
Jekk bħala xhud tħossok f'periklu, int (u l-membri tal-familja tiegħek u l-qraba) tista' f'ċerti ċirkustanzi tingħata dawn il-miżuri ta' protezzjoni li ġejjin:
F'każijiet verament eċċezzjonali, pereżempju meta int tkun vittma jew xhud ta' reat imwettaq minn organizzazzjoni kriminali, jew ta' reat serju ħafna bħall-ħtif ta' minuri jew omiċidju, u l-miżuri elenkati hawn fuq mhumiex biżżejjed biex jiżguraw is-sikurezza tiegħek, jistgħu jittieħdu miżuri ta' protezzjoni speċjali. Dawn jinkludu:
Tista' titlob kumpens għall-ispejjeż li tagħmel tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni sabiex tagħmel dikjarazzjoni tax-xhieda li tkun parti mill-investigazzjoni. Ix-xhieda jistgħu japplikaw ukoll għal nofstanhar xogħol bħala kumpens, għall-ħin li jitilfu mix-xogħol. Dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit tal-Istat, iżda jridu jintraddu lura mill-intimat f’każ li jinstab ħati.
Meta tingħata miżura ta' protezzjoni jew jekk tinsab barra mill-pajjiż, tista' tiġi interrogat permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.
Jekk għandek inqas minn 18-il sena u tkun vittma ta' reat, għandek dawn id-drittijiet addizzjonali li ġejjin waqt l-interrogazzjoni:
Sabiex jiġi evitat li tiġi interrogat ħafna drabi, l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata permezz ta’ mezzi awdjo jew vidjo. Jekk int għadek taħt l-età ta' 12-il sena, int trid tiġi infurmat minn qabel li l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo. Jekk int qbiżt l-età ta' 12-il sena l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo jekk int tagħti l-permess biss. Dawn l-interrogazzjonijiet isiru fi kmamar mgħammra apposta għal dan il-għan.
Jekk tkun sfajt vittma ta’ abbuż sesswali, prostituzzjoni jew pornografija, il-perjodu ta' limitazzjoni li mal-iskadenza tiegħu ma jistgħux jittieħdu passi kriminali ma jibdiex jgħodd qabel ma tkun ilħaqt l-età ta' 18-il sena.
Jekk inti vittma ta' reat u minorenni, il-pulizija jirreferuk għand ċentru speċjalizzat għall-vittmi ta' abbuż fuq it-tfal.
Int tkun ukoll protett kontra x-xandir tal-identità tiegħek fil-midja, jiġifieri l-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta' ritratti, stampi u materjal ieħor, li jistgħu jiżvelaw l-identita tiegħek, huma pprojbiti.
Il-pulizija tagħtik informazzjoni dwar:
Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ fuljetti u opuskuli, jew inkella bil-fomm. L-opuskuli huma disponibbli bit-tliet lingwi uffiċjali (l-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż). Fil-prattika, l-informazzjoni li tingħata bil-fomm tista' tiġi pprovduta wkoll b'lingwi oħra (pereżempju bl-Ingliż).
Huwa importanti li tkun taf li int se tinżamm infurmat dwar ċerti żviluppi fil-każ tiegħek jekk tkun irreġistrajt bħala parti offiża jew tkun għamilt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1biss. Dawn huma hekk:
Inti tkun tista’ tagħmel kopji tal-atti, iżda trid tħallas tariffa għal kull kopja (madwar EUR 0,25-0,50 għal kull kopja). Meta l-każ tiegħek ikun qed jiġi ġestit mill-qorti ta' assize (hof van assisen/cour d'assises), il-kopji jingħataw mingħajr ebda ħlas.
Bħala gwida inizjali tista' ssaqsi għal għajnuna legali tal-ewwel fażi (juridische eerstelijnsbijstand/aide juridique de première ligne), fejn l-avukati jagħtu pariri legali b'xejn f'ċerti ġranet u waqt ċerti ħinijiet. Meta jkun meħtieġ jirreferuk għal servizz speċjalizzat jew organizzazzjoni. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qorti, fil-qrati tad-distretti (vredegerecht/justice de paix), f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Tista' ssib ċentru ġuridiku (justitiehuis/maison de justice) f'kull distrett ġudizzjarju (id-dettalji ta' kuntatt tagħhom huma disponibbli bil-Franċiż u bl-Olandiż) jew tista' tikkuntattja wieħed mis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi.
Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu li jkollok dan jista' jkun kollu kemm hu b'xejn jew parzjalment b'xejn permezz tat-tieni fażi fis-sistema ta' għajnuna legali (juridische tweedelijnsbijstand/aide juridique de deuxième ligne). Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.
Għall-għajnuna legali tat-tieni fażi trid tmur f'Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (bureau voor juridische bijstand/bureau d’aide juridique) (dettalji bil-Franċiż u l-Olandiż), li jinsab f'kull binja tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.
Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-bailiff u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali (rechtsbijstand/assistance judiciaire) . Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha.
Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.
Il-pulizija tiżgura mill-ewwel is-sikurezza tiegħek billi tieħu miżuri ta' sikurezza ġenerali. Jekk tħossok f'periklu minħabba d-dikjarazzjoni li tkun għamilt jew li jkollok l-intenzjoni li tagħmel, u tkun lest tikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħek fil-qorti, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda (Getuigenbeschermingscommissie/ Commission de protection des témoins ) tista' tagħtik protezzjoni addizzjonali. Jekk il-prosekutur pubbliku (f'investigazzjoni standard) jew l-imħallef inkwirenti (f'investigazzjoni ġudizzjarja) jaħsbu li jkollok bżonn dawn il-miżuri ta' protezzjoni, jibagħtu applikazzjoni għand il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda.
Jekk int vittma ta' stupru jew attakk sesswali, tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità tiegħek fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.
Jekk inti vittma ta' vjolenza domestika u qed tibża’ tmur lura d-dar, il-pulizija tista’ tipprovdilek (u lit-tfal tiegħek) post ta' kenn fejn toqgħod.
Tista' tistaqsi lill-uffiċjal tal-pulizija biex ma jinkludix id-dettalji tiegħek fir-rapport uffiċjali, għalkemm għandek iżżomm f'moħħok li l-puliżija hija marbuta li tagħti dawn id-dettalji lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jekk tintalab dan.
Huwa biss meta int jew persuna relatata miegħek tkunu f'sitwazzjoni verament perikoluża bħala riżultat ta' dikjarazzjoni li l-imħallef inkwirenti (il-pulizija ma għandhiex l-awtorità f'din il-kwistjoni) jista' jagħtik l-anonimità sħiħa jew parzjali. L-imħallef inkwirenti ħafna drabi jiddeċiedi li jagħtik l-anonimità fuq inizjattiva tiegħu, iżda int tista' wkoll titlobha. Jekk l-imħallef inkwirenti jiċħad it-talba tiegħek inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni.
L-anonimità parzjali tfisser li l-identità tiegħek ma tkunx żvelata fir-rapport uffiċjali tal-interrogazzjoni tiegħek. Dan huwa possibbli kemm f'investigazzjoni standard kif ukoll f'investigazzjoni ġudizzjarja.
L-anonimità sħiħa tfisser li l-identità tiegħek tinżamm sigrieta waqt il-proċedimenti kriminali kollha; l-anonimità sħiħa tingħata biss jekk:
L-impjegati kollha fil-forza tal-pulizija u tal-awtoritajiet ġudizzjarji huma obbligati li jipprovduk b'kull informazzjoni neċessarja, u fejn ikun adegwat, li jirriferuk għal servizzi speċjalizzati. Hemm diversi servizzi speċjalizzati li joffru assistenza lill-vittmi. Waqt u anke wara l-proċediment kriminali, tista' titlob dawn is-servizzi:
L-aċċess għal dawn is-servizzi kollha huwa b'xejn, u kompletament volontarju.
Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, diversi servizzi speċjalizzati privati jistgħu jipprovdu appoġġ. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawn is-servizzi hija pprovduta mingħand iċ-Ċentru għall-Opportunitajiet Indaqs u l-Prevenzjoni tar-Razziżmu (Centrum voor Gelijkheid van Kansen en voor Racismebestrijding/Centre pour l’Egalité des chances et la lutte contre le racisme ). Int tkun ukoll eliġibbli għal għadd ta' arranġamenti speċjali dwar permessi ta' residenza u ta' xogħol jekk int tingħata protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin2.
Tista' tirċievi assistenza medika, iżda tista' tintalab ukoll tħallas għaliha jekk ma jkollokx assigurazzjoni medika valida (għalkemm tista' tinkludi dawn l-ispejjeż fit-talba tiegħek għal kumpens). Iċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE, tal-Islanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja u tal-Isvizzera jistgħu jibbenefikaw mill-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea .
Il-medjazzjoni hija possibbli f'kull stadju tal-proċedimenti legali: fl-istadju tal-pulizija (medjazzjoni f'livell ta' pulizija); f'livell ta' muniċipalitajiet (medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrattivi); f'livell ta' uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, qabel ma tittieħed deċijoni dwar il-prosekuzzjoni (medjazzjoni f'kawżi kriminali) u wara li l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun iddeċieda li jixli (medjazzjoni restorattiva). Il-medjazzjoni restorattiva hija wkoll possibbli waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza.
Il-medjazzjoni hija disponibbli għal kull tip ta' reat. Il-prosekutur pubbliku, l-imħallef inkwirenti u l-imħallef iridu jinfurmawk dwar il-possibbiltà ta' medjazzjoni. Tista' titlob għall-medjazzjoni int stess.
Il-medjazzjoni f'livell ta' pulizija (politionele schadebemiddeling/médiation policière) hija offruta f'każijiet ta reati żgħar (pereżempju għal graffiti, serq żgħir u vandaliżmu) sabiex tissolva l-ħsara fuq il-propjetà. Din it-tip ta' medjazzjoni hija disponibbli fid-distretti tal-pulizija ta' Leuven, Mechelen u Brussell. Il-medjazzjoni sseħħ qabel mar-rapport uffiċjali jintbagħat lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Il-prosekutur pubbliku jiġi infurmat dwar ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' medjazzjoni, u jekk jintlaħaq ftehim, il-każ normalment jingħalaq.
Medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrativi3 mogħtija qabel ma tingħata piena amministrattiva. Din hija obbligatorja meta t-trasgressur ikollu inqas minn 16-il sena. Il-medjazzjoni għandha l-għan primarju li tirrimborża l-ħsara kkawżata u titwettaq mill-uffiċjali tal-awtorità lokali.
Il-medjazzjoni f'każijiet kriminali (bemiddeling in strafzaken/médiation pénale) tista' tiġi proposta mill-prosekutur pubbliku meta jaħseb li r-reat huwa punibbli b'massimu ta' sentejn priġunerija. Din it-tip ta' medjazzjoni sseħħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li t-trasgressur jiġi mixli, u ssir mill-persunal taċ-ċentru ġuridiku. Bħala vittma ta' reat, l-interess prinċipali tiegħek tkun il-medjazzjoni sabiex tiġi rimburżat għall-ħsara li saritlek. Il-prosekutur pubbliku jista' jipproponi miżura addizzjonali oħra jew aktar li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-trasgressur (kura jew terapija psikoloġika, taħriġ jew l-għoti ta' servizzi). Jekk jintlaħaq ftehim bejn it-trasgressur u l-vittma dwar il-kumpens għall-ħsara, u jekk it-trasgressur ikun ikkonforma ma' kull miżura addizzjonali imposta, il-prosekuzzjoni taqa' (jiġifieri l-prosekutur pubbliku ma jkunx għadu jista' jressaq każ quddiem il-qorti). Jekk it-trasgressur ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet, il-każ jista' jiġi rriferut il-qorti. Din it-tip ta' medjazzjoni teħtieġ il-kooperazzjoni tiegħek, u jekk ma taqbilx li tikkoopera l-każ jerġa' jgħaddi għand il-prosekutur pubbliku, li jieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar jekk iwettaqx il-prosekuzzjoni jew le.
Il-medjazzjoni riparatriċi (herstelbemiddeling/médiation réparatrice) taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Dan madankollu ma jimpedikx milli tibda medjazzjoni f'kull punt tal-proċedimenti, jiġifieri qabel ma l-każ jidher quddiem il-qorti, waqt li l-każ ikun qiegħed jiġi ttrattat mill-qorti, jew wara li imħallef jaqta' s-sentenza. Kull min ikun direttament affettwat minn każ kriminali jista' jitlob medjazzjoni. Dan ifisser li mhux biss il-vittma jew it-trasgressur jistgħu jitolbu għall-medjazzjoni, iżda anki sieħeb, membru tal-familja jew qarib. Il-medjazzjoni riparatriċi titwettaq minn żewġ organizzazzjonijiet mhux governattivi, Suggnomè għar-reġjun Fjamming u Médiante għar-reġjun tal-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju. Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.
Il-medjazzjoni hija wkoll disponibbli f'każijiet ta' minorenni, u l-medjazzjoni riparatriċi hija possibbli kemm fil-livell tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kif ukoll fil-livell tal-qrati tal-minorenni stess. Jista' jiġi ordnat id-djalogu fi grupp (herstelgericht groepsoverleg (hergo)/concertation restauratrice en groupe) minn qorti tal-minorenni biss. L-imħallef ikun mistenni li jagħti prijorità lil miżura ta' medjazjoni (minflok l-ikkundannar ta' trasgressur li huwa minorenni), u li jgħarraf lill-partijiet fil-kunflitt dwar din il-possibilità. Jekk l-eżerċizzju ta' medjazzjoni riparatriċi tirriżulta fi ftehim bejn il-vittma u t-trasgresur, l-imħallef bħala regola jrid japprova dan il-ftehim. L-imħallef ma jistax ibiddel il-kontenut tal-ftehim, iżda jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi l-ftehim jekk il-kontenut jimplika b'mod ċar xi periklu għas-sigurtà pubblika. Il-medjazzjoni u d-djalogu fi grupp huma organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali attivi fis-settur tal-għajnuna għall-minorenni.
Id-deċiżjonijiet meħuda fi tmiem l-investigazzjoni jkunu differenti skont jekk l-investigazzjoni tkunx ġudizzjarja jew standard.
Fl-investigazzjoni standard, il-prosekutur pubbiku jista' jiddeċiedi li:
Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int tkun infurmat dwar id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku.
Jekk isseħħ investigazzjoni ġudizzjarja, l-imħallef inkwirenti jrid jgħaddi l-atti lill-qorti istruttorja (raadkamer/chambre du conseil). Is-seduti ta' smigħ tal-qorti istruttorja jseħħu bil-bibien magħluqin: l-istampa u l-pubbliku ma jistgħux ikunu preżenti. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tkunu preżenti, iżda l-ħbieb u l-qraba ma jistgħux jattendu. Il-qorti istruttorja tista' tiddeċiedi li:
Jekk il-qorti istruttorja tiddeċiedi li tagħlaq lill-persuna suspettata f'istituzzjoni mentali jew li tissospendi s-sentenza, id-deċiżjoni tagħha tkun ekwivalenti għas-sentenza sħiħa ta' qorti kriminali, u taqta' wkoll sentenza fuq it-talba ċivili għall-kumpens.
Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, int tkun infurmat dwar id-data tas-seduta ta' smigħ. Jekk il-każ tiegħek ikun riferut għall-qorti kriminali, tiġi infurmat ukoll dwar id-data tas-seduta ta' smigħ.
Inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku biex tagħlaq il-każ. Skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ, u r-raġunijiet għalfejn ikun ingħalaq, xorta jista' jkun possibbli li titlob kumpens fil-qrati kriminali (ħlief għal xi proċedimenti quddiem il-qrati ċivili):
Ma tistax ittella' t-trasgressur direttament il-qorti u lanqas ma tista' tagħmel kwerela bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jekk it-trasgressur ikun minuri.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, tista' tappella kontra kull deċiżjoni tal-qorti istruttorja, inkluża kull deċiżjoni li ma tixlix lill-persuna suspettata, quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura (Kamer van inbeschuldigingstelling/Chambre des mises en accusation). Ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-ġudikatura, lanqas ma tista' sussegwentement ittella' t-trasgressur il-qorti int stess.
Jekk tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens fil-qorti istruttorja (fejn it-trasgressur jiġi maqful f'istituzzjoni mentali jew fejn is-sentenza hija sospiża) tista' tappella rigward il-kumpens mogħti, iżda mhux kontra s-sentenza kriminali. Int trid tappella fi żmien ħmistax-il jum (jew fi żmien tlett ijiem fil-każ li t-trasgressur ikun qed jinżamm taħt arrest preventiv) fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti. Il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura mbagħad tirrevedi t-talba tiegħek għal kumpens.
Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel rikors fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq rikors quddiem il-qorti ċivili billi ttella' l-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Jekk trid tagħmel rikors fil-qorti ċivili (burgerlijke rechtbank/tribunal civil) (pereżempju jekk ma kontx involut fil-proċedimenti kriminali jew jekk il-każ tiegħek ingħalaq), trid tkun imħejji biex tipprova li twettqet azzjoni ħażina. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Rikors fil-qrati ċivili ddaħħlek fi spejjeż.
Bħala barrani tgawdi mid-drittijiet kollha spjegati hawn fuq. Int ikollok ukoll xi drittijiet addizzjonali sabiex tiġi aġevolata l-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti kriminali.
Għandek id-dritt li titlob għas-servizzi ta’ interpretu bla ebda ħlas f’każ li ma titkellimx bil-lingwa uffiċjali tal-post. Tista' tikteb id-dikjarazzjoni int stess (jew tistaqsi lil uffiċjal tal-pulizija biex jiktiblek id-dikjarazzjoni tiegħek fil-lingwa materna). Jekk tinsab barra mill-pajjiż, inti tista' tiġi interrogat mill-prosekutur pubbliku jew mill-imħallef inkwirenti permezz ta’ vidjokonferenza jew ta' telekonferenza.
Jekk int applikant għall-asil għandek id-dritt awtomatiku li tistaqsi għal appuntament b'xejn ma' avukat fit-tieni fażi tas-sistema ta' għajnuna legali.
Tista' tagħmel talba ċivili quddiem il-qorti kriminali f'kull ħin waqt il-proċedimenti kriminali, anki jekk ma tkunx għamilt kwerela mal-pulizija. Apparti d-drittijiet ordinarji ta' vittma, l-istatus tiegħek bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jagħti d-dritt ukoll li:
titlob kumpens; tkun mismugħ mill-qorti; li tiġi rimborżat fl-aħħar tal-proċedimenti; u li titlob interpretu waqt il-proċeduri tal-qorti; jekk l-azzjoni ċivili titqies bħala ammissibbli u b'bażi soda, int tirċievi għadd ta' drittijiet fil-proċedimenti kriminali mingħajr ma jkollok għalfejn tippreżenta rikors lill-qorti biex tiġi rikonoxxut bħala vittma għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi Tista' tirreġistra bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali permezz ta' dikjarazzjoni espressa jekk ikunu tnedew il-proċedimenti mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Tista' tagħmel dan waqt kull stadju tal-investigazzjoni u effettivament waqt il-proċess, iżda ma għadux possibbli li tagħmel dan fl-istadju tal-appell. F'każ ta' kontravvenzjoni (contravention/overtreding) jew delitt (délit/wanbedrijf) tista' tagħmel kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti, li mbagħad ikun obbligat iniedi investigazzjoni kriminali. Żomm f'moħħok li fl-aħħar tal-investigazzjoni l-qorti istruttorja tkun għadha tista' tiddeċiedi li ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-allegat trasgressur jittella' l-qorti. Jekk tixtieq tikseb kumpens, ikollok bżonn tipprova l-ħsara li ġarrabt. Il-qorti tivvaluta jekk ir-rikors tiegħek hux aċċettabbli, u jew tilqgħu jew tiċħdu. Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int intitolat tressaq il-każ quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura jekk l-investigazzjoni kriminali tkun għadha għaddejja wara sena li tkun nbdiet. Din l-għażla tagħtik kontroll indirett fuq il-progress tal-investigazzjoni. 2. Il-protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin Sa mill-bidu tad-disgħinijiet il-Belġju offra lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin sistema bi status ta' resident. Dawn il-kategoriji ta' vittmi huma intitolati għall-istatus ta' "vittmi tat-traffikar tal-bnedmin": vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (jiġifieri traffikar bl-iskop li jkun hemm diversi forom ta' sfruttament sesswali, sfruttament bħala tallaba, sfruttament ekonomiku, it-tneħħija tal-organi, atti kriminali mġiegħla); vittmi ta' dħul klandestin (jiġifieri s-sehem, għal skop ta' qligħ, fl-immigrazzjoni illegali) meta hemm ċirkustanzi aggravanti. Vittmi li huma suġġetti għall-vjolenza jew li ħajjithom hija f'periklu huma intitolati għal dan l-istatus. Jekk tiġi rikonoxxut bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin, tkun eliġibbli għal arranġamenti speċjali dwar ir-residenza u l-permess ta' xogħol, jekk: taqta' l-kuntatt mal-persuni ssuspettati bi ksur; taċċetta l-assistenza obbligatorja offruta minn ċentru approvat speċjalizzat fl-għoti ta’ faċilitajiet ta' akkoljenza u ta’ għajnuna lil persuni li sfaw vittmi tat-traffikar; tikkoopera mal-awtoritajiet ġudizzjarji billi tagħmel dikjarazzjoni jew tressaq kwerela. 3. Pieni amministrattivi Il-pieni amministrattivi huma imposti mill-awtoritajiet lokali u mhumiex pieni kriminali. L-awtoritajiet lokali għandhom il-poter li jikkastigaw ċerti reati żgħar u inkonvenjenzi permess ta' sanzjonijiet amministrattivi (il-multi, l-għeluq ta' binjiet jew postijiet, jew is-sospensjoni ta' permessi jew liċenzji). Il-muniċipalità tista' timponi dawn is-sanzjonijiet għall-ksur tar-regolamenti tagħha, għal ċerti forom ta' vandaliżmu eċċ. Il-prosekuzzjoni ma tiddependix direttament fuq il-prosekutur pubbliku.Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Bħala parti li tkun ġarrbet il-ħsara jew parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 (partie civile/burgerljke partij) inti tkun infurmat bil-miktub dwar id-data tal-kawża tal-qorti. Jekk ma tkunx għadek ressaqt it-talba ċivili, f'dan l-istadju tkun għadek tista' tressaqha fil-qorti kriminali; tkun tista' tagħmel dan f'kull ħin, sakemm ikunu saru l-aħħar sottomissjonijiet. Jekk ma għandekx rappreżentanza legali u tixtieq tressaq talba ċivili waqt seduta ta' smigħ fi proċess kriminali, trid tagħmel dan li ġej:
Is-sessjonijiet tal-qorti ġeneralment ikunu miftuħin għall-pubbliku ġenerali. Dan ifisser li kwalunkwe persuna ta' aktar minn 14-il sena tista tattendi l-proċedimenti. Il-ħbieb tiegħek, il-ġirien u l-familja, il-membri tal-istampa u kull persuna interessata oħra għaldaqstant jistgħu jkunu preżenti fl-awla tal-qorti. Huwa biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali (pereżempju għal reati sesswali) li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin Dan ifisser li l-membri tal-pubbliku u l-midja ma jitħallewx jidħlu fl-awla tal-qorti. Tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li l-vittma tkun ġarrbet ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat għall-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet. Madankollu l-imħallef dejjem jaqta' s-sentenza fil-qorti bil-miftuħ.
Jekk tixtieq tikseb kumpens għall-ħsara permezz tal-qorti kriminali (billi tagħmel talba ċivili fil-proċedimenti kriminali), trid tipprova l-ħsara li soffrejt. L-imħallef jivvaluta t-talba ċivili tiegħek fl-aħħar tal-proċedimenti. Tul il-proċess int trid tkun irrappreżentat. Jekk trid tevita l-kuntatt dirett mal-konvenut, jista’ jattendi l-proċedimenti l-avukat tiegħek f'ismek (mhux possibbli li tirrifjuta l-preżenza tal-imputat fl-awla). L-unika darba li inti trid tattendi personalment huwa meta tissejjaħ bħala xhud.
Mhux possibbli li tiddefendi l-każ tiegħek separatament mal-prosekutur pubbliku.
Jekk tkun tajt dikjarazzjoni waqt investigazzjoni, ma jfissirx awtomatikament li int se tiġi mitlub sabiex tikkonferma d-dikjarazzjoni tieghek fil-qorti. Issir eċċezzjoni meta l-kawża tiegħek tkun qed tinstema' fil-qorti ta' assize2 (cour d'assises/hof van assisen).
Jekk madankollu int tissejjaħ sabiex tidher personalment, u tkun ingħatajt miżura protettiva, jew jekk ma tkunx fil-pajjiż, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet permezz ta' vidjokonferenza jew ta' telekonferenza Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.
Bħala xhud, int intitolat għal kumpens li jkun jikkonsisti f'ammont fiss (indennizz għall-parteċipazzjoni) u kumpens għal kull kilometru (indennizz għall-ivvjaġġar). Sabiex tikseb dan il-kumpens trid tikkuntattja lir-reġistru (greffe/griffie) tal-qorti fejn int tkun dhert bħala xhud, u tippreżenta ċ-ċitazzjoni li tkun irċevejt mingħand l-uffiċju tal-qorti, flimkien ma' prova tal-identità. Int tista' tikseb dan il-kumpens minnufih mir-reġistru waqt il-ħinijiet tal-ftuħ.
Bħala minuri tkun protett milli tiżvela l-identità tiegħek. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.
Jekk tkun ġejt intervistat permezz ta' mezzi awdjoviżivi ma jkunx hemm għalfejn tidher personalment, ħlief meta l-imħallef jiddeċiedi li dan ikun meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-verità. F'dan il-każ, irid jordnalek tidher personalment, u jrid jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. Madankollu, tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li tkun vittma ta' ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat fuq il-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet.
Jekk tkun ressaqt talba ċivili bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tattendi int stess is-sessjoni jew li jkollok rappreżentanza legali.
Għall-ewwel parir legali tista' tikkonsulta lit-tim ta' assistenza legali tal-ewwel fażi (aide juridique de première ligne/juridische eerstelijnsbijstand), li l-avukati tiegħu jagħtu pariri b'xejn f'ċerti ħinijiet f'jiem speċifiċi, u jistgħu jirreferuk għal servizzi speċjalizzati skont il-każ. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qrati, fil-qrati tal-maġistrati ċivili, f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Iċ-ċentri ġuridiċi (maisons de justice/justitiehuizen) jinstabu f'kull distrett ġuridiku (id-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli bil-Franċiż jew bl-Olandiż), jew inkella tista' tikkuntattja xi servizz ta' sapport għall-vittmi.
Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu tiegħek, din l-assistenza tista' tingħata kollha kemm hi, jew parti minnha b'xejn, skont l-arranġamenti tal-għajnuna legali tat-tieni fażi. Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.
Jekk trid tapplika għall-għajnuna tat-tieni fażi trid tikkuntattja lill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali (Bureau d'Aide Juridique/Bureau voor Juridische Bijstand) li jinsab f'kull bini tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li int għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.
Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali. Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali (ara hawn taħt), tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li tkun qed tisma' l-każ.
Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.
Waqt il-proċeduri tal-qorti tista' tiġi megħjun mill-persunal ta' ċentru ġuridiku jew minn servizz ta' sapport għall-vittmi
Jekk tkun f'periku waqt il-proċedimenti kriminali u l-prosekutur pubbliku jagħtik anonimità totali jew b'mod parzjali waqt il-fażi investigattiva, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet waqt il-proċess permezz ta' telekonferenza jew ta' vidjokonferenza. Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.
Jekk tiġi msejjaħ biex tidher fil-qorti bħala xhud u ma tajtx evidenza waqt l-investigazzjoni, l-imħallef jista' jordna li l-identità tiegħek ma tiġix żvelata fil-minuti tas-seduta ta' smigħ.
Jekk int vittma ta' stupru jew attentat fuq il-pudur tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.
Jekk l-akkużat ma jkunx taħt arrest preventiv qabel smigħ il-kawża, u int inkwetat dwar il-prospett li tiġi direttament f'kuntatt miegħu qabel is-smigħ tas-seduta tiegħek, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-persunal ta' ċentru ġuridiku. Xi binjiet tal-qrati għandhom kmamar għall-istennija separati għall-vittmi, sabiex jiġu evitati kuntatti bħal dawn.
Jekk se tfittex kumpens finanzjarju waqt il-proċediment kriminali, trid tressaq talba ċivili fil-proċedimenti kriminali. It-talba tiegħek tista' telenka kull tip ta' ħsara sofferta, bħal ħsara fuq il-persuna u l-ispejjeż mediċi relatati, ħsara morali, ħsara materjali (pereżempju it-telf tal-introjtu, ir-ripetizzjoni tas-sena tal-istudju, it-telf tal-impjieg u ħsara fuq vetturi jew ħwejjeġ), spejjeż għall-funeral, eċċ.
Jekk l-awtur tal-ksur jinstab ħati, il-qorti kriminali taqta' sentenza fuq it-talba ċivili tiegħek u ssib li int intitolat għal kumpens. Il-qorti mbagħad tevalwa l-kontenut tat-talba għall-kumpens.
Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel talba fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq it-talba ċivili quddiem il-qorti ċivili billi tħarrek il-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Pereżempju inti stess trid tipprova li l-kontroparti hija responsabbli għall-ħsara li għamlitlek, madankollu int tista' tagħmel dan billi tippreżenta kopji tal-evidenza mill-kawża kriminali, anki jekk il-proċedimenti twaqqfu. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, l-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Ftakar li l-ftuħ ta' talba quddiem il-qorti ċivili timplika spejjeż.
Jekk il-prosekutur legali ddeċieda li jwaqqa' l-azzjoni kriminali (soluzzjoni bonarja jew il-medjazzjoni fil-każijiet kriminali), dan huwa mod ieħor kif int tista' takkwista kumpens mingħand it-trasgressur. Tista' wkoll tikseb kumpens mingħand it-trasgressur permezz tal-medjazzjoni. Pereżempju, f'ħafna każijiet tirċievi kumpens jekk il-prosekutur legali jipproponi medjazzjoni f'każijiet kriminali, jew soluzzjoni bonarja mat-trasgressur.
Mhux dejjem possibbli tikseb kumpens mingħand it-trasgressur (pereżempju jista' jagħti l-każ li t-trasgressur ma jistax jiġi identifikat jew miżmum), jew li tieħu l-kumpens kollu mingħand assigurazzjoni. Jekk int kont il-vittma ta' reat vjolenti premeditat, f'ċerti ċirkostanzi tista' tikseb kumpens mill-Istat. Għal aktar informazzjoni dwar il-possibilità ta' kumpens mill-Istat, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġni informattivi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-kumpens għall-vittmi fil-Belġju (disponibbli bil-Franċiż, l-Olandiż, il-Ġermaniż u l-Inġliż kif ukoll f'lingwi oħra).
Jekk l-akkużat jinstab ħati, irid iħallas l-ispejjeż tal-azzjoni ċivili, li jkunu jinkludu parti mit-tariffi tal-avukat. Il-qorti tistipula ċ-ċifra ta' kumpens meta taqta' s-sentenza fil-kawża.
Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew għax tkun ħarrikt direttament lill-akkużat jew għax bdejt proċedimenti kriminali permezz ta' kwerela b'talba ċivili, u l-akkużat jinstab mhux ħati, il-qorti tista' tordnalek tħallas l-ispejjeż kollha jew parti speċifika mill-ispejjeż imġarrba mill-Istat u mill-akkużat.
Int tista' titlob għal medjazzjoni riparatriċi (médiation réparatrice/herstelbemiddeling) f'kull ħin waqt il-proċedimenti: qabel ma' każ imur quddiem il-qorti, waqt li l-qorti tkun qiegħda tittrattah, u wara li l-qorti taqta' s-sentenza. Il-medjazzjoni riparatriċi taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.
Il-medjazzjoni riparatriċi ma jwettaqhiex l-Istat, iżda żewġ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, Suggnomè fil-Fjandri u Médiante fil-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju.
Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.
L-imħallef tal-qorti tal-minorenni jista' jagħti sentenza li tordna il-medjazzjoni riparatriċi jew id-djalogu fi grupp (concertation restauratrice en groupe/hergo).
Jekk inti parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 jew xhud, iżda ma tafx bil-lingwa li qed tintuża fil-proċedimenti, jinħatar interpretu. Madankollu, d-dokumenti legali ma jistgħux jiġu tradotti b'xejn.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?
Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?
Jekk ressaqt talba bħala parti ċivili għall-proċedimenti kriminali (partie civile / burgerlijke partij), tista' tappella jekk il-qorti tiċħad it-talba tiegħek għad-danni jew jekk tqis li l-kumpens li ngħatajt kien żgħir wisq. Ma tistax tappella jekk l-imputat jinstab ħati, jew jekk taħseb li s-sentenza imposta fuq l-imputat ma kinitx ħarxa biżżejjed. (Il-prosekutur pubbliku jista' jappella għal dawk ir-raġunijiet.)
Iddeċiedi malajr, għax fil-kawżi kriminali kull appell normalment ikollu jiddaħħal fi żmien 15-il jum. L-appelli jridu jiġu ppreżentati fir-reġistru (greffe / griffie) tal-qorti li tkun wasslet għas-sentenza kkontestata. Tista' tikseb aktar tagħrif fir-reġistru. Jekk ikun hemm appell, il-kawża tiġi kkunsidrata mill-bidu minn qorti superjuri. Inti tiġi nnotifikat bil-ħinijiet u bil-post. Il-proċedura ta' appell hija bażikament l-istess bħall-proċedura fl-ewwel istanza. Ma għandekx għalfejn tirreġistra għat-tieni darba bħala parti ċivili fil-proċedimenti. Madankollu ma tistax tirreġistra bħala parti ċivili għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell.
Ma jistax isir appell sħiħ, fuq punti ta' fatt u ta' dritt (appel / hoger beroep), kontra s-sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni fuq punti ta' dritt biss (pourvoi / voorziening).
Ma tistax tressaq appell sħiħ ieħor (appel / hoger beroep) minn sentenza mogħtija wara appell sħiħ.
Ma jistax isir appell kontra sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell fuq punti tad-dritt quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.
Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma teżaminax il-fatti tal-kawża: hija tikkunsidra sempliċement kienx hemm ksur tal-proċedura u jekk il-liġi ġietx applikata ħażin jew interpretata ħażin. Il-Qorti tal-Kassazzjoni tista' biss tikkonferma jew tannulla s-sentenza. Ma tistax tisma' iktar xhieda jew taqta' l-kawża mill-bidu. Jekk tannulla s-sentenza, tirrinvijaha għar-ritrattazzjoni minn qorti oħra fl-istess livell tal-qorti li tkun tat is-sentenza ta' qabel. Is-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni mhix vinkolanti fuq il-qorti l-ġdida.
Importanti li tkun taf mill-bidu li bħala vittma ma tiġix infurmat awtomatikament bis-sentenza tal-qorti (sakemm ma tkunx ressaqt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali). Jekk la int u lanqas l-avukat tiegħek ma kontu preżenti fil-mument li ngħatat is-sentenza fil-qorti, trid tikkuntattja lill-awtoritajiet int stess jew tistaqsi lill-persunal taċ-ċentru tal-ġustizzja (maison de justice / justitiehuis) biex jinfurmawk.
Bħala vittma tista' skont ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' fir-rigward ta' kif se tiġi servuta s-sentenza, pereżempju rigward liv mill-priġunerija, detenzjoni limitata, sorveljanza elettronika, libertà provviżorja bil-ħsieb ta' deportazzjoni jew estradizzjoni, jew libertà kkundizzjonata.
Jekk it-talba ċivili tiegħek tiġi milqugħa, tista' f'ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' jekk il-persuna kkundannata tingħata kwalunkwe arranġament speċjali biex isservi s-sentenza.
Inkella, tista' titlob li tiġi rikonoxxut bħala vittma billi tressaq talba quddiem il-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi (tribunal d’application des peines / strafuitvoeringsrechtbank). It-talba tiegħek tiġi milqugħa jekk il-qorti tiddeċiedi li jkollok interess leġittimu.
Skont ċerti kundizzjonijiet int għandek id-drittijiet li ġejjin bħala vittma:
Eżempji
Jekk trid teżerċita kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet trid timla formola ta' dikjarazzjoni ta' vittma, u tippreżentaha jew tibgħatha lir-reġistru tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi jew lil ċentru tal-ġustizzja.
Fis-seduti tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi dejjem tista' tkun assistit jew rappreżentat minn avukat. Tista' titlob ukoll l-għajnuna lil waħda mill-għaqdiet għall-appoġġ tal-vittmi rikonoxxuti uffiċjalment, jew minn servizz għall-appoġġ tal-vittmi jew l-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi fil-qorti, pereżempju meta tkun se tattendi seduta tal-qorti
Tista' tikseb iktar informazzjoni miċ-ċentru tal-ġustizzja, mill-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi jew mingħand l-avukat tiegħek.
Waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza, sew jekk it-trasgressur ikun qed jiskonta s-sentenza fil-ħabs u sew jekk barra, dejjem tista' tirrikorri għall-medjazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja
Il-Kummissjoni għall-Għajnuna Finanzjarja għall-Vittmi ta' Atti Intenzjonali ta' Vjolenza
Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux reliġjużi
Timijiet ta' Servizzi ta' SOS tat-Tfal
Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ
Il-Pulizija lokali u federali jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija lokali huma responsabbli mid-dmirijiet bażiċi tal-pulizija u joperaw skont filosofija ta’ “pulizija fil-komunità”. Il-pulizija federali huma responsabbli mill-kompiti speċjalizzati tal-pulizija.
Il-pulizija lokali u federali
KUNTATTI:
E-mail: ibznet@ibz.fgov.be
Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu diversi dipartimenti u kumitati li huma responsabbli mill-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi inkluż id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u d-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja.
Id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali
Id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja
KUNTATTI:
Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja: Websajt: https://justitie.belgium.be
Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri tal-ġustizzja agħfas hawn.
Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenza (Commission pour l’aide financière aux victimes d'actes intentionnels de violence / Commissie voor financiële hulp aan slachtoffers van opzettelijke gewelddaden) ġiet stabbilita bl-Att tal-1 ta’ Awwissu 1985. Hija għandha rwol importanti billi tipprovdi kumpens mill-Istat lill-vittmi tad-delitti ta' vjolenza.
Il-Kummissjoni
KUNTATTI:
Websajt: https://justice.belgium.be
Fil-Fjandri u fi Brussell hemm 11-il Ċentru ta' Għajnuna Ġenerali (Centra Algemeen Welzijnswerk — CAW), li kull wieħed għandu dipartiment li jgħin lill-vittmi ta' reati.
Iċ-Ċentri
KUNTATTI:
Websajt: http://https://www.caw.be
Għad-dettalji tal-kuntatti tal-25 CAW agħfas hawn.
Fil-Wallonja s-Servizzi ta' Għajnuna lil Ċittadini mhux Reliġjużi (Services Laïques d'Aide aux Justiciables) toffri assistenza mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità imma wkoll, pereżempju, lill-priġunieri u lill-priġunieri lliberati.
Dawn is-servizzi
KUNTATTI:
Websajt: http://www.ulb.ac.be/
Għad-dettalji tal-kuntatti tal-fergħat lokali, agħfas hawn.
Iċ-Ċentru Soċjali u Psikoloġiku (Sozial-Psychologisches Zentrum — SPZ) huwa organizzazzjoni li topera fil-parti tal-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u joffri assistenza lill-vittmi tal-kriminalità.
Iċ-Ċentru
KUNTATTI:
SPZ Eupen: info.eupen@spz.be
SPZ St. Vith: http://www.ulb.ac.be/
Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal (Vertrouwenscentra Kindermishandeling) huma ċentri speċjalizzati, stabbiliti mill-gvern Fjamming, li għandhom metodu speċjali ta' ħidma li huwa immirat lejn is-sikurezza u l-benesseri tat-tfal.
Iċ-Ċentri
KUNTATTI:
Websajt: http://www.kindinnood.org/
Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri agħfas hawn.
Il-Federazzjoni ta’ Timijiet ta' SOS tat-Tfal (Fédération des Équipes SOS-Enfants) tipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-vittmi ta’ abbuż ta’ tfal fil-Wallonja.
It-Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal
KUNTATTI:
Websajt: http://www.federationsosenfants.be/
Is-Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ (Jugendhilfedienst— JHD) jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-minuri li huma vittmi ta' delitti fil-partijiet li jitkellmu bil-Ġermaniż fil-Belġju.
Is-Servizz
KUNTATTI:
Websajt: https://ostbelgienlive.be/desktopdefault.aspx/tabid-6204/10670_read-3830/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.