1 - Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

A. Jekk jien ċittadin barrani, dan jaffettwa l-investigazzjoni?

Le, fil-prinċipju, dan ma jaffettwax l-investigazzjoni.

Jekk ma tistax tikkomunika b’mod adegwat bil-Ġermaniż, int għandek id-dritt li titlob interpretu, li jinħatar mingħajr ħlas matul l-interrogazzjoni tiegħek. Ma għandekx għalfejn twieġeb u ma għandek twieġeb l-ebda mistoqsija jekk l-interpretu ma jkunx preżenti. L-interpretu jinterpreta l-mistoqsijiet li jsirulek f’lingwa li tista’ tifhem. L-interpretu jinterpreta wkoll it-tweġibiet tiegħek lura bil-Ġermaniż.

L-interpretu jeħtieġlu fi kwalunkwe każ jinterpreta l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar punti ta’ liġi li inti meħtieġ tingħata skont il-liġi. Jekk tixtieq hekk, l-interpretu jgħinek ukoll fir-relazzjonijiet tiegħek mal-avukat tad-difiża assenjat (iżda mhux ma’ avukat tal-għażla tiegħek).

Jekk inti tiġi nnotifikat b’ordni mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jew b’deċiżjoni tal-qorti, tista’ titlob ukoll assistenza sabiex dawn id-dokumenti jiġu tradotti. Jekk tixtieq tikkonsulta l-atti tal-kawża tiegħek, traduttur jgħinek biss jekk ma jkollokx avukat tad-difiża u ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li tagħmel arranġamenti għat-traduzzjoni tal-partijiet rilevanti tal-atti tal-kawża inti stess.

B. X’inhuma l-istadji ta’ investigazzjoni?

  • L-għan tal-investigazzjoni kriminali huwa li jiġi ddeterminat jekk twettaqx reat kriminali u, jekk iva, minn min.
  • Ladarba jitmexxew investigazzjonijiet kontra persuna suspettata b’reat speċifiku, dik il-persuna titqies bħala l-akkużata.
  • Il-qorti jeħtiġilha tieħu ċerti passi fl-investigazzjoni. Jeħtiġilha tibni mill-ġdid ir-reat u tmexxi dawk li huma magħrufa bħala proċedimenti kontenzjużi. Il-prosekutur pubbliku u l-akkużat, flimkien mal-avukat tad-difiża tiegħu/tagħha, ikunu preżenti matul dawn il-proċedimenti u għandhom id-dritt li jagħmlu mistoqsijiet lill-persuna taħt interrogazzjoni. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu wkoll lill-qorti sabiex tiġbor aktar provi jekk iqisu li dan ikun meħtieġ fl-interess pubbliku.
  • L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u/jew id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jistgħu jieħdu l-biċċa l-kbira tal-passi investigattivi fuq inizjattiva tagħhom stess mingħajr il-kunsens tal-qorti. Dawn il-passi jinkludu, b’mod partikolari, inkjesti u interrogazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment tal-identità tal-persuni, il-qbid tal-proprjetà, it-twettiq ta’ tfittxijiet fuq il-ħwejjeġ ta’ persuna u kwalunkwe oġġett fil-pussess tagħha, eċċ..
  • Ordni tal-qorti hija meħtieġa biex jiġi impost u estiż l-arrest preventiv. L-istess japplika għall-użu ta’ miżuri koerċittivi b’rabta mad-drittijiet fundamentali (eż. postijiet ta’ tiftix protetti mid-drittijiet tad-detentur tad-dar, aċċess għal kontijiet bankarji, interċezzjoni telefonika jew analiżi tad-data tat-telefown).
  • L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jeħtiġilhom iwaqqfu l-investigazzjoni jekk ma jkun sar l-ebda reat kriminali, jew jekk il-fatti stabbiliti ma jkunux biżżejjed sabiex jiġi mixli l-akkużat. Fil-każijiet l-oħra kollha fejn il-fatti jkunu ġew determinati biżżejjed, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jressqu kawża quddiem il-qorti kompetenti.
  • L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jirtiraw minn prosekuzzjoni ulterjuri (devjazzjoni) f’każijiet li ma jistgħux jitwaqqfu, iżda fejn is-sentenza ma tidhirx li hija meħtieġa minħabba li l-akkużat (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet) iħallas multa. Id-devjazzjoni ma tkunx possibbli jekk ir-reat jirriżulta fil-mewt ta’ persuna jew jekk jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti ta’ mħallef onorarju jew ta’ qorti b’ġurija, fi kliem ieħor f’każijiet li jkollhom sentenza ta’ ħabs ta’ aktar minn ħames snin (bħala regola).

i. Fażi tal-ġbir tal-provi / Setgħat tal-investigaturi

Il-qorti jeħtiġilha tieħu ċerti passi fl-investigazzjoni. Jeħtiġilha tibni mill-ġdid ir-reat u tmexxi dawk li huma magħrufa bħala proċedimenti kontenzjużi. Il-prosekutur pubbliku u l-akkużat, flimkien mal-avukat tad-difiża tiegħu/tagħha, ikunu preżenti matul dawn il-proċedimenti u għandhom id-dritt li jagħmlu mistoqsijiet lill-persuna taħt interrogazzjoni. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu wkoll lill-qorti sabiex tiġbor aktar provi jekk iqisu li dan ikun meħtieġ fl-interess pubbliku.

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni li jmexxu d-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali huma responsabbli għat-twettiq tal-investigazzjonijiet. Id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jibda l-investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jekk persuna terza tippreżenta rapport mal-pulizija, jew permezz ta’ ordni tal-prosekutur pubbliku.

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jew id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jeħtiġilhom jinfurmawk f’kull każ li tkun qiegħed taħt investigazzjoni u għaliex. Barra minn hekk, trid tiġi infurmat li, bħala l-akkużat, inti m’intix obbligat tagħmel stqarrija u li jekk tagħmel stqarrija, din tista’ tintuża bħala prova kontrik.

Jekk tkun wettaqt ir-reat li int qed tiġi akkużat bih u jekk dan tammettih (jekk tammetti li inti ħati), dan ikun fattur importanti ta’ mitigazzjoni meta l-qorti tiddeċiedi dwar is-sentenza tiegħek. Madankollu, dikjarazzjoni ta’ ħtija ma taffettwax l-andament tal-proċess.

ii. Kustodja tal-pulizija

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u/jew id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jistgħu jieħdu l-biċċa l-kbira tal-passi investigattivi fuq inizjattiva tagħhom stess mingħajr il-kunsens tal-qorti. Dawn il-passi jinkludu, b’mod partikolari, inkjesti u interrogazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment tal-identità tal-persuni, il-qbid tal-proprjetà, it-twettiq ta’ tfittxijiet fuq il-ħwejjeġ ta’ persuna u kwalunkwe oġġett fil-pussess tagħha, eċċ.

iii. Interrogazzjoni

iv. Arrest preventiv

Ordni tal-qorti hija meħtieġa biex jiġi impost u estiż l-arrest preventiv. L-istess japplika għall-użu ta’ miżuri koerċittivi b’rabta mad-drittijiet fundamentali (eż. postijiet ta’ tiftix protetti mid-drittijiet tad-detentur tad-dar, aċċess għal kontijiet bankarji, interċettazzjoni telefonika jew analiżi tad-data tat-telefown).

Tista’ titpoġġa taħt arrest preventiv biss jekk ikun hemm suspett qawwi li inti tkun wettaqt reat u jekk ikun hemm ukoll raġuni għad-detenzjoni (riskju ta’ ħarba, riskju li jinqerdu l-provi jew riskju li jitwettaq reat). Il-kunsens tal-qorti huwa meħtieġ għall-arrest tiegħek (mill-uffiċjali tad-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali) (sakemm ma tinqabadx fl-att jew ma jkunx hemm periklu imminenti).

L-arrest preventiv irid jiġi impost mill-qorti u jrid jiġi eżegwit f’ħabs. Id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jista’ jżommok arrestat għal massimu ta’ 48 siegħa qabel ma jittrasferik lejn il-qorti mingħajr dewmien żejjed.

Il-liġi ma tispeċifikax jekk u kif tista’ tinforma lill-familja jew lill-ħbieb tiegħek dwar id-detenzjoni tiegħek. Is-servizzi soċjali huma disponibbli f’kull ħabs sabiex jgħinuk fi kwistjonijiet bħal dawn.

Id-deċiżjoni dwar l-arrest preventiv tiegħek trid tinqaralek, jekk ikun meħtieġ bl-għajnuna ta’ interpretu. Jeħtieġ li tingħata kopja bil-miktub ta’ din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni trid tiddikjara n-natura tar-reat li hemm suspett qawwi li inti wettaqt. Trid issemmi wkoll il-fatti kollha li fl-opinjoni tal-qorti jiġġustifikaw id-detenzjoni tiegħek.

Jeħtieġ li tkun irrappreżentat minn avukat tad-difiża matul il-perjodu sħiħ tal-arrest preventiv tiegħek. Jekk ma taħtarx wieħed inti, l-avukat jiġi assenjat lilek.

Id-deċiżjoni tal-qorti li timponi l-arrest preventiv tittieħed matul seduta orali.

Fi żmien tlett ijiem, inti tista’ tappella quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri kontra d-deċiżjoni li timponi, jew li iktar tard testendi, l-arrest preventiv.

Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-arrest preventiv hija għal perjodu ta’ żmien limitat. Id-deċiżjoni li jiġi impost l-arrest preventiv hija effettiva għal erbatax-il jum. Id-deċiżjoni li testendi l-arrest preventiv tiegħek għall-ewwel darba hija effettiva għal xahar. Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li testendi d-detenzjoni tiegħek hija effettiva għal xahrejn.

L-arrest preventiv ma għandux ikun itwal minn 6 xhur b’kollox, iżda jista’ jiġi estiż minħabba s-serjetà tar-reat.

C. X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni?

Għandek drittijiet differenti skont id-diversi passi u stadji tal-investigazzjoni:

  • L-investigazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-provi
  • L-arrest u l-arrest preventiv
  • L-akkużi kriminali
  • It-tħejjija għal proċess mid-difiża

Fi kwalunkwe każ, għandek id-drittijiet li ġejjin irrispettivament mill-istadju speċifiku tal-proċedimenti:

  • Jeħtieġlek tiġi infurmat mill-aktar fis possibbli dwar il-fatt li qed issir investigazzjoni kontrik, dwar ir-reat li int issuspettat bih u dwar id-drittijiet proċedurali ewlenin tiegħek.
  • Matul kull stadju tal-proċedimenti, għandek id-dritt għal avukat tal-għażla tiegħek jew li tapplika għal avukat tal-għajnuna legali. Jekk il-fatti jew il-kwistjonijiet legali jkunu kumplessi, tista’ titlob li jiġi assenjat lilek avukat tal-għajnuna legali għall-proċedimenti kollha. Fi proċedimenti kriminali kontra persuni barranin, li ma jkunux familjari mas-sistema legali Awstrijaka, dan x’aktarx ikun il-każ. Fil-każijiet kollha li jeħtieġu dik li hija magħrufa bħala difiża obbligatorja, l-avukat tad-difiża jiġi assenjat lilek fi kwalunkwe każ jekk ma taħtarx wieħed inti stess. Jekk ma tkunx irrappreżentat minn avukat tad-difiża tal-għajnuna legali, inti trid tħallas l-ispejjeż tal-avukat tad-difiża assenjat.

L-aktar stadji importanti fejn irid ikollok avukat tad-difiża huma: il-perjodu kollu tal-arrest preventiv, matul il-proċedimenti għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-awturi ta’ reati bi kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, proċedimenti quddiem qorti ta’ imħallef onorarju jew qorti b’ġurija, jew proċess quddiem imħallef wieħed, jekk ir-reat jista’ jġorr miegħu sentenza ta’ ħabs ta’ aktar minn 3 snin.

  • Tikkonsulta l-atti tal-kawża tiegħek;
  • Li tikkummenta dwar l-allegazzjonijiet imqajma kontrik, jew li tibqa’ sieket;
  • Li titlob l-kumpilazzjoni tal-provi;
  • Li tappella kontra miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jew mid-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali, kif ukoll kontra deċiżjonijiet tal-qorti;
  • Li tiġi assenjat traduttur/interpretu.

i. X’inhu d-dritt tiegħi għal interpretu u għal traduzzjonijiet?

Jekk ma tistax tikkomunika b’mod adegwat bil-Ġermaniż, int għandek id-dritt li titlob interpretu, li jinħatar mingħajr ħlas matul l-interrogazzjoni tiegħek. Ma għandekx għalfejn twieġeb u ma għandek twieġeb l-ebda mistoqsija jekk l-interpretu ma jkunx preżenti. L-interpretu jinterpreta l-mistoqsijiet li jsirulek f’lingwa li tista’ tifhem. L-interpretu jinterpreta wkoll it-tweġibiet tiegħek lura bil-Ġermaniż.

L-interpretu jeħtieġlu fi kwalunkwe każ jinterpreta l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar punti ta’ liġi li inti meħtieġ tingħata skont il-liġi. Jekk tixtieq hekk, l-interpretu jgħinek ukoll fir-relazzjonijiet tiegħek ma’ avukat tad-difiża assenjat (iżda mhux ma’ avukat tal-għażla tiegħek).

Jekk inti tiġi nnotifikat b’ordni mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jew b’deċiżjoni tal-qorti, tista’ titlob ukoll assistenza sabiex dawn id-dokumenti jiġu tradotti. Jekk tixtieq tikkonsulta l-atti tal-kawża tiegħek, traduttur jgħinek biss jekk ma jkollokx avukat tad-difiża u ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li tagħmel arranġamenti għat-traduzzjoni tal-partijiet rilevanti tal-atti tal-kawża inti stess.

ii. X’inhuma d-drittijiet tiegħi għall-informazzjoni u aċċess għall-atti tal-kawża?

Bħala persuna akkużata, int għandek id-dritt li tikkonsulta l-atti tal-kawża tiegħek. B’dan il-mod int titgħallem aktar dwar il-provi kontrik. F’każijiet eċċezzjonali, partijiet individwali tal-atti tal-kawża jistgħu ma jkunux aċċessibbli għall-konsultazzjoni. Għandek id-dritt li tippreżenta l-provi tiegħek stess fi kwalunkwe ħin.

iii. X’inhu d-dritt tiegħi ta’ aċċess għal avukat u li terzi jkunu infurmati bis-sitwazzjoni tiegħi?

Ma għandekx għalfejn ikollok avukat, ħlief f’każijiet li jeħtieġu rappreżentanza minn avukat tad-difiża. Madankollu, irrispettivament minn jekk intix detenut jew le, għandek id-dritt li tikkonsulta avukat fi kwalunkwe ħin, jekk tixtieq. Trid tingħatalek ukoll il-possibbiltà li jkollok interpretu meta tkun qed tikkonsulta l-avukat tad-difiża assenjat.

Jekk tiġi arrestat u taf l-isem ta’ avukat li tixtieq li jiddefendik, tista’ wkoll tikkuntattjah(a) direttament jew permezz tal-pulizija. Jekk ma tafx avukati tad-difiża, tista’ tuża s-servizz tal-għassa tal-kamra tal-avukati.

iv. X’inhu d-dritt tiegħi għall-għajnuna legali?

Matul kull stadju tal-proċedimenti, int għandek id-dritt li tiddefendi l-avukat tal-għażla tiegħek jew li tagħmel rikors għal avukat tad-difiża. Jekk il-fatti jew il-kwistjonijiet legali jkunu kumplessi, tista’ titlob li jiġi assenjat lilek avukat tal-għajnuna legali għall-proċedimenti kollha. Fi proċedimenti kriminali kontra persuni barranin, li ma jkunux familjari mas-sistema legali Awstrijaka, dan x’aktarx ikun il-każ. Fil-każijiet kollha fejn ikun rekwiżit, jiġi assenjat lilek avukat tad-difiża f’każ li ma taħtarx wieħed inti stess. Jekk ma tkunx irrappreżentat minn avukat tad-difiża tal-għajnuna legali, inti trid tħallas l-ispejjeż tal-avukat tad-difiża assenjat.

v. X’inhu importanti li wieħed ikun jaf dwar:

a. Il-preżunzjoni tal-innoċenza

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jeħtiġilhom iwaqqfu l-investigazzjoni jekk ma jkun twettaq l-ebda reat kriminali, jew jekk il-fatti stabbiliti ma jkunux biżżejjed sabiex l-akkużat jinstab ħati. Fil-każijiet l-oħra kollha fejn il-fatti jkunu ġew determinati biżżejjed, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jressqu kawża quddiem il-qorti kompetenti.

b. Id-dritt li wieħed jibqa’ sieket u li wieħed ma jinkriminax ruħu

Il-persuni għandhom id-dritt li jibqgħu siekta jekk, pereżempju, inkella jesponu lilhom infushom jew lil qarib (l-Artikolu 156(1)(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Strafprozeßordnung)) għal riskju ta’ prosekuzzjoni kriminali jew, b’rabta ma’ proċedimenti kriminali mressqa kontrihom, għal riskju li jinkriminaw lilhom infushom aktar milli fix-xhieda preċedenti tagħhom.

vi. X’inhuma s-salvagwardji speċifiċi għat-tfal?

Jekk it-tfal jew il-minorenni nfushom kienu vittmi ta’ vjolenza jew xhieda tagħha, dawn għandhom id-dritt għal assistenza psikosoċjali u ġudizzjarja.

D. X’inhuma t-termini legali matul l-investigazzjoni?

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jeħtiġilhom iwaqqfu l-investigazzjoni jekk ma jkun twettaq l-ebda reat kriminali, jew jekk il-fatti stabbiliti ma jkunux biżżejjed sabiex l-akkużat jinstab ħati. Fil-każijiet l-oħra kollha fejn il-fatti jkunu ġew determinati biżżejjed, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jressqu kawża quddiem il-qorti kompetenti.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 - Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess

A. Fejn isir il-proċess?

Il-proċess isir fil-qorti fejn l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jkunu ressqu l-akkużi finali. Bħala regola, din se tkun il-qorti b’ġuriżdizzjoni lokali fejn twettaq ir-reat kriminali. Il-provi huma pubbliċi bi ftit eċċezzjonijiet.

Skont in-natura tal-piena, id-deċiżjoni tittieħed minn imħallef wieħed, qorti tal-imħallfin onorarji jew qorti bil-ġurija. Il-persuni lajċi wkoll huma preżenti fil-qrati tal-imħallfin onorarji jew fil-qrati bil-ġurija.

B. L-akkużi jistgħu jiġu mmodifikati? Jekk iva, x’inhu d-dritt tiegħi għall-informazzjoni f’dan ir-rigward?

Ladarba jiġu ppreżentati l-akkużi kontrik, ma għadux possibbli li jiġi ristrett l-aċċess għall-atti tal-kawża. Minn dan il-punt ’il quddiem, sal-aktar tard, ikollok aċċess għall-atti tal-kawża kollha disponibbli għall-qorti. Il-qorti tagħmel preparamenti għall-proċess.

Tista’ titlob provi li jgħinuk tħejji għall-proċess, jekk tixtieq. B’mod partikolari, tista’ tagħmel mistoqsijiet lix-xhieda. Fit-talba tiegħek għall-provi, jeħtieġlek tindika liema fatti tixtieq iġġib prova tagħhom permezz tal-provi inkwistjoni. Tista’ tintalab ukoll tiddikjara r-raġuni għaliex temmen li l-provi li tkun tlabt huma xierqa.

Jekk int tkun akkużat b’reat ieħor matul il-proċess, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jestendu l-akkużi kontrik u l-proċess jista’ jiġi estiż sabiex jinkludi l-akkużi l-ġodda, sakemm ma jġorrux sentenza aktar ħarxa mill-akkużi oriġinali.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti hija marbuta biss bil-fatti deskritti fl-att tal-akkuża u mhux bi kwalunkwe valutazzjoni legali mogħtija mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni. Il-qorti tista’ tikkwalifika r-reat li bih tkun ġejt akkużat b’mod differenti mill-klassifikazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni fl-att tal-akkuża.

C. X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt id-dehriet tiegħi quddiem il-qorti?

Bħal matul il-proċedimenti kriminali kollha, inti għandek ukoll id-dritt li tibqa’ sieket matul il-proċess. Ma għandekx għalfejn tikkummenta dwar l-akkużi mressqa kontrik.

Jekk tammetti l-akkużi matul il-proċess, dan ikollu wkoll effett ta’ mitigazzjoni meta tiġi ddeterminata s-sentenza. Madankollu, ammissjoni ta’ ħtija ma tbiddilx l-andament tal-proċess. Ma tkunx ikkastigat jekk ma tgħidx il-verità.

Il-qrati tal-imħallfin onorarji u l-qrati bil-ġurija ma jistgħux imexxu l-proċedimenti fl-assenza tiegħek. Barra minn hekk, inti jeħtieġlek ukoll li dejjem tkun irrappreżentat minn avukat tad-difiża fi proċedimenti bħal dawn. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal proċess permezz ta’ vidjokonferenza.

Jekk ma tifhimx biżżejjed bil-Ġermaniż, iridu jitqabbdu s-servizzi ta’ interpretu għall-proċess. L-interpretu jinterpreta l-avvenimenti ewlenin matul il-proċess b’lingwa li inti tifhem.

Matul il-proċess, għandek ukoll id-dritt li tissottometti talbiet, speċjalment talbiet għall-provi.

Fi proċess quddiem qorti tal-imħallfin onorarji jew quddiem qorti bil-ġurija, jeħtieġlek tkun irrappreżentat minn avukat tad-difiża, filwaqt li, għal tipi oħra ta’ proċedimenti, il-ħatra ta’ avukat tad-difiża hija fakultattiva.

Tista’ tbiddel l-avukat tad-difiża li tkun għażilt inti fi kwalunkwe ħin. Madankollu, dan ma għandux idewwem il-proċedimenti b’mod mhux raġonevoli.

i. Jien meħtieġ li nkun preżenti fil-qorti? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex inkun assenti matul il-kawża fil-qorti?

Ma intix obbligat tibqa’ fl-Awstrija għall-investigazzjoni kollha. Jekk tixtieq, tista’ wkoll titlob lill-avukat tiegħek sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħek jiġu protetti matul l-investigazzjoni.

Fil-prinċipju, ikollok bżonn tiġi l-Awstrija għal kwalunkwe interrogazzjoni. Matul l-investigazzjoni, jista’ jintuża kollegament bil-vidjow biss jekk l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni Awstrijaċi jagħmlu talba f’dan is-sens, inti taqbel ma’ din il-proċedura u l-pajjiż tiegħek jipprevedi l-interrogazzjoni tal-persuni akkużati permezz ta’ kollegament bil-vidjow. Madankollu, l-akkużat ma jistax jiġi interrogat bit-telefown.

ii. X’inhu d-dritt tiegħi għal interpretu u għal dokumenti tradotti?

Jekk ma tifhimx biżżejjed bil-Ġermaniż, iridu jitqabbdu s-servizzi ta’ interpretu għall-proċess. L-interpretu jinterpreta l-avvenimenti ewlenin matul il-proċess b’lingwa li inti tifhem.

iii. Għandi dritt għal avukat?

Fi proċess quddiem qorti tal-imħallfin onorarji jew quddiem qorti bil-ġurija, jeħtieġlek tkun irrappreżentat minn avukat tad-difiża, filwaqt li, għal tipi oħra ta’ proċedimenti, il-ħatra ta’ avukat tad-difiża hija fakultattiva.

Tista’ tbiddel l-avukat tad-difiża li tkun għażilt inti fi kwalunkwe ħin. Madankollu, dan ma għandux idewwem il-proċedimenti b’mod mhux raġonevoli.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

A. Għandi d-dritt li nappella d-deċiżjoni tal-qorti?

Imputat jista’ jappella quddiem qorti superjuri minn kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li tikkundannah. Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati distrettwali u minn imħallfin uniċi fil-qrati reġjonali, jista’ jiġi ppreżentat appell sħiħ. L-għan tiegħu huwa li jikkontesta kemm il-verdett tal-ħtija kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-piena. F’dawn il-proċedimenti, tista’ titlob ukoll li jinġabru provi ġodda, jew tista’ tippreżenta provi ġodda.

Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati ta’ mħallfin onorarji jew qrati bil-ġurija, tkun tista’ tappella biss il-piena, iżda mhux il-verdett ta’ ħtija. Dawn is-sentenzi jistgħu jiġu kkontestati biss permezz ta’ appell għal invalidità, li fih tista’ tallega żbalji fil-proċedura fir-raġunijiet tas-sentenza u żbalji tad-dritt.

Ma tistax tikkontesta l-eżami tal-provi mill-imħallef. Ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda prova ġdida.

Trid tħabbar l-intenzjoni tiegħek li tappella sentenza jew minnufih, jew meta tingħata s-sentenza, jew fi żmien massimu ta’ tlett ijiem. Il-qorti mbagħad tagħti s-sentenza bil-miktub u tinnotifikak biha jew tinnotifika lill-avukat tad-difiża tiegħek. Imbagħad, l-avukat tiegħek irid jippreżenta l-appell bil-miktub fi żmien erba’ ġimgħat.

Il-prosekuzzjoni għandha l-istess dritt ta’ appell.

B. X’għażliet ta’ rikors oħra għandi?

Imputat jista’ jappella quddiem qorti superjuri minn kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li tikkundannah. Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati distrettwali u minn imħallfin uniċi fil-qrati reġjonali, jista’ jiġi ppreżentat appell sħiħ. L-għan tiegħu huwa li jikkontesta kemm il-verdett tal-ħtija kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-piena. F’dawn il-proċedimenti, tista’ titlob ukoll li jinġabru provi ġodda, jew tista’ tippreżenta provi ġodda.

Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati ta’ mħallfin onorarji jew qrati bil-ġurija, tkun tista’ tappella biss il-piena, iżda mhux il-verdett ta’ ħtija. Dawn is-sentenzi jistgħu jiġu kkontestati biss permezz ta’ appell għal invalidità, li fih tista’ tallega żbalji fil-proċedura fir-raġunijiet tas-sentenza u żbalji tad-dritt.

C. X’inhuma l-konsegwenzi jekk niġi kkundannat?

i. Fedina penali

Id-Direttorat tal-Pulizija Federali fi Vjenna jżomm reġistru kriminali għall-Awstrija kollha. Dan għandu jkun fih, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

  • il-kundanni finali kollha mill-qrati kriminali Awstrijaċi;
  • il-kundanni finali kollha minn qrati barranin fir-rigward ta’ ċittadini barranin u ta’ persuni domiċiljati jew residenti l-Awstrija; u
  • id-deċiżjonijiet kollha mill-qrati kriminali nazzjonali u barranin relatati ma’ dawn il-kundanni.

Ma huwa possibbli l-ebda appell kontra entrati fir-reġistru kriminali. Skont il-gravità tad-delitt, l-entrati fir-reġistru kriminali jitħassru wara ċertu perjodu ta’ żmien.

v. Eżekuzzjoni ta’ sentenza, trasferiment ta’ priġunieri

Huwa possibbli li tiskonta s-sentenza tiegħek f’pajjiżek jekk tixtieq jew jekk taqbel. Għandek issib ir-regoli applikabbli fil-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati (b’mod partikolari l-Artikolu 3).