Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali, bħall-“fuljett ta’ informazzjoni għall-vittmi ta’ reati”, jew id-dettalji ta’ sit web li jkun fih dik l-informazzjoni.
Skont it-tip ta’ reat, iċ-ċirkostanzi personali tiegħek, jew ir-rilevanza ta’ dan għall-istadju partikolari tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti kriminali, l-aċċess għall-informazzjoni li ġejja għandu jiġi offrut lilek sa mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija:
Inti intitolat(a) li tikseb aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe ħin, kemm jekk irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.
Inti intitiolat(a) tirċievi s-servizzi stabbiliti fil-Karta tal-Vittmi jekk ir-reat seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq, jew jekk is-servizzi huma relatati ma’ proċedimenti kriminali li qegħdin isiru fl-Irlanda ta’ Fuq. [1]
[1] L-eliġibbiltà għal kumpens mis-Servizzi ta’ Kumpens tista’ tiddependi mir-residenza jew min-nazzjonalità tiegħek, sakemm ma tiġix identifikat(a) b’mod konklużiv bħala vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, jew sakemm ma tingħatax ażil, protezzjoni umanitarja jew awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza.
Inti intitolat(a) tirċievi dawn li ġejjin mingħand il-pulizija:
Inti intitolat(a) tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mingħand il-pulizija sabiex tkun tista’ tikseb aċċess għall-appoġġ tagħhom fi kwalunkwe ħin.
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet, mingħajr dewmien bla bżonn, meta persuna suspettata tiġi:
Jekk inti ma tifhimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) li titlob interpretazzjoni f’lingwa li tifhem:
Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bl-Ingliż, għandek id-dritt li titlob traduzzjoni tal-informazzjoni li ġejja:
[1] Inti intitolat(a) li tirrapporta r-reat b’lingwa li tifhem jew bl-assistenza lingwistika neċessarja jekk ma titkellimx bl-Ingliż.
Il-fornituri ta’ servizzi skont il-Karta tal-Vittmi jridu jikkomunikaw miegħek b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa (eż. EasyRead, Braille jew l-użu ta’ Intermedjarju Reġistrat) sabiex jgħinuk tifhem u tinftiehem. Meta jikkunsidraw il-miżuri xierqa, il-fornituri ta’ servizzi jridu jqisu kwalunkwe karatteristika personali rilevanti li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tifhem u tinftiehem.
Hemm firxa ta’ fuljetti ta’ informazzjoni disponibbli li jużaw lingwaġġ sempliċi, f’varjetà ta’ formats.
Il-Para. 76 tal-Karta tal-Vittmi jipprovdi intitolament għall-vittmi sabiex jiksbu aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, irrispettivament minn jekk ikunux irrapportaw ir-reat lill-pulizija jew le. Il-Karta tkopri l-Victim Support NI u l-NSPCC Young Witness Service. Għall-NSPCC, l-intitolamenti japplikaw biss meta persuna minorenni jew żagħżugħa tkun trid tixhed fil-qorti. Jistgħu jkunu disponibbli servizzi ta’ appoġġ oħrajn tal-NSPCC barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, bħal servizzi ta’ Childline.
Il-pulizija jispjegawlek li huma jgħaddu awtomatikament id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi meta tirrapporta r-reat. Inti għandek id-dritt titlob lill-pulizija sabiex ma jgħaddux id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.
Meta jkunu meħtieġa jikkondividu informazzjoni skont il-Karta tal-Vittmi, il-fornituri ta’ servizzi jridu jagħmlu dan b’mod effettiv u f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998 u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
Le - inti għandek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe ħin, kemm jekk tkun irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.
Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni tar-reati, il-fornitur ta’ servizz irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali sabiex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika għal protezzjoni u jiġi ddeterminat jekk il-vittma tibbenefikax u, jekk iva, sa liema punt, minn miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi jew minn Miżuri Speċjali matul l-interrogazzjoni jew Miżuri Speċjali matul ix-xhieda.
In-natura tal-valutazzjoni tkun tiddependi miċ-ċirkostanzi kollha, inklużi s-severità tar-reat u l-grad ta’ dannu evidenti mġarrab mill-vittma. Il-valutazzjoni trid tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi personali tal-vittma, il-fehmiet tagħha, u n-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat.
Meta, minħabba l-valutazzjoni individwali, fornitur ta’ servizz ikun identifika vittma bħala waħda li għandha ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u li tibbenefika minn miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni matul l-interrogazzjoni tagħha, il-fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ reat irid jiżgura wkoll, soġġett għal restrizzjonijiet prattiċi u operazzjonali, li dawn li ġejjin ikunu disponibbli:
Fil-każ improbabbli ta’ persuna suspettata li taħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba jsiru jafu bil-ħarba jew jiġu nnotifikati dwarha mill-ħabs, jinnotifikawk kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li l-persuna suspettata tirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ dannu għalik.
Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni tar-reati, dan irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali sabiex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni. F’ħafna mill-każijiet ikunu l-pulizija.
Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija sabiex jiġu identifikati kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u sa liema punt. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, kif ukoll il-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar il-livell ta’ appoġġ ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.
Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija sabiex jiġu identifikati kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u sa liema punt. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, kif ukoll il-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar il-livell ta’ appoġġ ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.
Inti għandek id-dritt għal intitolamenti miżjuda skont il-Karta tal-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk il-kwalità tax-xhieda tiegħek x’aktarx li tkun affettwata minħabba li ssofri minn:
[1] Dan huwa bbażat fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Ordni dwar l-Evidenza Kriminali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1999 sabiex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà tax-xhieda għal miżuri speċjali.
Inti tkun eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Karta tal-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk ma tkunx għalaqt it-18-il sena fil-mument li jseħħ ir-reat. Din tinkludi l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali jekk inti tixhed fil-qorti.
[1] Dan huwa bbażat fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Ordni dwar l-Evidenza Kriminali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1999 sabiex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà tax-xhieda għal miżuri speċjali.
Il-qraba stretti tal-persuna deċeduta huma intitolati li jirċievu servizzi skont il-Karta tal-Vittmi bħal vittmi tal-aktar reat serju.
Il-kelliem tal-familja għall-vittmi ta’ reat li għandhom diżabbiltà jew għall-vittmi li jkunu korrew b’mod tant gravi bħala riżultat ta’ reat kriminali li ma jkunux jistgħu jikkomunikaw.
Jekk għandek diżabbiltà jew korrejt b’mod tant gravi b'riżultat ta’ reat kriminali li ma tistax tikkomunika, inti jew il-qraba stretti tiegħek għandkom id-dritt li tinnominaw kelliem tal-familja li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt sabiex jiġu riċevuti s-servizzi skont il-Karta tal-Vittmi.
Il-ġenitur jew it-tutur ta’ vittma li għandha inqas minn 18-il sena.
Jekk inti vittma li għandek inqas minn 18-il sena, inti u, ġeneralment, il-ġenitur jew it-tutur tiegħek, għandkom id-dritt li tirċievu servizzi skont il-Karta tal-Vittmi. [1]
[1] Ħlief jekk il-ġenitur jew it-tutur tiegħek ikun qed jiġi investigat jew ikun ġie akkużat mill-pulizija b’konnessjoni mar-reat, jew inkella jekk, fl-opinjoni raġonevoli tal-fornitur tas-servizzi involut, ma jkunx fl-aħjar interessi tiegħek li l-ġenitur jew it-tutur tiegħek jirċievi tali servizzi.
L-għan tal-ġustizzja restorattiva huwa li tipprova tgħin sabiex tissewwa l-ħsara (inkluża l-ħsara mentali u emozzjonali) kkawżata mir-reat. Kwalunkwe prattiki tal-ġustizzja restorattiva huma kompletament volontarji - mhuwiex obbligatorju li tieħu sehem fihom - u huma assistiti minn faċilitatur imħarreġ. Il-ġustizzja restorattiva tista’ tinvolvi kuntatt dirett u indirett bejnek u t-trażgressur. Tista’ tkun bil-miktub, verbali jew tinvolvi laqgħa proprja. Il-partijiet kollha għandhom ċans li jgħidu x’ġara u li jispjegaw l-impatt tar-reat. Qabel dan, issir tħejjija miegħek, mill-fornitur tas-servizz rilevanti, sabiex ikun żgurat li inti tħossok appoġġat.
Jiddaħħlu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ħaġa li taqbel li tieħu sehem fiha tkun sikura; dejjem ikun hemm faċilitatur imħarreġ preżenti matul kwalunkwe laqgħa bejnek u t-trażgressur. Jekk it-trażgressur ikun ammetta l-ħtija u jkun lest li jieħu sehem f’laqgħa jew jikkomunika miegħek, inti jaf tkun tista’ tispjega lit-trażgressur kif affettwak l-inċident. Imbagħad inti tista’ tiddeċiedi li tfittex apoloġija, jew taqbel fuq attività li t-trażgressur irid iwettaq sabiex jagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun saret.
Il-Karta tal-Vittmi tpoġġiet quddiem l-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq mid-Dipartiment tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 31(2) tal-Att tal-Ġustizzja (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-2015.
Il-Karta tal-Vittmi tistabbilixxi s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-Irlanda ta’ Fuq lill-vittmi ta’ reati mill-organizzazzjonijiet ewlenin tal-ġustizzja kriminali u minn organizzazzjonijiet oħrajn b’funzjonijiet rilevanti. Dawn l-organizzazzjonijiet jissejħu "fornituri ta’ servizzi".
L-intitolamenti fil-Karta tal-Vittmi japplikaw għall-vittmi kollha, irrispettivament mill-istatus tar-residenza tagħhom.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-ewwel nett, għandek tirrapporta reat lill-pulizija.
Tista’ tagħmel dan b’għadd ta’ modi:
Emerġenza: F’emerġenza, ċempel 999 jew 18000 għall-utenti ta’ telefon testwali. Emerġenza hija meta jkun ġie kkawżat reat serju jew meta jkun qed isir reat u l-persuni suspettati jkunu fuq ix-xena tar-reat.
Servizz ta’ messaġġ testwali (SMS) f’każ ta’ emerġenza: Il-pulizija joperaw skema ta’ reġistrazzjoni ta’ messaġġi testwali (SMS) f’każ ta’ emerġenza sabiex jgħinu lil dawk b’ċerti diżabbiltajiet jikkuntattjawhom f’emerġenza. Dan is-servizz jippermetti wkoll lill-pulizija jgħaddu t-talbiet għal assistenza lis-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza. Is-servizz huwa disponibbli biss għall-utenti prereġistrati li jkunu mlew formola ta’ applikazzjoni (aktar dettalji u formola ta’ applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit web tal-pulizija http://www.psni.police.uk/).
Mhux Emerġenza: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, ċempel fuq 101.
Reat ta’ mibegħda: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, ċempel fuq 101, imbagħad iddajlja 2.
Dan huwa b’żieda mal-modi l-oħrajn ta’ rapportar tar-reat stabbilit f’din it-taqsima.
Rapportar minn partijiet terzi: Jekk tassew ma tridx jew ma tistax tirrapporta r-reat inti stess, dan jista’ jiġi rrapportat minn xi ħadd ieħor għalik, bħal membru tal-familja jew organizzazzjoni volontarja. Huma jagħmlu l-kuntatt inizjali mal-pulizija. Inti xorta tkun involut aktar tard fil-proċedimenti.
Żur l-għassa tal-pulizija lokali tiegħek: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, tista’ wkoll tirrapportah fl-għassa tal-pulizija lokali tiegħek, matul il-ħinijiet tal-ftuħ.
Ir-reat jista’ jiġi rrapportat ukoll bil-modi li ġejjin:
Crimestoppers: Jekk ma tridx tagħti ismek, tista’ tirrapporta reat b’mod anonimu billi ċċempel fuq il-linja telefonika ta’ għajnuna karitatevoli mingħajr ħlas ta’ Crimestoppers fuq 0800 555 111. Dan is-servizz mhuwiex parti mill-pulizija.
Inċident f’Port jew Ajruport: Meta l-inċident ikun seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Belfast jew fil-Port ta’ Belfast, għandek tikkuntattja lill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Belfast fuq 028 9448 4400 (bl-estensjoni 4412) / telefon ċellulari 077 1081 9183 jew lill-Pulizija fil-Port ta’ Belfast fuq 028 9055 3000. Meta jseħħ inċident kbir jew serju bħal omiċidju, att ta’ terroriżmu jew serq bl-użu tal-armi, dan jista' jiġi rrapportat ukoll lis-Servizz tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq. L-inċidenti fl-Ajruport tal-Belt ta’ Belfast jiġu ttrattati mis-Servizz tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq, permezz tan-numri ta’ kuntatt li jidhru hawn fuq.
L-Ombudsman tal-Pulizija: Jekk temmen li ġie kommess reat minn uffiċjal tal-pulizija, għandek tirrapportah lill-Ombudsman tal-Pulizija, li min-naħa tiegħu jinvestigah u jkun jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi għal prosekuzzjoni kriminali.
Jekk inti vittma ta’ reat, għandek id-dritt li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li tingħata spjegazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn tar-raġunijiet għala persuna suspettata tkun ġiet:
Inti għandek id-dritt li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien bla bżonn minn meta jirċevuha l-pulizija:
Il-vittmi u x-xhieda mhumiex partijiet fil-proċeduri kriminali u, għalhekk, mhumiex eliġibbli għal għajnuna legali fl-Irlanda ta’ Fuq.
Jekk tintalab tattendi l-qorti sabiex tagħti x-xhieda tiegħek, jista’ jkollok tħallas għal aspetti bħall-ivvjaġġar tiegħek. Inti tista’ tapplika sabiex dawn il-flus jitħallsu lura. Dan huwa soġġett għal limiti ta’ żmien sabiex il-flus jintalbu lura u għal rati standard għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll ammonti massimi ta’ kuljum għal telf ta’ qligħ. L-ispejjeż ma jitħallsux sabiex issir dikjarazzjoni lill-pulizija dwar ir-reat kriminali.
Id-dettalji dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu rrimborżati l-ispejjeż mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika, kif ukoll ir-rati li japplikaw jistgħu jinstabu fuq http://www.ppsni.gov.uk/Publications-7873.html.
Jekk tittieħed deċiżjoni mis-servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika li ma ssirx prosekuzzjoni, u inti ma taqbilx ma’ din id-deċiżjoni, għandek id-dritt li titlob li ssir reviżjoni tad-deċiżjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika.
Id-dritt għal reviżjoni ta’ deċiżjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika li ma ssirx prosekuzzjoni japplika irrispettivament mit-tip ta’ reat jew mill-grad potenzjali tal-qorti. Meta d-deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni tittieħed mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, u dik id-deċiżjoni ma tkunx tista’ tiġi riveduta minn awtorità ogħla, ir-reviżjoni tista’ titwettaq mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi. Aktar dettalji dwar id-dritt għal reviżjoni u kif din taħdem jistgħu jinstabu fuq http://www.ppsni.gov.uk/.
Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża.
Għall-finijiet tal-Karta tal-Vittmi, “vittma” hija:
Jekk taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk taf waħda mill-persuni involuti fil-każ, tista’ tintalab tipprovdi x-xhieda tiegħek bħala xhud tal-karattru, ġeneralment mid-difiża. Fi kwalunkwe każ, ix-xhieda tiegħek tista’ tkun kruċjali sabiex jiġu garantiti l-kundanna jew il-ħelsien tal-akkużat.
Il-Karta tal-Vittmi tistabbilixxi l-intitolamenti għall-vittmi. Din hija disponibbli hawnhekk: https://www.garda.ie/en/victim-services/garda-victim-service/victim-charter-2020.pdf.
Jekk kont xhud ta’ reat kriminali, iżda m'intix vittma, jista’ jkollok aċċess għas-servizzi skont il-Karta tax-Xhieda. Din hija disponibbli hawnhekk: https://www.justice-ni.gov.uk/publications/witness-charter.
Jekk taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk taf waħda mill-persuni involuti f’każ, tista’ tintalab tipprovdi x-xhieda tiegħek bħala xhud tal-karattru, ġeneralment mid-difiża.
Jekk inti vittma ta’ reat, Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma (Victim Personal Statement - VPS) tagħtik opportunità li tispjega fi kliemek stess kif affettwak reat, kemm jekk fiżikament, emozzjonalment, finanzjarjament jew bi kwalunkwe mod ieħor. Din hija differenti minn dikjarazzjoni ta’ xhud dwar x’ġara f’dak il-mument, bħal dak li rajt jew smajt.
Inti għandek id-dritt li tiġi offrut(a) l-opportunità li tagħmel VPS ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni li ssir prosekuzzjoni kontra xi ħadd għar-reat.
Il-VPS tagħtik leħen fil-proċess tal-ġustizzja kriminali. Madankollu, ma għandekx tagħti l-fehmiet tiegħek dwar l-akkużat, kwalunkwe reat allegat jew reat ieħor, jew dwar kwalunkwe piena li taħseb li għandha tingħata. Dan minħabba li dawn il-fehmiet mhumiex ammissibbli fil-qorti. Qabel ma tingħata d-dikjarazzjoni lill-imħallef, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika għandu jneħħi kwalunkwe informazzjoni li ma għandhiex tkun fiha.
Id-dikjarazzjoni personali tal-vittma tintuża fil-qorti jekk l-akkużat jinstab ħati jew iwieġeb li huwa ħati. Din tiġi eżaminata mill-prosekutur, mill-akkużat, mir-rappreżentant legali tiegħu u mill-imħallef. Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat, il-qorti għandha tikkunsidra l-partijiet rilevanti tad-dikjarazzjoni personali tal-vittma meta tiġi biex tiddetermina s-sentenza. F’xi każijiet, jista’ ma jkunx possibbli li tiġi kkunsidrata dikjarazzjoni, jekk il-każ jiġi ttrattat malajr ħafna mill-qrati, pereżempju, jekk ikun hemm dikjarazzjoni ta’ ħtija bikrija jew jekk il-każ jiġi ttrattat mal-ewwel dehra fil-qorti.
Inti intitolat(a) li:
Jekk inti xhud matul il-proċess, inti intitolat(a) li:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-vittmi ma għandhom ebda dritt ta’ appell kontra l-kundanna jew is-sentenza tat-trażgressur.
Wara l-proċess, inti intitolat(a) li:
(i) Jekk jiġi ppreżentat appell quddiem il-Crown Court kontra kundanna jew sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati.
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bl-informazzjoni li ġejja mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi:
Inti intitolat(a) wkoll li:
(ii) Jekk jiġi ppreżentat appell kontra kundanna jew sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, jew jiġu ppreżentati talba jew appell quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit f’kawża kriminali fuq punt tal-liġi.
Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) b’dawn li ġejjin mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi:
Wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-appell, jekk inti qarib strett ta' xi ħadd li miet, f’każ li jikkwalifika, tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa mal-PPS sabiex jiġu spjegati n-natura tal-appell u l-proċessi tal-qorti.
Il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Kawżi Kriminali
Malli tirċievi applikazzjoni mingħand trażgressur, il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Kawżi Kriminali twettaq rieżamijiet tal-kundanni u tas-sentenzi imposti bħala riżultat tat-trażgressjoni kriminali tat-trażgressur. Il-Kummissjoni tista’ tirreferi kundanna jew sentenza għal appell ġdid jekk ikun hemm xi informazzjoni ġdida jew argument ġdid li jistgħu jfissru li l-kundanna mhijiex sikura jew li s-sentenza hija twila wisq. Il-Kummissjoni tirċievi madwar 1000 applikazzjoni kull sena mingħand persuni kkundannati u tirreferi madwar 30-40 kawża għal appell ġdid. Meta tirrieżamina kawża, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali fuqek u tiddeċiedi jekk għandekx tiġi nnotifikat(a). Il-Kummissjoni tirreġistra r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha rigward il-forma ta’ kuntatt miegħek u f’każijiet xierqa tinnotifika lill-pulizija b’dawk id-deċiżjonijiet.
Jekk trażgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija, jiddaħħal l-isptar jew ikun taħt superviżjoni tal-Bord tal-Probation, inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi dwar l-aċċess għal skema rilevanti ta’ informazzjoni lill-vittmi wara l-kundanna. Inti intitolat(a) li titlob lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi sabiex tipprovdilek ċerta informazzjoni. L-Unità, li hija ġestita mill-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq, tikkoordina servizz uniku tal-vittmi li jkopri t-tliet skemi kollha ta’ informazzjoni lill-vittmi. It-tliet skemi huma l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi dwar il-ħelsien tal-priġunieri (PRVIS), l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi tal-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq u l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi dwar trażgressuri b’disturbi mentali. Dawn huma relatati ma’:
Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar il-Ħelsien tal-Priġunieri (PRVIS)
Jekk tirreġistra mal-iskema, tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu), dwar:
Fil-każijiet ta’ priġunieri mogħtija priġunerija għall-għomor, sentenza ta’ kustodja indeterminata jew sentenza ta’ kustodja estiża li huma soġġetti għal kunsiderazzjonijiet ta’ ħelsien mill-Kummissarji tal-Parole, inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar meta l-priġunier ikun qed jiġi kkunsidrat sabiex jingħata l-ħelsien. Inti tkun intitolat(a) wkoll li tgħarraf lill-Kummissarji tal-Parole bil-fehmiet tiegħek dwar il-ħelsien (permezz tal-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi) qabel ma dak il-priġunier jiġi kkunsidrat sabiex jingħata l-ħelsien. Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissarji tal-Parole u, jekk din tkun li għandu jinħeles il-priġunier, li tiġi informat(a) dwar l-arranġamenti tal-liċenzjar li japplikaw.
Inti intitolat(a) wkoll li jkollok l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tiegħek lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, jew li tirreġistra t-tħassib li jkollok dwar is-sigurtà personali tiegħek u li tali tħassib jiġi kkunsidrat bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni, meta trażgressur japplika għal ħelsien temporanju jew ikun ser jinħeles fuq liċenzja.
Kultant, ikun possibbli biss li tiġi informat(a) dwar ħelsien wara li jkun seħħ. Fil-każ improbabbli ħafna li trażgressur fil-kawża li inti involut(a) fiha jaħrab mid-detenzjoni, inti tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) dwar dan, mingħajr dewmien bla bżonn, mill-pulizija jew mis-servizz tal-ħabs, sakemm il-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma tkunx ta’ periklu għal xi ħadd jew sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ dannu identifikat għat-trażgressur li jirriżulta minn dan. Inti intitolat(a) ukoll li tiġi informat(a) mill-pulizija jew mis-servizz tal-ħabs bi kwalunkwe miżura sussegwentement meħuda sabiex tipproteġik.
Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi tal-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq
Jekk tirreġistra mal-iskema, tkun intitolat(a) li tirċievi informazzjoni mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu), dwar:
Inti intitolat(a) wkoll li tagħżel kif trid li tirċievi din l-informazzjoni (pereżempju, wiċċ imb wiċċ, bit-telefon jew bil-miktub) u li tiddiskuti kwalunkwe tħassib li jista’ jkollok ma’ membru tal-persunal tal-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi. F’ċerti każijiet, l-Unità toffrilek ukoll l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet u t-tħassib tiegħek f’rapport dwar il-vittma, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Kummissarji tal-Parole.
Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar Trażgressuri b’Disturbi Mentali
Din l-iskema tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe perjodu ta’ liv ta’ assenza mill-isptar li jkun ikkunsidrat għal trażgressur u meta jitħalla jitlaq b'mod kundizzjonali jew assolut mill-isptar. Jekk tirreġistra għal din l-iskema, tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu):
Int intitolat(a) wkoll li jkollok l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tiegħek, bil-miktub, lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar kif il-liv jew il-liċenzjar propost jista’ jaffettwa s-sigurtà jew il-benesseri tiegħek, kif ukoll x’kundizzjonijiet jista’ jkun soġġett għalihom trażgressur meta jħalli l-isptar.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Jekk inti vittma ta’ reat vjolenti tista’ titlob kumpens. Sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin, għandek tirrapporta l-inċident lill-pulizija mill-aktar fis possibbli wara li jseħħ u tippreżenta rikors għal kumpens fi żmien sentejn (mid-data tal-inċident li kkawża d-dannu). Il-limitu ta’ żmien ta’ sentejn jista’ jiġi rrinunzjat jekk is-Servizzi tal-Kumpens iqisu li hemm raġuni tajba għad-dewmien u jkun fl-interessi tal-ġustizzja li jsir dan. Aktar informazzjoni dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reat vjolenti tista’ tinstab fuq http://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries.
Kumpens ordnat mill-qorti
Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Crown Court għandha setgħat bla limitu, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trażgressur.
L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u rappreżentazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.
Il-qrati jagħtu importanza konsiderevoli lill-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.
L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ kumpens hija responsabbiltà tal-qrati.
Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq.
Jista' jkun li tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries
Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, jista' jkun li tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries
Meta s-Servizzi tal-Kumpens ikunu ddeċidew li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, huma jistgħu jikkunsidraw li jagħmlu pagament interim. Jekk ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, x'aktarx li dan ikun minħabba li jkunu qegħdin jistennew sakemm jinftiehem l-impatt fit-tul tad-dannu mġarrab minnek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Victim Support NI toffri informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ fil-qrib. Ara l-Karta tal-Vittmi u l-Karta tax-Xhieda. http://www.victimsupportni.com/
Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi jinkludi linja ta’ informazzjoni għall-vittmi: +44 808 168 9293
Iva.
Il-pulizija u t-Taqsima għall-Ħarsien għall-Vittmi u x-Xhieda għandhom jipprovdulek informazzjoni dwar fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva.
Ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tal-karità jipprovdu assistenza, pariri dwar l-appoġġ, konsulenza u servizzi ġenerali u speċjalizzati oħrajn lill-vittmi ta’ reati, f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.