Päivitystä suomennetaan parhaillaan.
Seuraavat kielet ovat jo saatavilla: saksavirohollanti.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Meta tikkuntattja lill-awtorità, int tirċievi informazzjoni dwar:

  • kif tirrapporta r-reat; u
  • kwalunkwe servizz ta’ appoġġ għall-vittmi li hu disponibbli mingħajr ma jiġi rapportat ir-reat.

Hemm ukoll gwida disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Pulizija u tal-Gwardja tal-Fruntiera.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Id-drittijiet tiegħek jiġu protetti indipendentement mill-pajjiż tal-UE fejn sfajt vittma tar-reat. Int tista’ tirrapporta r-reat u, jekk ikun hemm bżonn, tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi kemm fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat kif ukoll fil-pajjiż fejn tgħix.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Meta tirrapporta reat, int tkun intitolat(a) li tirċievi l-informazzjoni li ġejja:

  • fuq talba tiegħek, konferma bil-miktub li int irrapportajt reat;
  • notifika, fi żmien għaxart ijiem, dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ jew ta’ nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedimenti kriminali;
  • jekk jinfetħu proċedimenti kriminali, int tiġi interrogat(a) bħala vittma u tiġi mistoqsi(ja) jekk tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar l-arrest u l-ħelsien tal-persuna suspettata, u dwar il-ħin u l-post tal-proċess; minbarra dan,
  • meta titlesta l-investigazzjoni preliminari tal-każ, il-prosekutur pubbliku jinnotifikak li int intitolat(a) teżamina l-kontenut tal-fajl kriminali.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Kull min ma jifhimx jew ma jitkellimx bl-Estonjan hu intitolat għal interpretazzjoni matul il-proċedimenti. Int intitolat(a) biex, fuq talba, tirċievi traduzzjoni ta’ kwalunkwe test li jkun essenzjali għall-fehim tad-deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali jew tas-sentenza tal-qorti jew għall-iżgurar tal-ġustizzja tal-proċedimenti.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li jien nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

L-awtoritajiet iridu jaraw li int tifhem dak li jiġi spjegat lilek u li int tiġi mifhum(a). Għal dan l-għan, ikun hemm skedi ta’ informazzjoni f’lingwa li tinftiehem faċilment u speċjalisti mħarrġa disponibbli fl-għassa tal-pulizija jew fl-uffiċċju tal-prosekutur. Int dejjem tkun intitolat(a) għal interpretu tal-lingwa tas-sinjali.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma pprovduti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Jekk int vittma ta’ vjolenza fuq in-nisa, int tista’ tirrikorri wkoll għaċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċentri ta’ rifuġju għan-nisa għall-għajnuna.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Il-pulizija tinformak dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi u tirreferik għal assistent tal-vittmi jekk ikun hemm bżonn. Ħafna għases tal-pulizija jkollhom assistent tal-vittmi preżenti f’kull ħin.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

L-informazzjoni kollha li tinġabar matul il-proċedimenti kriminali hi kunfidenzjali u ma tinqasamx mal-pubbliku qabel il-proċess pubbliku. Il-qorti tista’ tiddikjara wkoll li l-proċess tiegħek isir in camera, f’liema każ lanqas l-informazzjoni diskussa matul il-proċess ma tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Le, kulħadd għandu aċċess għall-appoġġ ġenerali għall-vittmi, kemm jekk jirrapportaw reat kif ukoll jekk le. Madankollu, hemm servizzi speċifiċi ta’ appoġġ għall-vittmi, bħall-kumpens għall-vittmi ta’ vjolenza jew benefiċċji għall-appoġġ psikoloġiku, li tkun tista’ taċċessa biss wara li tirrapporta reat.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Tista’ titlob lill-prosekutur biex jitlob lill-qorti toħroġ ordni temporanja ta’ restrizzjoni kontra l-persuna suspettata. Ordni temporanja ta’ restrizzjoni tordna lill-persuna suspettata biex ma tersaqx lejn il-postijiet speċifikati mill-qorti u ma tavviċinax lill-persuni speċifikati mill-qorti u lanqas ma tikkomunika mat-tali persuni.

Int tista’ tkun protett(a) b’miżuri ta’ protezzjoni għax-xhieda applikati mill-pulizija fuq it-talba tal-uffiċċju tal-prosekutur.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Jekk tinsab fil-periklu, ikkuntattja lill-pulizija u din tiżgura s-sikurezza tiegħek.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar dannu mit-trasgressur?

Il-pulizija trid tivvaluta kull każ, filwaqt li tiżgura l-prevenzjoni ta’ kwalunkwe dannu.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtoritajiet kollha li jmexxu l-proċedimenti dejjem huma meħtieġa jikkunsidraw l-interessi tiegħek u ma jħallukx iġġarrab vittimizzazzjoni sekondarja matul il-proċedimenti kriminali.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Jekk int vittma ta’ reat serju, tista’ tingħata l-permess li ma jsirulekx mistoqsijiet fil-qorti; inkella, jista’ jkun awtorizzat telesmigħ jew tista’ tintuża partition biex tibqa’ moħbi(ja) mill-persuna akkużata matul l-interrogazzjoni tiegħek fil-qorti.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

L-awtorità li tmexxi l-proċedimenti tista’ tinvolvi uffiċjal ta’ protezzjoni tat-tfal, assistent soċjali jew psikologu fl-interrogazzjoni ta’ vittma li tkun minorenni. Dan hu obbligatorju f’każijiet serji jekk il-persuna li tmexxi l-proċedimenti ma tkunx irċeviet taħriġ xieraq.

Jekk int vittma minorenni u l-interessi tiegħek jinsabu f’kunflitt ma’ dawk tar-rappreżentant legali tiegħek jew tal-ġenituri tiegħek, l-awtorità li tmexxi l-proċedimenti tista’ taħtar avukat għalik mingħajr ħlas bħala għajnuna legali.

Minorenni b’disturbi mentali u t-tfal kollha taħt l-10 snin, jew tfal taħt l-14-il sena f’każijiet ta’ vjolenza domestika jew sesswali, ma jiġux interrogati fil-qorti. Minflok, l-intervista tal-pulizija mal-minorenni tiġi rreġistrata fuq vidjo u tista’ tintuża bħala evidenza fil-qorti.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-membru tal-familja tiegħek miet minħabba r-reat, int ikollok id-drittijiet kollha ta’ vittma matul il-proċedimenti.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-membru tal-familja tiegħek kien vittma ta’ reat, int tkun intitolat(a) li tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma b’mod simili għall-vittma jekk ikun hemm bżonn.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Bil-kunsens tiegħek u dak tal-persuna suspettata, l-uffiċċju tal-prosekutur jista’ jiddeċiedi li jtemm il-proċedimenti kriminali b’konċiljazzjoni (medjazzjoni). Is-servizz ta’ konċiljazzjoni jiġi pprovdut minn assistent ta’ appoġġ għall-vittmi.

Int ikollok id-dritt li fi kwalunkwe ħin ma tibqax parteċipi fil-proċedura ta’ konċiljazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Appoġġ għall-Vittmi

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Päivitystä suomennetaan parhaillaan.
Seuraavat kielet ovat jo saatavilla: viro.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif għandi nirrapporta reat?

Tista’ tirrapporta reat billi ċċempel fuq in-numru tal-emerġenza tal-pulizija 112 (jekk ikollok bżonn ukoll l-assistenza tal-pulizija b’urġenza), tippreżenta rapport bil-miktub fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra elettronika b’rapport lill-prefettura tal-pulizija xierqa. Aktar informazzjoni dwar kif għandek tirrapporta reat hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Wara li tkun irrapportajt reat, int tiġi kkuntattjat u informat dwar kwalunkwe proċedura ulterjuri (eż. tintalab tixhed, tipprovdi informazzjoni dwar xhieda possibbli, tgħin fil-kumpilazzjoni tal-provi, eċċ.) Jekk ikun hemm bżonn, int tingħata wkoll informazzjoni dwar appoġġ possibbli għall-vittmi u dwar miżuri oħra ta’ protezzjoni.

Wara l-interrogazzjoni tiegħek, niżżel in-numru tal-materja kriminali u tal-investigatur responsabbli mill-każ. Dan jagħmilhielek eħfef biex titlob informazzjoni mingħand il-pulizija aktar tard.

Jien intitolat għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int għandek id-dritt li jkollok avukat preżenti matul il-proċedimenti. Jekk ma għandekx il-mezzi biex tqabbad wieħed, int tista’ titlob lill-qorti għal għajnuna legali mill-istat.

Il-vittmi kollha li jkunu minorenni b’interessi li jkunu f’kunflitt ma’ dawk tar-rappreżentanti legali tagħhom ikunu intitolati għal għajnuna legali mill-istat mingħajr ħlas.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi u x-xhieda jkunu intitolati għal kumpens għal spejjeż imġarrba jew għal introjtu mhux riċevut minħabba l-proċedimenti kriminali. Pereżempju, tista’ titlob lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew it-telf tal-qligħ imġarrbin biex tmur tixhed. Biex titlob l-ispejjeż, innotifika lill-awtorità li ħarrkitek u tirċievi struzzjonijiet dwar kif tippreżenta t-talba.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Meta jintemmu l-proċedimenti kriminali, minnufih tintbagħat lilek jew lir-rappreżentant tiegħek kopja tas-sentenza rilevanti. Bħala vittma, int tista’ titlob aċċess għall-fajl kriminali fi żmien 10 ijiem minn meta tirċievi s-sentenza li ttemm il-proċedimenti kriminali. Fi żmien dawk l-10 ijiem, int intitolat ukoll titlob li l-uffiċċju tal-prosekutur jirrieżamina s-sentenza.

Nista’ nkun involut fil-proċess?

Bħala vittma, int parti għall-proċess fuq l-istess termini bħall-partijiet l-oħra u int intitolat li tkun involut fil-proċess.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien meqjus jew nista’ nagħżel li nkun meqjus: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Jekk twettaq reat kontrik, int titqies bħala vittma fil-proċedimenti kriminali. Madankollu, int intitolat ukoll tippreżenta kawża ċivili bħala parti għall-istess proċedimenti. Il-kunċett ta’ prosekuzzjoni privata ma jeżistix fid-dritt tal-Estonja.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaħt il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittma hi intitolata li:

  1. tikkontesta rifjut għat-tnedija jew għat-terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali;
  2. tippreżenta azzjoni ċivili permezz ta’ korp investigattiv jew tal-uffiċċju tal-prosekutur;
  3. tixhed jew tirrifjuta li tixhed kontra persuni qrib tagħha;
  4. tissottometti evidenza;
  5. tippreżenta talbiet u kwereli;
  6. teżamina l-minuti tal-proċedimenti u tagħmel dikjarazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet, il-perkors, ir-riżultati u l-minuti tal-proċedimenti (id-dikjarazzjonijiet tiegħek jiġu rreġistrati bil-miktub);
  7. teżamina l-kontenut tal-fajl kriminali wara li titlesta l-investigazzjoni preliminari tal-kawża;
  8. tieħu sehem fis-seduta l-qorti;
  9. tagħti kunsens jew tirrifjuta milli tagħti kunsens għal rikors għal proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim u tagħti opinjoni dwar l-akkużi u l-piena, l-ammont tad-danni speċifikat fl-atti tal-akkuża u fl-azzjoni ċivili;
  10. tagħti kunsens għal rikors għal ordni temporanja ta’ trażżin u titlob ir-rikors għal ordni ta’ trażżin;
  11. titlob li tiġi interrogat/a minn persuna tal-istess sess fil-każ ta’ vjolenza sesswali, ta’ vjolenza sessista jew ta’ reat imwettaq f’relazzjoni mill-qrib, ħlief meta l-interrogazzjoni ssir minn prosekutur jew minn imħallef jew jekk tkun ta’ xkiel għall-perkors tal-proċedimenti.

Vittma hi meħtieġa:

  1. tidher meta tiġi mħarrka minn korp investigattiv, minn uffiċċju tal-prosekutur jew minn qorti;
  2. tieħu sehem fl-atti proċedurali u tobdi l-ordnijiet tal-korp investigattiv, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u tal-qorti.

Nista’ nagħmel stqarrija jew nixhed matul il-proċess? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int intitolat tagħmel dikjarazzjonijiet u tesprimi l-opinjoni tiegħek matul il-proċess. Int għandek id-dritt li tixhed fil-qorti jekk il-prosekuzzjoni titlob li int tiġi interrogat.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Il-qorti tinformak dwar il-ħin u l-post tas-seduti tal-qorti u int tiġi informat ukoll dwar is-sentenza tal-qorti, li tintbagħtlek sakemm ma tkunx preżenti fiżikament fil-qorti meta tinqata’ s-sentenza.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Int intitolat teżamina l-fajls tal-qorti fl-uffiċċju tal-prosekutur wara li titlesta l-investigazzjoni preliminari jew meta jintemmu l-proċedimenti kriminali. L-uffiċċju tal-prosekutur jinformak dwar dan id-dritt u jagħtik struzzjonijiet dwar kif int tista’ teżamina l-fajls.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Päivitystä suomennetaan parhaillaan.
Seuraavat kielet ovat jo saatavilla: viro.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Bħala parti għall-proċess, int għandek id-dritt li tressaq appell kontra d-deċiżjoni quddiem qorti distrettwali fi żmien 30 jum minn meta tinqata’ s-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Int għandek id-dritt li tiġi notifikat(a) f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk matul il-proċedimenti.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Il-proċess tal-proċedimenti kriminali ma jaffettwax kemm int iddum tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma. Int tista’ tkompli tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma wara l-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali mingħajr ebda terminu perentorju speċifiku.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?

Int tiġi informat(a) dwar is-sentenza tal-qorti, li tiddikjara t-tul tas-sentenza mogħtija lill-persuna suspettata. Int tiġi notifikat(a) ukoll f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk.

Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż rilaxx kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Jekk int titlob hekk matul l-interrogazzjoni tiegħek, tiġi notifikat(a) jekk it-trasgressur kundannat jinħeles jew jaħrab mill-ħabs.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar rilaxx jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Int tista’ tintalab tagħti opinjoni matul il-proċedimenti ta’ rilaxx bikri, iżda ma tistax tappella kontra t-tali deċiżjonijiet.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 - Kumpens

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, kawża ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Int intitolat(a) tippreżenta kawża ċivili kontra l-persuna akkużata biex titlob id-danni bħala parti mill-proċedimenti kriminali. Int tista’ tippreżenta kawża ċivili fi żmien 10 ijiem wara li teżamina l-fajl kriminali. Tista’ titlob ukoll li l-uffiċċju tal-prosekutur jestendi din l-iskadenza.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk it-trasgressur kundannat ma jħallasx l-ammont impost fuqu mis-sentenza tal-qorti, int intitolat(a) tikkuntattja uffiċjal ġudizzjarju, li jorganizza l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-istat iħallasni bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet?

Le, l-istat ma jħallasx għad-danni dovuti minn trasgressur kundannat.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Int tista’ tapplika għal kumpens mill-istat għat-tipi li ġejjin ta’ danni jekk int persuna li tiġi mill-viċin mill-persuna li mietet minħabba reat, jew jekk int vittma ta’ reat ta’ vjolenza, u ġarrabt disturb tas-saħħa li jdum tal-anqas erba’ xhur minħabba r-reat:

  1. ħsara li tirriżulta minħabba l-inkapaċità għax-xogħol jew kapaċità mnaqqsa għax-xogħol;
  2. spejjeż imġarrba minħabba l-ħsara kkawżata lis-saħħa tal-vittma;
  3. ħsara li tirriżulta mill-mewt tal-vittma;
  4. ħsara kkawżata f’nuċċalijiet, f’dentaturi, f’lenti ta’ kuntatt jew f’apparati oħra li jissostitwixxu funzjonijiet tal-ġisem jew fl-ilbies;
  5. l-ispejjeż tal-funeral tal-vittma.

Biex tkun eliġibbli għal kumpens, int trid tirrapporta r-reat lill-pulizija fi żmien 15-il jum minn meta jseħħ jew wara li jkollok l-opportunità li tirrapportah.

Ir-rikors għal kumpens irid jiġi ppreżentat lill-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali fi żmien tliet snin mit-twettiq tar-reat jew mid-data tal-mewt tal-vittma, sakemm:

  1. il-persuna dipendenti ma ssirx taf bil-mewt tal-vittma aktar minn sena wara l-mewt u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mid-data li fiha ssir taf bil-mewt tal-vittma;
  2. ir-rikorrent li jitlob kumpens ma jkunx ġarrab disturb tas-saħħa li jdum aktar minn sena u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rikors kienet impossibbli minħabba l-istat ta’ saħħtu, u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn meta jitjieb l-istat tas-saħħa tiegħu;
  3. il-bażi għall-applikazzjoni għal kumpens hi reat sesswali kontra minorenni u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin wara li l-vittma tkun saret adulta sakemm ir-raġuni għall-proċedimenti kriminali ma tkunx saret evidenti qabel ma saret adulta.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Int tista’ tapplika għal kumpens mill-istat għal vittmi ta’ reat jekk il-proċedimenti kriminali jonqsu milli jidentifikaw lill-persuna li wettqet ir-reat kontrik.

Jekk il-persuna akkużata bir-reat tinħeles mill-qorti iżda int temmen li l-persuna kkawżatlek il-ħsara, int tista’ tippreżenta kawża ċivili.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kumpens lil vittma ta’ vjolenza tista’ tiġi posposta sakemm tinqata’ sentenza tal-qorti tal-kontea jekk:

  1. id-dritt tar-rikorrent li jirċievi kumpens mingħand il-persuna responsabbli għall-ħsara kkawżata mir-reat kriminali jkun inċert, jew
  2. ikun ovvju li l-persuna responsabbli għall-ħsara kkawżata mir-reat kriminali taqbel u tkun tista’ tikkumpensa għall-ħsara.

Jekk l-għoti tal-kumpens jiġi pospost, il-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali jista’ jagħmel ħlas bil-quddiem fuq il-bażi ta’ talba mingħand ir-rikorrent għal kumpens jekk ikun jidher ċar li r-rikorrent ikun eliġibbli għal kumpens u jkun f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jien vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dipartiment ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali
  2. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-ċentri ta’ appoġġ għan-nisa
  3. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord tal-Pulizija u l-Għassa tal-Fruntiera

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

  1. Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi: 6121360 jew 16106 (it-telefonati jitwieġbu Tne-Ġim 9.00-17.00).
  2. Hotline ta’ appoġġ għat-tfal: 16111 (għar-rapportar ta’ tfal li għandhom bżonn l-għajnuna; it-telefonati jittieħdu 24 siegħa kuljum).

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Iva, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-istat?

Is-servizzi tal-istat ta’ appoġġ għall-vittmi jkopru dawn li ġejjin:

  1. konsulenza għall-vittmi;
  2. l-għoti ta’ assistenza lill-vittmi fil-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-istat u tal-gvern lokali u mal-persuni ġuridiċi;
  3. l-iżgurar ta’ akkomodazzjoni sikura;
  4. l-iżgurar ta’ forniment tal-ikel;
  5. l-iżgurar ta’ aċċess għas-servizzi tas-saħħa neċessarji;
  6. l-għoti tal-assistenza materjali neċessarja;
  7. l-għoti tal-assistenza psikoloġika neċessarja;
  8. l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni neċessarji biex jingħataw servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi;
  9. il-forniment ta’ servizzi oħra neċessarji għar-riabilitazzjoni fiżika u psikosoċjali tal-vittmi.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Il-fornituri statali ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu jidderiġuk lejn organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-ċentri ta’ rifuġju għan-nisa

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.