VIDJOKONFERENZJAR TRANSKONFINALI FL-UE

1.1. Kamp ta' applikazzjoni u Sfond

1. Din il-gwida tkopri l-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar fi proċeduri ġudizzjarji transkonfinali fl-Unjoni Ewropea. Hija tiddiskuti l-aspetti organizzattivi, tekniċi u legali tal-użu tat-teknoloġija tal-vidjokonferenzjar.  Barra minn hekk hija tanalizza l-użu tat-tagħmir fl-awli tal-qorti u fil-kmamar tax-xhieda, u l-użu ta' tagħmir mobbli.   Il-gwida tapplika għal każijiet fejn il-vidjokonferenzjar jintuża għal kwalunkwe parti tal-proċeduri legali, partikolarment għall-kumpilazzjoni tax-xhieda minn postijiet remoti fi Stati Membri oħrajn tal-UE.

2. Din il-gwida fiha pariri u gwida għall-professjonisti legali, segretarji tal-qorti u persunal tekniku. Din il-gwida tiddiskuti l-konsiderazzjonijiet prattiċi dwar l-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar li huwa ta' interess partikolari għall-professjonisti legali u l-persunal tal-qorti, u mbagħad teżamina l-aspetti tekniċi li huma ta' interess speċifiku għall-persunal tekniku. L-anness għall-gwida jipprovdi dettalji dwar il-qafas legali għall-użu transkonfinali tal-vidjokonferenzjar f'materji kriminali, kif ukoll ċivili u kummerċjali. Annessi oħrajn jissottolinjaw l-istandards tekniċi li għandhom jitqiesu u jipprovdu sommarju ta' passi prinċipali fil-proċessi għall-użu tal-vidjokonferenzjar fil-proċeduri ġudizzjarji transkonfinali. Dan id-dokument jimmira li jgħin lill-utenti billi jipprovdilhom konsulenza u gwida. Huwa ma jissostitwixxix struzzjonijiet ta' ħidma dettaljati jew struzzjonijiet operattivi dettaljati.

3. Dan id-dokument huwa kkonċernat partikolarment bl-użu tal-vidjokonferenzjar fi proċeduri fil-qrati kriminali, ċivili u kummerċjali.  Madankollu, bosta mill-aspetti tekniċi dwar l-użu tal-vidjokonferenzjar huma ġeneralment aktar applikabbli għall-użu tiegħu fil-komunità ġudizzjarja aktar ġenerali. Is-smigħ tax-xhieda u esperti mhux dejjem issir fil-qrati u huwa possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni ta' vidjokonferenzjar bejn il-qrati u postijiet oħrajn, bħal rappreżentazzjonijiet konsulari u diplomatiċi, ħabsijiet, sptarijiet u ċentri ta' asil. Bħala tali, dan id-dokument jista' jintuża bħala bażi għall-użu tal-vidjokonferenzjar fi proċeduri oħrajn.

4. Normalment fil-proċeduri ċivili transkonfinali jkun hemm żewġ sitwazzjonijiet possibbli fejn ix-xhieda u l-esperti jistgħu jinstemgħu permezz tal-vidjokonferenzjar:

  • Kumpilazzjoni indiretta tax-xhieda, fejn il-qorti fl-istat rikjest tmexxi s-smigħ ta', pereżempju, xhud (taħt ċerti kondizzjonijiet bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti)
  • Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, fejn il-qorti rikjedenti tisma' xhud fi Stat Membru ieħor permezz tal-vidjokonferenzjar.

5. F'investigazzjonijiet kriminali ta' qabel il-proċess, l-imħallef jew il-prosekutur li jinvestiga jista' jiddeċiedi li jieħu xhieda minn xhud li jkun mhedded jew xhud jew espert li jirrisjedi barra mill-pajjiż, permezz ta' vidjokonferenza jew kwalunkwe mezz ieħor adegwat ta' komunikazzjoni awdjoviżiva remota, bil-qbil tax-xhur, jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jew ma jkunx jixtieq jidher fil-proċess in persona.

6. Id-disponibbiltà tax-xhieda esperti ġiet identifikata bħala waħda mill-kawżi ta' dewmien f'każijiet ċivili (eż. esperti mediċi jew psikoloġisti f'każijiet dwar kustodju ta' tfal jew kura tat-tfal) u f'każijiet kriminali (eż. esperti forensiċi jew tal-informatika).  L-użu ta' tagħmir tal-vidjokonferenzjar ser jipprovdi lill-qrati flessibbiltà akbar għal meta u kif xhieda esperti minn Stati Membri oħrajn huma meħtieġa jagħtu xhieda.  Meta jinstemgħu xhieda esperti, huwa rakkomandabbli li l-espert ikun ikkuntattjat qabel is-smigħ, sabiex jiġi vverifikat x'tip ta' tagħmir tekniku jista' jkun meħtieġ matul is-smigħ.

7. Għal xhieda vulnerabbli u intimidati l-vidjokonferenzjar jista' jitqies bħala mezz biex jitnaqqsu t-tensjoni u l-iskonfort li jistgħu jkunu kkawżati mill-vjaġġ skomdu lejn qorti barranija.  Biex tingħata xhieda lil kwalunkwe qorti barranija, kamra separata tax-xhieda tista' tkun aktar prattika mill-awla tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

VIDJOKONFERENZJAR TRANSKONFINALI FL-UE

1.2. Ħarsa ġenerali tal-Qafas Legali fil-liġi tal-Unjoni Ewropea

8. L-applikazzjonijiet fil-każijiet kriminali kollha huma ġeneralment irregolati minn atti nazzjonali u mill-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Affarijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju, 2000 (aktar 'il quddiem imsejħa "Konvenzjoni MLA tal-2000") .

9. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll f'każijiet ċivili abbażi tar-Regolament tal-Kunsill tal-UE Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (aktar 'il quddiem imsejjaħ "Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001").

10. Il-formoli u l-informazzjoni standard dwar il-proċeduri huma disponibbli wkoll fuq is-siti elettroniċi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Atlas Ġudizzjajru Ewropew) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji kriminali.

11. Aktar possibbiltajiet għall-użu tal-vidjokonferenzjar fil-kuntest tal-UE jista' jinstab fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti.  Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva l-applikant jista' jinstema' permezz tal-vidjokonferenzjar.   Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jipprevedi l-possibbiltà li tittieħed xhieda permezz tal-vidjokonferenza jekk il-mezzi jkunu disponibbli. Id-Direttiva 2008/52/KE tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali tenfasizza li hi m'għandha bl-ebda mod timpedixxi l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni fil-proċess ta' medjazzjoni.

12. Għall-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, bosta minn dawn l-istrumenti huma diġà applikabbli (b'xi riżervi magħmulin minn xi Stati Membri, speċjalment rigward is-smigħ tal-persuni akkużati permezz tal-vidjokonferenza) .

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.1. Arranġamenti preparatorji

13. Fi proċeduri ġudizzjarji transkonfinali, l-objettiv huwa li s-sessjoni ta' vidjokonferenzjar issir kemm jista' jkun possibbli qrib għall-prattika tas-soltu fi kwalunkwe qorti fejn tittieħed xhieda f'qorti miftuħa. Meta mqabbla mal-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali, hemm differenzi pjuttost żgħar fil-proċeduri transkonfinali. L-arranġament għal smigħ transkonfinali bl-użu ta' vidjokonferenzjar jeħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri formali.

14. F'materji ċivili u kummerċjali, it-talba rigward il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-vidjokonferenzjar issir bl-użu ta' formoli standard. Dawn il-formoli huma disponnibli fis-sit elettroniku tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

15. F'materji kriminali m'hemm ebda obbligu li jintużaw ċerti formoli ta' talba jew noti ta' spjegazzjoni. In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji kriminali żviluppa nota ta' spjegazzjoni għal ittri rogatorji. Bl-użu tan-nota ta' spjegazzjoni, l-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti ser ikunu jistgħu jistabbilixxu kuntatt dirett dwar il-kontenut u/jew l-eżekuzzjoni tal-ittra rogatorja. (ara l-Anness III).

16. It-talbiet jistgħu jintbagħatu bil-posta, bil-kurrier, bil-fax (fl-Istati Membri kollha) jew bil-posta elettronika (mhux fl-Istati Membri kollha). Xi dettalji dwar ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri jistgħu jinstabu fis-siti elettroniċi tan-Networks Ġudizzjarji Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.2. It-Talba

17. In-natura tat-talba għall-użu tal-vidjokonferenzjar fl-assistenza legali reċiproka jew tal-kumpilazzjoni tax-xhieda hija differenti f'materji ċivili u kriminali u d-dettalji jingħataw fl-Anness III. Il-formoli huma disponibbli kemm fil-materji ċivili u kif ukoll kriminali u jintbagħtu mill-qorti rikjedenti lill-qorti rikjesta f'pajjiż ieħor (f'materji kriminali l-użu tal-formoli mhux obbligatorju). Il-formoli jinkludu informazzjoni użata biex isir kuntatt mal-partijiet involuti mar-rappreżentanti u dettalji tal-qorti. F'xi każijiet l-informazzjoni dwar il-ħlas għall-użu tat-tagħmir u l-lingwa li għandha tintuża fil-vidjokonferenza wkoll tista' tingħata.

18. F'materji ċivili r-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda 2001 jipprevedi żewġ possibbiltajiet għall-użu tal-vidjokonferenzjar fil-kumpilazzjoni tax-xhieda transkonfinali:

  • Skont l-Artikoli 10 sa 12 l-qorti rikjedenti tista' titlob lill-qorti rikjesta fi Stat Membru ieħor biex tippermetti lilha jew lill-partijiet ikunu preżenti jew jipparteċipaw permezz ta' vidjokonferenza fil-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta. Tali talba tista' tkun irrifjutata biss jekk tkun inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta jew minħabba diffikultajiet prattiċi maġġuri. F'dak il-każ l-Artikolu 13 jipprevedi miżuri obbligatorji għall-eżekuzzjoni tat-talba. Madankollu, skont l-Artikolu 14 ix-xhud jista' jagħmel użu mid-dritt li jagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti jew rikjesta.
  • Skont l-Artikolu 17 il-qorti rikjedenti stess tieħu xhieda direttament fi Stat Membru ieħor bil-kunsens tal-korp ċentrali jew tal-awtorità kompetenti ta' dan l-Istat Membru. Skont l-Artikolu 17(4) il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti huma obbligati jinkoraġġixxu l-vidjokonferenzjar għal dan l-għan. L-Artikolu 17(2) jispeċifika li l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tista' ssir biss jekk tista' ssir fuq bażi volontarja.

Apparti mill-possibbiltà ma' miżuri obbligatorji, id-differenzi prinċipali bejn iż-żewġ metodi huma l-qorti responsabbli mill-kumpilazzjoni tax-xhieda u l-liġi applikabbli.

19. Il-qorti rikjedenti tibgħat it-talba għal vidjokonferenzjar u l-informazzjoni mitluba flimkien ma' formola ta' talba ta' tip A jew I mir-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda 2001 lill-qorti rikjesta. It-tweġiba għat-talba ssir ukoll bl-użu ta' formoli standard oħrajn. Jekk talba lil qorti fi Stat Membru ieħor għal parteċipazzjoni permezz ta' vidjokonferenza tkun miċħuda, il-qorti tuża l-formola tat-tip E. F'każ ta' kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti huma obbligati jinfurmaw lill-qorti rikjedenti fi żmien 30 jum (bl-użu tal-formola tat-tip J) jekk it-talba tistax tkun aċċettata jew le. Jekk it-talba tkun aċċettata l-qorti rikjedenti tista' tikseb ix-xhieda f'perijodu ta' żmien li hija tiddeċiedi.

20. F'materji kriminali, l-Istat Membru rikjest għandu jaqbel mas-smigħ b'vidjokonferenza kemm-il darba l-użu tal-vidjokonferenza ma jkunx kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tiegħu u bil-kondizzjoni li huwa jkollu l-mezzi tekniċi biex iwettaq is-smigħ. Miżuri obbligatorji jistgħu jkunu ordnati fl-eżekuzzjoni ta' talba għal assistenza reċiproka (eż. taħrika biex persuna tidher b'sanzjoni fil-każ li ma tidhirx) jekk ir-reat deskritt fit-talba jkun punibbli wkoll fl-istat rikjest.

21. Fejn it-tagħmir tal-vidjokonferenzjar li ser jintuża mhuwiex fornut mill-qorti rikjedenti, l-ispejjeż kollha tat-trasmissjoni, inklużi l-ispejjeż għall-kiri tat-tagħmir u tal-persunal tekniku li joperah, inizjalment ser ikunu r-responsabbiltà tal-awtorità li titlob il-vidjokonferenza, u din għandha tidħol għalihom.  Skont ir-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-Xhieda tal-2001 il-prinċipju ġenerali huwa li l-eżekuzzjoni tat-talba għal kumpilazzjoni indiretta tax-xhieda m'għandhiex twassal għal talba għal rimborż ta' taxxi jew spejjeż. Madanakollu, jekk il-qorti rikjesta teħtieġ dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu tal-vidjokonferenzjar.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.3. It-Tħejjijiet Meħtieġa

22. Meta tkun aċċettata t-talba jistgħu jibdew it-tħejjijiet prattiċi.

23. Fi proċeduri transkonfinali ċivili u kummerċjali, f'każ ta' talba lil qorti fi Stat Membru ieħor, il-qorti rikjesta tinforma lill-qorti rikjedenti u/jew il-partijiet bid-data, il-ħin u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni. Konsultazzjoni minn qabel mal-qorti rikjedenti dwar id-data u l-ħin tas-smigħ għandha tkun ikkunsidrata. Il-qorti rikjesta tħarrek lix-xhud u tieħu l-miżuri obbligatorji meħtieġa, jekk ikun meħtieġ hekk. It-talba għandha tkun eżegwita fi żmien disgħin jum mill-wasla.

24 F'każ ta' kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, il-qorti rikjedenti stess tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tas-smigħ u biex tinnotifika lix-xhud bid-data, il-ħin u l-post tas-smigħ kif ukoll bil-fatt li l-għoti tax-xhieda huwa volontarju. Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom jassistu lill-qorti rikjedenti, peress li huma fid-dmir jinkoraġġixxu l-vidjokonferenzjar. Il-qorti rikjedenti għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti, li tista' tagħżel ukoll qorti tal-Istat Membru tagħha biex tiżgura l-konformità.

25. F'materji kriminali, l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest tħarrek lill-persuna biex tidher skont il-liġi tiegħu.  Il-metodu ta' kif il-persuna tintalab tidher f'qorti huwa rregolat bil-leġislazzjoni nazzjonali.

26. Barra minn hekk, il-qorti rikjedenti u l-faċilità ta' vidjokonferenzjar fl-Istat Membru rikjest (li tista' tkun qorti) jeħtieġu jagħmlu prenotazzjoni tal-awli tal-qorti jew tal-kmamar tax-xhieda.     Jekk għas-smigħ tintuża l-interpretazzjoni, f'materji ċivili fil-każ ta' kumpilazzjoni diretta tax-xhieda l-qorti rikjedenti tikkuntattja lill-interpreti u tilħaq ftehim mal-interpreti (rigward il-miżata, l-arranġamenti ta' vvjaġġar possibbli u spejjeż oħrajn).

27. L-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar għandu rwol ċentrali fit-tħejjijiet prattiċi.  Ikun hemm dejjem il-ħtieġa li jsiru kuntatti fi żmien debitu qabel il-vidjokonferenza bejn l-esperti tekniċi tal-qrati, il-ħabsijiet jew postijiet oħrajn ta' vidjokonferenzjar rispettivi, sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir tal-vidjokonferenza jiffunzjona kif suppost (kameras, mikrofoni, skins, linji ISDN, eċċ).  Huwa rakkomandabbli li t-tagħmir u l-konnessjonijiet ikunu ttestjati mill-anqas jum qabel il-vidjokonferenza attwali.  Barra minn hekk x'aktarx ikun utli li n-numri tal-linji tat-telefon ISDN u n-numri tal-fax jintbagħtu lill-persunal tekniku u lis-segretarji tal-qrati rispettivi.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.4. Interpretazzjoni

28. F'vidjokonferenzjar transkonfinali jaf ikun hemm il-ħtieġa ta' interpretu, jew fil-qorti rikjedenti jew fil-qorti rikjesta. L-interpretu jista' jew jaħdem minn post remot, waqt li l-partijiet ewlenin ikunu fl-istess post, pereżempju, fl-awla tal-qorti (interpretazzjoni remota), jew, fejn parteċipant remot (eż. konvenut jew xhud) jirrikjedi interpretu, l-interpretu jkun fl-istess post tal-parteċipant remot jew ikun fis-sit ewlieni (interpretar permezz tal-vidjokonferenzjar).

28 a. L-użu tal-interpretazzjoni matul il-vidjokonferenzjar (…) huwa ta' sfida għall-parteċipanti fis-smigħ u għall-interpretu. Ix-xhud jista' ma jkunx imdorri jaħdem mal-interpreti u s-sens ta' distanza jista' joħloq problemi bl-interpretazzjoni. Għall-interpreti jkun utli jekk l-imħallef jikkoordina l-ordni li fih jitkellmu l-partijiet involuti.

29. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda s-soltu ssir b'interpretazzjoni konsekuttiva. Fl-interpretazzjoni konsekuttiva l-imħallef ikollu rwol ċentrali fl-amministrazzjoni tal-interpretazzjoni u fl-għoti ta' struzzjonijiet lix-xhud jew lill-interpretu matul is-smigħ. Minħabba l-kumplessitajiet tal-vidjokonferenzjar u l-interpretar f'ambjenti ġuridiċi, huwa rakkomandat li l-metodu konsekuttiv tal-interpretar għandu jintuża meta l-interpretu jkun separat minn dawk li jirrikjedu l-interpretar, minħabba li dan il-metodu jippermetti aktar faċilment kjarifiki u interventi li jistgħu jkunu neċessarji biex jiġi żgurat li l-interpretar ikun preċiż.

29 a. L-interpretazzjoni simultanja hija aktar impenjattiva, peress li tirrikjedi li jkun hemm kabina speċjali għall-interpretu u li l-interpretazzjoni tkun trasmessa lis-semmiegħa permezz ta' tagħmir magħmul apposta (trasmettitur, riċevitur u earphones). Meta jiġu ppreżentati dokumenti bil-miktub matul is-smigħ jew il-proċess, ta' spiss ikun jeħtieġ traduzzjoni “prima vista” tat-test bil-miktub. Jekk l-interpretu ma jkunx fl-awla tal-qorti fejn id-dokument jiġi ppreżentat, ikun jeħtieġ li jintużaw kameras għad-dokumenti fil-vidjokonferenzjar.

30. Meta jintużaw interpreti remoti f'post terz, barra mill-awli tal-qorti, għandha tingħata attenzjoni għall-arranġamenti preparatorji u l-informazzjoni minn qabel dwar it-tagħmir tekniku ta' dan il-post terz u għall-ittestjar tal-konnessjonijiet bejn il-postijiet qabel is-smigħ propju. Barra minn hekk għandha tingħata attenzjoni għall-akustika u għall-kwalità tal-ħoss fil-post tal-interpretu remot.

30 a. Aspetti oħra li għandhom jiġu kkunsidrati huma t-tqassim tal-kmamar li fihom jintużaw il-vidjokonferenzjar u l-interpretar u l-pożizzjonar tal-interpretu u tal-parteċipanti l-oħra. Il-komunikazzjoni viżiva u nonverbali għandha rwol kruċjali li tgħin lil interpretu jifhem x'jintqal, biex ikollu idea aħjar tal-varjazzjonjiet tat-tifsira u jsolvi ambigwitajiet possibbli. Għalhekk, l-interpretu għandu jkun jista' jara l-uċuħ, l-espressjonijiet tal-wiċċ u possibbilment il-moviment tax-xufftejn ta' parteċipanti remoti. Dan għandu konsegwenzi għall-pożizzjoni tal-parteċipanti b'rabta mal-kameras li jwasslu l-immaġni bil-vidjo lill-interpretu. L-interpretu għandu jkollu d-dehra minn quddiem tal-parteċipanti remoti. Fl-istess waqt, l-interpretu ma għandux ikun iċ-ċentru tal-attenzjoni sempliċement għax jidher fl-iskrin tal-vidjo. Fi kliem ieħor, l-arranġament ma għandux joħloq sitwazzjoni fejn il-partijiet ewlenin ikollhom idawru wiċċhom lil hinn minn xulxin biex jaraw lill-interpretu.

30 b. Għandha tingħata attenzjoni wkoll kemm għall-affidabbiltà kif ukoll għas-sigurtà tat-trasmissjonijiet li għandhom jiġu żgurati.

31. Meta jintużaw l-interpreti fil-proċess ta' vidjokonferenzjar, għandha tingħata attenzjoni għall-aspetti li ġejjin:

  • Għandhom jiġu żgurati komunikazzjoni u interpretar ta' kwalità għolja;
  • Waqt l-interpretazzjoni l-impatt ta' kwistjonijiet tekniċi bħall-kontroll fuq it-tagħmir (eż. kontroll fuq il-moviment tal-kamera fl-interpretar ibbażat fuq vidjo). Dan jista' jkun partikolarment kruċjali għall-interpretazzjoni remota, fejn id-dehra u l-immaġni mis-sit remot għandhom jiġu żgurati.
  • Il-ġestjoni tal-komunikazzjoni hija essenzjali: għandu jkun hemm possibbiltajiet ta' intervent mill-interpretu (qabel u waqt il-kompitu tal-interpretar, għal mistoqsija biex jiġi kkjarifikat il-kontenut);
  • Il-kwalità tal-ħoss hija kruċjali, u daqstant ieħor huwa l-impatt tad-dewmien fit-trasmissjoni tad-data (madwar 0.5 sekondi) fuq problemi ta' interazzjoni waqt l-interpretazzjoni.

32. Fir-rigward tal-kwalità tal-interpretazzjoni, il-kwalifiki meħtieġa għall-interpreti tal-qorti jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Dan jeħtieġ li jkun meqjus fit-talbiet għall-użu tal-vidjokonferenzjar fl-assistenza ġuridiku reċiproka jew fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.

32 a. Sabiex jingħelbu d-diffikultajiet tal-vidjokonferenzjar flimkien mal-interpretazzjoni u l-perċezzjonijiet negattivi li jista' jkun hemm fost il-parteċipanti, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin dwar kif għandu jiġi implimentat u użat l-interpretar permezz tal-vidjo jistgħu jkunu ta' għajnuna:

A. L-ippjanar, l-akkwist u l-istallazzjoni ta' apparat tal-vidjokonferenzjar għall-awli tal-qorti

  • għandhom jiġu identifikati l-ħtiġijiet:
    għandu jitfassal arranġament speċifiku, bħal min ikellem lil min, min jeħtieġ li jara lil min.
  • għandhom jiġu involuti esperti fl-istadju tal-ippjanar:
    huwa importanti ferm li l-ippjanar jinvolvi esperti fl-interpretar/lingwistiċi, ġuridiċi u teknoloġiċi biex jiżviluppaw l-ispeċifiċitajiet tal-arranġament.
  • għandha tintuża teknoloġija ta' kwalità għolja:
    għandhom jiġu pprovduti ħoss u vidjo ta' kwalità għolja għall-partijiet kollha involuti u tagħmir addizzjonali għall-interpretu kif meħtieġ;
    għandha tintuża kamera separata għad-dokumenti (għall-preżentazzjoni ta' dokumenti, immaġni u materjal ieħor li jista' jiffaċilita l-interpretar). Għandu jkun innutat li l-interpretar simultanju għandu rekwiżiti speċifiċi għall-kwalità (ogħla) ta' awdjo u vidjo u sinkronizzazzjoni tax-xufftejn mill-interpretar konsekuttiv.
  • għandu jkun hemm fażi ta' prova:
    speċjalment qabel ma jsir xiri fuq skala kbira, implimentazzjoni u tnedija ta' tagħmir tal-vidjokonferenzjar.
    Għandhom jiġu identifikati mumenti kritiċi fil-proċess ta' komunikazzjoni u għandhom isiru l-aġġustamenti meħtieġa.
  • għandha tiġi permessa introduzzjoni gradwali ta' teknoloġija ġdida:
    l-ewwel għandhom jiġu ttrattati każijiet b'impatt ħafif sabiex jiġi evalwat l-effett tat-teknoloġija f'kull stadju u jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet għall-istadju li jmiss.
  • għandu jkun previst ambjent tax-xogħol adatt għall-interpretu:
    pereżempju ambjent tax-xogħol li jkun ergonomiku u kwiet u l-fatt li l-interpretu jkun jista' jikkontrolla t-tagħmir.

B. It-titjib tal-użu mingħajr xkiel ta' interpretar remot permezz tal-vidjokonferenzjar fl-awli tal-qorti

  • għandhom jintużaw parteċipanti u interpreti kkwalifikati:
    għandhom jintużaw interpreti kkwalifikati kif xieraq u membri tal-persunal ġuridiku li għandhom esperjenza fil-ħidma mal-interpreti, sabiex il-kwalità tkun suffiċjenti biex tissalvagwardja l-ekwità tal-proċedimenti.
  • għandu jingħata taħriġ lill-interpreti u lill-persunal ġuridiku:
    għandha tkun offruta introduzzjoni fi stadju bikri qabel titnieda t-teknoloġija.
    Imbagħad għandu jkun disponibbli taħriġ professjonali kontinwu (inkluż l-għarfien dwar kuntest aktar wiesa', il-ħakma tal-ħiliet fit-teknoloġija, is-sitwazzjoni komunikattiva u t-tekniki ta' appoġġ bħall-ġestjoni tal-istress).
  • għandu jintlaħaq qbil dwar il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju:
    għandhom jintużaw proċeduri biex jiġi deċiż jekk link ta' vidjo flimkien mal-interpretar hijiex adatta jew le u għandhom jiġu kkonsultati interpreti bl-esperjenza.
  • għandhom jiġu żviluppati linji gwida/protokolli:
    dawn għandhom jispeċifikaw min huwa responsabbli pereżempju biex jirriżerva, iżomm il-ħin, jittestja, jibda u jikkontrolla l-konnessjoni;
    jiddeskrivi l-proċedura qabel, matul u wara s-sessjoni (informazzjoni lill-interpretu, bidu tas-sessjoni, introduzzjonijiet, regoli matul is-sessjoni, mistoqsijiet) għall-parteċipanti kollha.
  • għandhom isiru arranġamenti għal każijiet ta' ħsara:
    għandu jiġi żviluppat protokoll għal ħsara fil-komunikazzjoni jew ħsara teknoloġika minħabba li din ma għandhiex titħalla għall-interpretu biex isolviha.
  • kodiċi tal-aħjar prattika:
    Is-servizzi ġudizzjarji, il-professjonisti ġuridiċi u l-assoċjazzjonijiet tal-interpreti għandhom ikomplu jikkooperaw biex itejbu l-kodiċijiet konġunti tal-aħjar prattika għall-vidjokonferenzjar u l-interpretar remot.
L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.5. Is-smigħ

33. Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, l-imħallef ikun preżenti fil-post tal-awtorità rikjedenti qabel ma tkun stabbilita l-konnessjoni vidjo u normalment ma jħallix il-post qabel ma l-konnessjoni vidjo tkun ġiet diskonnessa. L-imħallfin għandhom rwol prinċipali fit-tmexxija tas-smigħ.

34. F'materji kriminali, is-smigħ isir direttament mill-awtorità rikjedenti tal-Istat Membru, jew taħt it-tmexxija tagħha, skont il-liġijiet tiegħu stess (Konvenzjoni MLA tal-2000).

35. F'materji ċivili, l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001 jiddikjara li r-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti, inklużi membri tal-persunal ġudizzjarju, għandhom id-dritt ikunu preżenti meta l-qorti rikjesta tieħu xhieda, jekk dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti. Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001 (talbiet għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda), il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir minn imħallef jew forsi persuna oħra magħżula skont il-liġi tal-Istat Membru rikjedenti.

36. F'materji ċivili jew kriminali, l-imħallef jew is-segretarju tal-qorti normalment jużaw it-tagħmir.  L-eżami tax-xhud fis-sit remot għandu jsegwi kemm jista' jkun possibbli mill-qrib il-prattika adottata meta xhud ikun f'awla tal-qorti.

37. Il-persuni kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin mingħajr ma jkun hemm partijiet terzi jisimgħu dak li qed jingħad. Jista' jkun hemm każijiet fejn parti tkun tixtieq tikkonsulta mal-avukat tagħha (kemm permezz ta' interpretu jew mingħajru) mingħajr ma l-imħallef jew parti oħra tkun tista' tisma' dak li qed jingħad. Għalhekk hu meħtieġ li l-konsultazzjoni reċiproka ssir possibbli mingħajr ma l-partijiet terzi jkunu jistgħu jisimgħu.  Normalment il-mikrofoni jistgħu jintfew fil-kmamar tax-xhieda, iżda fl-awli tal-qorti huma jistgħu jintfew biss mis-segretarju tal-qorti jew mill-imħallef.

38. Jekk il-parti u l-avukat tagħha ma jkunux preżenti fl-istess post, huma għandhom ikunu jistgħu jkollhom taħdidiet privati pereżempju bl-użu ta' linja telefonika sikura, telefon ċellulari jew, jekk possibbli, tagħmir ta' vidjokonferenzjar separat.  Huwa rrakkomandat li kwalunkwe tagħmir jitlesta b'tali mod li jkun separat biċ-ċar minn partijiet oħrajn għall-proċeduri ġudizzjarji.

39. Proċedura li tistipula kif il-partijiet jistgħu jinterrompu lil xulxin u joġġezzjonaw għal mistoqsija għandha tkun spjegata minn qabel.   F'xi sitwazzjonijiet jaf ikun ikkunsidrat, jekk possibbli, li l-partijiet jingħataw stampa ġenerali li turi l-partijiet professjonali kollha, peress li dan jagħmilha aktar faċli biex jiġu trattati interruzzjonijiet mhux ippjanati.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

KONSIDERAZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-VIDJOKONFERENZJAR

2.5. Minuti tas-Smigħ

40. Fi proċeduri ġudizzjarji transkonfinali, wara li tkun konkluża l-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest jeħtieġ li tħejji l-minuti tal-kumpilazzjoni tax-xhieda b'vidjokonferenza.  Il-minuti jindikaw id-data u l-post tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-identità tal-persuna mismugħa, l-identitajiet u l-funzjonijiet tal-persuni l-oħrajn kollha li jipparteċipaw fis-smigħ, kwalunkwe ġuramenti meħudin u l-kondizzjonijiet tekniċi li fihom ikun sar is-smigħ.  Id-dokument jintbagħat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti.

41. B'mod simili, fil-proċeduri ċivili u kummerċjali transkonfinali għal talbiet li jsiru skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda (jiġifieri talbiet diretti), il-qorti rikjesta tibgħat lill-qorti rikjedenti d-dokumenti li jistabbilixxu l-eżekuzzjoni tat-talba u, fejn meħtieġ, tirritorna d-dokument riċevuti mill-qorti rikjedenti. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn konferna ta' eżekuzzjoni permezz tal-formola tal-tip H fl-Anness tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001.

42. Għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f'materji ċivili u kummerċjali, fejn it-tagħmir tal-vidjokonferenzjar li ser jintuża ma jkunx fornut mill-qorti rikjedenti, l-ispejjeż kollha tat-trasmissjoni, inklużi l-ispejjeż għall-kiri tat-tagħmir u tal-persunal tekniku li joperah, ser ikunu r-responsabbiltà tal-awtorità li titlob il-vidjokonferenza. Il-prinċipju ġenerali għal kumpilazzjoni indiretta tax-xhieda huwa li l-eżekuzzjoni tat-talba m'għandhiex twassal għal talba għal rimborż ta' taxxi jew spejjeż. Madanakollu, jekk il-qorti rikjesta teħtieġ dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu tal-vidjokonferenzjar.

43. F'materji kriminali, fejn tapplika l-Konvenzjoni MLA tal-2000, l-ispiża għall-istabbiliment tal-konnessjoni vidjo, l-ispejjeż relatati tal-offerta tal-konnessjoni vidjo fl-Istat Membru rikjest, ir-remunerazzjoni tal-interpreti pprovdut minnu u l-allowances għax-xhieda u l-esperti u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom fl-Istat Membru rikjest għandhom ikunu rimborżati mill-Istat Membru rikjedenti lill-Istat Membru rikjest, dment li dan tal-aħħar ma jirrinunzjax għar-rimborż tal-ispejjeż kollha jew parti minnhom.

44. Bl-istess mod fil-proċeduri ċivili u kummerċjali, jekk il-qorti rikjesta hekk titlob, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż, mingħajr dewmien, tal-ispejjeż imħallsa lill-esperti u lill-interpreti, u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu tal-vidjokonferenzjar (applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001).

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.1. Sfond għall-Ħtiġiet Tekniċi

45. Din it-taqsima tal-Gwida tiddiskuti l-aspetti tekniċi tal-vidjokonferenzjar u t-tagħmir tal-vidjokonferenzjar. Dan jinkludi t-tqegħid ta' kameras, id-dawl, l-iskrins u l-mikrofoni. It-tagħmir provdut għandu jintgħażel u jkun stabbilit biex jappoġġa bl-aħjar mod possibbli l-passi differenti involuti fil-proċess tas-smigħ tal-qorti. L-istandards tekniċi dettaljati għall-vidjokonferenzjar jinsabu fl-Anness II.

Prinċipju tar-realiżmu

46. L-objettiv huwa li s-sessjoni ta' vidjokonferenzjar issir kemm jista' jkun possibbli qrib għall-prattika tas-soltu fi kwalunkwe qorti fejn tittieħed xhieda f'qorti miftuħa. Sabiex jittieħed l-akbar benefiċċju għandhom ikunu kkunsidrati diversi differenzi. Xi materji, li huma kkunsidrati ovvji meta tkun ikkumpilata xhieda b'mod konvenzjonali, jakkwistaw dimensjoni differenti meta din tkun ikkumpilata b'vidjokonferenzjar: pereżempju, li jkun żgurat li x-xhud jifhem l-arranġamenti prattiċi għas-sessjoni tal-vidjokonferenzjar, u li jkun jaf min huma l-partijiet għall-vidjokonferenzjar u xi jkunu r-rwoli differenti tagħhom. Dawn li ġejjin huma ssuġġeriti bħala lista ta' konsiderazzjonijiet prattiċi li jħeġġu l-aħjar prattika fl-użu tal-vidjokonferenzjar:

  • Id-differenzi fiż-żoni tal-ħin għandhom ikunu kkunsidrati meta xhud barra mill-pajjiż għandu jkun eżaminat permezz ta' vidjokonferenzjar. L-esiġenzi tax-xhud, tal-partijiet, tar-rappreżentanti tagħhom u tal-qorti kollha għandhom ikunu kkunsidrati.
  • Fl-awla tal-qorti l-għodda tal-vidjokonferenzjar għandhom ikunu, safejn hu possibbli,  installati u użati b'tali mod li l-utenti jħossuhom li qegħdin jipparteċipaw f'laqgħa tradizzjonali tal-qorti.
  • Dawk involuti fil-vidjokonferenzjar jeħtieġ li jkunu konxji li, anke bl-aktar sistemi avvanzati disponibbli bħalissa, hemm xi dewmien bejn il-wasla tal-istampa u dik tal-ħoss li jakkumpanjaha. Jekk dan ma jiġix ikkunsidrat, ikun hemm it-tendenza li jsir diskors sovvrapost fuq dak tax-xhud, li l-vuċi tiegħu tista' tkompli tinstema' għal parti ta' sekonda wara li huwa jkun deher fuq l-iskrin bħala li spiċċa jitkellem.
  • Bit-teknoloġija preżenti, il-kwalità tal-istampa hija tajba, iżda mhux daqstant tajba bħal stampa tat-televixin. Il-kwalità tal-istampa tittejjeb jekk dawk li jidhru fuq il-monitors tal-vidjokonferenzjar jiċċaqilqu mill-anqas possibbli.
L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.2. Arranġamenti Ġenerali u Prinċipji ta' Kwalità

47. Is-sistema tal-vidjokonferenzjar għandha tkun stabbilita b'tali mod li l-persuni kkonċernati jingħataw stampa eżatta ta' dak li jkun qiegħed iseħħ fil-post barrani (tal-awtorità rikjedenti jew rikjesta). Rigward il-kwalità tal-konnessjoni viżwali u awdjo, għandhom jitqiesu kif meħtieġ l-interessi tal-persuni kkonċernati. Konsegwentement, is-sistema għall-vidjokonferenzjar għandha tkun ta' kwalità għolja. Huwa biss b'hekk li smigħ imwettaq permezz ta' vidjokonferenzjar jipprovdi alternattiva raġonevoli għal smigħ wiċċ imb'wiċċ. B'mod aktar partikolari, dan ifisser li l-ħsejjes u l-istampi għandhom ikunu allinjati akkuratament u riprodotti mingħajr dewmien perċettibbli. Barra minn hekk, l-apparenza esterna, l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-ġesti tal-persuna kkonċernati għandhom ikunu perċettibbli b'mod ċar.

Tagħmir tal-Vidjokonferenzjar

48. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar, il-komponenti tat-tagħmir kollha għandhom kemm jista' jkun possibbli jkunu standardizzati abbażi tal-istess tipi ta' tagħmir u tal-istess konfigurazzjoni. It-tagħmir tal-vidjokonferenzjar għandu, fejn possibbli, ikun integrat mal-arranġamenti ta' funzjonament stabbiliti u mal-infrastruttura tal-awla tal-qorti. Fl-awla tal-qorti l-għodod tal-vidjokonferenzjar għandhom ikunu, safejn hu possibbli,  installati u użati b'tali mod li joħolqu l-atmosfera ta' laqgħa tradizzjonali tal-qorti.   Fit-taqsimiet li ġejjin huma diskussi l-aspetti differenti ta' stampa, dawl, ħoss u l-pożizzjonar u l-użu tat-tagħmir (kameras, mikrofoni u skrins).

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.2.1.  Tagħmir tal-Vidjokonferenzjar - Immaġni

49. Fil-vidjokonferenzjar transkonfinali huwa mistenni li l-iskrin ikun jista' jintuża minn tliet angoli differenti:

  • Angolu ta' ffukar; għat-trasmissjoni ta' stampi tal-parteċipanti fil-kamra l-oħra
  • Angolu ġenerali; għad-dehra ġenerali tas-sitwazzjoni fil-kamra l-oħra
  • Angolu ta' informazzjoni; Angolu ta' informazzjoni; għat-trasmissjoni ta' dokumenti u informazzjoni oħra (dan jinkludi wkoll skrins li jinsabu fil-postijiet ta' ħidma tal-parteċipanti).

50. Sabiex tiġi ggarantita l-oġġettività, kull parteċipant għandu jkun irrappreżentat bl-istess mod kemm jista' jkun fuq l-iskrin. L-intensità tad-dawl, ir-riżoluzzjoni u r-rata tal-frejm għandhom ikunu kompatibbli għal kull parteċipant. Id-dawl għandu, kemm jista' jkun, ikun tali li l-espressjonijiet tal-wiċċ ikunu dejjem jistgħu jintlemħu faċilment, li ma jkunx hemm dellijiet madwar l-għajnejn u li ma jkunx hemm riflessjonijiet fuq l-iskrins.  Sakemm huwa possibbli, il-kuntatt bl-għajnejn għandu jkun limitat.

Pożizzjonament tat-tagħmir

51. It-tagħmir għandu jkun pożizzjonat b'tali mod li l-każijiet xorta jistgħu jiġu ttrattati mingħajr vidjokonferenzjar fl-awla tal-qorti rilevanti.  Għandu jkun possibbli li jkunu ppożizzjonati kameras, skrins, dwal u parteċipanti b'tali mod li l-istruttura kollha tkun adatta għal smigħ permezz tal-vidjo u riċevuta permezz tal-vidjo kemm fi proċeduri ċivili kif ukoll kriminali.  Għandha tingħata attenzjoni lill-pożizzjonament tal-kameras sabiex, fejn possibbli, jiġi evitat li l-parteċipanti jiġu ffilmjati minn fuq jew minn isfel peress li dan jista' jagħti veduta distorta u jaffettwa l-mod kif il-parteċipant ikun ipperċepit.

Skrins

52. L-angolu minn fejn tħares u d-distanza minn fejn tħares għandhom ikunu tali li l-parteċipanti kollha jkunu jistgħu jużaw l-istess skrin bl-istess mod.  Il-qies tal-iskrin jista' jkun kbir biżżejjed biex jiżgura li - f'termini tal-angolu minn fejn tħares - il-persuni involuti jistgħu preferibbilment jidhru fl-istess skala bħal f'laqgħa normali.  Għandha tkun tista' tinkiseb riżoluzzjoni minima ta' standards WXGA.  Fir-rigward tal-frejms/sek, jista' jkunu meħtiġin minimu ta' 30 frejms/sek. L-espressjonijiet tal-wiċċ għandhom ikunu jistgħu jintlemħu fil-pront u għandu jkun hemm kumdità viżiva ta' livell għoli.

Kameras

53. Il-kameras preferibbilment għandhom ikunu pożizzjonati f'post fiss u għandu jkollhom diversi pożizzjonijiet pre-stabbiliti għall-ippannjar, għall-inklinazzjoni u l-iffukar; waħda mill-pożizzjonijiet possibbli għandha tkun pre-stabbilita bħala preferenza. Dan jippermetti lill-persuna li tħaddem it-tagħmir biex tibdel il-veduti rapidament mingħajr l-iċken tfixkil għall-proċeduri tal-qorti.  Il-qies tal-angolu tal-kameras li jiffukaw għandu jkun wiesgħa biżżejjed biex jiżgura li l-wiċċ, l-ispallejn u l-bust tal-parteċipant ikunu jistgħu jidhru biċ-ċar. Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu u jduru lejn persuni oħrajn f'żona ta' 80 x 80 cm mingħajr ma jintilfu mill-istampa.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.2.2.  Tagħmir tal-Vidjokonferenzjar - Awdjo

Taħdit

56. Jeħtieġ li t-taħdit ikun jista' jinftiehem fil-pront u ebda kliem m'għandhom jintilfu matul il-vidjokonferenzjar. Il-kwalità tal-ħoss għandha tkun kontinwa, mingħajr ebda interferenza estranea. Ir-riskju li l-kwalità tat-taħdit tiddeterjora bħala riżultat tal-kompressjoni tat-taħdit għandu jkun evitat. Dan ifisser li jintlaħqu ċerti ħtiġiet rigward is-sinkroniċità tax-xufftejn (dewmien ta' inqas minn 0,15 ta' sekonda), il-kanċellazzjoni ta' eku u l-ħsejjes u r-reverberazzjoni fl-isfond. Tali aspetti huma ta' importanza partikolari f'sitwazzjonijiet fejn l-interpreti jkunu involuti fil-vidjokonferenza.  Huwa mixtieq li l-imħallef u s-segretarju tal-qorti jkunu jistgħu jaġġustaw il-volum fil-post sabiex jikkumpensaw għad-differenzi fil-livell tat-taħdit.

Mikrofoni

57. Il-mikrofoni għandhom ikunu ppożizzjonati b'tali mod li l-kelliema kollha jinftiehmu b'mod ċar, mingħajr ebda distorsjoni kkawżata minn ħsejjes fl-isfond. Il-mikrofoni jistgħu jkunu integrati (fl-imwejjed jew postijiet oħrajn) u preferibbilment għandhom ikunu protetti mill-possibbiltà li xi ħadd jissemma', ikunu sensibbli għad-direzzjoni u jkunu mgħammra b'buttuna "mute".  Matul is-smigħ jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-persunal tal-qorti jkun jeħtieġ jitfi l-mikrofoni (eż. konsultazzjoni ta' parti mal-avukat tagħha).

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.3. Tħaddim tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar

Tagħmir mobbli

58. Tagħmir mobbli (skrin + kamera + spiker + mikrofonu + aċċessorji) għandu jkun jista' jintuża jew f'diversi kombinazzjonijiet jew flimkien ma' sett fiss ta' tagħmir. It-tagħmir għandu jkun trasportabbli mingħajr diffikultà (u għalhekk mhux bilfors fuq ir-roti), faċli biex jiċċaqlaq bejn il-postijiet differenti u flessibbli f'termini tal-użu tiegħu. Konsegwentement, huma mistennijin li japplikaw aktar limitazzjonijiet għall-kwalità tat-tagħmir mobbli milli għal tagħmir fiss (eż. rigward in-numru ta' parteċipanti li jista' jiġi ffilmjat b'mod ċar fl-istess ħin).

59. It-tagħmir mobbli huwa adegwat biex jinstemgħu xhieda (eż. fuq talba ta' pajjiż ieħor), fil-każ li t-tagħmir ma jibqax jiffunzjona, bħala suppliment temporanju għal tagħmir fiss jew f'postijiet speċjali bħal f'ħabs. Madankollu t-tagħmir mobbli jista' jkun kemmxejn fraġli u diffiċli biex jintuża peress li jista' jinvolvi, pereżempju, riaġġustamenti li jieħdu l-ħin tal-pożizzjonijiet tal-kamera biex jaqblu ma' postijiet ġodda (huwa diffiċli li jintużaw pożizzjonijiet prestabbiliti).

Tħaddim tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar

60. It-tħaddim tas-sistema tal-vidjokonferenzjar huwa konvenjenti l-aktar b'"touch screen".  Ikun ta' benefiċċju jekk it-tħaddim ikun faċli għall-utent (jiġifieri sempliċi) kemm jista' jkun, u jkun jikkonsisti biss minn għadd limitat ta' manuvri, pereżempju tixgħel/titfi, l-istabbiliment u t-tmiem tal-konnessjoni u tilloggja/tisloggja.

61. Matul l-użu, is-soluzzjoni awdjoviżiva m'għandhiex tirrikjedi l-intervent tal-operatur. Jekk jinqalgħu xi problemi, l-operatur għandu jkun jista' jċempel lil help desk.  Huwa l-imħallef li għandu jiddeċiedi jekk itemmx sessjoni ta' vidjokonferenzjar li tkun ġiet imfixkla b'dan il-mod.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.3.1.  Reġistrazzjonijiet u Użu ta' Dokumenti

62. F'bosta każijiet il-proċeduri b'vidjokonferenzjar ma jeħtieġu l-ebda reġistrazzjoni apparti dawk li ssoltu jsiru għal tali proċeduri.  F'każijiet fejn l-applikazzjoni tal-użu tal-vidjokonferenzjar tipprova wkoll li jkollha l-proċeduri b'vidjokonferenzjar irreġistrati, l-awtorità rikjedenti tkun obbligata torganizza sabiex it-tagħmir tar-reġistrazzjoni jkun ipprovdut lill-awtorità rikjesta meta meħtieġ sabiex ix-xhieda tkun tista' tiġi rreġistrata mill-awtorità rikjesta fil-format korrett.

Ir-reġistrazzjoni vidjo tal-proċedimenti tista' tkun soġġetta għal restrizzjonijiet skont l-Istati Membri involuti.

63. Huwa mistenni li l-partijiet ikunu antiċipaw liema dokumenti ser ikunu meħtiġin waqt il-proċeduri u li huma ser ikunu għamlu kopji disponibbli bil-quddiem għal dawk li qed jipparteċipaw. Il-partijiet għandhom jippruvaw jaqblu dwar dan. Ġeneralment ser ikun aktar konvenjenti li jkun ippreparat pakkett ta' kopji tad-dokumenti bil-quddiem, li l-awtorità rikjedenti għandha mbagħad tibgħat lill-awtorità rikjesta.

Jekk ikun teknikament possibbli, id-dokumenti jistgħu jkunu ppreżentati bl-użu ta' kamera għad-dokumenti separata bħala parti mit-tagħmir tal-vidjokonferenzjar.

64. F'ċerti sitwazzjonijiet, kamera għad-dokumenti ma tkunx mezz biżżejjed għall-iskambju tad-dokumenti. L-użu ta' kamera, pereżempju, mhux possibbli direttament għall-klijent u l-avukat biex jiddiskutu fil-privat id-dokumenti ppreżentati. Għalhekk, kopja ffaksjata tad-dokument tista' tkun disponibbli aktar faċilment.

65. Għall-iskambju tad-dokumenti, il-vidjokonferenzjar jista' jkun issupplimentat b'arkivji jew servers ta' dokumenti kondiviżi.

Dawn il-kapaċitajiet qed jintużaw dejjem aktar għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni iżda fil-kuntest tal-ġustizzja jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni biex ikun żgurat li kwalunkwe arkivju bħal dan ikun sigur, disponibbli faċilment għall-partijiet u aċċessibbli biss mill-partijiet awtorizzati konnessi mal-każ. Tali arkivji jistgħu jkunu disponibbli permezz ta' kompjuters fiż-żewġ postijiet tal-awtorità rikjedenti u tal-awtorità rikjesta.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

ASPETTI TEKNIĊI

3.3.2.  Konnessjonijiet b'punti multipli u pontijiet

66. F'vidjokonferenzjar transkonfinali għandu jkun possibbli wkoll li s-sistema tal-awtorità rikjedenti tkun konnessa ma' sistemi tal-awtorità rikjesta.  Ġeneralment il-vidjokonferenzjar transkonfinali jikkonċerna l-istabbiliment ta' konnessjoni viżiva u awdjo bejn żewġ postijiet (punt għal punt), il-post tal-awtorità rikjedenti u l-post tal-awtorità rikjesta.  F'xi każijiet jista' jkun meħtieġ li tiġi stabbilita konnessjoni bejn aktar minn żewġ postijiet simultanjament (punti multipli).  Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fejn interpretu jkun konness mal-proċeduri tal-qorti minn post terz. Il-kollegamenti jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' pont terz.

67. Il-konnessjonijiet minn punt għal punt u l-konnessjonijet b'punti multipli għandhom jikkonformaw ukoll mal-istandards internazzjonali applikabbli għall-vidjokonferenzjar. Dawk l-istandards tfasslu mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT). Lista dettaljata tinsab fl-Anness II ta' din il-gwida.  Il-konnessjoni transkonfinali tas-sistemi tal-vidjokonferenzjar għandha tkun issalvagwardjata wkoll b'tali mod li tipprevjeni r-reġistrazzjonijiet milli jkunu interċettati illegalment minn partijiet terzi.  Jekk tkun qed tintuża konnessjoni IP-għal-IP, il-metodi tal-ikkodifikar għandhom ikunu miftiehma mill-qrati parteċipanti.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

IL-QAFAS LEGALI FIL-MATERJI KRIMINALI

4.1. Il-Qafas Legali fil-Materji Kriminali

68. Fil-materji kriminali, l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Affarijiet Kriminali tal-2000 jipprovdi l-qafas legali għall-każijiet transkonfinali. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

  1. awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest għandha tkun preżenti matul is-smigħ, fejn meħtieġ tkun assistita minn interpretu, u għandha tkun responsabbli biex tiżgura kemm l-identifikazzjoni tal-persuna li għandha tinstema' kif ukoll ir-rispett għall-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru rikjest. Jekk l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest tkun tal-fehma li matul is-smigħ l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru rikjest ikunu qed jinkisru, hija għandha tieħu immedjatament il-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-kumpilazzjoni tax-xhieda tkompli skont il-prinċipji msemmijin;
  2. għandhom jiġu maqbula miżuri għall-protezzjoni tal-persuna li għandha tinstema', fejn meħtieġ, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membr rikjedenti u rikjesti;
  3. is-smigħ għandu jitmexxa direttament mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru, jew taħt it-tmexxija tagħha, skont il-liġijiet tiegħu stess;
  4. fuq it-talba tal-Istat Membru rikjedenti jew tal-persuna li għandha tinstema', l-Istat Membru rikjest għandu jiżgura li l-persuna li għandha tinstema' tkun assistita minn interpretu, jekk meħtieġ;
  5. il-persuna li għandha tinstema' tista' tuża d-dritt li ma tixhedx, dritt mogħti lilha skont il-liġi jew tal-Istat Membru rikjest jew rikjedenti.

69. L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni MLA tal-2000 jistabbilixxi l-prinċipju li talba għal smigħ b'vidjokonferenza tista' tkun ippreżentata lil Stat Membru għal persuna li tkun fi Stat Membru ieħor. Iċ-ċirkostanzi li fihom tista' ssir tali talba huma li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru rikjedenti jeżiġu li l-persuna in kwistjoni tinstema' bħala xhud jew espert u li ma jkunx mixtieq jew possibbli li tivvjaġġa lejn dak l-Istat għal smigħ. 'Ma jkunx mixtieq' tista' tapplika, pereżempju, f'każijiet fejn ix-xhud ikun żgħir wisq, anzjan wisq jew ikollu saħħa batuta; 'ma jkunx possibbli' tista' pereżempju tkopri każijiet fejn ix-xhud ikollu jkun espost għal periklu kbir meta jidher fl-Istat Membru rikjedenti.

70. L-Istat Membru rikjest għandu jaqbel mal-vidjokonferenzjar dment li s-smigħ ma jkunx kuntrarju għall-prinċipji fundamentali tal-liġi tiegħu u dmenti li jkollu l-kapaċità teknika biex iwettaq is-smigħ. F'dak il-kuntest ir-referenza għal 'prinċipji fundamentali tal-liġi' timplika li talba ma tistax tinċaħad għall-unika raġuni li s-smigħ tax-xhieda u esperti b'vidjokonferenza mhux previst skont il-liġi tal-Istat Membru rikjest, jew li kondizzjoni dettaljata waħda jew aktar għal smigħ b'vidjokonferenza ma jistgħux ikunu rrispettati skont il-liġi nazzjonali. Fejn ikun hemm nuqqas tal-mezzi tekniċi relevanti, l-Istat Membru rikjedenti jista', bil-qbil tal-Istat Membru rikjest, jipprovdi tagħmir adegwat biex jippermetti li jseħħ is-smigħ .

71. It-talbiet għal smigħ b'vidjokonferenza għandu jkun fihom informazzjoni dwar l-awtorità li tagħmel it-talba, is-suġġett u r-raġuni tat-talba fejn possibbli, l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata u fejn meħtieġ, l-isem u l-indirizz tal-persuna li għandha tinqeda. It-talba għandha tinkludi wkoll ir-raġuni għaliex ma jkunx mixtieq jew possibbli għax-xhud li jattendi in persona, l-isem tal-awtorità ġudizzjarja u l-ismijiet tal-persuni li jkunu ser imexxu s-smigħ. Din l-informazzjoni hija msemmija fl-Konvenzjoni MLA tal-2000. L-awtorità ġudizzjarja tal-istat rikjest għandha tħarrek lill-persuna kkonċernata biex tidher skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi tagħha.

72. Fil-Konvenzjoni MLA tal-2000, l-Artikolu 10(8) jipprevedi li jekk, matul is-smigħ b'vidjokonferenza, persuna tirrifjuta li tixhed jew tixhed falz, l-istat li fih tkun tinsab il-persuna li tkun qiegħda tinstema għandu jkun f'pożizzjoni li jitratta ma' dik il-persuna bl-istess mod daqs li kieku hija tkun qiegħda tidher fi smigħ li jsir skont il-proċeduri nazzjonali tagħha. Dan jirriżulta mill-fatt li hemm l-obbligu tax-xhieda fi smigħ b'vidjokonferenza, skont dan il-paragrafu, f'konformità mal-liġi tal-istat rikjest. Il-paragrafu mhux intenzjonat partikolarment biex jiggarantixxi li x-xhud, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' obbligu tax-xhieda, ikun soġġett għall-konsegwenzi tal-għemil tiegħu, simili għal dawk applikabbli f'każ domestiku fejn ma jintużax il-vidjokonferenzjar.

73. Fil-paragrafu 9 tal-Artikolu 10, l-użu tas-smigħ b'vidjokonferenza huwa estiż għall-persuni akkużati. Kull Stat Membru għandu kompetenza esklużiva dwar jekk jaqbilx li jeżegwixxi talbiet għal tali smigħ. Stat Membru jista' jagħmel dikjarazzjoni ġenerali dwar il-fatt li ma jkunx ser jagħmel dan .  Il-persuna akkużata għandha tagħti l-kunsens tagħha fi kwalunkwe każ qabel ma jsir is-smigħ.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

IL-QAFAS LEGALI F'MATERJI ĊIVILI U KUMMERĊJALI

4.2. Il-Qafas Legali fil-Materji Ċivili u Kummerċjali

74. Il-qafas legali relevanti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-vidjokonferenzjar f'materji ċivili u kummerċjali huwa r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali. Hemm żewġ kuntesti possibbli li fihom il-vidjokonferenzjar jista' jintuża fil-kumpilazzjoni tax-xhieda transkonfinali skont ir-regolament. Dawn huma l-kumpilazzjoni tax-xhieda minn qorti rikjesta skont l-Artikoli 10 sa 12 u l-kumpilazzjoni tax-xhieda diretta skont l-Artikolu 17.

75. Skont l-Artikoli 10 sa 12, il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda quddiem il-qorti rikjesta, jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti. Il-qorti rikjesta tiddetermina l-kondizzjonijiet li fihom il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jipparteċipaw skont l-Artikolu 10. Il-qorti rikjesta tinnotifikahom meta u fejn ikunu ser isiru l-proċeduri. Skont l-Artikolu 11 il-qorti rikjesta tista' wkoll titlob lill-partijiet u lir-rappreżentanti tagħhom biex ikunu preżenti, jew biex ikunu involuti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk il-possibbiltà tkun prevista mil-liġi tal-Istat Membru tagħha. Ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti jistgħu jagħżlu wkoll li jkunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda quddiem il-qorti rikjesta, jekk dan ikun permess mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti. Jekk il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti tkun mitluba waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni skont l-Artikolu 10.

76. Sabiex tiffaċilita l-preżenza jew il-parteċipazzjoni tal-partijiet jew tal-qorti rikjedenti, il-qorti rikjedenti tista' titlob lill-qorti rikjesta tuża t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, bħall-vidjokonferenzjar, waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-qorti rikjesta għandha tikkonforma ma' din it-talba dment li din tkun kompatibbli mal-liġi tagħha jew dment li ma jkunx hemm diffikultajiet prattiċi kbar. F'każ ta' nuqqas ta' konformità l-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti.

Jekk ma jkunx hemm aċċess għall-mezzi tekniċi, il-mezzi tekniċi jistgħu jsiru disponibbli mill-qrati bi ftehim reċiproku.

77. Ħlief fil-każ ta' talba għal proċedura speċjali mill-qorti rikjedenti, il-qorti rikjesta teżegwixxi t-talba skont il-liġi il-Istat Membru tagħha. Hija tippresjiedi s-smigħ u s-smigħ normalment isir fil-lingwa uffiċjali tal-qorti rikjesta. Il-qorti rikjesta hija responsabbli wkoll għat-tħejjija tas-smigħ u biex tħarrek lix-xhieda. Jekk meħtieġa, miżuri obbligatorji japplikaw skont il-liġi tal-qorti rikjesta. Ix-xhud jista' jagħmel użu mid-dritt li jirrifjuta li jagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti jew rikjesta.

78. Skont l-Artikolu 17 il-qorti tista' titlob li tieħu kumpilazzjoni tax-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor u tippreżenta talba lill-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. Kumpilazzjoni tax-xhieda diretta għandha ssir fuq bażi volontarja mingħajr l-użu ta' miżuri obbligatorji.

Il-qorti rikjedenti għandha tinforma lill-persuni li jkunu qed jinstemgħu li l-kumpilazzjoni tax-xhieda hija volontarja. Wara t-talba, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jinfurmaw lill-qorti rikjedenti jekk it-talba tkun ġiet aċċettata u dwar xi kondizzjonijiet li jaf ikunu meħtieġa skont il-liġi tal-Istat Membru tagħhom, (pereżempju qorti tal-Istat Membru rikjest jaf tkun assenjata tieħu sehem fil-kumpilazzjoni tax-xhieda). Il-qorti rikjedenti teżegwixxi t-talba skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, minkejja li l-kondizzjonijiet skont il-liġi tal-Istat Membru rikjest għandhom ikunu rrispettati. Bħall-Artikolu 10, l-Artikolu 17 jinkoraġġixxi l-użu tal-vidjokonferenzjar. It-talba tista' tkun miċħuda mill-korp ċentrali jew mill-awtorità kompetenti jekk it-talba ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

STANDARDS TEKNIĊI

5. ANNESS II - STANDARDS TEKNIĊI

79. It-tagħmir tal-komunikazzjoni b'konferenza vidjo u awdjo għandu jilħaq l-istandards minimi tal-industrija biex tkun iffaċilitata l-interoperabbiltà lokali u globali. Dawn li ġejjin huma standards komuni tal-industrija (l-aktar mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT)).

Vidjo

80. Standards H.320 u H.310 għall-Vidjo bl-ISDN. Dawn l-istandards jinkludu linji gwida għal kompressjoni u trasmissjoni vidjo, u għal sinjali awdjo u ta' kontroll. Meta sistema vidjo ta' manifattur wieħed tintuża ma' ditta oħra, iż-żewġ sistemi vidjo awtomatikament jaqilbu għad-denominatur komuni ta' H.320. H.310 huwa l-istandard għal konnessjonijiet ISDN aktar veloċi.

81. Standard H.323 għall-Vidjo bl-Internet. L-istandard H.323 jipprovdi bażi għal komunikazzjonijiet awdjo, vidjo u tad-data fuq networks tal-Internet ibbażati fuq protokoll. Billi jikkonformaw mal-H.323, il-prodotti u l-applikazzjonijiet multi-medjali ta' oriġini differenti jistgħu jinteroperaw, waqt li jippermettu lill-utenti jikkomunikaw mingħajr tħassib dwar il-kompatibbiltà.

Konferenza ta' data

82. Standard T.120 għal Konferenza ta' Data. It-T.120 huwa protokoll tal-kondiviżjoni tad-data għal komunikazzjoni tad-data b'punti multipli f'ambjent ta' konferenzjar multimedjali. Huwa jippermetti kollaborazzjonijiet white board, trasferimenti ta' fajls, preżentazzjonijiet grafiċi u kondiviżjoni tal-applikazzjonijiet.

Stampa u Awdjo

83. H.263 u H.264. L-istandard tal-kwalità tal-istampa ta' 30 frejm kull sekonda - Format Intermedju Komuni (FIK) bejn 336-384 kbps (kilobits kull sekonda). L-istandard ta' 30 frejm kull sekonda jiżgura stampa ta' kwalità kważi bħal dik tax-xandir. Eżempji tal-istandards ITU li jirrispettaw dan ir-rekwiżit huma l-H.263 u l-H.264.

84. H.239 - Stampa-fi-stampa (PIP). L-Istampa-fi-stampa jew DuoVideo H.239, jippermetti l-codec li turi mill-inqas żewġ stampi fuq il-monitor.

85. Standards għal kodifikar awdjo: G.711 (Modulazzjoni b'impulsi kodifikati (PCM) ta' frekwenzi tal-vuċi), G.722 (kodifikar awdjo 7 kHz f'64 kbit/s); G.722.1 (Kodifikar b'kumplessità baxxa f'24 u 32 kbit/s għal operazzjonijiet hands-free f'sistemi b'telf baxx tal-frejms).

86. Mikrofoni b'kanċellazzjoni tal-eku b'rispons ta' frekwenza minn 100 sa 7,000 Hz, immutar ta' l-awdjo, swiċċ biex tixgħel/titfi u awdjo full-duplex.

87. H.281 - Protokoll għall-kontroll tal-kameras imbegħdin għall-vidjokonferenzi bl-użu ta' H.224. H.281 huwa l-istandard għal protokoll għall-kontroll tal-kameras lokali u mbegħdin għal vidjonferenzjar ISDN (H.320), għal kamera(s) bl-abbiltà li jippannjaw, jinklinaw u jiffukar, kemm manwalment kif ukoll jekk ikunu prestabbiliti.

Kanali, Medda tal-frekwenza u Pontijiet

88. Mill-anqas 6 kanali għal sistemi għall-vidjokonferenjar fi kmamar li jużaw sistemi ISDN jew vidjo li jaħdmu bħala l-unika applikazzjoni fuq kompjuter personali jew sistema ta' kamra aktar qawwija għandu jkollhom il-kapaċità li jużaw 3 linji ISDN. Din il-kapaċità hija meħtieġa biex jintlaħqu 384 kbps bi 30 frejm kull sekonda. B'mod ġenerali, akbar ma tkun il-medda tal-frekwenza taċ-ċirkwiti għall-konnessjoni u l-qawwa tal-ipproċessar tal-codec, aktar tkun tajba l-kwalità tal-istampa speċjalment fi skrins kbar.

89. Standards għal Codecs: H.261, H.263 u H.264. Il-funzjoni primarja tal-codec hija li jikkompressa u jiddekompressa l-vidjo u l-awdjo. Outputs identiċi multipli jistgħu jkunu pprovduti mis-sistema ta' output singola permezz ta' apparat magħruf komunement bħala "amplifikatur tad-distribuzzjoni."

90. Standards tal-Grupp ta' Inter-Networking b'Medda tal-Frekwenza Fuq Talba (BONDING) (ISDN u H.320 biss) għal multipleksers inversi. Il-multipleksers inversi jikkombinaw kanali individwali 56K jew 64K biex joħolqu aktar medda tal-frekwenza, li tirriżula fi kwalità aħjar tal-istampa.

91. H.243 - Standard għat-Teknoloġija tal-Pontijiet H.320/H.323. It-tagħmir-pont b'punti multipli huwa indirizzat taħt l-istandard H.243. Il-punt b'punti multipli jgħaqqad il-parteċipanti kollha billi jippermetti s-sistema tal-vidjokonferenzjar tikkonnettja ma' aktar minn żewġ postijiet.

92. H.460 huwa standards għall-qsim tas-sinjali tal-vidjokonferenzjar H.323 minn firewalls u u traduzzjoni tal-indirizz tan-network (NAT). H.460.18 u H.460.19 huma standards li jippermettu t-tagħmir tal-H.323 jiskambjaw is-sinjal u l-medja matul konfini impost min-NAT u l-firewalls.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

PASSI PRINĊIPALI GĦALL-UŻU TAL-VIDJOKONFERENZJAR FI PROĊEDURI TRANSKONFINALI

Pass

Vidjokonferenzjar -

Materji ċivili u kummerċjali

Vidjokonferenzjar -

Materji kriminali

1. Talba għal kumpilazzjoni tax-xhieda

 

 

1.1. L-atturi involuti

Il-qorti tibgħat it-talba

 

It-talbiet huma trasmessi direttament mill-qorti fejn ikunu bdew il-proċeduri (il-'qorti rikjedenti') lill-qorti ta' Stat Membru ieħor li fih issir il-kumpilazzjoni tax-xhieda (il-'qorti rikjesta'). Talba biex kumpilazzjoni tax-xhieda direttament (skont l-Artikolu 17) tkun ippreżentanta mill-qorti rikjedenti lill-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rikjest.

Qorti, prosekutur jew awtorità ġudizzjarja oħra jibgħatu t-talba

It-talbiet jintbagħtu direttament mill-qorti (il-'qorti rikjedenti') jew awtorità ġudizzjarja kompetenti (eż. prosekuturi pubbliċi jew Ċentri ta' Assistenza Legali Reċiproka) lill-qorti kompetenti tal-istat rikjest.

1.2. Formola ta' talba

Formoli standard fir-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001

 

It-talba għandha ssir bl-użu tal-formoli standard li huma anness għar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001 It-talba għandha tinkludi d-dettalji, bħall-isem u l-indirizz tal-partijiet għall-proċeduri, in-natura u s-suġġett tal-każ, deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir eċċ. Il-formoli relevanti li għandhom jintużaw huma:

Formola tat-tip A: talba għal kumpilazzjoni tax-xhieda (skont l-Artikoli 10 sa 12);

Formola tat-tip I: talba għal kumpilazzjoni tax-xhieda diretta (skont l-Artikolu 17).

Formola standard (mhux obbligatorja):

Talba għal għajnuna ġuridika reċiproka f'materji kriminali.

 

It-talbiet għal smigħ b'vidjokonferenza għandu jkun fihom, minbarra informazzjoni dwar l-awtorità li tagħmel it-talba, is-suġġett u r-raġuni tat-talba fejn possibbli, l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata u fejn meħtieġ, l-isem tal-awtorità ġudizzjarja u tal-persuni li jkunu ser imexxu s-smigħ.

 

Barra minn hekk, għandha tinkludi wkoll ir-raġuni għaliex ma jkunx mixtieq jew possibbli għax-xhud jew espert li jattendi in persona, l-isem tal-awtorità ġudizzjarja u tal-persuna li tkun ser tmexxi s-smigħ.

 

1.3. Preżentazzjoni ta' talba

Il-formoli jinsabu fis-sit elettroniku tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew (Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali)

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/te_documents_en.htm

 

It-talba tista' tintbagħat bil-posta, bil-kurrier, bil-fax (fl-Istati Membri kollha) jew bil-posta elettoronika (fi 13-il Stat Membru biss).

1.4. Tweġiba għal talba

1. Kumpilazzjoni (mhux diretta) tax-xhieda mill-qorti rikjesta:

 

 

 

Dikjarazzjoni ta' riċevuta: F'talbiet li jsiru skont l-Artikoli 10 sa 12 (jiġifieri talbiet għal kumpilazzjoni mhux diretta tax-xhieda) fi żmien sebat ijiem li tkun rċeviet it-talba, il-qorti rikjesta għandha tiddikjara li tkun irċeviet it-talba lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola tat-tip B fl-Anness.

Formola: It-tweġiba ssir bl-użu tal-formola tat-tip F, li hija annessa għar-Regolament 1206/2001. Hija tinkludi notifika tad-data, il-ħin, il-post ta' meta ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.

Żmien: Fi żmien tletin jum il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti jekk it-talba ma tistax tkun aċċettata jew jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni. In-notifika ssir bl-użu tal-formola tat-tip C, li hija annessa għar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda.

Jekk tkun aċċettata, it-talba għandha tkun eżegwita fi żmien 90 jum mir-riċevuta. F'każ ta' dewmien il-formola tat-tip G għandha tintuża biex tiġi notifikata l-qorti rikjedenti. Meta talba tkun ġiet miċħuda (formola tat-tip H), il-qorti rikjesta għandha tinnotifika lill-qorti rikjedenti fi żmien 60 jum mir-riċevuta tat-talba.

Ċaħda tal-użu tal-vidjokonferenzjar: Il-qorti rikjesta għandha tikkonforma ma' ħtieġa bħal din dment li din il-proċedura tkun kompatibbli mal-liġi tagħha jew dment li ma jkunx hemm diffikultajiet prattiċi kbar.

Il-qorti responsabbli għat-trattament tat-talba tiddikjara mill-aktar fis possibbli li tkun irċeviet it-talba.  Madankollu,

il-qorti rikjesta mhix obbligata tiddikjara li tkun irċeviet it-talba skont il-Konvenzjoni MLA tal-2000.

Dikjarazzjoni ta' riċevuta tintbagħat lill-awtorità tal-Istat Membru rikjedenti u jkun fiha l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax tal-qorti u, jekk possibbli, l-imħallef responsabbli għat-trattament tagħha.

 

L-Istat Membru rikjest għandu jeżegwixxi t-talba għal assistenza mill-aktar fis possibbli, b'kont meħud

kemm jista' jkun tal-iskadenzi proċedurali u ta' skadenzi oħrajn indikati mill-Istat Membru rikjedenti. It-Talba

L-Istat Membru rikjedenti għandu jispjega r-raġunijiet għall-iskadenzi.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċaħda tal-użu tal-vidjokonferenzjar: L-Istat Membru rikjest għandu jaqbel mas-smigħ b'vidjokonferenzjar dment li l-użu tal-vidjokonferenzjar ma jkunx kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tiegħu u bil-kondizzjoni li huwa jkollu l-mezzi tekniċi biex iwettaq is-smigħ.

 

Talbiet għal kumpilazzjoni tax-xhieda diretta skont l-Artikolu 17:

Fi żmien 30 jum mir-riċevuta tat-talba, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw lill-qorti rikjedenti, billi jimlew il-formola tat-tip J, jekk it-talba tkunx ġiet aċċettata jew le u dwar xi kondizzjonijiet li taħthom tista' ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda.  Jekk dan ikun aċċettat, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex tieħu sehem fl-eżekuzzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu u l-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti.

 

1.5. Aċċess għat-tagħmir tal-VK

Jekk ma jkun hemm l-ebda aċċess għall-mezzi tekniċi msemmija hawn fuq fil-qorti rikjedenti jew fil-qorti rikjesta, dawn il-mezzi jistgħu jsiru disponibbli mill-qrati fuq qbil reċiproku.

Jekk l-Istat Membru rikjest ma jkollu ebda aċċess għall-mezzi tekniċi għall-vidjokonferenzjar, tali mezzi jistgħu jsiru disponibbli mill-Istat Membru rikjedenti fuq qbil reċiproku.

1.6. Arranġamenti prattiċi qabel il-VK

1. Kumpilazzjoni (mhux diretta) tax-xhieda mill-qorti rikjesta:

Qorti rikjesta: notifika lill-qorti rikjedenti u/jew lill-partijiet tad-data, il-ħin, il-post ta' meta ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.

- taħrik tax-xhieda

Qorti rikjedenti u qorti rikjesta:

- prenotazzjoni tal-awla tal-qorti

- attivazzjoni tat-tagħmir tal-VK (inkluż ittestjar tal-konnessjonijiet)

- prenotazzjoni ta' interpreti u persunal tekniku

2. Kumpilazzjoni tax-xhieda diretta:

Qorti rikjedenti:

notifika lix-xhud tad-data, il-ħin, il-post ta' meta ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda

Qorti rikjedenti jew faċilità tal-vidjokonferenzjar (bl-assistenza tal-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti):

- prenotazzjoni tal-awla tal-qorti jew ta' faċilità tal-vidjokonferenzjar

- attivazzjoni tat-tagħmir tal-VK (inkluż ittestjar tal-konnessjonijiet)

- prenotazzjoni ta' interpreti u persunal tekniku

Il-qorti jew awtorità ġudizzjarja oħra tal-Istat Membru rikjest tħarrek lill-persuna biex tidher skont il-liġi tiegħu.

 

Qorti rikjedenti u qorti rikjesta jew faċilità tal-vidjokonferenzjar:

- prenotazzjoni tal-awla tal-qorti jew ta' faċilità tal-vidjokonferenzjar

- attivazzjoni tat-tagħmir tal-VK (inkluż ittestjar tal-konnessjonijiet)

- prenotazzjoni ta' interpreti u persunal tekniku

1.7. Lingwi u intepretazzjoni

1.  Kumpilazzjoni (mhux diretta) tax-xhieda mill-qorti rikjesta:

Il-lingwa

Il-lingwa tal-qorti rikjesta għandha tintuża.

 

L-użu ta' interpretu

Fuq talba tal-qorti rikjesta jew tal-persuna li għandha tinstema', il-qorti rikjedenti tiżgura li l-persuna li għandha tinstema' tkun assistita minn interpretu, jekk meħtieġ;

 

2. Kumpilazzjoni tax-xhieda diretta:

Il-lingwa

Soġġett għal kondizzjonijiet imposti mill-awtorità ċentrali jew mill-awtorità kompetenti, il-lingwa tal-qorti rikjedenti għandha tintuża.

L-użu ta' interpretu

Il-qorti rikjedenti tiżgura li l-persuna li għandha tinstema' tkun assistita minn interpretu, jekk meħtieġ.

Il-lingwi

Fit-talba, il-qorti rikjedenti tinforma lill-qorti rikjesta bil-lingwa li għandha tintuża.

Il-qorti rikjedenti u dik rikjesta jistgħu, jekk adegwat, jiddeċiedu li l-proċeduri jsiru totalment jew parzjalment f'lingwa barranija.

L-użu ta' interpretu

Fuq it-talba tal-Istat Membru rikjedenti jew tal-persuna li għandha tinstema', l-Istat Membru rikjest għandu jiżgura li l-persuna li għandha tinstema' tkun assistita minn interpretu, jekk meħtieġ.

2.1. L-organizzazzjoni tas-smigħ bl-użu tal-vidjokonferenzjar

Il-liġi tal-istat rikjest tkun applikata

L-użu tal-vidjokonferenzjar ikun irregolat skont il-liġi tal-istat rikjedest.  Madankollu, il-qorti rikjedenti tista' tirrikjedi li t-talba tkun eżegwita skont proċedura speċjali prevista mil-liġi tal-Istat Membru.  Il-qorti rikjesta għandha tikkonforma ma' din dment li din il-proċedura tkun kompatibbli mal-liġi tagħha jew dment li ma jkunx hemm diffikultajiet prattiċi kbar.

 

F'kumpilazzjoni tax-xhieda diretta skont l-Artikolu 17 tal-qorti rikjedenti, il-qorti rikjedenti għandha teżegwixxi t-talba skont il-liġi nazzjonali tagħha.

Il-liġi tal-istat rikjedenti tkun applikata

L-użu tal-vidjokonferenzjar ikun irregolat skont il-liġi tal-istat rikjedenti.  L-istat rikjest għandu jikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri indikati biċ-ċar mill-istat rikjedenti, dment li tali formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji bażiċi tal-liġi fl-istat rikjest.

 

 

 

 

 

 

 

Iċ-ċaħda li wieħed jixhed

Il-persuna li għandha tinstema' tista' tiċħad jekk tkun appoġġata jew mil-liġi tal-istat rikjest jew mil-liġi tal-istat rikjedenti.

 

Talbiet għal kumpilazzjoni tax-xhieda diretta skont l-Artikolu 17 tista' ssir biss fuq bażi volontarja mingħajr il-ħtieġa ta' miżuri obbligatorji.

 

 

Iċ-ċaħda li wieħed jixhed

Il-persuna li għandha tinstema' tista' tiċħad jekk tkun appoġġata jew mil-liġi tal-istat rikjest jew mil-liġi tal-istat rikjedenti.

 

Il-preżenza tal-awtorità ġudizzjarja tal-istat rikjest

Awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest għandha tkun preżenti matul is-smigħ, fejn meħtieġ tkun assistita minn interpretu, u għandha tkun responsabbli biex tiżgura kemm l-identifikazzjoni tal-persuna li għandha tinstema' kif ukoll ir-rispett għall-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru rikjest.

2.2.  Min hu responsabbli mis-smigħ b'VK

1.  Kumpilazzjoni (mhux diretta) tax-xhieda mill-qorti rikjesta:

Il-qorti rikjesta (il-qorti tal-istat rikjest skont l-Artikoli 10-12 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001)

 

2. Kumpilazzjoni tax-xhieda diretta:

Il-qorti rikjedenti (il-qorti tal-istat rikjedenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001).

Il-qorti jew il-prosekutur tal-istat rikjedenti

2.3.  Spejjeż tal-vidjokonferenzjar

Il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż tal-ispejjeż imħallsa lill-esperti u l-interpreti, u tal-arranġamenti tal-vidjokonferenzjar.

L-eżekuzzjoni tat-talba għal kumpilazzjoni indiretta tax-xhieda m'għandhiex twassal għal talba għal rimborż ta' taxxi jew spejjeż. Madanakollu, jekk il-qorti rikjesta teħtieġ dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu tal-vidjokonferenzjar.

Il-qorti rikjedenti għandha tiżgura r-rimborż tal-ispejjeż imħallsa lill-esperti u l-interpreti, u tal-arranġamenti tal-vidjokonferenzjar.  Il-qorti rikjesta tista' tirrinunzja għar-rimborż tal-ispejjeż kollha jew ta' parti minnhom.

3.  Miżuri wara s-sessjoni tal-VK

1. F'talbiet għal kumpilazzjoni mhux diretta tax-xhieda (jiġifieri dawk skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament) il-qorti rikjesta għandha tibgħat mingħajr dewmien lill-qorti rikjedenti d-dokumenti li jistabbilixxu l-eżekuzzjoni tat-talba u, fejn adegwat, tirritorna d-dokumenti li tkun rċeviet mill-qorti rikjedenti. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn konferna ta' eżekuzzjoni permezz tal-formola tal-tip H fl-Anness tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001.

2. Kumpilazzjoni tax-xhieda diretta:

Dment li ma jkunx impost mod ieħor fil-kondizzjonijiet mill-korp ċentrali, ebda miżuri mhuma meħtieġa wara s-sessjoni tal-vidjokonferenzjar.

L-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru rikjest għandha, fi tmiem is-smigħ, tħejji l-minuti li jindikaw id-data u l-post tas-smigħ, l-identità tal-persuna mismugħa, l-identitajiet u l-funzjonijiet tal-persuni l-oħrajn kollha li jipparteċipaw fl-Istat Membru rikjest, kwalunkwe ġurament li jkun ittieħed u l-kondizzjonijiet tekniċi li fihom ikun sar is-smigħ.  Id-dokument għandu jintbagħat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.