The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages have already been translated.
Swipe to change

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli?

Italy
Content provided by:
European Judicial Network
European Judicial Network (in civil and commercial matters)

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Ċertu tilwim ċivili jrid jitressaq quddiem qrati speċjalizzati, għaliex pereżempju t-tilwim dwar kwistjonijiet agrikoli jinstema' minn taqsimiet speċjalizzati tal-qrati ordinarji, u t-tilwim dwar kwistjonijiet ta' negozju u kumpaniji jinstema' mill-qorti tal-kummerċ. Qrati speċjalizzati oħra huma l-qorti tal-minuri u l-qorti li tittratta kwistjonijiet tal-ilmijiet pubbliċi. Fil-każijiet l-oħra, il-kawżi ċivili jinstemgħu mill-qrati ordinarji li madankollu jistgħu jsegwu proċeduri speċjali, pereżempju fit-tilwim industrijali u tilwim dwar lokazzjonijiet.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-qorti kompetenti hija dik li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali (il-forum ġenerali tal-persuni fiżiċi jkun dak tar-residenza tal-konvenut), jew fuq il-bażi tal-valur tal-pretensjoni (skont liema t-tilwima tinstema' jew mill-Kummissarju tal-Ġustizzja jew minn tribunal) jew skont is-suġġett ikkonċernat (ċerti suġġetti jinstemgħu minn qrati partikolari minkejja l-valur tagħhom, pereżempju l-kawżi ta' annullament taż-żwieġ jinstemgħu minn qorti ġenerali ffurmata minn kulleġġ ta' ġudikanti).

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Ma hemmx relazzjoni ġerarkika bejn il-qrati iżda biss qrati b'ġuriżdizzjonijiet differenti. Fl-ewwel istanza, skont il-valur tal-kawża, għandu ġuriżdizzjoni l-Kummissarju tal-Ġustizzja, fi kliem ieħor qorti ġenerali. Il-qorti ġenerali ffurmata minn ġudikant uniku u dik iffurmata minn kulleġġ ta' ġudikanti għandhom ġuriżdizzjoni skont is-suġġett. Il-Qorti tal-Appell ġeneralment għandha ġuriżdizzjoni fl-appell, madankollu kultant il-proċedimenti jridu jibdew quddiem il-Qorti tal-Appell (ġuriżdizzjoni funzjonali, pereżempju għal rikorsi għall-annullament ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ). Bħala regola ġenerali kawża tinstema' mill-qorti tal-prim'istanza tal-post ta' residenza tal-konvenut.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Biex jiġi stabbilit liema qorti tal-prim'istanza għandha ġuriżdizzjoni trid tivverifika liema hija l-belt ta' residenza jew domiċilju tal-konvenut (forum ġenerali tal-persuni fiżiċi), jew tidentifika l-qorti ta' post ieħor fejn il-qrati jkollhom ġuriżdizzjoni alternattiva għal dak it-tip ta' każ partikolari, pereżempju għal tilwim minħabba obbligi kuntrattwali, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti fejn nibtu dawk l-obbligi.

Madankollu, għal ċertu tilwim jeżistu qrati speċjali b'ġuriżdizzjoni esklussiva. F'kawżi tal-konsumaturi, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn joqgħod jew għandu d-domiċilju l-konsumatur, u f'kawżi dwar drittijiet fuq proprjetà immobbli hija l-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà (locus rei sitae).

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Għal persuni fiżiċi normalment il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza, tad-domiċilju jew jekk it-tnejn mhumiex magħrufa, tal-post fejn jgħix il-konvenut. Jekk il-konvenut ma għandux residenza, domiċilju jew ma jgħix fir-Repubblika Taljana jew jekk mhux magħruf fejn jgħix, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza tar-rikorrent.

Għal persuni ġuridiċi, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali jew (bl-għażla tar-rikorrent) tal-istabbiliment u r-rappreżentant awtorizzat li jidher il-qorti f'isimha; l-uffiċċju prinċipali tal-kumpaniji li ma għandhomx personalità ġuridika, l-assoċjazzjonijiet u l-kumitati huwa dak fejn huma jmexxu l-attivitajiet tagħhom b'mod kontinwu

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

L-eċċezzjonijiet għar-regola tal-forum ġenerali huma l-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni esklussiva, fejn il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza tal-konsumatur.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

F'ċerti każijiet hemm il-possibiltà ta' għażla bejn il-qorti ġenerali u waħda alternattiva. Pereżempju minbarra l-forum ġenerali għal persuna fiżika jew ta' persuna ġuridika, ir-rikorrent jista' jagħżel li jressaq il-kawża tiegħu quddiem qorti oħra prevista alternattivament f'każijiet li jinvolvu drittijiet kontra persuni speċifiċi (diritti di obbligazione). F'dawn il-każijiet ir-rikorrent jista' jagħżel il-qorti ġenerali jew li jidher quddiem il-qorti tal-post fejn seħħet l-obbligazzjoni (l-avveniment jista' jkun kuntrattwali jew mhux kuntrattwali) jew inkella l-qorti fejn trid iseħħ l-obbligazzjoni (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Iż-żewġ qrati speċjali alternattivi previsti mill-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili huma ndaqs bejniethom u mal-qorti ġenerali.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Meta l-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva. Fil-każ ta' żgumbrament jew tilwim dwar drittijiet fuq il-proprjetà fejn il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, eżempju ieħor huma l-kawżi tal-konsumaturi, fejn il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dejjem dik tal-post ta' residenza tal-konsumatur.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Sakemm ma jkunx hemm ġuriżdizzjoni obbligatorja, (pereżempju ġuriżdizzjoni territorjali f'każ ta' proprjetà immobbli), il-partijiet jistgħu jiftehmu flimkien fuq qorti differenti (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Skont in-natura tat-tilwima, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati ġenerali, li jisimgħu każijiet dwar drittijiet personali jew qrati speċjali li jittrattaw interessi leġittmi minħabba awtoritajiet pubbliċi jew oqsma speċifiċi oħra (qorti amministrattiva, qorti għall-kontijiet pubbliċi, jew qorti dwar it-taxxi).

Fis-sistema ta' qrati ordinarji, is-suġġett tat-tilwima jiddetermina jekk il-każ jitressaqx quddiem taqsima jew imħallef speċjalizzat. Pereżempju t-tilwim relatat mal-kumpaniji jinstema' mill-qorti tal-kummerċ.

Ħoloq relatati

http://www.giustizia.it/

Annessi relatati

Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-Artikoli 1-30 BIS PDF (125 Kb) it

L-aħħar aġġornament: 30/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Use the form below to share your comments and feedback on our new website