The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.

Imputati (proċeduri kriminali)

Latvia

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta tkun involut b'xi mod fi proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f'liema ċirkostanzi għandek id-dritt li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x'jista' jagħmel għalik avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas.

Content provided by:
Latvia

Kif issib avukat

Jekk teħtieġ avukat ikkuntattja lill-Kunsill Latvjan tal-Avukati. Huma għandhom lista ta' avukati li jipprattikaw il-liġi fil-Latvja.

Kemm jekk inti miżmum f'kustodja kif ukoll jekk le, tista' tinforma lill-awtorità inkarigata mill-proċeduri (l-investigatur/il-prosekutur/il-qorti) li tixtieq tikseb parir legali. Inti tirċievi informazzjoni dwar l-avukati tal-għajnuna legali jew avukat tal-għajnuna legali jiġi infurmat li inti teħtieġ parir legali, u dan jingħatalek. 

L-aħjar għażla għalik jew għall-qraba tiegħek hija li jintlaħaq ftehim ma' avukat li jittratta l-każ tiegħek għal kemm żmien ikun hemm bżonn. 

Kif tħallas lill-avukat

L-avukati jeħtieġ li jitħallsu u l-klijent u l-avukat jiftiehmu bil-miktub dwar il-ħlas. Jekk ma jsir l-ebda ftehim ma' avukat, l-Istat jipprovdilek il-parir legali meħtieġ, li jitħallas mill-baġit tal-Istat.

Links relatati

Il-liġi dwar il-proċeduri kriminali

Il-liġi dwar l-Assoċjazzjoni tal-Avukati

Il-liġi dwar l-għajnuna legali pprovduta mill-Istat

Ir-Regolament dwar l-għajnuna legali pprovduta mill-Istat

L-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Latvja

L-awtorità għall-għajnuna legali

L-aħħar aġġornament: 11/08/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.