The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.

Imputati (proċeduri kriminali)

Germany

Content provided by:
Germany

Kif jiġu ttrattati r-reati tat-traffiku?

Ir-reati minuri tat-traffiku, bħall-veloċità eċċessiva, jiġu ttrattati mill-awtoritajiet amministrattivi. Dawn mhumiex meqjusa bħala reati kriminali (Straftaten), iżda bħala delitti minuri (Ordnungswidrigkeiten). Iżda, reati serji tat-traffiku, partikolarment reati li jkunu ta' periklu għal utenti oħrajn tat-triq jew fejn dawn jisfgħu mweġġa', jiġu kkunsidrati bħala reati kriminali.

L-investigazzjoni relatata ma' reati minuri tat-traffiku ssir mill-awtoritajiet amministrattivi. Waqt il-proċeduri, inti tista’ tippreżenta l-opinjonijiet tiegħek bil-miktub. Għal reati minuri ħafna (eż. reati relatati mal-parking), inti l-ewwel tiġi mwissi u offrut il-possibbiltà li tħallas penali ta’ twissija (Verwarnungsgeld) li ma taqbiżx EUR 35. Jekk tħallas, il-kwistjoni tintemm hemm; jekk ma tħallasx u l-awtoritajiet amministrattivi jemmnu li inti għandek tort, huma jistgħu joħorġu avviż ta’ piena (Bußgeldbescheid) li jeżiġi li inti tħallas il-multa (Bußgeld). Avviż ta’ piena bħal dan jista’ anki jimponi projbizzjoni tas-sewqan. L-ammont tal-multa u t-tul tal-projbizzjoni huma stabbiliti f’katalgu ta' penali.

Inti tista’ tappella  (Einspruch) kontra avviż ta’ piena. Il-prosekutur pubbliku jirreferi l-każ lill-qorti. Fil-prinċipju, għandu jkun hemm proċess, simili għall-proċeduri deskritti fl-Iskeda Informattiva 4. Jekk il-qorti tiddeċiedi li mhux neċessarju li jsir proċess sħiħ quddiem il-qorti kriminali, u jekk inti u l-prosekutur pubbliku taqblu dwar dan, il-qorti tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni permezz ta' ordni tal-qorti (Beschluss). Inti tista’ tikkontesta l-verdett jew l-ordni tal-qorti f’dawn il-proċeduri, billi tressaq ilment dwar punt ta' liġi (Rechtsbeschwerde) quddiem il-qorti reġjonali superjuri (Oberlandsgericht). Madankollu, dan it-tip ta' appell huwa disponibbli biss f’ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju f'każ li tkun ingħatajt multa ta’ iktar minn EUR 250 jew fejn il-kwistjoni sservi sabiex il-liġi tiġi ċċarata.

Jistgħu ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn? Jekk iva, kif?

Ċittadini tal-Istati Membri l-oħra wkoll jistgħu jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn. Jekk inti twettaq reat tas-sewqan, tista' tingħata penali ta' twissija jew garanzija tal-ħlas dak il-ħin stess. Din tal-aħħar tikkumpensa għal multa li tiġi ddeterminata fi tmiem il-proċeduri. Jekk inti ma titwaqqafx waqt li qed twettaq reat tat-traffiku, inti tista’ titressaq quddiem qorti jekk il-pajjiż tiegħek jikkondividi d-dejta tal-identifikazzjoni tal-vetturi mal-Ġermanja. Il-Ġermanja mistennija tissieħeb fis-sistema tal-infurzar tal-multi mifruxa mal-UE kollha mill-ħarifa tal-2010. Dan ifisser li l-multi imposti fil-Ġermanja jistgħu jiġu infurzati fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Dawn ir-reati jistgħu jiġu inklużi fil-kondotta tiegħi?

Ir-reati minuri tat-traffiku ma jiġux irreġistrati fir-Reġistru Kriminali Federali Ċentrali imma fir-Reġistru Ċentrali ta' Awturi tar-Reati tat-Traffiku. Dan ir-reġistru jinkludi d-dettalji tal-persuni kollha li jwettqu reati tat-traffiku fil-Ġermanja, sew jekk għandhom liċenzja Ġermaniża sew jekk barranija. Kwalunkwe reat li jinvolvi multa ta’ EUR 40 jew iktar jiġi rreġistrat fil-bażi tad-dejta. Skont il-gravità tar-reat, jiġi rreġistrat ukoll ċertu numru ta’ punti penali. Is-sewwieqa Ġermaniżi jitilfu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom jekk jeħlu 18-il punt jew iktar, filwaqt li s-sewwieqa barranin jitilfu d-dritt li jsuqu fil-Ġermanja.

Iktar informazzjoni

Ir-reati tat-traffiku u l-proċeduri rilevanti huma koperti mill-Att dwar it-Traffiku fit-Triq, mill-Kodiċi tal-Awtostrada u mill-Att dwar id-Delitti Minuri.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.