Please note that the original language version of this page Dutch has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages: French have already been translated.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Belgium

Content provided by:
Belgium

Nista’ nappella?

Nista’ nappella missentenza/id-deċiżjoni fil-proċess kontra l-piena?

Is-sentenza mogħtija fl-assenza tiegħek jew meta ma tkunx ġejt irrappreżentat minn avukat tingħata awtomatikament. Jeżisti rikors speċifiku, biex id-deċiżjoni tiġi revokata, li huwa dejjem previst. Hemm ukoll possibbiltà ta' appell.

Jekk is-sentenza tingħata fil-preżenza tiegħek, id-deċiżjoni hija kontenzjuża. Ir-rimedju huwa l-appell, previst biss meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet minn tribunal. L-appell għalhekk ma jeżistix kontra s-sentenzi tal-qorti tal-appell u tal-qorti tal-ġurati.

Kif? Quddiem min?

Jekk inti qed tinżamm taħt arrest, ir-rikors u l-appell jistgħu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tal-ħabs. Jekk inti liberu, r-rikos isir permezz ta’ marixxall tal-ġustizzja, filwaqt li l-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li ħadet id-deċiżjoni.

Kemm għandi żmien sabiex nagħmel dan?

Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum.

  • L-iskadenza għall-preżentata tar-rikors tibda tgħodd mill-għada li ssir taf dwar l-għoti bil-miktub (notifika) tad-deċiżjoni.
  • L-iskadenza għall-appell tibda mill-jum ta’ wara dak tas-smigħ li fih ingħata l-verdett.

X’inhuma r-raġunijiet għar-rikors?

Nuqqas ta’ ftehim dwar il-fatti ddikjarati stabbiliti jew fuq punti ta' liġi.

X’jiġri jekk nippreżenta rikors?

X’jiġri jekk inkun il-ħabs meta nippreżenta rikors?

Jekk ir-rikors jirrigwarda l-każ li għalih inti qed tkun miżmum u ġejt ikkundannat għal piena ta’ ħabs, inti tibqa’ l-ħabs sakemm ma tingħata deċiżjoni oħra. F’dan il-proċess il-ġdid tista’ ssir talba għal libertà provviżorja.

Jekk inti qed tkun miżmum minħabba każ ieħor, ir-rikors ma jkollu l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni ta’ priġunerija tiegħek.

Kemm idum sabiex jinstema’ r-rikors?

Is-smigħ tar-rikors  isir fi żmien 15-il jum mill-preżentata tarrikors jekk tkun liberu, jew fi żmien 3 ijiem jekk inti qiegħed f'kustodja. L-appell ma jsirx aktar tard minn 60 jum mir-rikors.

Nista’ nressaq provi ġodda għar-rikors?

Iva.

X’inhuma r-regoli applikabbli?

L-istess regoli bħal dawk ta’ quddiem il-Prim’ Imħallef (ara skeda 3).

X’jiġri fl-udjenza tar-rikors?

L-ewwel l-imħallef jevalwa jekk ir-rikors tressaqx fil-ħin imbagħad jiġġudika mill-ġdid il-fatti mressqa u l-piena eventwali li għandha tingħata.

X’tista’ tkun id-deċiżjoni tat-tribunal/tal-qorti?

X’jiġri jekk ir-rikors jiġi aċċettat/irrifjutat?

Jekk ir-rikors għall-oġġezzjoni jew għall-appell jiġi aċċettat, hemm żewġ ipoteżijiet:

  • L-inammissibbiltà tal-prosekuzzjoni jew il-libertà, li tinvolvi l-ħelsien immedjat tiegħek jekk inti tkun miżmum;
  • kundanna għal sentenza iqsar.

Jekk ir-rikors jiġi rrifjutat,

  • fil-każ tal-oġġezzjoni, il-kundanna tiġi kkonfermata iżda qatt ma tiħrax;
  • fil-każ tal-appell, il-kundanna tista’ tkun ikkonfermata jew tiħrax.

Għandi dritt ta’ rikors kontra awtorità ogħla/awtorità oħra?

L-appell jista’ jsir kontra d-deċiżjoni fir-rikors ta' oġġezzjoni minn tribunal, quddiem il-qorti tal-appell.  Appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum quddiem il-Qorti tal-kassazzjoni kontra deċiżjoni fuq appell lill-marixxall tal-qorti. Dan ma jissospendix l-eżekuzzjoni tal-kundanna.

F’liema ċirkostanzi?

Ir-rikors fil-kassazzjoni huwa ġġustifikat biss f’każ ta’ ksur tal-liġi jew tal-proċedura.

Jekk l-ewwel deċiżjoni kienet żbaljata, niġi kkumpensat?

Iva, jekk inti kont arrestat f’dan il-każ.

B’xiex?

Permezz ta’ kumpens għad-dannu li tkun sofrejt minħabba l-arrest.

Kif?

Permezz ta’ applikazzjoni bil-miktub lill-Uffiċċju pubbliku federali tal-Ġustizzja.

Jekk ir-rikors tiegħi jiġi aċċettat, il-fatt li kont misjub ħati jibqa' fil-kondotta tiegħi?

Le.

Is-sentenza meta titqies definittiva?

Meta ma jitressaq l-ebda oġġezzjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tas-sentenza mogħtija in absentia.

Meta ma jsir l-ebda appell minnek jew mill-prosekuzzjoni fi żmien 25 jum mill-qari tas-sentenza.

Jien ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, nista’ nintbagħat lura wara l-proċess fil-Belġju?

Iva.

It-trasferiment huwa awtomatiku?

Le, dejjem għandu jkun hemm ftehim bejn il-Belġju u l-Istat l-ieħor.

F’liema ċirkostanzi?

  • l-ewwel każ: biex tiskonta f’pajjiżek is-sentenza mogħtija fil-Belġju, li ma tistax tkun appellata, ta’ piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 6 xhur (ara ukoll: Il-Ġustizzja mill-A saż-Z

a) bil-kunsens tiegħek, jekk ikollok permess ta’ residenza fil-Belġju biss. Ara l-Konvenzjoni Ewropea.

b) mingħajr il-kunsens tiegħek jekk m’għandekx jew skadielek il-permess tar-residenza fil-Belġju (ara l-Konvenzjoni Ewropea)  jew jekk inti kont is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Belġju b’garanzija ta’ ritorn fil-pajjiż tal-oriġini.

  • it-tieni każ: mingħajr il-kunsens  tiegħek, sabiex tiġi ġġudikat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek fuq bażi ta’ mandat Ewropew maħruġ mill-pajjiż li inti ċittadin tiegħu. Jekk inti għadek trid tiskonta s-sentenza tiegħek hawnhekk, il-Belġju jista’ jistenna tmiem is-sentenza tiegħek sabiex jittrasferik lejn l-Istat tal-oriġini tiegħek, jew jista’ jibgħatek temporanjament sabiex tiġi ġġudikat hemmekk b’garanzija ta’ ritorn sabiex imbagħad tiskonta s-sentenza tiegħek fil-Belġju. Jekk inti għandek ir-residenza normali tiegħek hawnhekk, inti tista’ titlob lil-Belġju li jibgħatek lura bil-kundizzjoni li tmur lura sabiex tkun tista’ tiskonta s-sentenza tal-pajjiż l-ieħor fil-Belġju.
  • it-tielet każ: mingħajr il-kunsens tiegħek, sabiex tiskonta fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek sentenza mogħtija fuq bażi ta’ mandat Ewropew maħruġ mill-Istat li inti ċittadin tiegħu.  Jekk inti għadek trid tiskonta s-sentenza tiegħek hawnhekk, il-Belġju jistenna li tispiċċa s-sentenza tiegħek qabel jittrasferik lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħek. Jekk inti għandek ir-residenza normali tiegħek hawnhekk, inti tista’ titlob li l-Belġju jirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat sabiex tkun tista’ tiskonta s-sentenza fil-Belġju minflok fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni li nintbagħat lura?

Iva, sakemm ma tkun ingħatajt trasferiment volontarju.

Fil-każ tar-ritorn sabiex tiskonta l-piena mogħtija fil-Belġju fl-Istat tal-oriġini tiegħek (l-ewwel każ),  tista’ tressaq rikorsi għall-annullament u għas-sospensjoni fi żmien 60 jum quddiem il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll rikors ġudizzjarju quddiem il-president tal-qorti b’urġenza.

Fil-każ tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini tiegħek (it-2 u t-3 każ), il-maġistrat inkwerenti jwettaq verifika inizjali u reviżjoni fi żmien 15 il-jum mill-arrest mill-kamra tal-Kunsill. Jista’ jsir appell fi żmien 24 siegħa tal-pronunzja tal-ordni tal-kamra tal-Kunsill quddiem ix-chambre des mises en accusation (ara skeda 3). Jista’ jsir ukoll appell fi żmien 24 siegħa mid-deċiżjoni tax- chambre des mises en accusation quddiem il-Qorti tal-kassazzjoni.

Jekk niġi kkundannat fil-Belġju, nista’ nittella’ l-qorti mill-ġdid għall-istess reat?

Le.

Tagħrif dwar il-kapi ta’ akkuża/il-kundanna

It-tagħrif dwar il-kundanna u l-kapi ta’ akkuża relatati jitniżżel fil-kondotta tiegħi?

Iva.

Kif u fejn jinżamm dan it-tagħrif?

Dan jinżamm f’database imsejħa “Kondotti Ċentrali”, amministrat mill-Uffiċċju pubbliku federali tal-Ġustizzja.

Għal kemm żmien jinżamm?

Il-kundanni għal pieni tal-pulizija (1 sa 7 ijiem ta’ priġunerija, 1 sa 25 Euro f’multa, 20 sa 45 siegħa ta’ sentenza ta’ xogħol) jitneħħew mill-kondotta wara 3 snin.

Il-kundanni l-oħrajn jibqgħu miktuba b’mod permanenti. Madankollu dawn jistgħu jitneħħew permezz ta’ proċedura ta’ rijabilitazzjoni.

Jista’ jinżamm mingħajr il-kunsens tiegħi?

Iva

Nista’ noġġezzjona kontra ż-żamma ta’ dan it-tagħrif?

Le.

Min ikollu aċċess għall-kondotta tiegħi?

L-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija ikollhom aċċess mingħajr restrizzjoni.

Ma tridx issir konfużjoni bejn Il-kondotta u l- estratt tal-kondotta, mitlub minn ċerti amministrazzjonijiet pubbliċi jew ċerti individwi (min iħaddem, …), u li ma tkunx tinkludi l-informazzjoni kollha li tidher fil-kondotta. Pereżempju, l-istqarrijiet sempliċi ta’ ħtija, il-pieni ta’ mhux aktar minn 6 xhur ħabs, u multi ta’ mhux aktar minn 500 € jew li jingħataw minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku mingħajr ma titlef il-liċenzja tas-sewqan għal iktar minn 3 snin ma jibqgħux jidhru wara 3 snin u 25 jum mid-data tal-għoti tas-sentenza. Is-sospensjoni tal-għoti tas-sentenza, sempliċi jew bi probation, qatt ma tissemma fuq il-kopja.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.