Please note that the original language version of this page Dutch has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages: French have already been translated.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Belgium

Huwa importanti ħafna li tikseb pariri indipendenti mingħand avukat meta b’xi mod tkun involut fi proċedura kriminali. L-iskedi ta’ informazzjoni jgħidulek meta u f’liema ċirkostanzi għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll kif jgħinek l-avukat. Din l-iskeda ta’ informazzjoni ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-kontijiet tal-avukat jekk inti m’intix f’kundizzjoni li tħallashom.

Content provided by:
Belgium

Kif issib avukat?

Kull avukat Belġjan jiddependi mill-Avukatura tad-distrett ġudizzjarju fejn jinsab l-uffiċċju tiegħu. Fi Brussell, din hija magħmula minn żewġ ordnijiet, waħda li tiġbor fiha lill-avukati li jitkellmu bil-Franċiż, u l-oħra li tiġbor fiha l-avukati li jitkellmu bl-Olandiż.

Il-Kulleġġ tal-Avukati Frankofoni u Ġermanofoni (Ordre des Barreaux francophones et germanophone - O.B.F.G) jinkludi lill-avukati tar-reġjun tal-Vallonja u lill-avukati Franċiżi ta’ Brussell (ordre français bruxellois).

L-ordni Olandiża tal-kapitali u l-avukati Fjammingi huma miġbura fl-“Orde van de Vlaamse Balies” (O.V.B.)

Il-lista tal-avukati tinsab fuq id-direttorju jew fil-Yellow Pages, jew fuq l-Internet (https://avocats.be jew http://www.advocaat.be/). Tista’ tfittex avukat li normalment jiddefendi persuni mħarrka quddiem il-qrati kriminali billi tfittex taħt “termini preferenzjali” (‘voorkeurmaterië” bl-Olandiż), titlu “liġi kriminali” (“strafrecht” bl-Olandiż).

Tista’ wkoll issib avukat qrib tiegħek, billi tagħmel tfittxija skont il-belt jew id-distrett ġudizzjarju.

Is-segretarjat ta’ kull avukatura jista’ wkoll jagħtik il-lista tal-avukati tagħha.

Tista’ wkoll tikkuntattja direttament avukat li ġie rrakkomandat lilek, permezz tal-posta elettronika, ta' ittra jew bit-telefown.

Kif tħallas lill-avukat?

Normalment inti trid tħallas lill-avukat. Jista’ jitolbok depożitu qabel kwalunkwe intervent. Il-liġi ma tistabbilixxix l-ammont tad-drittijiet tal-avukat. Madankollu, l-avukat għandu jinfurmak dwar kif ser jitħallas: jew ħlas bis-siegħa skont il-ħin li tieħu d-difiża tiegħek jew somma fissa skont l-azzjoni meħtieġa (konsultazzjoni, qari tal-każ, difiża, …).

Ma’ dawn jiżdiedu l-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċju tiegħu u  l-ispejjeż tal-ġudikatura.

Jekk m’għandekx ir-riżorsi meħtieġa biex tħallas lill-avukat tiegħek, tista’ titlob għajnuna legali bla ħlas lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali li minnu jiddependi l-avukat tiegħek. Il-lista tal-uffiċċju ta’ kull distrett hija disponibbli fuq l-Internet:

Jekk inti tirċievi għajnuna soċjali mħallsa mis-C.P.A.S (Ċentru Pubbliku tal-Għajnuna Soċjali), dħul garantit lill-anzjani, benefiċċji ta’ sostituzzjoni ta’ dħul għall-persuni b’diżabilità, għandek xi tfal dipendenti  minnek li jirċievu benefiċċji tal-familja, inti inkwilin ta’ dar soċjali, għadek taħt l-età, għandek xi dejn (aġġudikazzjoni kollettiva), int ħabsi, akkużat imħarrek b’multa jew għandek xi mard mentali, inti tingħata għajnuna legali ta’ avukat bla ħlas.

Dan japplika wkoll jekk inti tgħix waħdek u għandek dħul fix-xahar ta’ inqas minn €860, jew jekk inti tgħix ma’ xi ħadd ieħor u t-total tad-dħul tal-adulti li jgħixu miegħek huwa ta’ inqas minn €1.104 (flimkien ma’ €145,16  għal kull persuna dipendenti).

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.