1
Qorti tal-Appell
(Kompetenza Inferjuri)
Imhallef Anthony Ellul
Appell numru: 19/2016
Joseph u Shirley Gauci
Vs
Platinum International (Malta) Limited (C31481)
12 ta’ Jannar, 2018.
1. L-atturi pproponew proceduri ta’ arbitragg fejn ippremettew u talbu:
“[….] rifuzjoni tas-somma ta’ Euro 1,150.00 mhallas mir-rikorrenti bhala
depozitu tal-valur totali ta’ Euro 2,150.00 relattivament ghal kuntratt ta’ btala
ghal perjodu fit-tul (long term holiday product) mibjugh lir-rikorrent, li dwaru
r-rikorrenti ezercitaw id-dritt ta’ irtirar skond l-Artikolu 8 tal-Avviz Legali 109
tal-2011 (Regolamenti tal-2001 dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti
ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti ta’ Btala ghal Perjodu fit-Tul, Kuntratti
ta’ Bejgh mill-Gdid u Kuntratti ta’ Skambju.
Illi l-ftehim in kwistjoni kellu durata ta’ iktar minn tnax-il xahar, u dana kif ser
jirrizulta’ waqt it-trattazzjoni tal-kaz. F’kull kaz, id-durata ta’ l-istess ftehim
kien gie mgedded oltre’ l-hdax-il xahar msemmija fl-istess ftehim.
Illi skond l-Avviz Legali msemmi, senjatament l-artikolu 9, fil-kaz ta’ kuntratt
ta’ btala ghal perjodu fit-tul (kif fil-fatt kien il-kuntratt in kwistjoni), is-socjeta’
intimata bhala t-trader ma setghax inter alia taccetta pagamenti bil-quddiem.
Illi f’kul kaz, skond is-subartikolu (8) ta’ l-istess Avviz Legali, ladarba rrikorrenti
ezercitaw id-dritt ta’ irtirar, il-ftehim in kwistjoni gie fi tmiemu u rrikorrenti
kellhom jitpoggew fl-istess qaghda li kienu fiha qabel dak il-ftehim.
Illi sallum, is-socjeta’ intimata ghadha ma talbitx il-bqija tal-valur tal-prodott
mibjugh minnha u tista titqies li rrinuncjat ghalih, li jfisser ukoll illi l-istess
socjeta’ intimata rrikonoxxiet illi ladarba r-rikorrenti ezercitaw id-dritt ta’ irtirar
skond l-Artikolu 8 imsemmi hawn fuq. Kif mahsub fis-subartikolu (8) ta’ lartikolu
8 imsemmi hawn fuq, il-ftehim in kwistjoni gie fi tmiemu u r-rikorrenti
kellhom jitpoggew fl-istess qaghda qabel dak il-ftehim.
Illi s-socjeta’ intimata interpellata biex tirrifondi s-somma premessa, baqghet
inadempjenti.
2
Illi ghalhekk kellu jsir dan ir-rikors.
Bl-ispejjez, u bl-imghax kummercjali mill-20 ta’ Lulju, 2012 sal-gurnata talpagament
effettiv tas-somma kollha.”
2. Il-konvenuta wiegbet:
“1. Fl-ewwel lok is-socjeta’ intimata proprio ma hijiex il-legittima
kontraddittura, peress illi hija dejjem agixxiet bhala agenta tas-socjeta’ estera
Citycorp Properties Ltd u kellha tigi mharrka f’din il-vesti rappresentattiva.
Ghal dir-raguni biss it-talbiet attrici ghandhom jigu michuda bl-ispejjez;
2. Illi minghajr pregudizzju ghas-suespost, il-kuntratt kellu durata ta’ hdax-il
xahar, u stante li dan gie ffirmat f’Lulju 2012, meta giet intavolata dilprocedura
l-kuntratt kien gia’ skada;
3. Illi minghajr pregudizzju ghas-suespost, peress li l-kuntratt kellu durata ta’
hdax-il xahar ai termini tal-Malta Travel and Tourism Services Act (Kap. 409)
u The Protection Consumers in respect of certain aspects of Timeshare, Long-
Term Holiday Product, Resale and Exchange Contracts) Regulations, 2011 lintimati
ma kienux intitolati ghal ebda cooling off period jew ghal xi
ripensament. Lanqas ma hija applikabbli d-definizzjoni ta’ trader ghas-socjeta’
intimata;
4. Illi ma hux minnu li l-kuntratt gie mgedded wara li skada il-hdax-il xahar,
izda r-rikorrenti kellhom 49 xahar free voucher;
5. Illi una volta il-kuntratt, legalment, ma jaqax fil-kategorija ta’ timeshare,
jew long term holiday product, allura ma jezisti ebda dritt ta’ ritrat;
6. Illi l-fatt illi s’issa s-socjeta’ konvenuta nomine ghadha ma nsistietx fuq ilhlas
tal-bilanc lilha dovut bl-ebda mod ma jfisser li din irrinunzjat ghalih u/jew
li r-rikorrent irtiraw mill-kuntratt;
7. Illi l-kuntratt jaghmilha cara li ma jistax jigi kkancellat u li ma fihx cooling
off period, u li ma jistghux jinghataw refunds una volta l-kuntratt ikun gie
ffirmat. In partikolari l-klawzoli 14,15 u 20 jghidu:
Clause 14: “I/We agree that I/We were not coerced or high pressured to
enter into any transaction of any kind whatsoever and that this purchase
places no undue financial burden on my/out family or myself/ourselves.“
3
Clause 15: “I/We understand that the benefits are only activated upon full
payment of the membership and is valid for the term period only. Once
purchased, the allotment of membership is made immediately and cannot be
cancelled for any reason. No refunds can be given once I/We have signed this
agreement.” and
Clause 20: “I/We understand that there is no cooling off period of this
product and that this product is in no way connected to the purchase of a
Real Estate property, Co Ownership, or any stake in the Company, however it
is connected to a Vacation Club membership and can also be bartered
towards other products promoted by the Agents for full or part value if
mutually agreed.”
3. Permezz ta’ decizjoni tal-4 ta’ Lulju, 2016, it-Tribunal tal-Arbitragg cahad leccezzjonijiet
u laqa’ t-talba tal-atturi.
4. Il-kumpannija konvenuta appellat mis-sentenza, bl-aggravji jkunu:
1. Illi l-kumpannija appellanti Platinum Internation (Malta) Limited agixxiet filvesti
rappresentattiva taghha, u l-kuntratt li ffirmaw l-appellati ma kienx malappellanti
izda mal-kumpannija CityCorp Properties Limited;
Illi meta tagixxi fil-vesti rappresentattiva taghha, il-kumpannija Platinum
International (Malta) Limited qatt ma setghet tinzamm hi responsabbli, kif gie
deciz fil-lodo. Illi dan imur kontra dak preskritt fir-regoli tal-agenzija kif
preskritti fil-Kodici Kummercjali partikolarment l-artikolu 50 tal-Kodici
Kummercjali li jghid:
50. L-atti kollha maghmulin mir-rapprezentant ghall-principal, fil-limiti tassetghat
tieghu, igibu direttament l-effett taghhom favur jew kontra l-principal.
2. Illi l-kumpannija appellanti ma taqbilx mar-ragunament ta’ l-Arbitru li huwa
bbazat biss fuq sentimenti u fuq ebda bazi legali;
Illi huwa inkontrovertibbli li l-kuntratt kellu validita’ ta’ hdax-il xahar u kwindi
wiehed ma jistax imur kontra dak li hemm stipulat fil-kuntratt u jipprova jgib
argument li t-terminu tal-kuntratt kien ta’ aktar minn tnax-il xahar;
Illi, peress li l-kuntratt kellu durata ta’ hdax-il xahar ai termini tal-Malta Travel
and Tourism Services Act (Kap. 490) u The Protection Consumers in respect
of certain aspects of Timeshare, Long-Term Holiday Product, Resale and
Exchange Contracts Regulations, 2011, l-intimati ma kienux intitolati ghal
ebda cooling off period jew ghal xi ripensament. Lanqas ma hija applikabbli
id-definizzjoni ta’ trader ghall-kumpannija intimata. Illi ma huwiex minnu li l4
kuntratt gie mgedded wara li skada il-hdax-il xahar, izda l-atturi kellhom 49
xahar free voucher. Illi l-atturi appellati kienu jafu x’fih il-ftehim, kienu jafu li
ma kien hemm ebda cooling off period u specifikatament accettaw tali
kondizzjoni u kwindi jibqa’ jorbot il-principju ta’ pacta sunt servanda u ma
jistax ikollok persuni li llum jiffirmaw kuntratt u wara jerga’ jibdielhom;
5. L-atturi ma wiegbux.
6. Il-qorti semghet it-trattazzjoni u qrat l-atti.
7. Il-kwistjoni bejn il-partijiet tikkoncerna talba tal-atturi ghar-rifuzjoni tassomma
ta’ elf mija u hamsin ewro (€1,150) li hallsu meta fl-20 ta’ Lulju, 2012
iffirmaw kuntratt li bih inghataw id-dritt ghall-akkomodazzjoni f’certi pajjizi
barra minn Malta. B’dan il-kuntratt, il-klijent isir membru f’din l-iskema.
8. L-ewwel aggravju, tirrigwarda l-eccezzjoni tas-socjeta’ appellanti li mhijiex
il-legittimu kontradittur. Jirrizulta li l-kuntratt kien iffirmat mill-atturi u
kumpannija bl-isem Citycorp Properties Ltd li fil-kuntratt jinghad li ghandha lindirizz
taghha f’Tortola, gzira tal-British Virgin Islands. Fil-kuntratt jinghad li
din il-kumpannija hi rapprezentata mis-socjeta’ appellanti. F’dan ir-rigward hu
rilevanti jekk il-kuntratt iffirmat fl-20 ta’ Lulju, 2012 jikkwalifikax bhala
“kuntratt ta’ btala ghal perjodu fit-tul”, li skont regolament 3 tal-Legislazzjoni
Sussidjarja 409.02:-
"…….tfisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur
primarjament jikkunsidra jakkwista id-dritt li jikseb skontijiet jew
beneficcji oħrajn fir-rigward ta’ akkomodazzjoni, separatament jew
flimkien ma’ prodotti tal-ivvjaggar jew servizzi oħra. Fil-kalkolu tat-tul ta’
kuntratt ta’ btala għal perjodu fit-tul għandu jittieħed kont ta’ kull
disposizzjoni fil-kuntratt li tippermetti tigdid tacitu jew titwil”
9. Hu minnu li:
i. klawzola 1 tal-kuntratt tipprovdi, “I/We understand that Full
Membership is for a specified period of 11 months”.
ii. F’dokument li ffirmaw il-partijiet (Privileged Membership Agreement),
jinghad li l-Membership Activation Date hi 20 ta’ Lulju, 2012 filwaqt li l-
Membership Expiry date hi 20 ta’ Gunju, 2013.
10. Madankollu hu minnu wkoll li l-atturi nghataw Gift Voucher valida ghal 49
xahar li tkopri l-perjodu bejn il-21 ta’ Gunju 2013 u l-20 ta’ Lulju, 2017.
Permezz taghha l-atturi nghataw dritt ta’ akkomodazzjoni ghal sebat iljieli, “in
the Club’s Affiliated resorts, subject to a User fee payment of €510 for 4
persons (including children). Requests should be placed a maximum of 11
5
months, and a minimum of 2 months prior to departure”. Voucher li l-qorti
fehmet li kien parti ntegrali mill-pakkett li nghataw l-atturi. Ghaldaqstant, iddritt
tal-atturi li jgawdu skontijiet fir-rigward ta’ akkomodazzjoni ma kienx
limitat biss ghall-perjodu ta’ 11 il-xahar, izda ghall-perjodu ta’ iktar minn tnaxil
xahar. Dan dejjem bl-istess rata ta’ hlas, cjoe’ €510 ghall-erba’ min-nies.
Cirkostanza li fiha nnifisha xxejjen it-tezi tal-appellanti li dan kien rigal.
Sahansitra, kif sewwa qal it-Tribunal:-
“…. Klawzola 7 tal-istess skrittura, fejn hemm stipulat illi “…. During the Valid
period of our Membership, we can make use of up to 11 weeks yearly as
Last Minute Rentals…”, liema klawzola taghti x’tifhem illi l-ftehim, jew ahjar
membership huwa ghal perjodu ta’ disgha u erbghin (49) xahar, u mhux
limitatament ghal hdax (11) il-xahar, ghaliex altrimenti ma kienx ikun hemm
il-htiega li ssir riferenza ghal diversi gimghat fuq medda ta’ sena” .
11. Ghaldaqstant, it-Tribunal tal-Arbitragg kien gustifikat jikkonkludi li l-ftehim
kien jikkwalifika bhala “kuntratt ta’ btala ghal perjodu fit-tul” kif definit
f’regolament 3 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 409.02 [Regolamenti dwar il-
Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti
ta’ Btala ghall-Perjodu fit-Tul, Kuntratti ta’ Bejgh Mill-Gdid u Kuntratti ta’
Skambju)]. Hu veru li fil-kuntratt jinghad, “I/We understand that there is no
cooling off period …..”. Madankollu, peress li t-Tribunal tal-Arbitragg
korrettement ikkonkluda li fir-realta’ l-kuntratt kien ta’ btala ghal perjodu fittul,
ghamel sew li skarta dik id-dikjarazzjoni fil-kuntratt. Gialadarba, t-Tribunal
ikkonkluda li l-kuntratt kien kuntratt ta’ btala ghal perjodu fit-tul u
ghaldaqstant regolat mill-imsemmija Legislazzjoni Sussidjarja, l-atturi
ghandhom id-dritt jirtiraw mill-kuntratt (ara regolament 8). Dan
irrispettivament minn dak li jipprovdi l-kuntratt.
12. Skont regolament 3 tal-istess Legislazzjoni Sussidjarja:
"kummercjant" tfisser persuna guridika li tkun qiegħda tagixxi għal skopijiet
konnessi ma’ kummerc, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull minn
jagixxi f’isem jew għan-nom ta’ kummercjant”
Ghaldaqstant, is-socjeta’ appellanti hi stess kummercjant. Inoltre, mill-provi
rrizulta li l-pagament ta’ €1,150 sar lis-socjeta’ appellanti. F’dan ir-rigward,
hemm dokumenti li fihom jinghad li:
i. Bank transfers ghandhom isiru lil Platinum International (Malta)
Limited, bid-dettalji tal-kont bankarju taghha;
ii. “All payments should be made in favour of Platinum International
(Malta) Ltd”.
6
Fil-kuntratt ma jinghadx li s-socjeta’ appellanti rceviet il-hlas ta’ €1,150 ghannom
ta’ Citycorp Properties Ltd. Fic-cirkostanzi l-artikolu 50 tal-Kodici tal-
Kummerc, li ghalih saret riferenza mill-appellanti, ma jistax iservi ta’
beneficcju fid-difiza taghha.
13. Ghaldaqstant, is-socjeta’ appellanti hi l-legittimu kontradittur u l-ewwel
aggravju hu michud.
14. Bit-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-kuntratt ma kienx long term
holiday contract skont regolament 3 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 409.02. F’dan
ir-rigward il-qorti m’ghandiex x’izzid ma’ dak li qalet fir-rigward tal-ewwel
aggravju. Ghaldaqstant, ghall-istess ragunijiet tichad dan l-aggravju wkoll.
Ghal dawn il-motivi tichad l-appell bl-ispejjez kontra s-socjeta’ appellanti.
Anthony Ellul.