Jittieħed kont tal-kundanni preċedenti

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Ir-Reġistru Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Slovakka (Register trestov Generálnej Prokuratúry Slovenskej republiky)

Indirizz:

Kvetná 13
814 23 Bratislava

Telefon: +421 2 554 25 649, +421 2 208 36 129, +421 2 208 36 133

Posta elettronika: register.trestov@genpro.gov.sk
Reġistru elettroniku: https://www.slovensko.sk/sk/lokator-sluzieb
Sit web: http://www.genpro.gov.sk/register-trestov/co-potrebujete-k-ziadosti-o-vypis-odpis--12f3.html

Ir-Reġistru - ħinijiet ta’ ftuħ

It-Tnejn

8.00 - 12.00

13.00 - 17.00

It-Tlieta

7.30 - 12.00

13.00 - 15.00

L-Erbgħa

7.30 - 12.00

13.00 - 15.00

Il-Ħamis

7.30 - 12.00

13.00 - 15.00

Il-Ġimgħa

7.30 - 12.00

13.00 - 15.00

Informazzjoni dwar il-preżentazzjoni ta’ talba għal estratt/kopja mir-reġistru kriminali

Mill-1 ta’ Novembru 2015 sar possibbli li jintalab estratt/kopja mir-reġistru kriminali biss permezz tar-Reġistru Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Slovakka fi Kvetná 13, Bratislava. It-talbiet jiġu ttrattati immedjatament, mingħajr appuntament.

Mit-2 ta’ Lulju 2016 sar possibbli li jiġu ppreżentati talbiet ukoll permezz tal-punti ta’ servizz integrati taċ-ċittadini (CISP) tal-Posta Slovakka. It-talbiet jiġu ttrattati immedjatament, mingħajr appuntament. Għal aktar dettalji dwar dan is-servizz ipprovdut permezz tal-punti ta’ servizz integrati taċ-ċittadini (CISP) tal-Posta Slovakka ara: https://www.posta.sk/sluzby/sluzby-statu-na-poste

Estratt mir-reġistru kriminali

L-estratt mir-reġistru kriminali jkun fih kundanni mhux imħassra mill-qrati fir-Repubblika Slovakka, mill-qrati ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE, jew mill-qrati ta’ Stati oħrajn li d-deċiżjonijiet tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti minn qorti fir-Repubblika Slovakka, inkluż informazzjoni dwar l-istatus tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, il-miżuri protettivi u r-restrizzjonijiet u l-obbligi xierqa imposti, dment li, skont deċiżjoni tal-qorti jew b’digriet, l-awtur ma għandux jiġi ttrattat daqslikieku ma ġiex ikkundannat.

Estratt mir-reġistru kriminali

Kopja mir-reġistru kriminali hija dokument pubbliku li jindika

  • kwalunkwe kundanna finali, inkluż kundanni minn qrati ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE jew qrati ta’ Stati oħrajn li d-deċiżjonijiet tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti minn qorti fir-Repubblika Slovakka;
  • l-istatus tal-eżekuzzjoni tas-sentenza u l-istatus tal-eżekuzzjoni tal-miżura protettiva;
  • kundanni, anke jekk imħassra permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti jew b’digriet.

Kopja mir-reġistru kriminali jkun fiha wkoll informazzjoni dwar

  • deċiżjoni finali li tissospendi b’mod kondizzjonali l-proċedimenti kriminali, maħruġa minn qorti jew minn Prosekutur Pubbliku;
  • deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni tal-konċiljazzjoni u s-sospensjoni tal-proċedimenti kriminali, maħruġa minn qorti jew minn Prosekutur Pubbliku;
  • kundanna finali ta’ ċittadin tar-Repubblika Slovakka jew kundanna finali ta’ persuna li tirrisjedi b’mod permanenti fir-Repubblika Slovakka, li tkun ġiet imposta minn qorti għajr qorti ta’ Stat Membru tal-UE u ma tkunx ġiet rikonoxxuta minn qorti fir-Repubblika Slovakka, bil-kumment li din id-deċiżjoni ma għandha l-ebda effett legali fir-Repubblika Slovakka u hija indikata biss għall-informazzjoni.

F’kopja mir-reġistru kriminali maħruġa skontl-Artikolu 14(2) u (3) tal-Att dwar ir-reġistri kriminali u li jemenda xi atti oħrajn, kwalunkwe kundanna mhux imħassra u imposta minn qorti ta’ Stat Membru ieħor tal-UE jew qorti ta’ Stat ieħor li ma tkunx ġiet rikonoxxuta minn qorti fir-Repubblika Slovakka jrid ikollha kumment li dawn id-deċiżjonijiet ma għandhom l-ebda effett legali fir-Repubblika Slovakka u huma indikati biss għal informazzjoni.

Tweġiba għal talba għal informazzjoni mir-reġistru kriminali

Jekk l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ieħor tal-UE jitlob lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali għal informazzjoni mir-reġistru kriminali li jikkonċerna ċittadin tar-Repubblika Slovakka, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jrid, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, jagħti informazzjoni li tikkonċerna:

  • kundanna finali mhux imħassra u imposta minn qorti fir-Repubblika Slovakka li tkun irreġistrata fir-reġistru kriminali;
  • kundanna finali mhux imħassra u imposta minn qorti ta’ Stat Membru ieħor tal-UE li tkun ġiet aġġornata skont l-Artikolu 17(4) tal-Att dwar ir-reġistri kriminali u li jemenda xi atti oħrajn;
  • kundanna finali mhux imħassra minn qorti fi Stati oħrajn li tkun ingħatat u ġiet irreġistrata fir-reġistru kriminali.
L-aħħar aġġornament: 23/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna