Jittieħed kont tal-kundanni preċedenti

Ungerija

Din it-taqsima tindirizza l-Awtorità tal-Fedini Penali u ċ-ċertifikati tal-fedini pienali, li bl-Ungeriż jissejħu erkölcsi bizonyítvány.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

KEKKH Bűnügyi Nyilvántartó Hatóság (l-Awtorità tal-Fedini Penali tal-Uffiċċju Ċentrali għas-Servizzi Pubbliċi Amministrattivi u Elettroniċi)

Indirizz: 1097 Budapest, Vaskapu utca 30/A

Tel: +36 1 455 21 98
Faks +36 1 455 21 03

Indirizz elettroniku: bnyh@kekkh.gov.hu
Sit web https://www.nyilvantarto.hu/en/

Is-service desk tal-Awtorità jinsab fl-Uffiċċju Ċentrali tad-Dokumenti tal-Ministeru għall-Intern (1133 Budapest, Visegrádi utca 110.)

Fir-rigward tad-data proċessata, il-fedini penali huma rekords uffiċjali awtentiċi u huma soġġetti għal superviżjoni statutorja mill-Prosekutur Ġenerali. Tista’ titlob għaċ-ċertifikat tal-fedina penali tiegħek mill-Uffiċċju Ċentrali tad-Dokumenti tal-Ministeru għall-Intern. Tista’ tagħmel dan bil-posta, elettronikament jew personalment mas-service desk. Iċ-ċertifikati tal-fedina penali jinħarġu bla ħlas l-ewwel erba’ darbiet tas-sena.

Aktar informazzjoni dwar l-estratt mir-rekord ġudizzjarju

L-aħħar aġġornament: 27/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.