Il-Mandat ta' Arrest Ewropew ("MAE") huwa proċedura ta' ċediment ġudizzjarju ssemplifikata – għall-fini ta' prosekuzzjoni jew eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni. Mandat maħruġ minn awtorità ġudizzjarja ta' pajjiż tal-UE huwa validu għat-territorju kollu tal-UE. Il-mandat ta' arrest Ewropew ilu jopera mill-1 ta' Jannar 2004. Huwa ssostitwixxa l-proċeduri ta' estradizzjoni twal li kienu jeżistu bejn il-pajjiżi tal-UE.
Il-MAE hu talba minn awtorità ġudizzjarja f'pajjiż tal-UE għall-arrest ta' persuna f'pajjiż ieħor u biex tiġi ċeduta għall-prosekuzzjoni, jew għall-eżekuzzjoni ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni fl-ewwel pajjiż. Il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Huwa jopera fil-pajjiżi kollha tal-UE
Huwa jopera permezz ta' kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji.
Fl-applikazzjoni tal-mandat, l-awtoritajiet iridu jirrispettaw id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati – bħad-dritt għall-informazzjoni, id-dritt għal avukat, u possibbilment għal interpretu, u għall-għajnuna legali kif stipulat mil-liġi fil-pajjiż fejn ikunu ġew arrestati.
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Manwal dwar Kif Jinħareġ u Jiġi Eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew (2002 Kb)
, biex tiġi ffaċilitata u ssimplifikata l-ħidma ta’ kuljum tal-awtoritajiet ġudizzjarji kkonċernati. Il-Manwal jipprovdi gwida dettaljata dwar il-passi proċedurali għall-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ MAE. Il-Manwal jipprovdi wkoll spjegazzjoni sħiħa tal-każistika l-aktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tinterpreta dispożizzjonijiet partikolari tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-MAE.
Il-manwal bil-lingwi kollha jista’ jinstab hawn: BG (2700 Kb)
, CS
(1854 Kb)
, DA
(1766 Kb)
, DE
(1659 Kb)
, ET
(1783 Kb)
, EL
(2439 Kb)
, ES
(1649 Kb)
, FR
(1892 Kb)
, HR
(1789 Kb)
, IT
(2141 Kb)
, LV
(2158 Kb)
, LT
(1865 Kb)
, HU
(1908 Kb)
, MT
(2560 Kb)
, NL
(2047 Kb)
, PL
(2200 Kb)
, PT
(1968 Kb)
, RO
(1926 Kb)
, SL
(1797 Kb)
, SK
(1977 Kb)
, FI
(2172 Kb)
, SV
(1591 Kb)
.
Fl-2017, bħala medja, il-persuni mfittxija ġew ċeduti:
Risposti għall-kwestjonarju dwar il-MAE: 2014 | 2015 | 2016 | 2017
Id-data mhix disponibbli għall-pajjiżi kollha; madankollu, id-data tal-MAE li nħarġu hija kompluta għall-2015, 2016 u 2017.
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
|
Maħruġin |
6 894 |
6 889 |
10 883 |
14 910 |
15 827 |
13 891 |
9 784 |
10 665 |
13 142 |
14 948 |
16 144 |
16 636 |
17 491 |
MAE eżegwiti |
836 |
1 223 |
2 221 |
3 078 |
4 431 |
4 293 |
3 153 |
3 652 |
3 467 |
5 535 |
5 304 |
5 812 |
6 317 |
Il-proġett ta’ riċerka InAbsentiEAW huwa studju legali komparattiv fil-Mandati ta’ Arrest Ewropej relatati ma’ persuni li ma kinux preżenti fil-proċedimenti li wassal għall-kundanna tagħhom (proċedimenti in absentia). Il-prattika turi li ta’ spiss ikun hemm problemi fil-ħruġ u fl-eżekuzzjoni ta’ tali MAE. L-għan tal-proġett ta’ riċerka kien li jiġu analizzati l-kawżi għal dawn il-problemi u li jiġu fformulati standards komuni għall-ħruġ ta’ tali MAE sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tajba u ġusta tagħhom. Ir-riċerka twettqet permezz ta’ studji ta’ każijiet mill-Belġju, l-Ungerija, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Polonja u r-Rumanija.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.