Securing assets during a claim in EU countries

It may be that you want measures to be taken quickly in a Member State other than where your main case is pending without waiting for a final judgment to be given.

It could be that you have started an action in the courts, but proceedings are slow and you are feeling rather put off.  You fear that your debtor will take advantage of the long-drawn-out procedures and the various redress facilities to escape his/her creditors before judgment is actually given. For example, s/he might be tempted to organise her/his own insolvency or to transfer assets. If so, it is in your interests to apply to the court for interim measures.

The court may order interim or precautionary measures against the debtor's assets. The purpose of all these measures is to anticipate the final judgment on the merits for a certain period so as to ensure that it will be possible to enforce it.

However there are quite substantial differences in the conditions for ordering these measures in the Member States.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Miżuri interim u kawtelatorji - Belġju

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-iskop tal-miżuri ta’ prekawzjoni (mesures conservatoires/bewarende maatregelen) huwa li jiżgura li d-drittijiet jiġu ppreservati. Fil-prattika, il-kredituri jistgħu jużaw dawn il-miżuri biex jipproteġu lilhom infushom kontra r-riskju li ma jirċevux il-ħlas mingħand id-debituri tagħhom.

Fil-każ li l-miżuri purament ta’ prekawzjoni ma jkunux biżżejjed, il-qorti tista’ tordna miżuri interim (mesures provisoires/voorlopige maatregelen) b’konsegwenzi komparabbli għal dawk tad-deċiżjoni mistennija fil-kawża prinċipali. Is-sentenza finali tista’ tikkonferma dawn il-miżuri interim jew treġġagħhom lura.

Il-qorti tista’ tordna miżuri interim u ta’ prekawzjoni fir-rigward tal-assi tad-debitur. Għall-iskop tal-irkupru tad-djun, il-prinċipju japplika li d-debitur huwa responsabbli biex iħallas id-dejn mill-assi kollha tiegħu jew tagħha, sew mobbli (flus, għamara, ġojjelli, ishma) jew immobbli (art, bini, abitazzjoni residenzjali). Il-kredituri jistgħu wkoll jasserixxu drittijiet li għandu d-debitur tagħhom minfloku (bilanċi tal-bank, pagi).

1.1. Miżuri ta’ prekawzjoni

A. Sekwestru preventiv

F’każijiet urġenti, kwalunkwe kreditur jista’ jitlob lill-qorti għal permess biex timponi sekwestru preventiv (saisie conservatoire/bewarend beslag) fuq kwalunkwe assi li jappartjenu lid-debitur li jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru (l-Artikolu 1413 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek)). Id-debitur imbagħad ma jkunx jista’ aktar jiddisponi liberament mill-assi li jkunu soġġetti għal sekwestru. Dan ifisser li d-debitur ma jkunx jista’ aktar ibigħ, jagħti b’donazzjoni jew jipoteka dawn l-assi. It-tneħħija tas-setgħa tad-disponiment tapplika biss favur il-kreditur li jagħmel is-sekwestru preventiv: id-debitur jibqa’ s-sid tal-assi u jżomm id-dritt li jagħmel użu minnhom u li jieħu l-profitt minn fuqhom.

B. Sekwestru

Is-sekwestru (séquestre/sekwester) huwa d-depożitu tal-assi kkontestati f’kustodja sakemm tingħata s-sentenza finali (l-Artikolu 1955 et seq. tal-Kodiċi Ċivili (Code civil/Burgerlijk Wetboek)). Is-sekwestru jista’ jiġi miftiehem bejn il-partijiet (séquestre conventionnel/conventioneel sekwester) jew ordnat mill-qorti (séquestre judiciaire/gerechtelijk sekwester). B’kuntrast ma’ depożiti ordinarji, is-sekwestri jistgħu japplikaw ukoll għal assi immobbli (l-Artikolu 1959 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Inventarju

L-iskop tal-inventarju (inventaire/inventaris jew boedelbeschrijving) huwa li jiddetermina l-assi li jiffurmaw il-proprjetà, il-proprjetà konġunta bejn il-miżżewġin, jew il-proprjetà indiviża (l-Artikolu 1175 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), fuq it-talba tal-kredituri, tal-konjuġi jew tal-werrieta konġunti. Il-partijiet li jitolbu l-inventarju huma intitolati li jagħżlu nutar li jelenka l-assi f’dokument pubbliku. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, jinħatar nutar mill-qorti tal-paċi (juge de paix/vrederechter) (l-Artikolu 1178 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-qorti tal-paċi jkollha wkoll ġurisdizzjoni biex issolvi kwalunkwe tilwim.

D. Tqegħid taħt siġill

Il-konsegwenza tat-tqegħid tal-assi taħt siġill (apposition des scellés/verzegeling) hija li fil-prattika ma jibqgħux disponibbli. Fejn hemm raġuni serja biex isir hekk, il-kreditur, il-konjuġi jew il-werriet jista’ jitlob li jitqiegħdu siġilli fuq l-assi li jiffurmaw parti mill-proprjetà, mill-proprjetà konġunta bejn il-miżżewġin jew mill-proprjetà indiviża (l-Artikolu 1148 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). It-talba ssir lill-qorti tal-paċi. Il-qorti tal-paċi tista’ tordna t-tneħħija tas-siġilli fuq talba tar-rikorrent oriġinali jew tal-kreditur, tal-konjuġi jew tal-werriet. Kull oġġezzjoni għat-tneħħija tas-siġilli għandha wkoll titressaq quddiem il-qorti tal-paċi.

1.2. Miżuri interim

Il-miżuri interim huma miżuri li jistgħu jiġu revokati jew imreġġa’ lura. Dawn jistgħu jiġu ordnati fi proċedimenti interlokutorji (référé/kort geding) jew fil-kawża prinċipali fil-każ.

1.3. Infurzar proviżorju

Sentenza li tkun ingħatat imma li għadha miftuħa għall-kontestazzjoni tista’ tiġi infurzata fuq bażi proviżorja, taħt kundizzjonijiet stretti.

Soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jew fejn il-qorti tiddeċiedi mod ieħor f’deċiżjoni motivata b’mod speċjali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1414, l-oġġezzjoni (opposition/verzet) ippreżentata kontra s-sentenza finali fil-kawża prinċipali tissospendi l-infurzar tagħha.

Soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jew fejn il-qorti tiddeċiedi mod ieħor permezz ta’ deċiżjoni motivata b’mod speċjali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1414, is-sentenza finali fil-kawża prinċipali hija proviżorjament infurzabbli, minkejja kwalunkwe appell (appel/hoger beroep), u mingħajr ma tkun meħtieġa garanzija sakemm il-qorti ma tkunx ordnat li tingħata garanzija (l-Artikolu 1397 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

A. Sekwestru preventiv

Il-persuna li tkun kisbet sentenza favur tagħha, anke f’pajjiż ieħor, tista’ tagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice/gerechtsdeurwaarder) biex iqiegħed l-assi tad-debitur tas-sentenza taħt sekwestru preventiv. Fin-nuqqas ta’ sentenza bħal din, is-sekwestru preventiv jeħtieġ ordni tal-qorti.

L-applikazzjoni ssir lill-imħallef tas-sekwestri preventivi (juge des saisies/beslagrechter) u tiġi eżaminata bl-istess mod bħal applikazzjoni fi proċedimenti interlokutorji (l-Artikolu 1395 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għandu jkun hemm mill-inqas jumejn bejn it-taħrika u s-seduta, iżda dan il-perjodu jista’ jitqassar f’każijiet urġenti.

L-applikazzjoni ex parte (requête unilatérale/eenzijdig verzoekschrift) li tfittex sekwestru preventiv tiġi sottomessa minn avukat lill-imħallef tas-sekwestri, li jista’ jawtorizza s-sekwestru preventiv. L-imħallef tas-sekwestri preventivi għandu joħroġ ordni fi żmien tmint ijiem. L-ordni u l-avviż tas-sekwestru preventiv għandhom jiġu notifikati minn uffiċjal ġudizzjarju lid-debitur tas-sentenza, biex jiġi żgurat li d-debitur ikun konxju tal-proċedimenti miġjuba kontrih/a.

L-ordni hija proviżorjament infurzabbli mingħajr aktar formalità, iżda torbot biss bejn il-partijiet. L-imħallef tas-sekwestri preventivi jista’ fi kwalunkwe ħin ivarja jew iwarrab l-ordni minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi. Il-ħlas impost mill-uffiċjal ġudizzjarju huwa ddeterminat bid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976 (ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali tat-8 ta’ Frar 1977).

B. Sekwestru

Fil-każ ta’ sekwestru bi ftehim, il-ftehim validu bejn il-partijiet huwa biżżejjed, u l-ebda ordni tal-qorti mhi meħtieġa. Is-sekwestru jista’ jiġi ordnat ukoll minn qorti.

Fi kwalunkwe każ, id-depożitarju (gardien judiciaire/gerechtelijke bewaarder) se jiġi maħtur, jew fil-ftehim jew mill-qorti. Id-depożitarju għandu jeżerċita l-attenzjoni kollha dovuta fir-rigward tal-assi fdati lilu jew lilha. Huwa jew hija għandhom jirritornaw l-assi meta jintemm is-sekwestru. Id-depożitarju huwa intitolat li jirċievi salarju stabbilit bil-liġi (l-Artikolu 1962, it-tielet paragrafu, tal-Kodiċi Ċivili).

C. Miżuri interim

Il-miżuri interim għandhom jintalbu mill-qorti, jew fi proċedimenti interlokutorji jew fil-kawża prinċipali. Jistgħu jiġu ordnati wkoll minn arbitru (l-Artikolu 1696 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg) jista’ jordna miżura interim fi kwalunkwe każ urġenti li bil-liġi ma taqax barra mill-ġurisdizzjoni tal-qrati (l-Artikolu 584, l-ewwel paragrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Tali miżura għandha tkun purament proviżorja u ma jista’ jkollha l-ebda effett finali u irrevokabbli. L-imħallfin li jippresjedu t-tribunal tax-xogħol (tribunal du travail/arbeidsrechtbank) u l-qorti kummerċjali (tribunal de commerce/rechtbank van koophandel) jistgħu wkoll jordnaw miżuri interim f’każijiet urġenti li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-qrati tagħhom.

L-ordni li ssir fil-proċedimenti interlokutorji ma tistax tippreġudika s-sentenza fuq il-merti fil-kawża prinċipali, li jfisser li torbot biss lill-partijiet. L-imħallef fil-kawża prinċipali ma jista’ jkun marbut bl-ebda mod b’ordni bħal din; l-imħallef tas-sekwestri jista’ jordna biss miżuri interim.

Fi proċedimenti ta’ divorzju, l-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-familja (tribunal de la famille/familierechtbank) jista’ jordna miżuri interim relatati mal-persuna, il-manteniment u l-assi tal-konjuġi u t-tfal tagħhom (l-Artikolu 1280, l-ewwel paragrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-uffiċjal ġudizzjarju jagħti avviż tal-miżuri li ġew ordnati fuq il-parti opposta, u jistieden lill-parti opposta biex tikkonforma ma’ dawk il-miżuri, jekk meħtieġ taħt theddida ta’ infurzar mill-awtoritajiet jew ta’ ħlas perjodiku ta’ penali. Il-ħlas impost mill-uffiċjal ġudizzjarju huwa ddeterminat bid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976 (ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali tat-8 ta’ Frar 1977).

Meta tiddeċiedi fl-ewwel istanza, il-qorti tal-paċi tista’ tordna miżuri interim għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-konjuġi jew il-koabitanti legali li r-relazzjoni tagħhom tkun tkissret jibqgħu jgħixu flimkien. Tali miżuri jistgħu jirrelataw, pereżempju, għad-dar tal-familja, għat-tfal, jew għall-assi tat-tfal. Dawn il-miżuri huma biss proviżorji u jintemmu meta l-konjuġi jew il-koabitanti legali jieqfu jgħixu flimkien. Ma jiddeterminawx l-arranġamenti fit-tul li jistgħu jsegwu d-divorzju. L-arranġamenti finali wara d-divorzju għandhom jiġu deċiżi mill-qorti tal-prim’istanza.

D. Infurzar proviżorju

Is-sentenza tinkludi formola ta’ infurzar. Madankollu, sakemm is-sentenza ma tkunx miftuħa aktar għal kwalunkwe kontestazzjoni li tista’ tissospendiha, ma tistax tiġi infurzata. Soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jew fejn il-qorti tiddeċiedi mod ieħor permezz ta’ deċiżjoni motivata b’mod speċjali, l-infurzar huwa sospiż sakemm tkun tista’ ssir oġġezzjoni, imma mhux bil-possibbiltà ta’ appell lil qorti superjuri jew appell fuq punti tal-liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van Cassatie) (l-Artikolu 1397 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-imħallef li ta s-sentenza jista’ jawtorizza l-infurzar tagħha fuq bażi proviżorja, ħlief f’każijiet fejn dan huwa pprojbit bil-liġi (l-Artikolu 1399 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), bħal każijiet li jikkonċernaw l-istatus personali.

Jekk ikun possibbli l-infurzar proviżorju, dan isir b’riskju għar-rikorrent. L-imħallef jista’ jitlob lil dik il-parti tipprovdi garanzija qabel ma s-sentenza tiġi infurzata b’mod proviżorju (l-Artikolu 1400 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan ifisser li l-parti jista’ ikollha s-sentenza infurzata b’mod proviżorju, iżda trid tiddepożita somma flus jew garanzija bankarja mal-Fond tad-Depożiti u l-Kunsinni (Caisse des dépôts et consignations/Deposito- en Consignatiekas). Dan għaliex is-sentenza tista’ tvarja fl-appell u l-konvenut jista’ ikun intitolat għal kumpens.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

A. Sekwestru preventiv

Is-sekwestru preventiv jista’ jiġi ordnat biss f’każijiet urġenti u jekk id-dejn huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut.

L-urġenza teħtieġ li s-solvenza tad-debitur tkun mhedda, u b’hekk tipperikola d-drittijiet tal-kreditur fuq l-assi tad-debitur. Is-sekwestru preventiv ma jistax jintuża bħala mezz biex issir pressjoni, imma huwa permess meta, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur tkun kompromessa. Għandu jkun hemm urġenza kemm meta s-sekwestru preventiv jiġi ordnat kif ukoll fi kwalunkwe ħin meta l-qorti tkun meħtieġa tiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni tiegħu.

It-talba tal-kreditur trid tkun ċerta, li jfisser li għandha tidher li hija ġġustifikata biżżejjed u lil hinn minn tilwima raġonevoli. Għandha tkun ukoll ta’ ammont fiss. L-ammont tat-talba jrid ikun ġie ddeterminat jew għall-inqas ikun jista’ jiġi stmat b’mod proviżorju. Jekk l-ammont eżatt tad-dejn ikun għadu ma ġiex stabbilit, dan jiġi stmat mill-qorti. Finalment, il-ħlas tad-dejn irid ikun dovut: fi kliem ieħor, il-kreditur irid ikun intitolat li jitlob il-ħlas. L-Artikolu 1415 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jikkwalifika din il-kundizzjoni sabiex it-talbiet fir-rigward ta’ dħul regolari fil-futur (manteniment, kera, imgħax) u anke talbiet kontinġenti jew potenzjali jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għal sekwestru preventiv.

B. Sekwestru

Il-qorti tista’ tordna s-sekwestru tal-assi mobbli li jkunu taħt sekwestru, il-proprjetà mobbli jew immobbli li s-sjieda jew il-pussess tagħhom huma kontestati bejn żewġ persuni jew aktar, u l-oġġetti li d-debitur qed joffri sabiex iħallas id-dejn (l-Artikolu 1961 tal-Kodiċi Ċivili). F’termini ġenerali, din ir-regola tapplika kull meta ċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikaw l-użu ta’ sekwestru bħala forma ta’ miżura ta’ prekawzjoni biex tiżgura li l-oġġetti jibqgħu kif inhuma, mingħajr ma tkun kompromessa kwalunkwe soluzzjoni finali. L-urġenza hija irrilevanti. Il-qorti, madankollu, se teżerċita kawtela meta tordna s-sekwestru, minħabba li hija miżura serja u eċċezzjonali li tista’ tingħata biss fejn hemm raġunijiet biżżejjed u importanti għaliha.

C. Miżuri interim

Il-proċedimenti interlokutorji li jitolbu miżuri interim jistgħu jitressqu biss jekk il-każ ikun tant urġenti li sakemm ma jittiħdux miżuri immedjatament ir-rikorrent se jsofri telf sostanzjali jew żvantaġġ serju. L-urġenza hija għalhekk rekwiżit essenzjali fil-proċedimenti interlokutorji.

Il-miżuri interim mogħtija fil-kawża prinċipali għandhom ikunu wkoll kwistjoni ta’ urġenza. Huwa għalhekk li dawn il-miżuri huma wkoll magħrufa bħala “miżuri proviżorji urġenti” (mesures provisoires urgentes/dringende voorlopige maatregelen) meta jintalbu mill-qorti tal-paċi.

D. Infurzar proviżorju

Il-kriterju użat mill-qorti meta tiddeċiedi jekk tippermettix jew tiċħadx l-infurzar proviżorju huwa l-periklu għall-kreditur li l-parti opposta ddewwem jew tipprevjeni bla bżonn l-infurzar tas-sentenza. Jekk il-parti opposta tressaq oġġezzjoni jew appell biss biex tipprevjeni milli s-sentenza tiġi infurzata, dan iwassal lill-qorti li tat is-sentenza biex tordna l-infurzar proviżorju. Madankollu, dan huwa pprojbit f’ċerti każijiet (ara hawn fuq).

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

A. Sekwestru preventiv

It-tipi kollha tal-assi (mobbli, immobbli, intanġibbli) jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv. Ċerti assi ma jistgħux, madankollu, jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv, jew jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv parzjalment biss. L-ineliġibbiltà tagħhom li jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv tirriżulta mil-liġi, min-natura tal-assi, jew mir-rabta li teżisti bejn l-assi u d-debitur.

L-assi li ma jistgħux ikunu soġġetti għal sekwestru preventiv huma elenkati fl-Artikolu 1408 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Fil-qosor, dawn huma assi indispensabbli għad-debitur, li huma meħtieġa biex jitkomplew l-istudji jew it-taħriġ vokazzjonali tad-debitur jew tat-tfal tad-debitur, li huma essenzjali għall-professjoni tad-debitur, jew li huma meħtieġa għal qima reliġjuża, kif ukoll għall-ikel u għall-fjuwil. L-Artikolu 1410(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju jindika t-tipi ta’ talbiet li qatt ma jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv, b’mod partikolari talbiet għal benefiċċji tal-familja u l-paga minima.

Is-salarju u dħul simili tad-debitur jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv parzjalment biss. L-ammonti kkonċernati jiġu ddeterminati fl-Artikolu 1409(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju u huma aġġustati kull sena permezz ta’ Digriet Irjali fuq il-bażi tal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. L-Artikolu 1410(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju jestendi l-firxa tal-eliġibbiltà għal sekwestru preventiv parzjali biex jinkludi ħlasijiet ta’ manteniment proviżorji u finali, pensjonijiet, benefiċċji tal-qgħad, u allowances għal inkapaċità għax-xogħol u diżabilità.

L-assi li se jkunu soġġetti għal sekwestru preventiv huma elenkati mill-uffiċjal ġudizzjarju f’rekord uffiċjali, bil-ħsieb tal-bejgħ possibli tagħhom fil-futur, sakemm ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim mal-kreditur permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju. Huwa strettament ipprojbit li jinħbew l-assi li ġew irreġistrati minn uffiċjal ġudizzjarju u tali azzjoni tista’ tirriżulta fi prosekuzzjoni kriminali.

B. Sekwestru

Il-qorti tista’ tordna s-sekwestru tal-assi mobbli ta’ debitur li jkunu ġew soġġetti għal sekwestru preventiv, tal-proprjetà mobbli jew immobbli li s-sjieda jew il-pussess tagħhom hija f’tilwima bejn żewġ persuni jew aktar, u tal-oġġetti li d-debitur ikun qed joffri sabiex iħallas id-dejn (l-Artikolu 1961 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Miżuri interim

Il-miżuri interim jistgħu jiġu ordnati fi proċedimenti interlokutorji f’każijiet ta’ kwalunkwe xorta. L-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-prim’istanza għandu ġurisdizzjoni fit-tipi kollha ta’ tilwim ċivili taħt il-liġi ordinarja. Il-każijiet taħt il-liġi tax-xogħol jew il-liġi kummerċjali huma ttrattati mill-imħallef li jippresjedi t-tribunal tax-xogħol jew il-qorti kummerċjali.

Il-qorti tal-familja tista’ tordna miżuri interim għal perjodu ta’ żmien li matulu l-partijiet ikomplu jgħixu flimkien. Dawn il-miżuri jistgħu jirrelataw, pereżempju, għad-dar tal-familja, għat-tfal jew għall-assi tat-tfal. Madankollu, dan japplika biss għall-koppji miżżewġa (l-Artikolu 223(1) tal-Kodiċi Ċivili) u għall-koabitanti legali (l-Artikolu 1479(1) tal-Kodiċi Ċivili), u mhux għall-koabitanti de facto.

D. Infurzar proviżorju

Fil-prinċipju, is-sentenzi kollha jistgħu jiġu infurzati b’mod proviżorju jekk il-qorti tordna hekk, ħlief fejn dan huwa pprojbit bil-liġi (l-Artikolu 1399 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

A. Sekwestru preventiv

Id-debitur tas-sentenza ma jitlifx id-drittijiet tas-sjieda jew tal-assi soġġetti għal sekwestru preventiv jew id-drittijiet li jużahom u li jieħu l-profitt minn fuqhom (użu, kiri, dħul, profitti). L-effett ta’ sekwestru preventiv huwa biss li l-assi ma jistgħux jinbiegħu jew jiġu ipotekati. It-tneħħija ta’ din is-setgħa ta’ dispożizzjoni tfisser li kwalunkwe tranżazzjoni bħal din li madankollu tiġi konkluża mid-debitur tas-sentenza tkun valida fiha nnifisha iżda ma tkunx effettiva kontra l-kreditur tas-sentenza. Il-kreditur ma għandux għalfejn jieħu kont ta’ tali tranżazzjoni u jista’ jaġixxi daqs li kieku ma kinitx teżisti.

B. Sekwestru

Bħal f’depożiti ordinarji, is-sekwestru jfisser li l-pussess materjali tal-assi jiġi ttrasferit lid-depożitarju. L-uniċi miżuri li d-depożitarju jista’ jieħu huma miżuri maħsuba biex jippreservaw l-assi.

C. Miżuri interim

Mhux applikabbli.

D. Infurzar proviżorju

L-infurzar proviżorju jfisser li s-sentenza tiġi infurzata minkejja l-possibbiltà li tista’ tiġi varjata fl-appell jew jekk tiġi ppreżentata oġġezzjoni. Ir-rikorrent jieħu r-riskju assoċjat mal-infurzar (ara hawn fuq).

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

A. Sekwestru preventiv

Is-sekwestru preventiv huwa soġġett għal limitu ta’ żmien, li fil-prinċipju huwa ta’ tliet snin. L-imħallef tas-sekwestri preventivi jista’, madankollu, jiffissa limitu ta’ żmien iqsar. Is-sekwestru preventiv jista’ jiġġedded sakemm il-limitu ta’ żmien inizjali ma jkunx skada. It-tiġdid – li huwa, fil-fatt, estensjoni tal-limitu ta’ żmien eżistenti – huwa permess meta jkun hemm raġunijiet validi għat-tiġdid tas-sekwestru preventiv u l-urġenza tas-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet.

B. Sekwestru

Il-liġi ma timponi l-ebda limitu ta’ żmien fuq is-sekwestru. Jekk ma jkunx hemm aktar ir-riskju li l-assi ma jistgħux jiġu ppreservati kif inhuma u li s-soluzzjoni finali tista’ konsegwentement tkun kompromessa, is-sekwestru jitneħħa.

C. Miżuri interim

Il-liġi ma timponi l-ebda limitu ta’ żmien fuq il-miżuri interim. Is-sentenza finali fit-tilwima tista’ tikkonferma jew treġġa’ lura miżuri bħal dawn.

D. Infurzar proviżorju

Mhux applikabbli.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

A. Sekwestru preventiv

Jekk l-imħallef tas-sekwestri preventivi jirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal sekwestru preventiv, il-kreditur tas-sentenza jista’ jikkontesta l-ordni tal-imħallef fi żmien xahar minn meta jkun ġie notifikat (l-Artikolu 1419, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 1031 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-każ jiġi ttrattat bl-istess mod bħal quddiem l-ewwel imħallef; is-sentenza tingħata mill-qorti fl-awli (en chambre du conseil/in raadkamer). Jekk imbagħad jingħata permess għas-sekwestru preventiv, u d-debitur tas-sentenza jixtieq jipprevjeni s-sekwestru preventiv, id-debitur tas-sentenza għandu jressaq oġġezzjoni bħala parti terza affettwata (tierce opposition/derdenverzet) quddiem il-qorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep) .

Jekk l-imħallef tas-sekwestri preventivi jagħti l-awtorizzazzjoni għal sekwestru preventiv, id-debitur tas-sentenza jew kwalunkwe parti interessata oħra jistgħu bl-istess mod joġġezzjonaw kontra dik l-ordni bħala parti terza affettwata (l-Artikolu 1419 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). L-oġġezzjoni għandha tinbeda fi żmien xahar mid-data meta tiġi notifikata l-ordni li tawtorizza s-sekwestru preventiv, u tinstema’ mill-imħallef li jkun ħareġ l-ordni (l-Artikolu 1125 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Sakemm l-imħallef tas-sekwestri preventivi ma jagħtix sospensjoni tal-infurzar, tali oġġezzjoni ma jkollhiex effett sospensiv.

B. Sekwestru

Mhux applikabbli fil-każ ta’ sekwestru miftiehem bejn il-partijiet.

Is-sekwestru ordnat minn qorti huwa deċiżjoni tal-qorti li tista’ tiġi kkontestata permezz tal-mezzi ordinarji previsti fil-Kodiċi Ġudizzjarju.

C. Miżuri interim

Kwalunkwe parti li tikkunsidra lilha nnifisha inġurjata b’ordni maħruġa fi proċedimenti interlokutorji tista’ tressaq oġġezzjoni jew appell. L-appelli kontra l-ordnijiet maħruġa mill-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-prim’istanza jew il-qorti kummerċjali jinstemgħu mill-qorti tal-appell. L-appelli kontra l-ordnijiet maħruġa mill-imħallef li jippresjedi t-tribunal tax-xogħol għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti tax-xogħol (cour du travail/arbeidshof).

Il-limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni jew appell huwa ta’ xahar mid-data minn meta l-ordni tiġi nnotifikata mill-uffiċjal ġudizzjarju jekk il-proċedimenti jkunu nbdew permezz ta’ taħrika (assignation/dagvaarding) jew ta’ dehra volontarja (comparution volontaire/vrijwillige verschijning), u ta’ xahar mid-data minn meta l-ordni tiġi nnotifikata b’ittra speċjali rreġistrata (pli judiciaire/gerechtsbrief) jekk l-ordni tkun inħarġet wara applikazzjoni ex parte.

D. Infurzar proviżorju

L-infurzar proviżorju mhux miftuħ għall-appell. Il-qorti tal-appell ma tista’ taħt l-ebda ċirkostanza tipprojbixxi jew tissospendi l-infurzar ta’ sentenza (l-Artikolu 1402 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-aħħar aġġornament: 24/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Bulgarija

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-proċess huwa kkaratterizzat ġeneralment minn perjodu itwal jew iqsar ta’ żmien. Dan id-dewmien, li jirriżulta minħabba l-fażijiet differenti u l-istanzi differenti li jgħaddi minnhom il-proċess, kultant iwasslu għall-ineffiċjenza tal-protezzjoni legali mitluba minħabba dewmien fl-għoti ta’ sentenza u b’hekk id-dħul fis-seħħ aktar tard tagħha F’dan ir-rigward, il-leġiżlatur ippreveda numru ta’ miżuri sabiex jassigura l-effikaċja tal-protezzjoni ġudizzjarja mitluba.

Is-suġġett marbut mal-garanzija tat-talba huwa regolat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 389-404 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (CPC).

Skont l-Artikolu 391 tac-CPC, il-garanzija tat-talba hija permessa meta’, mingħajr dawn il-miżuri provviżorji, ikun impossibbli jew diffiċli għar-rikorrent biex jimplimenta d-drittijiet mogħtija lilu mis-sentenza u meta’: a) it-talba hija appoġġjata minn evidenza dokumentata jew b) il-garanzija trid tingħata f’ammont determinat mill-qorti skont l-Artikoli 180 u 181 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (OCA). Garanzija tista’ tintalab anke meta jkun hemm evidenza dokumentata.

Għalhekk, rekwiżit fundamentali u kundizzjoni obbligatorja għall-għoti ta’ miżuri provviżorji huwa r-riskju tal-inabilità tar-rikorrent li jimplimenta d-drittijiet tiegħu mogħtija mis-sentenza li se tingħata fir-rigward ta’ talba potenzjalment fondata.

Sabiex jippermetti illi t-talba tiġi garantita, l-imħallef għandu jara jekk jeżistux il-prerekwiżiti li ġejjin: Il-bżonn ta’ garanzija għat-talba, ġustifikazzjoni potenzjali għat-talba u miżura provviżorja, kif speċifikat mir-rikorrent, li hija xierqa u adegwata għall-bżonnijiet tal-każ partikolari u l-protezzjoni legali mitluba.

Skont l-Artikolu 397(1) tac-CPC, il-liġi tipprovdi għall-miżuri provviżorji li ġejjin:

  1. Il-qbid tal-proprjetà immobbli,
  2. Is-sekwestru tal-assi mobbli u r-riċevibbli, inkluż is-sekwestru tal-ishma f’kumpanija,
  3. Miżuri xierqa oħra determinati mill-qorti, inkluż it-teħid ta’ vettura u s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni.

Il-qorti tista’ tordna wkoll diversi miżuri provviżorji sal-ammont tat-talba.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 34 tac-CPC, il-garanzija tat-talba hija permessa:

  1. Skont l-Artikolu 389 tac-CPC- għal kull tip ta’ talba - fir-rigward ta’ kull stadju tal-każ, qabel il-konklużjoni tal-inkjesta ġudizzjarja matul il-proċedimenti fl-appell,
  2. Skont l-Artikolu 390 tac-CPC, it-talbiet kollha jistgħu jiġu garantiti anke qabel tinfetaħ il-kawża.

Ir-rikors għal miżuri provviżorji pendente lite:

Dan ir-rikors jiġi ppreżentat mir-rikorrent quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-kwistjoni legali. Sabiex il-garanzija tkun permessa, iridu jeżistu l-prerekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 391 tac-CPC - ġustifikazzjoni għat-talba, il-bżonn li tiġi garantita t-talba (jiġifieri riskju illi t-talba tar-rikorrent ma tiġix sodisfatta f'każ li tista’ milqugħa) kif ukoll l-adegwatezza tal-miżura speċifikata. Skont l-Artikolu 391(2)(3) tac-CPC, fejn ma jkunx hemm biżżejjed provi, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, titlob ukoll il-ħlas ta’ garanzija finanzjarja, kif tiddetermina hi.

Il-garanzija tat-talba hija permessa wkoll anke waqt li l-każ ikun sospiż.

Ir-rikors għall-garanzija ta’ talba futura:

Ir-rikors jiġi ppreżentat fil-post fejn ir-rikorrent għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn tinsab il-propjetà li se sservi bħala garanzija tat-talba. Fejn ikun hemm talba għal miżura provviżorja għas-”sospensjoni tal-eżekuzzjoni”, ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni minħabba l-post ta’ eżekuzzjoni.

Meta’ l-miżuri provviżorji jingħataw fir-rigward ta’ talba futura, il-qorti tiffissa perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-talba, li ma jistax ikun itwal minn xahar. Il-prerekwiżiti materjali għall-għoti ta’ dawn il-miżuri provviżorji huma l-istess bħal dawk li jikkonċernaw l-għoti ta’ miżuri provviżorji rigward każ pendenti.

Ir-rikors għandu jindika l-miżuri provviżorja mixtieqa u l-valur tat-talba. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali jew qorti distrettwali rilevanti, skont il-ġuriżdizzjoni u l-kompetenza tal-qorti skont l-Artikolu 104 tac-CPC.

Ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat mill-persuna konċernata jew mill-avukat jew rappreżentant proċedurali tiegħu. Kopja tar-rikors mhix meħtieġa għaliex din il-kopja ma tingħatax lill-parti opposta.

Il-miżuri provviżorji mogħtija mill-qorti huma imposti permezz ta’:

  • Qbid tal-proprjetà immobbli - mill-Uffiċju tar-Reġistratur,
  • Sekwestru tal-assi mobbli u tar-riċevibbli - mill-Istat jew minn bailiff privat, inkluż bin-notifika, min-naħa tiegħu, ta’ partijiet terzi bħal banek u istituzzjonijiet ta' kreditu oħra,
  • Għall-miżuri provviżorji fil-konfront ta’ karozzi - mis-servizzi rilevanti tal-Pulizija tat-Traffiku,
  • Għall-miżura provviżorja tas-“sospensjoni tal-eżekuzzjoni” - trid tiġi preżentata kopja tas-sentenza tal-qorti lill-bailiff rilevanti li beda l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni biex jingħata l-permess,
  • Miżuri oħra previsti mil-liġi - mill-Istat jew bailiff privat rilevanti, magħżula mill-persuna.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-prerekwiżiti materjali għall-awtorizzazzjoni tal-miżuri provviżorji (kif deskritti hawn fuq) huma stabbiliti fl-Artikolu 391 tac-CPC.

Il-garanzija ta’ talba għal manteniment hija permessa anke mingħajr ma jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 391 tac-CPC fejn il-qorti tista’ tordna miżuri provviżorji ex officio.

Il-garanzija parzjali tat-talba wkoll hija permessa, iżda biss b’rabta mal-partijiet li fuqhom hemm biżżejjed provi.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

B’mod ġeneral, kwalunkwe propjetà tad-debitur tista’ tkun soġġetta għal miżuri provviżorja. Il-garanzija ta’ talba finanzjarja permezz tas-sekwestru tar-riċevibbli li mhumiex soġġetti għall-eżekuzzjoni mhix permessa.

Skont l-Artikoluu 393(1) tac-CPC, il-garanzija ta’ talba finanzjarja kontra l-Istat, l-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-faċilitajiet tas-saħħa skont l-Artikolu 5(1) tal-Att dwar il-Faċilitajiet tas-Saħħa mhix permessa.

It-tip ta’ assi li jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri provviżorji:

  • kontijiet bankarji,
  • assi mobbli,
  • proprjetà immobbli,
  • karozzi, fir-rigward tat-teħid tagħhom,
  • attivitajiet ta’ eżekuzzjoni,
  • assi partikolari tad-debitur futur kif evalwati f’każijiet oħra stabbiliti b’mod espliċitu fil-liġi.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Kull trasferiment tal-assi mid-debitur huwa invalidu fil-konfront tal-kreditur jew tal-kredituri assoċjati. Fir-rigward tal-proprjetà immobbli, l-invalidità għandha effett biss fir-rigward tat-trasferimenti mwettqa wara li jkun tniżżlet il-preklużjoni tad-dritt ipotekarju - skont l-Artikolu 452 tac-CPC.

L-Artikolu 453 tac-CPC jirregola l-ipoteżi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, min-naħa tal-kreditur u tal-kredituri assoċjati, tad-drittijiet miksuba wara li l-preklużjoni tad-dritt ipotekarju titniżżel fir-reġistru u tasal in-notifika tas-sekwestru.

Skont l-Artikolu 401 tac-CPC, il-kreditur garantit jista’ jiftaħ kawża kontra parti terza responsabbli għall-ammont jew għall-assi li din tal-aħħar tirrifjuta li titrasferixxi b’mod volontarju.

L-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti għal garanzija ta’ talba jitħallsu mill-persuna li fuq talba tagħha ngħataw il-miżuri provviżorji, kif provdut mill-Artikolu 514 tac-CPC b’referenza għall-Artikolu 401 tac-CPC, li jirregola l-miżuri provviżorji.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

L-awtorizzazzjoni għall-garanzija ta’ talba tingħata abbażi tal-prinċipju illi fir-rigward ta’ kawża pendenti, il-miżura provviżorja rilevanti tiġi imposta qabel il-konklużjoni tal-kawża permezz tas-sentenza korrispondenti li tkun daħħlet fis-seħħ.

Meta’ l-miżuri provviżorji jingħataw fir-rigward ta’ talba futura, il-qorti tiffissa perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-talba, li ma jistax ikun itwal minn xahar. Jekk ma jkun hemm l-ebda prova illi t-talba ġiet ippreżentata fiż-żmien stabbilit, il-qorti tikkanċella l-miżuri provviżorji ex officio - skont l-Artikolu 390(3) tac-CPC.

F’każ ta’ sottomissjoni ta’ talba li fir-rigward tagħha ġew ordnati miżuri provviżorji, kif normalment ikun il-każ, il-miżuri provviżorji jibqgħu fis-seħħ u għandhom effett sakemm tiġi konkluża l-kawża.

L-Artikolu 402 tac-CPC jirregola l-proċedura ta’ kanċellament għall-miżuri provviżorji mogħtija. Huwa jipprovdi illi l-parti interessata trid tippreżenta rikors u kopja tiegħu tagħtih lill-persuna li talbet għall-miżuri provviżorji. Dan tal-aħħar jista’ jippreżenta oġġezzjoni fi żmien tliet ijiem. Il-qorti, f’seduta bil-bibien magħluqa, tikkanċella l-miżura provviżorja jekk tkun sodisfatta għal kollox illi r-raġuni li għaliha ngħatat il-miżura ma għadhiex teżisti jew illi l-intimat ippreżenta garanzija, fiż-żmien stabbilit, billi ddepożita l-ammont kollhu mitlub mir-rikorrent (l-Artikolu 398(2) tac-CPC). Is-sentenza tal-qorti għall-kanċellament tal-miżuri provviżorji hija soġġetta għal appell permezz ta’ ilment privat fi żmien ġimgħa.

Is-sostituzzjoni tal-miżuri provviżorji mogħtija, skont l-Artikolu 398 tac-CPC, tista’ ssir f’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet:

  • skont il-paragrafu 1 - il-qorti, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tista’, wara li tinnotifika lill-parti l-oħra u tikkunsidra l-oġġezzjonijiet tagħha sottomessi fi żmien tliet ijiem wara n-notifika, tippermetti s-sostituzzjoni ta’ miżura provviżorja b’oħra,
  • skont il-paragrafu 2- f’każ ta’ garanzija ta’ talba li tista’ tiġi kkwantifikata f’termini finanzjarji, l-intimat jista’ f’kull ħin jissostitwixxi l-garanzija awtorizzata, mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra, bi pleġġ ta’ flus jew titoli oħra, skont l-Artikolu 180 u 181 tal-OCA.

Fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 398(1)(2) tac-CPC, il-qbid jew is-sekwestru jiġu mħassra.

Il-liġi ma teskludix lill-intimat milli jressaq talba kontra r-rikorrent għal kumpens minħabba d-danni li kkawżawlu l-miżuri provviżorji, jekk it-talba soġġetta għall-miżuri provviżorji tiġi mħassra jew ma tiġix ippreżentata fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, kif ukoll jekk il-kawża tispiċċa (l-Artikolu 403 tac-CPC).

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Skont l-Artikolu 396 tac-CPC, is-sentenza tal-qorti rigward il-garanzija ta’ talba tista’ tiġi appellata permezz ta’ ilment privat fi żmien ġimgħa. Għar-rikorrent, dan il-perjodu ta’ ġimgħa jibda meta’ tingħata s-sentenza, filwaqt li għall-intimat (il-persuna li kontriha ngħataw il-miżuri provviżorji) dan jibda mid-data li fiha ġie notifikat bil-miżuri provviżorji mill-bailiff, mill-Uffiċju tar-Reġistratur jew mill-qorti. Kopja tal-ilment privat għandha tintbagħat lill-parti opposta, li trid twieġeb fi żmien ġimgħa.

Fil-każ ta’ appell mis-sentenza li tirrifjuta l-miżuri provviżorji, l-ebda kopja tal-ilment privat ma tintbgħat lill-intimat.

Jekk il-qorti tal-appell tikkonferma sentenza li tawtorizza jew tiċħad miżuri provviżorji, is-sentenza mhix soġġetta għal appell fil-kassazzjoni. Jekk il-qorti tal-appell tkun awtorizzat miżuri provviżorji li kienet irrifjutat il-qorti tal-prim’istanza, is-sentenza ta’ din tal-aħħar hija soġġetta għal appell permezz ta’ ilment privat quddiem il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jekk il-prerekwiżiti tal-Artikolu 280 tac-CPC għal dan l-appell jiġi sodisfatti.

Skont ic-CPC attwalment fis-seħħ, kemm il-miżuri provviżorji awtorizzati u l-ammont tal-garanzija determinati mill-qorti bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-miżuri provviżorji huma soġġetti għal appell. Madankollu, l-appell quddiem il-qorti tal-appell ma jistax jissospendi l-miżuri provviżorji qabel ma tkun ingħatat sentenza dwar l-appell mill-qorti ogħla u jkun deċiż illi l-miżuri jitħassru.

L-aħħar aġġornament: 03/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Repubblika Ċeka

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Miżuri provviżorji:

Il-miżuri provviżorji jintużaw biex jirregolaw b’mod provviżorju r-relazzjoni bejn il-partijiet, jew f’sitwazzjoni fejn hemm biża’ illi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja tista’ tiġi mxekkla.

Ġeneralment, il-miżuri provviżorji maħruġa qabel jibdew il-proċedimenti fuq is-sustanza tal-każ huma regolati mill-Artikolu 74 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963 kif emendat) filwaqt li l-miżuri provviżorji maħruġa wara li jkunu bdew dawn il-proċedimenti huma regolati mill-Artikolu 102 tal-Kodiċi. Miżuri provviżorji speċjali għal ċerti sitwazzjonijiet speċjali huma regolati mill-Att dwar il-Proċedimenti Ġudizzjarji Speċjali (l-Att Nru 292/2013), jiġifieri miżuri provviżorji li jirregolaw sitwazzjoni li jinsab fiha minuri li ma ngħatax il-kura mistħoqqa (l-Artikolu 452 et seq.) u miżuri provviżorji biex jipprovdu protezzjoni kontra l-vjolenza domestika (l-Artikolu 400 et seq.). L-Artikolu 12 tal-Att Nru 292/2013 jipprovdi wkoll ċertu regoli speċjali li jissupplimentaw l-arranġamenti speċjali għall-miżuri provviżorji, biex ikopru dawk il-proċedimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att.

L-għoti ta’ garanzija għall-provi:

Il-provi jistgħu jiġu żgurati jekk ikun hemm tħassib illi l-ġbir tagħhom fil-futur ma jibqax possibbli jew jkun diffiċli ħafna (pereżempju eżekuzzjoni vizzjata ta’ kuntratt tal-bejgħ, li l-oġġett tiegħu jinkludi oġġetti li jitħassru jew l-eżami ta’ xhud li huwa marid serjament u li għandu kundizzjoni medika li hi ta’ theddida għal ħajtu).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Miżuri provviżorji:

  • L-Artikolu 74(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) jistipula illi l-proċedimenti biex tinkiseb miżura provviżorja jibdew b’rikors.
  • Madankollu, l-Artikolu 12 tal-Att Nru 292/2013 jistabbilixxi illi miżura provviżorja tista’ tiġi ordnata mill-qorti ex officio jekk tkun tista’ tagħti bidu għall-proċedimenti wkoll ex officio (pereżempju proċedimenti dwar il-kura tal-minuri, proċedimenti għall-inkapaċità, proċedimenti ta’ kurazija u proċedimenti dwar persuna nieqsa, jew mewt). F’dawn il-każijiet, il-qorti tordna l-miżura provviżorja ex officio.
  • Il-qorti kompetenti biex toħroġ miżura provviżorja hija l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq is-sustanza; l-eċċezzjonijiet għal din ir-regola jinsabu fl-Artikolu 400 u 453 tal-Att Nru 292/2013.

Il-provi jistgħu jiġu żgurati:

  • qabel jibdew il-proċedimenti fuq is-sustanza tal-każ, b’rikors. Il-qorti kompetenti hija l-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq is-sustanza jew il-qorti li fid-distrett tagħha jinsabu l-provi li qegħdin f’riskju.
  • matul il-proċedimenti anke fin-nuqqas ta’ rikors.

Il-partijiet fil-kawża għandhom ikunu preżenti meta l-provi jiġu żgurati, sakemm dewmien f’dan ir-rigward ma jkunx ta’ theddida.

Il-provi jistgħu jiġu żgurati wkoll permezz ta’ att notarili (notářský zápis) jew b’nota tal-uffiċjal ta’ eżekuzzjoni (exekutorský zápis), jekk dan il-proċess iseħħ fil-preżenza ta’ nutar jew ta’ uffiċjal tal-eżekuzzjoni jew jekk huma jkunu xehdu fuq dan il-fatt.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Miżura provviżorja tista’ tiġi ordnata:

  • jekk irid ikun hemm arranġamenti provviżorji biex jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-partijiet;
  • jekk hemm tħassib illi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja se tiġi kompromessa;
  • biex jirregolaw relazzjoni fuq bażi provviżorja.

Il-valutazzjoni dwar jekk hemmx bżonn ta’ arranġamenti provviżorji biex jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-partijiet tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Miżura provviżorja tiġi ordnata biss jekk jista’ jintwera l-bżonn ta’ arranġamenti provviżorji biex jirregolaw ir-relazzjonijiet legali tal-partijiet. F’dak li jikkonċerna ċirkostanzi oħra rilevanti għall-ħruġ ta’ miżura provviżorja, huwa suffiċjenti illi jiġu ppruvati l-fatti kruċjali għat-tqegħid tal-obbligu taħt miżura provviżorja.

  • L-imminar tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni

Jekk tiġi ordnata miżura provviżorja b’rispons għal tħassib illi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tista’ tiġi mminata, il-parti li għandha dritt titlob din il-miżura għandu jkollha fil-pussess tagħha deċiżjoni jew strument ieħor li jkun fih ir-raġunijiet għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Miżura provviżorja tista’ tiġi ordnata biss sakemm id-deċiżjoni ssir eżekuttiva, jew jekk ikun hemm raġunijiet serji għalfejn il-parti li għandha d-dritt titlob għall-miżura ma setgħetx (temporanjament) tqiegħed fis-seħħ– permezz tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni – l-obbligu li ġie ordnat. Fl-istess ħin, il-fatti li jiġġustifikaw dan it-tħassib illi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tista’ tkun kompromessa (l-aktar minħabba l-imġiba tad-debitur tad-deċiżjoni) iridu jiġu ppruvati.

Rikors għal miżura provviżorja għandu jkun fih id-dettalji elenkati fl-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 75 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963), inklużi:

  • informazzjoni li tindika liema qorti ġiet indirizzata fir-rikors;
  • min qiegħed jippreżenta r-rikors u x’każ jikkonċerna, pereżempju sommarju tal-fatti li jiġġustifikaw it-talba għall-miżura provviżorja;
  • l-għan tar-rikors, jiġifieri liema miżura provviżorja qed jitlob ir-rikorrent;
  • id-data tar-rikors, u l-firma tar-rikorrent jew tar-rappreżentant tar-rikorrent;
  • deskrizzjoni tal-fatt illi jenħtieġu arranġamenti provviżorji biex jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-partijiet, jew illi hemm tħassib dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tista’ tiġi mxekkla.

Kull strument li r-rikorrent qed jirreferi għalih irid jiġi mehmuż mar-rikors.

Fid-data tal-preżentata tar-rikors, ir-rikorrent irid jiddepożita CZK 10 000 fuq inizjattiva tiegħu stess, jiġiferi mingħajr ma tgħidlu l-qorti biex jagħmel dan. F’każijiet li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn negozji minħabba attivitajiet ta’ negozju, id-depożitu huwa ta’ CZK 50 000. Ir-rikorsi dwar kwistjonijiet ta’ benessri soċjali huma eżenti mir-rekwiżit ta’ depożitu (pereżempju manteniment, impjiegi jew kumpens għal danni personali). Ir-rikors jiġi miċħud jekk ma jsirx id-depożitu.

Id-depożitu jservi ta’ garanzija għal talba ta’ kumpens għad-danni jew telf ieħor li jistgħu jġarrbu l-partijiet jew partijiet terzi (pereżempju persuni li mhumiex involuti fil-miżura provviżorja) jekk il-miżura provviżorja tiġi ordnata.

L-Artikolu 12(3) tal-Att Nru 292/2013 jistipula l-eżenzjoni mid-depożitu previst minn din il-liġi.

L-għoti ta’ garanzija għall-provi:

Qabel jibdew il-proċedimenti fuq is-sustanza tal-każ, il-provi jistgħu jiġu żgurati (jekk hekk ikun propost) jekk ikun hemm tħassib illi l-ġbir tal-provi fil-futur isir impossibbli jew diffiċli ħafna. Il-provi ma jiġux żgurati jekk ikun ċar illi mhumiex importanti għall-proċedimenti. Il-qorti ticħad ir-rikors għall-garanzija tal-provi jekk tissuspetta illi r-rikorrent, flok ifittex li jħares il-provi, qiegħed verament jippreżenta r-rikors biex jikseb riżultat ieħor (pereżempju biex jikseb informazzjoni li kieku ma jistax ikollu fuq l-attivitajiet ta’ persuna oħra).

Minbarra d-dettalji ġenerali, rikors għall-garanzija tal-provi jrid ikollu deskrizzjoni tal-fatti li se jkunu soġġetti għall-ġbir tal-provi. Il-provi li jridu jiġu żgurati jridu jiġu identifikati b’mod speċifiku.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Miżuri provviżorji:

L-Artikolu 76 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistipula illi miżura provviżorja tista’ tobbliga lil parti biex tħallas il-manteniment, biex tiddepożita somma flus il-qorti, biex tqiegħed oġġett fil-kustodja tal-qorti, biex ma tittrasferix ċerti oġġetti jew drittijiet, biex tagħmel xi ħaġa, biex tieqaf milli tagħmel xi ħaġa jew biex tippermetti li jsir xi ħaġa. Il-miżura tista’ tkun marbuta ma’ kull oġġett li qiegħed fil-pussess tal-parti kkonċernata.

Permezz ta’ miżura provviżorja, qorti tista’ timponi l-obbligu fuq xi ħadd li mhux il-parti fil-kawża fejn ikun meħtieġ u ġustifikabbli (pereżempju jekk xi ħadd qiegħed jixtri propjetà u jaf biċ-ċert illi qiegħed jixtriha mingħand sid li għadu ma ħallasx lill-kredituri tiegħu).

Il-miżuri provviżorji speċjali skont l-Att Nru 292/2013:

Il-miżura provviżorja speċjali li tirregola s-sitwazzjoni ta’ minuri skont l-Artikolu 452 et seq. tiġi applikata jekk il-minuri ma ġiex ikkurat kif xieraq, irrispettivament jekk hemmx xi ħadd li għandu d-dmir jieħu ħsiebu, jew jekk il-ħajja, l-iżvilupp jew interessi importanti oħra tal-minuri ġewx traskurati jew humiex qegħdin f’periklu serju. Il-miżura provviżorja tal-qorti tirregola s-sitwazzjoni tal-minuri għaż-żmien strettament neċessarju billi tqiegħdu f’ambjent xieraq, kif indikat fl-ordni tal-qorti.

Fuq l-intimat tista’ tiġi imposta miżura provviżorja speċjali skont l-Artikolu 400 et seq., fejn huwa jrid jitlaq mid-dar matrimonjali u l-inħawi tagħha, biex joqgħod 'il bogħod mid-dar matrimonjali u ma jidħolx fiha, biex ma jikkuntattjax lir-rikorrent, jew biex bl-ebda mod ma jsegwi b’mod malizzjuz jew jiffastidja lir-rikorrent. Ir-rikors għandu jkun fih deskrizzjoni tal-fatti li juru illi l-koeżistenza tar-rikorrent u tal-intimat fid-dar jew appartament fejn jgħixu hija intollerabbli għar-rikorrent minħabba vjolenza fiżika jew mentali li seħħ fuqu jew fuq persuna oħra li tgħix fl-istess abitazzjoni, jew deskrizzjoni tal-fatti li juru l-insegwiment malizzjuz jew il-fastidju li jġarrab ir-rikorrent.

L-għoti ta’ garanzija għall-provi:

Ir-rikors għandu jispjega wkoll għalfejn ir-rikorrent jixtieq jiżgura l-provi. Il-mezzi kollha li bihom jista’ jiġi vverifikat il-każ, speċjalment l-eżami tax-xhieda, opinjoni esperta, ir-rapporti u l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet u ta’ persuni ġuridiċi, eċċ, jistgħu jintużaw bħala provi.

Metodu speċjali għall-iżgurar tal-provi huwa l-protezzjoni ta’ oġġett mill-provi f’każ marbut mad-dritt ta' proprjetà intellettwali (l-Artikolu 78b tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963). Persuna li tkun rat b’għajnejha l-ksur ta’ dritt ta' proprjetà intellettwali għandha locus standi. Il-qorti kompetenti hija l-qorti reġjonali li l-oġġett ġie żgurat fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu protetti: l-oġġetti konċernati; materjali u għodda; dokumenti marbuta mal-oġġetti konċernati.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Miżuri provviżorji:

Miżura provviżorja hija deċiżjoni provviżorja intiża biex tipproteġi lir-rikorrent. Hija tinħareġ għall-protezzjoni ta’ dritt tal-applikant li ġie miksur jew qiegħed f’riskju. Meta tinħareġ miżura provviżorja, hija ma tagħtix lir-rikorrenti drittijiet li għad iridu jiġu solvuti. Lanqas ma hija mezz biex tiġi indirizzata kwistjoni preliminari. Bl-istess mod, is-sempliċi fatt illi nħarġet miżura provviżorja ma għandux jaffettwa t-teħid ta’ deċiżjoni tal-qorti fuq is-sustanza tal-każ. Anke wara li tkun inħarġet miżura provviżorja, l-obbligant jista’ jkompli jittrasferixxi l-propjetà tiegħu, iżda jrid jagħmel dan skont il-miżura maħruġa.

Kull min serjament ifixkel l-andament tal-proċedimenti, b’mod partikolari billi jonqos - mingħajr raġuni valida - milli jidher quddiem il-qorti jew ma jobdix ordni tal-qorti, jista’ jiġi ordnat iħallas multa mill-qorti sa massimu ta’ CZK 50 000. Il-qorti tista’ teżegwixxi deċiżjoni dwar miżura provviżorja jekk id-debitur tad-deċiżjoni ma josservax dik id-deċiżjoni b’mod volontarju. Il-piena għall-ostakolazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni uffiċjali jew ta’ tkeċċija (mid-dar matrimonjali) hija mnaqqxa wkoll fl-Artikolu 337(2) tal-Att Nru 40/2009 tal-Kodiċi Kriminali, li jistabbilixxi l-imġiba ħażina meta wieħed jostakola l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni uffiċjali jew it-tkeċċija.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Miżuri provviżorji:

  • Miżura provviżorja għal terminu definit

Fl-ordni għal miżura provviżorja, il-qorti tista’ tiddeċiedi illi l-miżura għandha tkun limitata fiż-żmien, anke jekk ir-rikorrent mhux hekk qed jitlob.

  • L-impożizzjoni ta’ obbligu biex tinfetaħ kawża jew biex jiġi ppreżentat rikors ieħor biex jibdew il-proċedimenti.

Ordni tal-qorti għal miżura provviżorja jista’ jobbliga lir-rikkorent jippreżenta rikors il-qorti biex jibdew proċedimenti (kawża) dwar is-sustanza tal-każ f’perjodu ta’ żmien stabbilit fl-istess żmien li tkun ħarġet il-miżura provviżorja.

Miżura provviżorja tibqa’ fis-seħħ sakemm tiskadi jew sakemm titneħħa mill-qorti.

Miżura provviżorja tiskadi jekk ir-rikorrent ma jdaħħalx rikors biex jibdew il-proċedimenti fiż-żmien stabbilit mill-qorti; jekk ir-rikors fuq is-sustanza tal-kawża ma jiġix milqugħ; jekk ir-rikors fuq is-sustanza tal-kawża jiġi milqugħ u jkunu għaddew aktar minn 15-il ġurnata minn meta d-deċiżjoni saret eżekuttiva; jew jekk it-terminu stabbilit għall-miżura provviżorja jkun skada.

Il-qorti tneħħi miżura provviżorja jekk ir-raġunijiet li taw lok għall-ħruġ tagħha ma jibqgħux validi.

L-Artikolu 400 et seq. tal-Att Nru 292/2013 jistipula illi miżura provviżorja għandha tibqa’ fis-seħħ għal xahar mid-data li fiha ssir eżekuttiva (l-Artikolu 408) u illi dak it-terminu jista’ jiġi estiż, skont meta bdew il-proċedimenti fuq is-sustanza tal-każ.

L-Artikolu 452 et seq. tal-Att Nru 292/2013 jistipula illi miżura provviżorja għandha tibqa’ fis-seħħ għal xahar mid-data li fiha ssir eżekuttiva (l-Artikolu 459) u illi dak it-terminu jista’ jiġi estiż.

L-għoti ta’ garanzija għall-provi:

Il-provi jiġu żgurati fiż-żmien stabbilit mill-qorti jew mill-aktar fis possibbli. Il-partijiet jistgħu jkunu preżenti meta jiġu żgurati l-provi, iżda ma għandhomx dritt ikunu preżenti jekk id-dewmien fid-dehra tagħhom jikkostitwixxi riskju. Wara li jkunu bdew il-proċedimenti dwar is-sustanza tal-każ, il-partijiet għandhom dritt iwieġbu għall-provi prodotti u għall-provi kollha miġbura. Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jiġu eżaminati.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Miżuri provviżorji:

Id-deċiżjonijiet dwar il-miżuri provviżorji jieħdu l-għamla ta’ ordni tal-qorti. Ordni li jimponi miżuri provviżorja jsir eżekuttiv mal-pubblikazzjoni tiegħu. Jekk ma jiġix ippubblikat, isir eżekuttiv man-notifika lill-parti responsabbli. Kopja bil-miktub ta’ miżura provviżorja tiġi nnotifikata lill-partijiet fil-proċedimenti u fuq partijiet terzi (fejn dik il-parti terza jkollha obbligu li trid twettaq) u, jekk il-miżura tikkonċerna l-obbligu li ma jsirux trasferimenti ta’ propjetà immobbli, tingħata wkoll kopja lir-reġistru tal-artijiet kompetenti. Ordni tal-qorti li joħroġ miżura provviżorja isir eżekuttiv mal-pubblikazzjoni jew bin-notifika tiegħu (l-Artikolu 76d tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) u jikkostitwixxi raġuni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.

Jistgħu jsiru appelli kontra l-ordnijiet għal miżuri provviżorji. L-appelli jitressqu quddiem il-qorti li tat id-deċiżjoni kontestata, iżda fil-verità jinstemgħu mill-qrati tat-tieni istanza, jiġifieri mill-qrati reġjonali jew mill-qrati superjuri. L-appelli jitressqu fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta ta’ kopja bil-miktub tad-deċiżjoni.

Jekk l-appell ammissibbli jiġi ppreżentat fil-ħin mill-parti li għandha d-dritt tappella, id-deċiżjoni ma ssirx finali sakemm il-qorti tal-appell tkun waslet għal deċiżjoni finali dwar l-appell. Madankollu, ordni għal miżura provviżorja jsir eżekuttiv (jiġifieri tiġi osservata l-proċedura skont dak l-ordni) malli jiskadi ż-żmien stabbilit għal dik il-prestazzjoni, li jibda jgħodd mid-data tan-notifika; Inkella jsir eżekuttiv man-notifika jekk ma jordnax obbligu ta’ prestazzjoni. Qorti tista’ tiddeċiedi illi l-ordni għal miżura provviżorja jkun eżekuttiv biss wara li d-deċiżjoni tal-qorti ssir finali, sakemm dan ma jiġix eskluż minħabba n-natura tal-miżura provviżorja jew inkella jmur kontra l-għan tagħha.

L-Artikoli 409 u 463 tal-Att Nru 292/2013 fihom dispożizzjonijiet dwar l-appelli minn miżuri provviżorji speċjali skont dik il-liġi.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Irlanda

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

It-tipi differenti ta’ miżuri kawtelatorji fil-qrati Irlandiżi huma l-mandati. Mandat huwa ordni tal-qorti lill-parti f’kawża biex tagħmel jew tieqaf milli tagħmel xi ħaġa partikolari. Il-ksur ta’ mandat huwa meqjus bħala disprezz tal-qorti u min jikser din l-ordni jista’ jintbagħat il-ħabs. Mandat jista’ jkun:

(i) permanenti,

(ii) għal perjodu speċifiku ta’ żmien, jew

(iii) mogħti fuq bażi temporanja qabel tibda l-kawża.

Jekk l-attur jaħseb illi l-konvenut kapaċi jneħħi jew jeqred oġġetti jew dokumenti essenzjali, huwa jista’ jitlob lill-qorti ex parte għal ordni msejħa “Anton Piller”, li hija forma ta’ mandat fejn il-konvenut irid iħalli lill-attur jidħol fi ħwejġu biex jivverifika dokumenti jew oġġetti oħra u jneħħi kulma jkun ta’ propjetà tal-attur. Jekk ir-l-attur ikun mħasseb dwar il-fatt illi l-konvenut jista’ jeħles minn xi ftit jew mill-assi kollha tiegħu u ma jkunx f’pożizzjoni li jissodisfa t-talba tal-attur jekk fl-aħħar mill-aħħar jirbaħ il-kawża, l-attur jista’ jitlob lill-qorti għal “mandat Mareva” jew ordni ta’ sekwestru, li ma jħallix lill-konvenut jeħles mill-assi tiegħu sakemm ikun fis-seħħ dak l-ordni. Ġeneralment, mandat Mareva ma jħallix lil konvenut li ma jkunx fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti iżda li jkollu l-assi f’dik il-ġuriżdizzjoni milli jneħħi dawk l-assi “pendente lite”.

Meta t-talba tal-attur tkun għal somma ta’ flus, huwa jista’ jitlob lill-qorti biex tagħti ordni għal ħlas interim mill-konvenut ta’ parti minn jew tas-somma kollha mitluba fil-qorti. Min-naħa l-oħra, konvenut li jkun imħasseb dwar il-fatt illi jekk l-attur jitlef il-kawża ma jkunx jista’ jħallas l-ispejjeż legali tal-konvenut li bihom ikun jista' jiddefendi b’suċċess il-pożizzjoni tiegħu matul il-proċedimenti, jista’ jitlob lill-qorti biex tordna illi l-attur jagħti garanzija għall-ispejjeż tal-proċedimenti billi jiddepożita somma flus il-qorti. Jekk l-ordni għal “garanzija għall-ispejjeż” issir favur il-konvenut, l-attur ma jkunx jista’ jmexxi bit-talba tiegħu jekk ma jiddepożitax dik is-somma flus il-qorti kif stabbilit mill-ordni tal-qorti.

Il-Qorti Superjuri għandha ġuriżdizzjoni wkoll biex tagħti ordnijiet kawtelatorji b’appoġġ għal proċedimenti f’ġuriżdizzjonijiet oħra jekk ikun hemm bżonn. Hija tista’ toħroġ “mandat universali ta’ sekwestru” li japplika għall-assi f’ġuriżdizzjonijiet oħra jekk ikun hemm biża’ jew tħassib illi l-konvenut jista’ jeħles mill-assi tiegħu biex ma tingħatax sentenza kontrih.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Bosta rikorsi għal mandat isiru quddiem is-Circuit Court jew il-Qorti Superjuri. Madankollu, ċerti tipi ta’ miżuri kawtelatorji jistgħu jintalbu biss mill-Qorti Superjuri, bħall-ordnijiet ta’ sekwestru, ordnijiet imsejħa “Anton Piller” u ordnijiet relatati ma’ proċedimenti barranin.

Il-parti li qed titlob għal ordni kawtelatorju trid tippreżenta rikors flimkien ma’ affidavit. l-attur irid jagħmel dikjarazzjoni kompluta tal-fatti rilevanti kollha, partikolarment jekk ir-rikors isir mingħajr notifika lill-parti l-oħra. Fl-affidavit għandu jiġi eżebit ukoll abbozz tal-ordni, b’dak li hu rikjest mill-qorti. Fis-sit elettroniku tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati hemm iktar informazzjoni dwar il-formoli tal-qorti meħtieġa.

Jekk l-attur li jkun qed jitlob mandat jirnexxilu jiksbu, normalment ikollu jagħti dik li tissejjaħ “garanzija għad-danni” f’każ illi eventwalment jitlef il-kawża sabiex il-parti li l-mandat inħareġ kontriha tkun tista’ tirkupra l-ispejjeż imħallsa minħabba l-mandat.

Ir-rikorsi għal mandati jistgħu jsiru ex parte jew mingħajr notifika lill-parti l-oħra jekk ikun hemm raġunijiet tajba sabiex il-proċedimenti jsiru b’dan il-mod. Dawn ir-rikorsi jistgħu jsiru wkoll qabel il-ftuħ tal-proċedimenti jekk ikun hemm ċerta urġenza fis-sitwazzjoni tal-attur. [Għal miżuri interlokutorji jew kawtelatorji quddiem il-Qorti Kummerċjali, ara Ord. 63A, r. 6(3) tar- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Qrati Superjuri 1986].

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-qrati għandhom diskrezzjoni meta jiddeċiedu jekk joħorġux mandat interlokutorju jew le u jilqgħu t-talba meta ċ-ċirkostanzi jkunu ġusti u xierqa. [Ord. 50 r. 6(1) tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Qrati Superjuri 1986]. Meta tkun qed tikkunsidra jekk hux xieraq li toħroġ mandat interlokutorju, il-qorti għandha tiddetermina:

(i) Jekk hemmx kwistjoni bona fide li trid tiġi deċiża.

(ii) Jekk l-għoti ta’ danni jew kumpens hux rimedju xieraq jekk l-attur ma jkunx ingħata l-mandat u mbagħad jerbaħ il-kawża.

(iii) Kemm għandha piż il-konvenjenza fit-teħid ta’ deċiżjoni tagħha.

L-ewwel rekwiżit huwa illi l-attur għandu juri illi hemm kwistjoni ġusta li trid tiġi mismugħa. Dan huwa ostaklu relattivament baxx li jrid jiġi megħlub ml-attur iżda fi snin riċenti din il-parti tat-test saret aktar diffiċli, fejn l-attur qiegħed ifittex, fl-istadju interlokutorju, mandat biex iġiegħel lill-parti l-oħra tagħmel xi ħaġa. F'dan il-każ issa huwa ċar mill-awtoritajiet illi l-attur irid juri illi għandu każ b’saħħtu li x'aktarx jirnexxi fis-seduta ta’ smigħ.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-mandati jistgħu jintalbu għal ħafna raġunijiet li jinkludu it-twaqqif ta’ parti milli tiżviluppa jew tuża biċċa art bi ksur ta’ kundizzjonijiet jew ftehimiet tal-ippjanar, biex tkun tista’ ssir tfittxija fil-propjetà u biex jitneħħew xi affarijiet, biex min iħaddem ikompli jħallas lil impjegat jew biex min iħaddem ma jkunx jista’ jimpjega nies ġodda “pendente lite”. Jekk jingħata ordni ta’ sekwestru jew ordni tat-tip “Mareva”, imbagħad il-parti li l-ordni ngħatat kontriha ma tkunx tista' tmiss l-assi tagħha bl-ebda mod li jkun inkompatibbli mal-ordni tal-qorti. Pereżempju hija tkun tista’ tiġbed biss ammont fiss ta’ flus kontanti minn kont bankarju u ma tkunx tista' tnaqqas il-valur tal-assi tagħha taħt ċertu ammont sakemm jingħalqu l-proċedimenti.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Jekk parti tikser ordni kawtelatorju, l-aġir tagħha jista’ jitqies bħala disprezz tal-qorti u tista’ tintbagħat il-ħabs, teħel multa jew tkun soġġetta għal sekwestru tal-assi tagħha. L-ewwel paġna tal-ordni għandu jkun fiha “avviż  ta’ responsabbiltà kriminali”  li javża lir-riċevitur tal-konsegwenzi ta’ ksur tat-termini tal-mandat. Bl-istess mod, jekk parti terza bi ħsieb li tgħin lill-attur biex jeħles mill-assi tiegħu li jkunu soġġetti għal ordni ta’ sekwestru, hija wkoll tista’ tinsab ħatja ta’ disprezz tal-qorti. B’hekk, jiġu notifikati kopji tal-ordnijiet ta’ sekwestru lil kull parti terza interessata, bħal maniġers tal-bank, kontabilisti u solicitors imqabbda mill-parti li l-ordni nħareġ kontriha jew li qed jaħdmu għaliha.

Kull kuntratt magħmul bi ksur ta’ mandat huwa illegali u ma jistax jiġi eżegwit minn dik il-parti li taf li teżisti dik l-ordni. Madankollu s-sjieda xorta tista’ tiġi trasferita b'kuntratt illegali, u għalhekk hekk kif isir kuntratt bħal dan, l-assi trasferiti ġeneralment ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u l-uniku rimedju għall-attur f’din is-sitwazzjoni jkun l-għoti ta’ kumpens.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Normalment, il-mandat jibqa’ validu sakemm jasal fi tmiemu l-proċediment (mandat interlokutorju). Jekk il-mandat kawtelatorju jsir mingħajr notifika lill-parti l-oħra, jibqa’ fis-seħħ biss għal perjodu limitat ta’ żmien li meta jiskadi jkun jenħtieġ ordni tal-qorti ieħor.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Iva. Il-konvenut jew kull parti oħra affettwata mill-mandat kawtelatorju jista’ jitlob lill-qorti f’kull mument biex ibiddel jew iħassar il-mandat. Il-parti li tixtieq topponi l-mandat trid tinnotifika lis-solicitor tal-parti l-oħra bir-rikors tagħha. Il-Qorti tista’ tħassar mandat fejn il-konvenut jista’ juri illi qatt ma kellu jingħata, fejn kien hemm xi tibdil sinifikanti fiċ-ċirkustanzi minn meta ngħata l-mandat jew fejn hu ġust u xieraq li jsir hekk. Kif intqal aktar 'il fuq, qorti tista’ tordna lill-parti li qed tfittex mandat biex tħallas l-hekk imsejħa “garanzija għad-danni” sabiex jekk ma tirbaħx il-kawża, il-parti li l-mandat inħareġ kontriha jkollha protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba minħabba l-mandat.

L-aħħar aġġornament: 26/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Greċja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-miżuri provviżorji u kawtelatorji, ġeneralment magħrufa bħala “rimedji provviżorji” (asfalistiká métra) huma miżuri ordnati mill-qorti pendente lite jew f’proċedimenti li għadhom se jibdew u hemm talba li fil-frattemp għandha bżonn protezzjoni ġudizzjarja. Il-protezzjoni ġudizzjarja provviżorja ta’ din ix-xorti hija intiża biex tassigura illi tabilħaqq tista’ tiġi sodisfatta t-talba li se tiġi valutata fuq il-mertu. Il-miżuri li jistgħu jiġu ordnati huma: l-għoti ta’ garanzija (engyodosía); ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka fuq il-propjetà tad-debitur (engrafí prosimeíosis ypothíkis); mandat ta’ sekwestru kawtelatorju (syntiritikí katáschesi); sekwestru ġudizzjarju (dikastikí mesengýisi); l-aċċettazzjoni provviżorja tat-talbiet (prosoriní epidíkasi apaitíseon); mandat li jirregola l-kwistjoni fuq bażi provviżorja (prosoriní rýthmisi katástasis); l-issiġillar (sfrágisi), il-ftuħ (aposfrágisi), l-inventarju (apografí) u d-depożitu pubbliku (dimósia katáthesi) tal-propjetà; u l-miżuri biex jiġi ssalvagwardat il-pussess (asfalistiká métra nomís).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Il-miżuri ta’ dan it-tip għandhom dejjem jiġu ordnati minn qorti.

Il-ġuriżdizzjoni ġenerali biex jinħarġu dawn il-miżuri hija tal-qorti tal-prim’istanza b’imħallef uniku (monomelés protodikeío). Madankollu, il-qorti tal-prim’istanza b’imħallef uniku jista’ jkollha ċċedi din il-ġuriżdizzjoni ġenerali lill-qorti ċivili distrettwali (eirinodikeío) f’każ tar-regolament provviżorju ta’ drittijiet ta’ pussess jew użu, u f’każijiet fejn skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili il-qorti ċivili distrettwali għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ t-talba prinċipali. Il-qorti ċivili distrettwali għandha ġuriżdizzjoni esklużiva f’każijiet fejn tiġi rreġistrata jew imħassra ipoteka bi ftehim bejn il-partijiet. Ir-rimedji provviżorji jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-qorti tal-prim’istanza ffurmata minn diversi membri (polymelés protodikeío) jekk il-qorti qiegħda tisma’ l-kawża prinċipali; f’dawn il-każijiet il-ġuriżdizzjoni tagħha hija konkorrenti ma’ dik tal-qorti tal-prim’istanza b’imħallef uniku. Il-qorti b’ġuriżidizzjoni territorjali hija normalment il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni territorjali biex tisma’ l-kawża prinċipali, iżda r-rimedji provviżorji jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-qorti l-aktar viċin il-post fejn se jiġu implimentati. Id-deċiżjoni tal-qorti li tordna dawn il-miżuri tiġi notifikata lill-parti li trid twettaqhom u tiġi eżegwita minn bailiff (dikastikós epimelitís). Jekk l-eżekuzzjoni ma tkunx tista’ ssir, il-bailiff jista’ jitlob l-għajnuna tal-pulizija. L-ispejjeż diffiċli jiġu determinati, għaliex it-tariffi tal-avukati u tal-bailiffs ivarjaw. Ammont indikattiv jkun ta’ madwar EUR 250.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-qorti tordna l-miżuri ta’ rimedju provviżorji jekk:

(a) hemm bżonn urġenti jew periklu imminenti, sabiex jiġi protett jew preservat interess leġittimu jew biex tiġi regolata sitwazzjoni, u

(b) hemm raġunijiet raġonevoli li jafu x’jifhem illi d-dritt li għalih qed jintalab rimedju provviżorju tabilħaqq jeżisti.

Iridu jiġu prodotti provi preliminari li juru illi hemm raġunijiet raġonevoli għall-miżura: Mhemmx bżonn tal-provi kollha, u jkun biżżejjed illi jkun hemm xi provi li jagħtu inqas ċertezza dwar il-fatti li jridu jiġu stabbiliti; Il-qorti tista’ tagħti protezzjoni hekk kif tiddeċiedi illi l-fatti allegati x’aktarx minnhom. Il-qorti tagħti protezzjoni biss fejn ikun hemm bżonn urġenti jew periklu imminenti illi d-debitur jista’ jeħles mill-propjetà ipotekata tiegħu b’mod illi t-talba ma tkunx tista’ tiġi eżegwita aktar tard jekk il-kreditur jingħata titolu eżekuttiv fi tmiem il-proċedimenti ewlenin.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

L-assi tad-debitur ta’ kull xorti jistgħu jkunu soġġetti għal din il-miżura, kemm jekk huma fil-pussess tiegħu kif ukoll fil-pussess ta’ parti terza, sakemm ikunu trasferibbli skont ir-regoli tad-dritt privat u mhumiex legalment eżenti mill-eżekuzzjoni. B’mod partikolari, dawn il-miżuri jistgħu jinħarġu fuq proprjetà immobbli, u fuq proprjetà mobbli li tista’ tkun soġġetta għal qbid, inklużi l-bastimenti, l-inġenji tal-ajru, il-vetturi fit-toroq, id-depożiti bankarji u l-ishma dematerjalizzati.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Hekk kif jingħata ordni tal-qorti provviżorju fuq l-assi, pereżempju mandat ta’ sekwestru kawtelatorju jew ordni għar-reġistrazzjoni ta’ avviż ta’ ipoteka fuq proprjetà immobbli, id-debitur ma jitħalliex jitrasferixxi l-assi lill-partijiet terzi. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-ordni jġib miegħu piena minima ta’ sitt xhur ħabs skont l-Artikolu 232A tal-Kodiċi Kriminali.

Id-Digriet Leġiżlattiv (nomothetikó diátagma) Nru 1059/1971 jintroduċi obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-kontijiet bankarji u jipprovdi għal piena minima ta’ sitt xhur ħabs għad-diretturi, għall-maniġers jew għall-impjegati tal-bank li jiksru dan l-obbligu. Dan mhux ostaklu għall-mandat ta’ sekwestru kawtelatorju, għaliex l-ordni tal-qorti li jimponi s-sekwestru ma hemmx għalfejn jispeċifika liema depożiti jew ishma intanġibbli se jiġu sekwestrati. Il-mandat ma jħallix lill-banek jittrasferixxu l-assi, iżda ma jiksirx l-obbligu tal-kunfidenzjalità, għaliex il-banek ma jintalbux jikxfu jekk hemmx depożiti. Partijiet terzi oħra fil-pussess ta’ propjetà li hija sekwestrata jridu jiddikjaraw jekk it-talbiet jew drittijiet sekwestrati jeżistux fil-verità, jekk sarx xi sekwestru ieħor fuq il-propjetà fil-pussess tagħhom u jekk iva l-valur tas-sekwestru.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Skont il-liġi, dawn il-miżuri huma validi:

(a) sakemm tingħata sentenza finali fil-proċedimenti ewlenin kontra l-parti li talbet għall-mandat, u s-sentenza saret res judicata;

(b) sakemm tingħata sentenza finali lill-parti li talbet għall-mandat, u dik is-sentenza ġiet eżegwita;

(c) sakemm jinstab ftehim bejn il-partijiet fil-proċedimenti ewlenin;

(d) għal 30 ġurnata wara d-data li fiha waslu fi tmiemhom il-proċedimenti jew ġew imħassra mill-qorti;

(e) sakemm l-ordni li timponi l-miżura tiġi revokata jew riveduta mill-qorti li oriġinarjament ħarġet l-ordni, abbażi ta’ provi ġodda, jew mill-qorti li qed tisma’ t-talba ewlenija, li ma għandhiex għalfejn tistrieħ fuq provi ġodda; jew

(f) jekk l-ordni jispeċifika perjodu li fih ir-rikorrent irid iressaq it-talba ewlenijia quddiem il-qorti, u r-rikorrent jonqos li jagħmel dan fil-perjodu stabbilit.

Jekk waħda mill-partijiet ma tidhirx għas-seduta ta’ smigħ dwar ir-rikors, għalkemm tkun ġiet imħarrka fil-ħin, is-seduta ta’ smigħ isseħħ fin-nuqqas ta’ dik il-parti. Il-qorti madankollu tisma’ l-kawża bħallikieku huma preżenti l-partijiet kollha, għaliex in-nuqqas ta’ dehra matul il-proċedimenti għal rimedji provviżorji ma jitqiesx bħala ammissjoni tal-fatti allegati fir-rikors. Il-qorti tista’ terġa tappunta kawża għas-smigħ biss jekk il-parti li naqqset milli tidher titlobha tirrevika jew tirrevedi d-deċiżjoni tagħha u tistrieħ fuq provi ġodda li setgħu wasslu lill-qorti għal konklużjoni differenti li kieku kienet konxja minnhom.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

L-ordnijiet għal rimedji provviżorji normalment ma jistgħux jiġu appellati, l-unika eċċezzjoni hija għal dawk li jimponu regolazzjoni provviżorja tad-drittijiet ta’ pussess u tal-użu, li, skont it-test ċar tal-liġi, jistgħu jiġu appellati quddiem il-qorti tal-prim’istanza ffurmata minn diversi membri fi żmien għaxart’ijiem min-notifika. Il-prosekutur pubbliku tal-Qorti Suprema (Áreios Págos) jista’ jressaq appell fuq punti ta’ liġi kontra kull ordni tal-qorti, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku. Il-Qorti Suprema mbagħad tiddeċiedi l-każ u jew tilqa’ jew ticħad l-ordni kontestat. Din id-deċiżjoni għandha biss effett temporanju. Kif isemma’ diġà, il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jitolbu lill-qorti li ħarġet dak l-ordni biex tirrevoka jew tirrevedi d-deċiżjoni tagħha. Kull parti terza li ma ġietx imsejjħa u li ma dehritx għall-proċedimenti wkoll tista’ tressaq talba għall-istess għan, sakemm ikollha interess leġittimu.

L-aħħar aġġornament: 04/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Spanja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Id-dritt proċedurali ċivili (bażikament, il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil) – LEC) huwa s-sors primarju għall-miżuri kawtelatorji; madankollu, miżuri oħra huma stabbiliti fil-liġijiet sostantivi speċjali.

Fost il-miżuri previsti fl-LEC (Artikolu 727) hemm dawn li ġejjin:

  1. Mandat ta’ sekwestru kawtelatorju [el embargo preventive de bienes], bl-għan li jiżgura l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi li jordnaw it-twassil ta’ ammonti ta’ flus jew rendimenti, kirjiet u beni funġibbli li jistgħu jiġu stmati fi flus billi jiġu applikati prezzijiet fissi.
  2. Amministrazzjoni jew intervent ġudizzjarju ta’ assi produttivi [la intervención o la administración de bienes productivos], meta tintalab sentenza li tordna l-konsenja tagħhom taħt it-titlu ta' sid, użufruttwarju jew kwalunkwe titlu ieħor li jinvolvi interess leġittimu fiż-żamma jew it-titjib tal-produttività jew meta l-garanzija ta’ dan tal-aħħar tkun ta’ importanza kbira għall-effettività tas-sentenza biex tingħata fiż-żmien dovut.
  3. Il-qbid ta’ assi mobbli [el depósito de cosa mueble], meta t-talba tfittex ordni biex twassal l-imsemmi assi u dan tal-aħħar ikun jinsab għand il-konvenut.
  4. Il-mandat ta' deskrizzjoni [la formación de inventarios de bienes], skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-qorti.
  5. Il-preżentazzjoni provviżorja ta’ talbiet [la anotación preventive de demanda], meta tikkonċerna l-assi jew id-drittijiet soġġetti għal reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi.
  6. Entrati oħra tar-reġistri [otras anotaciones registrales], f’każijiet meta n-natura pubblika tar-reġistru tista’ tgħin jinkiseb riżultat sodisfaċenti.
  7. Mandat ta' inibizzjoni [la orden judicial de cesar provisionalmente en una actividad]; mandat biex wieħed jastjeni temporanjament milli jaġixxi b'ċertu mod; jew sospensjoni temporanja li tipprevjeni l-interruzzjoni jew l-irtirar ta' servizz li kien qed jiġi pprovdut.
  8. Qbid u sekwestru tad-dħul [la intervención y depósito de ingresos] miksuba permezz ta’ attività meqjusa illeċita u li l-projbizzjoni jew twaqqif tagħha huma rikjesti fit-talba, kif ukoll il-konsenja jew id-depożitu tal-ammonti mitluba bħala kumpens għal proprjetà intellettwali.
  9. Il-konfiska temporanja ta’ eżemplari tax-xogħlijiet jew oġġetti [el depósito temporal de ejemplares de las obras u objetos] allegatament magħmula kontra r-regoli dwar il-proprjetà intellettwali jew industrijali, kif ukoll id-depożitu tal-materjal użat għall-produzzjoni tagħhom.
  10. Is-sospensjoni ta’ deċiżjonijiet korporattivi kkontestati [la suspención de acuerdos sociales], meta l-attur jew l-atturi jirrappreżentaw tal-inqas 1 jew 5 fil-mija tal-kapital azzjonarju, skont jekk il-kumpanija tal-konvenut kinitx ħarġet titoli li, fiż-żmien tal-kontestazzjoni, kienu permessi għall-kummerċ fuq suq sekondarju uffiċjali.

Flimkien ma’ dawn, l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 727 tal-LEC jippermetti li l-imħallef jaqbel ma’ miżuri oħra mhux inklużi fost dawn ta’ hawn fuq, li jfisser li l-lista mhux kompluta:

  1. Kwalunkwe miżuri oħra stabbiliti espressament bil-liġi għall-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet jew li huma meqjusa neċessarji biex jiżguraw l-effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja li tista’ tkun mogħtija fis-sentenza li tista’ tingħata fil-proċess quddiem il-qorti.

Barra minn din is-sistema ġenerali, hemm dispożizzjonijiet legali oħra dwar il-kwistjoni ta’ protezzjoni interim, li fosthom hemm is-segwenti:

  1. Proċedimenti dwar il-kapaċità ġuridika tal-persuni: L-Artikolu 762 tal-LEC jippermetti lill-qorti tadotta uffiċjalment il-miżuri li hija tqis neċessarji għall-protezzjoni tal-persuna li allegatament ikollha nuqqas ta’ kapaċità jew tal-patrimonju tagħha.
  2. Proċedimenti rigward l-istat ta’ ġenitur, il-paternità u l-maternità: L-Artikolu 768 tal-LEC jipprovdi miżuri ta’ protezzjoni għall-persuna u l-assi taħt l-awtorità ta’ kull min jista’ jidher li huwa ġenitur u l-għoti ta’ manteniment provviżorju lill-attur, inkluż mingħajr seduta ta' smigħ minn qabel f’każijiet urġenti.
  3. Protezzjoni tal-patrimonju: jista’ jkun neċessarju li jiġu protetti l-assi tal-patrimonju u d-dokumenti tal-persuna deċeduta, jiġi amministrat il-patrimonju jew jiġu verifikati l-familjari tal-persuna deċeduta, fost miżuri oħra (l-Artikoli 790 sa 796 LEC).

Miżuri kawtelatorji speċifiċi jistgħu jinstabu wkoll f'regoli speċjali inklużi dawn li ġejjin imma mhux limitati għalihom:

  1. Il-liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali (Id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/1996 tat-12 ta' April 1996), l-Artikoli 138 u 141 (qbid u sekwestru ta' dħul ġej minn attività illeċita kkonċernata, sospensjoni ta' attività ta' riproduzzjoni, distribuzzjoni jew komunikazzjoni pubblika, is-sekwestru tal-eżemplari prodotti, il-qbid tat-tagħmir, apparat u mezzi materjali, eċċ.).
  2. Il-Liġi dwar il-Marki Kummerċjali (il-Liġi 17/2001 tas-7 ta' Diċembru 2001), l-Artikolu 61 (il-preżentazzjoni preventiva ta' talba fir-Reġistru tal-Marki Kummerċjali).
  3. Il-Liġi dwar il-Privattivi (Il-Liġi 24/2015 tal-24 ta' Lulju 2015), l-Artikolu 11 (sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta' privattiva) u l-Artikolu 117 u 127 et seq. (waqfien tal-atti li jistgħu jiksru d-drittijiet tar-rikorrent, il-qbid u ż-żamma tal-oġġetti li allegatament jiksru d-drittijiet tat-titolari tal-privattiva, garanzija ta' kumpens għad-danni u l-entrati sussegwenti fir-reġistru).
  4. Il-Liġi dwar il-Falliment (il-Liġi 22/2003 tad-9 ta' Lulju 2013), l-Artikolu 48(b) (sekwestru ta' oġġetti ta' amministraturi korporattivi) u l-Artikolu 17 (l-iżgurar li l-beni tad-debitur ma jiġux trasferiti, fost affarijiet oħra).
  5. Il-Liġi dwar in-Navigazzjoni Marittima (il-Liġi 14/2014 tal-24 ta' Lulju 2014), l-Artikolu 43 u l-Artikolu 470 et seq. (arrest ta’ bċejjeċ tal-baħar).
  6. Il-Liġi dwar il-Koproprjetà (il-Liġi 49/1960 tal-21 ta' Lulju 1960), l-Artikolu 7 (waqfien ta' attività pprojbita) u l-Artikolu 28 (is-sospensjoni tal-ftehimiet adottati mill-assoċjazzjonijiet tas-sidien).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Il-miżuri jingħataw mill-imħallef jew mill-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq is-suġġett jew it-territorju. Dan ikun l-imħallef jew il-qorti li jisimgħu l-kawża, jew jekk il-proċedimenti ma jkunux inbdew, l-imħallef jew il-qorti li jkun id-dover tagħhom li jisimgħu l-kawża.

Wieħed jista’ japplika għal miżuri kawtelatorji qabel ma titressaq talba, dment li n-natura tagħhom ma tagħmilhiex impossibbli li jingħataw (bħal fil-każ għall-preżentazzjoni provviżorja ta’ talba), u dment li l-liġi ma tkunx teħtieġ rikors flimkien mat-talba (bħat-twaqqif ta’ attivitajiet projbiti, jew is-sospensjoni ta’ ftehim komunitarju f’kawża ta’ litiġju dwar il-komun). Minħabba n-natura eċċezzjonali tagħhom (ġeneralment it-talba biss innifisha tiġi trattata), irid ikun każ ta’ neċessità u urġenza simultanji. Jistgħu jiġu adottati mingħajr ma tinstema’ l-parti opposta tal-proċedimenti (mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li joġġezzjonaw għall-miżuri ladarba jingħataw); madankollu, dawn jiskadu jekk it-talba korrispondenti ma tiġix preżentata fi żmien għoxrin jum mill-għotja tagħhom.

Kif indikat hawn fuq, madankollu, huwa iktar komuni li wieħed jitlob il-miżuri fl-istess żmien tal-preżentazzjoni tat-talba. F’dan il-każ, l-imħallef jew il-qorti jordnaw it-tħejjija ta’ att separat biex il-miżura kawtelatorja tiġi trattata fl-istess żmien tal-kawża prinċipali, li fih tista’ tiġi offruta u prodotta evidenza biex turi li l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ protezzjoni provviżorja ntlaħqu. Ir-regola ġenerali hija li l-partijiet ikunu msejħa għal seduta ta’ smigħ fil-qorti qabel ma jiġu adottati l-miżuri kawtelatorji. Isiru d-dikjarazzjonijiet u tista’ tiġi prodotta kwalunkwe evidenza relatata mal-kwistjoni ta’ jekk jiġux adottati l-miżuri kawtelatorji jew le; fejn ikun xieraq, titqies il-garanzija li tkun meħtieġa mill-parti li titlob il-miżura kawtelatorja, f’każ li l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata. Minkejja dan, il-parti li tapplika għall-miżura tista’ titlob l-adozzjoni tagħha mingħajr ma tinstema’ l-parti l-oħra, jekk juru evidenza li hemm raġunijiet urġenti jew jekk is-seduta ta’ smigħ tista’ xxekkel s-suċċess tal-miżura - pereżempju, jekk ikun hemm ir-riskju ta’ ħabi jew il-ħela tal-patrimonju tad-debitur. F’dan il-każ, il-parti li sarilha d-dannu tista’ toġġezzjona ladarba tiġi adottata l-miżura.

Jista’ wkoll jiġi applikat għall-miżuri wara t-talba jew matul appell, għalkemm applikazzjoni bħal din trid tiġi appoġġata b’fatti jew ċirkostanzi li jiġġustifikaw iż-żmien tagħha.

F’każijiet fejn huwa meħtieġ l-intervent ta’ avukat u avukat ġenerali, l-involviment tagħhom huwa meħtieġ biex tintalab l-adozzjoni ta’ miżura kawtelatorja. Fil-każ ta’ miżuri protettivi qabel it-talba, ir-rappreżentanza ġudizzjarja mhijiex meħtieġa (l-Artikoli 23 u 31 LEC).

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Sabiex qorti tagħti kwalunkwe miżura elenkata hawn fuq, irid japplika dan li ġej:

  1. Riskji li jirriżultaw biż-żmien, jew periculum in mora: Dan huwa kostitwit mir-riskju ta’ dannu li jista’ jsofri l-pretendent permezz ta’ dewmien fil-proċedimenti, li jista’ jħawwad l-infurzar ta’ dak li jingħata fis-sentenza jew fid-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċedimenti. Il-parti li tapplika għal dik il-miżura trid temmen li jekk il-miżuri li jintalbu ma jiġux adottati, is-sitwazzjonijiet li jxekklu jew jimpedixxu l-effettività tal-protezzjoni li tista’ tingħata f’sentenza pożittiva jistgħu jiġru matul il-pendenza tal-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, mhuwiex xieraq li tingħata l-miżura jekk is-sitwazzjoni li tikkawża r-riskju ġiet imġarrba mill-applikant għal żmien twil, sakemm ma jurux evidenza biex jispjegaw għalfejn ma applikawx għall-miżura qabel.
  2. L-apparenza ta’ liġi tajba jew kawża prima facie: L-applikant irid jipprovdi lill-qorti raġunijiet li jwassluha tagħti sentenza preliminari dwar kemm hi xierqa l-liġi tat-talba. Ir-rekwiżit ifisser li l-attur irid jissottometti d-dettalji, l-argumenti u l-evidenza dokumentata li l-qorti tista’ tibbaża fuqhom, mingħajr preġudizzju għall-merti tal-kawża (minħabba li fi Spanja, jiġu adottati miżuri kawtelatorji mill-istess qorti li mbagħad tagħti sentenza għall-kawża), sentenza provviżorja u ċirkostanzjali favur il-bażi tat-talba, l-Artikolu 728(2) LEC. Barra mill-evidenza dokumentata, tipi differenti ta’ evidenza (xhieda, esperti, dikjarazzjonijiet tal-partijiet) huma ammissibbli.
  3. Garanzija: Sakemm ma jiġix deċiż espressament mod ieħor, l-attur li jitlob il-miżura jrid jiddepożita garanzija biżżejjed biex tikkumpensa, b’mod rapidu u effettiv, id-danni li l-adozzjoni tal-miżura kawtelatorja tista’ tikkawża lill-assi tal-konvenut. Il-qorti trid tiddetermina l-ammont filwaqt li tqis: a) in-natura u l-kontenut tal-pretensjoni; b) il-valutazzjoni tagħha tal-bażi tat-talba għall-miżura; u c) ir-raġunijiet għall-idoneità jew l-adegwatezza tagħha fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tad-dannu li l-miżuri jistgħu jikkawżaw.
  4. Proporzjonalità: dan ir-rekwiżit mhuwiex stabbilit b’mod espliċitu fil-LEC, iżda ġeneralment inqisu li jissupplimenta lill-oħrajn, peress li l-qorti kieku tagħti biss miżuri li huma strettament neċessarji biex jinkiseb l-għan tal-iżgurar tal-proċedimenti servuti mill-protezzjoni provviżorja. Dan jirriżulta mill-prinċipji tal-Istat tad-Dritt, u ta’ intervent mill-inqas fl-isfera tal-libertà tal-individwu. Permezz tal-Kostituzzjoni, dawn il-prinċipji jirregolaw l-ordinament ġuridiku kollu.
  5. Komplementarjetà: Il-miżuri kawtelatorji jsegwu n-natura tal-proċedura prinċipali li huma marbuta magħha.
  6. Varjabbiltà: Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu emendati jekk jiġu invokati u pprovati fatti jew ċirkostanzi li ma setgħux jitqiesu fiż-żmien li ngħataw, jew fi żmien il-perjodu għall-oġġezzjoni għalihom.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

Fl-adozzjoni ta’ miżura kawtelatorja, l-intenzjoni hija li tintlaħaq jew tiġi koperta l-possibbiltà li, matul kawża preżenti jew futura, il-konvenut jista’ jiġi obbligat jew li ma jwettaqx ċerti azzjonijiet bl-assi tiegħu, jew li jwettaq oħrajn. Dan huwa tentattiv biex il-konvenut jiġi mxekkel milli jwettaq azzjonijiet bl-għan li jiġi pprevenut l-aċċess għall-assi u d-drittijiet tiegħu, b'mod li jikkawża jew jippermetti dannu lil dawk l-assi, jew ineħħi ċerti assi minn taħt idejn il-liġi billi joħloq insolvenzi, sabiex kwalunkwe sentenza possibbli ma tkunx tista' tiġi eżegwita.

Fil-leġiżlazzjoni Spanjola, il-miżuri kawtelatorji jistgħu biss jiġu adottati mill-qrati. Ma jistgħux jiġu adottati minn arbitri jew medjaturi; ma hemmx numru speċifiku u fiss tagħhom; fin-natura tagħhom huma normattivi (jistgħu biss jiġu adottati permezz ta' rikors minn waħda mill-partijiet); jirrigwardaw il-proprjetà, peress li jaffettwaw l-assi u d-drittijiet tal-konvenut; l-iskop tagħhom hu li jiżguraw l-eżekutorjetà ta’ sentenza pożittiva possibbli; huma strumentali fid-deċiżjoni li trid tingħata fil-proċedimenti prinċipali.

Jistgħu jiġu adottati fir-rigward ta’ kemm assi materjali kif ukoll dawk immaterjali. Mhumiex unikament ekonomiċi fin-natura tagħhom; il-miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu adottati biex jillimitaw id-drittijiet personali.

Huma jippermettu l-adozzjoni ta’ ordnijiet u projbizzjonijiet, allura jistgħu jinkludu affarijiet li għandhom isiru jew li ma għandhomx.

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

  1. Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jingħataw rigward assi konkreti u speċifiċi, u rigward kulma jista’ jiġi kwantifikat f’termini monetarji, bħall-prodotti, il-kirjiet u r-renditi li jinkisbu mill-affarijiet.

    Jista’ jintalab ordni ta’ sekwestru fuq dawn il-beni, biex jinkiseb dritt għal irkupru li jirriżulta minn obbligu ġeneriku li fih affarijiet ma jiġux individwalizzati iżda sostitwiti minn ammont ta’ flus speċifiku u valutabbli permezz ta’ operazzjonijiet matematiċi sempliċi.

    Beni mobbli speċifiċi jiġu depożitati ma’ depożitarju xieraq maħtur mill-imħallef.

    Hemm ukoll il-possibbiltà ta’ qbid, spedizzjoni u konfiska ta’ ammonti ta’ flus. Hemm distinzjoni bejn id-dħul tal-qbid u l-konfiska li jirriżulta minn attivitajiet illegali, u l-introjtu li jirriżulta minn attivitajiet permessi, bħal dawk li jirriżultaw minn proprjetà intellettwali.
  2. Grupp ieħor ta’ miżuri li jistgħu jiġu adottati huma atti li l-qorti tista’ tagħti fir-rigward ta’ talba li tingħata n-notifika tagħha li ma jaffettwax assi speċifiku.

Għalhekk, hemm il-possibbiltà tal-intervent jew l-amministrazzjoni ġudizzjarja ta’ assi produttivi, meta tintalab sentenza li tordna l-konsenja tagħhom bit-titlu ta' sid, użufruttwarju jew kwalunkwe titlu ieħor li jinvolvi interess leġittimu.

Jista’ wkoll jintalab mandat ta' deskrizzjoni, skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-qorti.

Il-preżentazzjoni kawtelatorja ta’ talba hija permessa meta tirreferi għal assi jew drittijiet suġġetti għal skrizzjoni f’reġistri pubbliċi, jew entrati tar-reġistri oħrajn f’każijiet fejn in-natura pubblika tar-reġistru tista’ tgħin jinkiseb eżitu sodisfaċenti.

Finalment, tista’ tingħata ordni tal-qorti biex attività titwaqqaf provviżorjament, biex tinżamm temporanjament milli taġixxi b’ċertu mod, jew projbizzjoni temporanja li tissospendi jew twaqqaf il-forniment ta’ servizz li kien qed jingħata.

  1. L-aħħar grupp ta’ affarijiet li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri huma materjali u oġġetti marbuta ma’ reġim esklussiv (fir-realtà din hija intervent jew amministrazzjoni ġudizzjarja tal-assi użati fil-produzzjoni ta’ dritt ta' proprjetà intellettwali u industrijali).

Id-deċiżjonijiet korporattivi ta’ kull tip ta’ kumpanija kummerċjali wkoll jistgħu jiġu sospiżi.

  1. Finalment, fil-leġiżlazzjoni Spanjola hemm il-possibbiltà li tiġi adottata serje ta’ miżuri mhux speċifikati għall-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet stabbiliti bil-liġi jew meqjusa neċessarji biex jiżguraw l-effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja. X’jistgħu jikkawżaw mhux speċifikat, u jistgħu jkunu ta’ kull tip sakemm ikunu neċessarji.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

  1. Mandat ta’ sekwestru kawtelatorju ta’ beni, flus, introjtu, prodotti kwantifikabbli jintuża biex jiġi żgurat bilanċ biex il-konvenut ikun jista’ ta' jħallas il-kostijiet ta’ kwalunkwe ordni possibbli miksuba, speċjalment f’kawżi fejn konformità mas-sentenza ma ssirx volontarjament.
  2. Id-depożitu ta’ proprjetà mobbli jista’ jingħata biss meta r-rikors ikun għall-konsenja ta’ oġġett speċifiku li jinsab fil-pussess tal-konvenut.
  3. Meta jingħata l-intervent jew amministrazzjoni ġudizzjarja, l-intenzjoni tkun biex jiġu żgurati assi partikolarment produttivi sabiex tiġi evitata ġestjoni ħażina li tippermetti li r-renditi produttivi tagħhom jonqsu jew jegħbu.
  4. It-tqegħid ta’ oġġetti kapitali taħt il-kura ta’ amministraturi jinvolvi kontroll ġudizzjarju iżda ma jċaħħadx il-konvenut mill-ġestjoni; l-amministrazzjoni ġudizzjarja, min-naħa l-oħra, tinvolvi pass ieħor filwaqt li r-riċevitur jissostitwixxi l-ġestjoni tal-konvenut.
  5. Rikors għal mandat ta' deskrizzjoni jista’ jinlaqa' f’kull tip ta’ proċediment, ikun xi jkun l-għan tiegħu, bl-uniku rekwiżit ikun li d-deskrizzjoni tkun neċessarja biex tiżgura li tkun tista’ tinkiseb sentenza pożittiva. L-imħallef irid jistabbilixxi b’mod ċar id-dettalji li jrid jinkludi u l-mod kif iridu jinkisbu.
  6. L-effetti tal-preżentazzjoni kawtelatorja tat-talba jestendu sal-isfera proċedurali marbuta mal-proċediment li fih jingħataw. Il-proċedura tfittex li tissospendi l-protezzjoni provduta min-natura pubblika tar-reġistri u l-kunfidenza li dan jista’ jagħti lid-detentur tal-assi jew dritt, filwaqt li partijiet terzi ma jistgħux jgħidu li ma jafux l-effett tagħhom fuq il-preżentazzjoni. Din il-preżentazzjoni kawtelatorja tista’ tingħata f’kull tip ta’ proċediment, filwaqt li tagħti protezzjoni f’kull tip ta’ reġistru pubbliku, bħal reġistri tal-proprjetà u kummerċjali.
  7. Limiti temporanji fuq il-kondotta tal-konvenut: ir-regolamentazzjoni ta’ dawn hija żviluppata f’liġijiet speċjali separati. Għalhekk għandhom jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet rilevanti. L-effetti tagħhom jestendu sal-għotja ta’ ordni biex titwaqqaf provviżorjament attività mwettqa mill-konvenut: ordni biex tinżamm temporanjament milli taġixxi b’ċertu mod, jew projbizzjoni temporanja li tipprevjeni l-irtirar jew l-interruzzjoni ta' servizz li kien qed jingħata.
  8. Qbid, konsenja u konfiska ta' ammonti ta’ flus: din hija b’mod ċar miżura kawtelatorja u tikkostitwixxi ordni ta’ sekwestru kawtelatorju peress li tiżgura t-twettiq ta’ talba b’kontenut ekonomiku speċifiku. Din il-miżura tippermetti l-għotja ta’ qbid u konfiska ta’ introjtu li jirriżulta minn attività illeċita. Ma jistgħux jiġu adottati b’mod separat, allura huwa neċessarju li jingħata kemm il-qbid kif ukoll il-konfiska. Jekk mill-banda l-oħra hija maħsuba waħda biss, għandhom jintużaw il-miżuri ġeneriċi deskritti hawn fuq. Din il-miżura tista’ wkoll tiġi adottata għall-konsenja jew il-konfiska ta’ ammonti ta’ flus mitluba bħala rimunerazzjoni għal proprjetà intellettwali, id-drittijiet tal-awturi li jirċievu ammonti ta’ flus għal xogħolhom, li jikkonsisti minn sehem proporzjonali tal-introjtu ġenerat minn espressjonijiet pubbliċi differenti li huma rikonoxxuti mil-Liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali.
  9. Depożitu ta’ materjali jew oġġetti marbuta ma’ reġim esklussiv: din hija miżura kawtelatorja li għandha l-oriġini tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet għal sfruttament esklussiv, li għandu liġijiet speċjali fuq l-għotja tal-proprjetà industrijali u intellettwali għal detenturi tad-drittijiet. Hija qbid ġudizzjarju speċifikament għall-oġġett lil-ordni tapplika għalih, l-oġġetti jew il-materjal meħtieġa għall-produzzjoni.
  10. Sospensjoni ta’ deċiżjonijiet korporattivi: Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura jiddependu fuq ir-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżura: 1 % tal-kapital azzjonarju jekk il-kumpanija ħarġet azzjonijiet li, fl-istess żmien tat-talba kienu ammessi għan-negozjar fuq suq sekondarju uffiċjali; jew 5 % tal-kapital azzjonarju jekk dan mhuwiex il-każ. Jista’ jiġi applikat għal kull tip ta’ kumpanija kummerċjali.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji jiġu normalment adottati wara li jinstema' l-konvenut. Jekk l-attur jitlob hekk, u jipprovdi evidenza tar-raġunijiet għall-urġenza, jistgħu jingħataw mill-imħallef mingħajr iktar formalitajiet, filwaqt li jingħataw raġunijiet fi żmien perjodu ta’ ħamest (5) ijiem għalhiex ma nstemax il-konvenut. Ladarba jiġu adottati, jistgħu jiġu emendati jekk jiġu invokati u evidenzjati fatti jew ċirkostanzi li ma setgħux jitqiesu fiż-żmien li ngħataw, jew fi żmien il-perjodu għall-oġġezzjoni tal-għotja tagħhom.

Jekk is-sentenza tirrifjuta t-talba tal-attur, l-imħallef irid jordna mill-ewwel it-tneħħija tal-miżura, sakemm ma ssirx talba kontra dan, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-kawża u wara żieda fil-garanzija.

Jekk il-kawża tiġi parzjalment ikkonfermata, wara s-seduta ta’ smigħ tal-parti li toġġezzjona l-imħallef irid jiddeċiedi jekk ineħħix jew iżommx il-miżura.

Jekk it-tneħħija tat-talba tiġi kkonfermata, ladarba tingħata deċiżjoni finali, il-qorti tneħħi l-miżuri ex officio u l-parti affettwata minnhom tista’ tressaq talba għad-dannu kkawżat (dan japplika wkoll fil-każ ta’ abbandun tal-kawża jew irtirar mill-proċedimenti mill-attur).

Każ ieħor fejn il-miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu emendati huwa meta miżura tiġi applikata qabel it-talba u tiġi adottata ma jinstema' l-konvenut. F’dan il-każ, jekk l-attur ma jikkonformax mal-perjodu stabbilit legalment ta’ għoxrin (20) jum biex jippreżentata talba u dan jiskadi, il-miżura trid titneħħa immedjatament u l-konvenut jiġi kkumpensat għad-dannu, filwaqt li l-attur iħallas l-ispejjeż tal-proċediment li jkunu nġemgħu.

Bl-istess mod, il-miżura ma tistax tinżamm jekk il-kawża tiġi sospiża għal perjodu itwal minn sitt (6) xhur, għal raġuni attribwibbli għall-attur.

Jekk tiġi ordnata l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ sentenza, kwalunkwe miżura kawtelatorja mogħtija li tkun relatata ma’ dik l-eżekuzzjoni trid titneħħa u tiġi sostitwita bil-miżuri ta' eżekuzzjoni, b’tali mod li l-miżuri adottati l-ewwel bħala kawtelatorji jibdlu n-natura tagħhom.

Finalment, il-konvenut jista’ jitlob li l-qorti tibdel il-miżura kawtelatorja b’biżżejjed garanzija biex jiġi garantit it-twettiq effettiv tas-sentenza. L-imħallef li adotta din il-miżura jkollu ġuriżdizzjoni fuq din u jista’ jfassal li l-kawzjoni trid tinħareġ jew f’kontanti jew bħala garanzija.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Ir-regoli proċedurali jipprovdu għall-possibbiltà ta’ appell lil qorti superjuri.

Għalhekk hemm rikors għal appell kontra l-ordni li tagħti l-miżuri, għalkemm il-preżentazzjoni ta’ appell ma tissospendix il-miżuri. Jista’ jsir appell ukoll kontra ordni li tirrifjuta l-miżuri.

Minkejja dan, flimkien ma’ din il-possibbiltà ta’ appell, fi kwalunkwe każ ir-rikorrent jista’ jirrepeti r-rikors tiegħu jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu minn dawk fi żmien ir-rikors oriġinali.

Ma hemm l-ebda dritt ta’ appell kontra ordni li tagħti l-miżuri kawtelatorji qabelma jinstema' l-konvenut, peress li l-proċedura t-tajba f’dan il-każ hija l-oġġezzjoni, li ssir quddiem l-imħallef li adotta l-miżura kawtelatorja. Il-konvenut jista’ jippreżenta appell, li ma jkollu l-ebda effett sospensiv, kontra ordni li tħassar dik l-oġġezzjoni. L-attur li jkun talab il-miżuri kawtelatorji għandu l-istess dritt li jippreżenta appell jekk l-oġġezzjoni tal-konvenut tinżamm, jew b’mod sħiħ jew parzjalment.

B’kuntrast għal dan ta’ hawn fuq, ma hemm l-ebda dritt ta’ appell meta tingħata jew ma tingħatax garanzija.

Il-preparazzjoni u s-sostanzjar tal-appell huma sempliċiment regolati mir-regoli ġenerali (l-Artikolu 458). Jekk ikun hemm diversi appellanti, it-termini perentorji tagħhom jiġu kkalkulati individwalment.

Kif imsemmi hawn fuq, fil-proċedura għall-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji, il-preżentazzjoni ta' appell ma għandha l-ebda effett sospensiv: l-imħallef ikompli jagħti kwalunkwe ordnijiet meqjusa neċessarji biex tiġi adottata l-miżura kawtelatorja.

Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw il-miżuri għandhom prijorità fil-qorti tal-appell; id-dati għad-deliberazzjoni, il-votazzjoni u l-għotja tas-sentenza jridu jingħataw malajr kemm jista’ jkun.

SPEJJEŻ TAL-MIŻURA KAWTELATORJA

L-ispejjeż huma rregolati mir-regola li l-parti rebbieħa tista' tirkupra l-ispejjeż tagħha billi jiġu koperti mill-parti avversarja li t-talba tagħha (iż-żamma jew it-tneħħija tal-miżura) tinsab fid-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Franza

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

  • Il-miżuri provviżorji dejjem jistgħu jiġu ordnati mill-imħallef f'każ ta' urġenza (proċedura b’urġenza, ħlas ta’ provvediment, espulsjoni, interdizzjoni taħt piena ta’ pagament biex issir xi ħaġa, konservazzjoni ta’ xi tip ta’ provi).

Ma jeżistix inventarju tal-miżuri provviżorji: wieħed jista’ jikseb  bi proċedura sommarja l-miżuri urġenti kollha li ma jkunux soġġetti għal oppożizzjoni serja, jew li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ differenza (il-ħlas ta’ provvediment, it-tkeċċija ta’ okkupant mingħajr titlu, opinjoni esperta jew dikjarazzjoni ta’ ħsara...). Barra minn hekk l-imħallef għal miżuri provviżorji jista’ jordna f’kull ħin il-miżuri kollha meħtieġa kemm biex tiġi evitata ħsara imminenti (l-aktar fix-xogħol ta’ konsolidazzjoni) kif ukoll biex tieqaf problema ċarament illegali.

  • Hemm reġim speċjali għall-miżuri kawtelatorji (mandat ta’ qbid kawtelatorju u ipoteki ġudizzjarji) li huma miżuri li jippermettu lill-kreditur, ħafna drabi bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef, li jaqbad l-assi kollha tad-debitur jew uħud minnhom jew li jirreġistra dritt speċjali ipotekarju fuq dawn l-assi, sabiex jiggarantixxi l-ħlas tad-dejn li għadu ma ġiex rikonoxxut permezz ta’ sentenza, iżda li l-irkupru tiegħu mhux garantit.

Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi:

  • il-mandat ta’ qbid u sekwestru kawtelatorju, li jippermetti l-qbid ta’ propjetà tanġibbli (għamara, vetturi..), propjetà intanġibbli (somma ta’ flus, drittijiet ta’ reġistrazzjoni jew titoli...) jew dejn (kontijiet bankarji, riċevibbli...);
  • il-garanziji ġudizzjarji fuq il-propjetà immobbli, stabbiliment tan-negozju, ishma tal-azzjonisti jew titoli (iskrizzjoni ta’ ipoteka provviżorja, rahan tal-ishma tas-sħab jew tat-titoli).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

  • Miżuri provviżorji: dawn għandhom jitressqu quddiem l-imħallef għal miżuri provviżorji permezz ta’ notifika (sejħa quddiem il-qorti permezz ta’ att tal-marixxall). Din hija proċedura b’urġenza, kontenzjuża.
  • Miżuri kawtelatorji: Ġeneralment hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-imħallef. Madankollu, il-kreditur huwa eżentat minn din l-awtorizzazzjoni jekk ikollu titolu eżekuttiv jew deċiżjoni ġudizzjarja li għadha ma saritx eżekuttiva. L-istess jgħodd f’każ ta’ inadempjenza ta’ ħlas ta’ kambjala aċċettata, ta’ ċedola, ta’ ċekk jew tal-kera ta’ propjetà mikrija mhux imħallsa (jekk il-kuntratt ikun sar bil-miktub).

Għall-miżuri provviżorji, id-deċiżjoni tal-qorti tiddependi minn natura tat-talba. Il-ġuriżdizzjoni fid-dritt komuni hija tal-president tal-qorti distrettwali. Madankollu l-imħallef tal-qorti distrettwali, il-president tal-qorti tal-kummerċ, tat-tribunal industrijali u tat-tribunal għall-kirjiet agrikoli jista’ jiddeċiedi wkoll b’urġenza skont il-limiti tal-ġuriżdizzjoni tiegħu.

Għall-miżuri kawtelatorji, l-imħallef li għandu ġuriżdizzjoni huwa l-imħallef tal-eżekuzzjoni, li huwa mħallef tal-qorti distrettwali. L-imħallef b’ġuriżdizzjoni huwa l-imħallef tal-post fejn jgħix id-debitur.

Quddiem l-imħallef tal-eżekuzzjoni jew l-imħallef tal-urġenza, il-partijiet jiddefendu lilhom infushom. Huma jistgħu madankollu jiġu assistiti jew rappreżentati minn avukat.

Il-mandati ta’ qbid u sekwestru kawtelatorji jridu jiġu notifikati minn marixxall tal-qorti. Għall-iskrizzjoni tal-ipoteki ġudizzjarji, mhux previst l-istess obbligu. Madankollu, minħabba l-kumplessità ġuridika tal-iskrizzjoni ta’ ipoteka, il-kredituri jiġu assistiti dejjem minn professjonist fil-kamp legali.

L-ispejjeż għall-miżuri kawtelatorji, jaqgħu b’mod definittiv fuq id-debitur, anke jekk il-kreditur jista’ jkollu jħallas xi ħaġa bil-quddiem. L-ispejjeż tal-eżekuzzjoni huma soġġetti għal tariffa li tistabbilixxi l-ħlas dovut lill-marixxalli tal-qorti għal kull att ta’ eżekuzzjoni u kull miżura kawtelatorja.

Skont id-Digriet Nru 96-1080 tat-12 ta’ Diċembru 1996, it-tariffi tal-marixxalli jinkludu somma ta’ darba magħmula minn, kumulattivament jew alternattivament skont il-każ, tariffi fissi jew proporzjonali, akkumpanjati fejn xieraq bi dritt għal ftuħ ta’ kawża.

Fir-rigward tal-miżuri kawtelatorji, id-drittijiet proporzjonali ta’ rkupru, ikkalkulati fuq l-ammont irkuprat, ma jiġux mitluba ħlief jekk il-marixxall jirċievi ordni biex jirkupra l-ammont dovut. Barra minn hekk, in-nomenklatura mehmuża mad-digriet imsemmi hawn qabel teskludi l-possibbiltà ta’ tariffi supplimentari negozjati b’mod liberu, minbarra madankollu il-mandati ta’ qbid kawtelatorji fuq l-ishma tas-sħab u t-titoli.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-qorti ma teħux miżuri iżda tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha. Il-miżura tiġi eżegwita mill-marixxall tal-qorti, fuq talba tal-benefiċjarju tal-awtorizzazzjoni.

Jekk tkun tenħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-imħallef, il-kreditur fil-prinċipju jrid juri li t-talba tiegħi tkun fondata (“fondée en son principe”).

Għall-miżuri kawtelatorji, ma hemmx rekwiżit ċar ta’ urġenza.

Il-kreditur irid juri illi jeżistu “ċirkostanzi li jistgħu jkunu ta’ preġudizzju għall-irkupru” tad-dejn (pereżempju il-mala fede tad-debitur li jaħbi l-assi tiegħu, żieda fil-kredituri...).

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-beni kollha tad-debitur illi l-liġi ma tiddikjarax li ma jistgħux “jiġu maqbuda” (pereżempju: il-beni meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum jew għall-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu) jistgħu jkunu soġġetti għal mandat kawtelatorju. L-istess għandu jkun japplika għad-dejn: Madankollu il-pagi ma jistgħu qatt ikunu soġġetti għal miżuri kawtelatorji (anke jekk jistgħu jiġu maqbuda skont deċiżjoni ġudizzjarja jew b’titolu eżekuttiv ieħor, skont il-proċedura tal-qbid tar-rimunerazzjoni).

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Il-beni maqbuda b’mod kawtelatorju ma jistgħux jintmissu. Id-debitur jista’ jżommhom, b’responsabbiltà tiegħu, iżda ma jistax jeħles minnhom. Jekk huwa jagħmel dan, huwa jkun ikkommetta reat li għalih jista’ jeħel multa u priġunerija.

Is-somom ta’ flus maqbuda jiġu ddepożitati f'kont.

Il-beni soġġetti għal ipoteka ġudizzjarja jistgħu jiġu mibjugħa mid-debitur, imma l-kreditur għandu dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, u ta’ ħlas privileġġat fuq il-prezz tal-bejgħ ta’ dak l-oġġett.

Il-beni maqbuda b’titolu kawtelatorju jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-debitur li jsir il-"kustodju", billi l-effett tal-qbid ma għandux effett kontra partijiet terzi. Bil-maqlub tal-ipoteki ġudizzjarji, li huma soġġetti għal miżuri ta’ pubblikazzjoni (kummerċjali jew fuq il-propjetà immobbli) dawn huma effettivi fil-konfront ta’ kulħadd

Il-bankier (u b’mod ġenerali il-partijiet terzi kollha soġġetti għas-sekwestru) li jirċievi mandat ta’ sekwestru kawtelatorju fir-rigward ta’ klijent huwa obbligat jinforma lill-marixxall immedjatament bl-obbligi kollha li għandu fil-konfront tad-debitur (jiġifieri il-kontijiet kollha li hemm f’isem id-debitur kif ukoll l-ammonti depożitati f’kull kont). Jekk il-bankier ma jagħtix din l-informazzjoni, mingħajr raġuni leġittima, huwa jista’ jiġu kkundannat iħallas id-dejn minflok id-debitur.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżura kawtelatorja trid isseħħ fi żmien tliet xhur mill-ordni tal-imħallef li ta l-awtorizzazzjoni għaliha. Jekk ma jsir xejn, l-awtorizzazzjoni ssir nulla.

Jekk il-kreditur ma jkunx għadu beda proċedura għar-rikonoxximent tal-kreditu tiegħu, huwa jrid jagħmel dan f’dak ix-xahar li tittieħed il-miżura. Jekk ma jsir xejn, il-miżura ssir nulla.

Il-miżura kawtelatorja trid tiġi notifikata lid-debitur, l-aktar tard fi żmien tmint ijiem. Id-debitur jista’ jopponi l-miżura jew l-awtorizzazzjoni tagħha quddiem l-imħallef ta’ eżekuzzjoni. L-imħallef jista’ jkun diġà stabbilixxa bil-quddiem data għas-seduta ta’ smigħ li għaliha l-partijiet jiġu msejħa biex jiddiskutu l-miżura. Fil-prinċipju, il-kontestazzjoni tad-debitur hija ammissibbli jekk il-mandat ta’ qbid u sekwestru kawtelatorju ma jkunx ġie mibdul f’mandat eżekuttiv wara li l-kreditur ikun kiseb deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-kreditu.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

L-ordni tista’ tiġi kontestata, mid-debitur, fl-istess ħin mal-miżura.

L-imħallef ta’ eżekuzzjoni, li għandu ġuriżdizzjoni biex jawtorizza miżuri kawtelatorji, jista’ jisma’ wkoll ir-rikorsi kontra l-ordni. Id-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jiġu appellati quddiem il-qorti tal-appell.

Meta d-debitur isir jaf bl-awtorizzazzjoni tal-miżura fl-istess żmien li jsir jaf bil-miżura nnifisha, il-kontestazzjoni tal-ordni tkun soġġetta għall-istess regoli bħall-kontestazzjoni tal-miżura: hija tkun ammissibbli jekk il-miżura kawtelatorja ma tinbidilx f’miżura eżekuttiva.

Ir-rikors ma jwaqqafx l-effett tal-miżura kawtelatorja li għandha effett sakemm l-imħallef ma jkunx ordna li titħassar jew ikun iddikjara n-nullità tagħha.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit Legifrance

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit tal-Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Qorti

L-aħħar aġġornament: 04/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - il-Kroazja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-Att dwar l-Eżekuzzjonijiet (Ovršni zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17; minn hawn ’il quddiem: OZ) fit-tielet taqsima intitolata: Garanzija permezz ta’ miżuri preliminari (Osiguranje), jippreskrivi l-miżuri li ġejjin:

• garanzija permezz tal-istabbiliment obbligatorju ta’ dritt ta’ rahan fuq proprjetà immobbli - it-titolu 28

• garanzija ġudizzjarja u notarili permezz ta’ rahan fuq il-bażi ta’ ftehim tal-partijiet - it-titolu 29,

• garanzija ġudizzjarja u notarili permezz ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u trasferiment tad-drittijiet - it-titolu 30,

• garanzija permezz ta’ eżekuzzjoni preliminari - it-titolu 31,

• garanzija permezz ta’ miżuri preliminari - it-titolu 32,

• miżuri interim - titolu 33.

Skont l-OZ, huma biss il-miżuri definiti bħala tali minn dan l-Att jew minn Att ieħor li jistgħu jiġu ddeterminati bħala miżuri ta’ prekawzjoni. Mhumiex permessi miżuri kawtelatorji fuq oġġetti u drittijiet li, skont l-OZ, jistgħu ma jkunux soġġetti għal eżekuzzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn dik il-liġi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Bħala miżura (fit-tul) skont it-tifsira tal-garanzija obbligatorja tal-pretensjonijiet, l-OZ jippermetti l-garanzija permezz tal-istabbiliment obbligatorju ta’ dritt ta’ rahan fuq proprjetà immobbli u beni mobbli (eż. pretensjonijiet monetarji, introjtu - salarju, pensjoni, eċċ., kont tal-bank, titoli u ishma) u l-garanzija permezz ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u trasferiment ta’ drittijiet. Il-garanzija permezz tal-istabbiliment ta’ dritt ta’ rahan tista’ tkun volontarja jew obbligatorja, filwaqt li l-garanzija permezz ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u trasferiment ta’ drittijiet tista’ tkun biss volontarja, fi proċedimenti quddiem qorti jew nutar pubbliku.

Miżuri oħrajn irregolati mill-OZ huma garanzija permezz ta’ eżekuzzjoni preliminari, garanzija permezz ta’ miżuri preliminari u miżuri interim. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu ddeterminati biss mill-qorti b’mod obbligatorju, fuq talba ta’ parti jew ex officio.

Il-qrati tal-muniċipalità huma kompetenti sabiex jordnaw u jimplimentaw garanzija, sakemm dan il-kompitu ma jkunx ġie fdat lil xi qorti oħra skont il-liġi, filwaqt li l-qrati kummerċjali huma kompetenti sabiex jordnaw u jimplimentaw garanzija f’kawżi fejn ikunu kompetenti sabiex jordnaw l-eżekuzzjoni.

Il-ġuriżdizzjoni sabiex tiġi ordnata u implimentata garanzija ex officio tinsab f’idejn il-qorti b’ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-mozzjoni tal-kreditur garantit, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.

Il-ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-mozzjonijiet għall-garanzija ta’ pretensjonijiet monetarji permezz tal-istabbiliment obbligatorju ta’ drittijiet ta’ rahan fuq proprjetà immobbli tinsab f’idejn il-qorti li żżomm ir-reġistru tal-artijiet li fih għandu jsir id-dħul abbażi tad-dokument eżegwibbli li jiddetermina l-pretensjoni monetarja. L-iskop tad-determinazzjoni ta’ din il-miżura huwa li tiġi garantita l-pretensjoni monetarja permezz tal-istabbiliment ta’ dritt ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli mid-dħul. L-effett ta’ dħul ta’ rahan huwa tali li l-eżekuzzjoni fuq din il-proprjetà immobbli tista’ tiġi implimentata wkoll kontra terzi li sussegwentement jakkwistaw din il-proprjetà immobbli.

Il-qorti tista’ tordna l-garanzija ġudizzjarja ta’ pretensjoni monetarja permezz tal-istabbiliment ta’ rahan fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-partijiet fuq it-talba konġunta tal-kreditur garantit u d-debitur garantit għal ċerti oġġetti sabiex tiġi garantita l-pretensjoni monetarja. Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet sabiex jiġu garantiti l-pretensjonijiet monetarji tal-kreditur garantit fuq l-oġġetti u d-drittijiet tad-debitur garantit u għall-implimentazzjoni tal-garanzija tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tal-OZ dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti fi proċedimenti tal-eżekuzzjoni għall-ġbir ta’ pretensjonijiet monetarji fuq tipi individwali ta’ oġġetti ta’ eżekuzzjoni. Il-minuti tal-qorti jirreġistraw il-ftehim tal-partijiet dwar l-eżistenza ta’ pretensjoni u ż-żmien tal-maturità tagħha, kif ukoll il-qbil tal-partijiet li din il-pretensjoni għandha tiġi garantita permezz tal-istabbiliment ta’ dritt ta’ rahan. Il-ftehim iffirmat għandu l-effett ta’ soluzzjoni bil-qorti.

Il-garanzija notarili ta’ pretensjoni monetarja permezz tal-istabbiliment ta’ rahan fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-partijiet hija possibbli abbażi ta’ ftehim ta’ kreditur u debitur, magħmul fil-forma ta’ dokument notarili jew dokument privat legalizzat fir-rigward tal-kontenut, li jinkludi wkoll id-dikjarazzjoni tal-qbil tad-debitur li jista’ jinħoloq rahan fuq xi oġġetti minn tiegħu.

Il-garanzija ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u trasferiment ta’ drittijiet hija possibbli abbażi ta’ ftehim bejn il-partijiet li jiddaħħal fil-minuti tas-seduta ta’ smigħ ftehim bejniethom dwar it-trasferiment tas-sjieda (ta’ wħud mill-oġġetti tad-debitur garantit lill-kreditur garantit sabiex tiġi garantita l-pretensjoni monetarja speċifika ta’ kreditur garantit) jew it-trasferiment ta’ wħud mid-drittijiet tad-debitur garantit (lill-kreditur garantit għall-istess skop). Il-pretensjonijiet futuri jistgħu jiġu garantiti wkoll. Il-ftehim għandu l-effett ta’ soluzzjoni bil-qorti. Il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet sabiex jiġu garantiti l-pretensjonijiet monetarji permezz tat-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u t-trasferiment tad-drittijiet tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tal-OZ dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti fi proċedimenti tal-eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet monetarji fuq tipi individwali ta’ oġġetti ta’ eżekuzzjoni.

Il-garanzija notarili permezz tat-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u t-trasferiment ta’ drittijiet, jiġifieri t-trasferiment ta’ ishma jew parteċipazzjoni huwa possibbli abbażi ta’ ftehim bejn il-kreditur u d-debitur, magħmul fil-forma ta’ dokument notarili jew dokument privat legalizzat fir-rigward tal-kontenut. L-awtorizzazzjoni ta’ nutar pubbliku sabiex iwettaq azzjonijiet individwali ta’ garanzija tiġi ddeterminata f’konformità mar-regoli dwar l-uffiċċju rreġistrat u t-territorju tan-nutara pubbliċi.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet għall-eżekuzzjoni preliminari u għall-implimentazzjoni ta’ tali eżekuzzjoni hija tal-qorti li kien ikollha ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument ta’ titolu ta’ eżekuzzjoni. Il-garanzija permezz ta’ eżekuzzjoni preliminari tiġi ordnata u implimentata mill-qorti. Abbażi ta’ sentenza mogħtija fi proċeduri ta’ qorti ċivili, il-qorti tordna eżekuzzjoni preliminari sabiex tiggarantixxi pretensjoni mhux monetarja li ma tistax tiġi garantita permezz ta’ dħul preliminari fir-reġistru pubbliku jekk il-kreditur tal-eżekuzzjoni juri li hemm riskju probabbli, minħabba d-diferiment tal-eżekuzzjoni sakemm is-sentenza ssir legalment effettiva, li l-eżekuzzjoni ssir impossibbli jew ferm aktar diffiċli u jekk il-kreditur tal-eżekuzzjoni jipprovdi garanzija għad-dannu li jista’ jġarrab id-debitur tal-eżekuzzjoni minħabba tali eżekuzzjoni.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet għall-garanzija permezz ta’ miżuri preliminari u għall-implimentazzjoni ta’ tali miżuri hija tal-qorti li kien ikollha ġuriżdizzjoni abbażi ta’ dokument ta’ titolu ta’ eżekuzzjoni li f’konformità miegħu tkun ġiet ordnata l-garanzija. It-test sabiex jiġi ddeterminat jekk jistgħux jiġu ordnati miżuri preliminari huwa bbażat fuq jekk il-kreditur garantit jurix li hemm riskju probabbli li, mingħajr dawn il-miżuri, l-issodisfar tal-pretensjoni jkun impossibbli jew ferm aktar diffiċli. F’ċerti kawżi, il-qorti tista’ tikkundizzjona l-miżura preliminari fuq l-għoti ta’ garanzija għad-danni li d-debitur garantit jista’ jġarrab minħabba l-ordni tagħha. Deċiżjoni motivata li tordna miżura preliminari trid tinkludi indikazzjoni tal-valur tal-pretensjoni li tkun qed tiġi garantita, inklużi l-imgħax u l-ispejjeż, il-miżura użata sabiex tiġi garantita l-pretensjoni u ż-żmien li għalih tkun qed tiġi ordnata (mhux aktar minn 15-il jum wara li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni).

Qabel jiġu istitwiti proċedimenti ta’ litigazzjoni jew kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji oħrajn fuq pretensjoni li tkun qed tiġi garantita, il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet għall-garanzija permezz ta’ miżuri interim hija tal-qorti li altrimenti kien ikollha ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-mozzjonijiet biex issir l-eżekuzzjoni. Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri interim tinsab f’idejn il-qorti li altrimenti kien ikollha ġuriżdizzjoni sabiex timplimenta l-eżekuzzjoni. Wara li jiġu istitwiti l-proċedimenti, il-ġuriżdizzjoni għall-aġġudikazzjoni dwar mozzjonijiet għall-garanzija permezz ta’ miżuri interim hija tal-qorti li l-proċedimenti ġew istitwiti quddiemha. Jekk iċ-ċirkostanzi ta’ kawża individwali hekk jiġġustifikaw, tista’ titressaq ukoll mozzjoni quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali sabiex timplimenta l-eżekuzzjoni. Il-qorti li kien ikollha ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar rikors għal eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument ta’ titolu ta’ eżekuzzjoni prodott fi proċedimenti amministrattivi għandu jkollha wkoll ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar mozzjonijiet sabiex tordna miżuri interim wara t-terminazzjoni ta’ tali proċedimenti. Il-miżuri interim jiġu ordnati mill-qorti abbażi ta’ rikors ippreżentat qabel l-istituzzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji jew matulhom u wara t-terminazzjoni ta’ dawn il-proċedimenti, sakemm tiġi implimentata l-eżekuzzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar l-ordni ta’ miżuri interim għandhom l-awtorità ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni. It-tipi ta’ miżuri interim jiddependu mill-fatt jekk il-miżura interim tiggarantix pretensjoni monetarja jew mhux monetarja. Il-qorti tista’, skont iċ-ċirkostanzi tal-kawża, tordna diversi miżuri interim, jekk ikunu meħtieġa.

Il-gravami, id-drittijiet jew il-projbizzjonijiet fuq beni mobbli, ishma jew parteċipazzjonijiet jiddaħħlu, abbażi ta’ deċiżjoni tal-qorti, jiġifieri dokument notarili jew dokument privat legalizzat fir-rigward tal-kontenut, fir-Reġistru tal-pretensjonijiet tal-kredituri soġġett għal garanzija tal-qorti u notarili (Reġistru ta’ rahan) (Upisnik založnih prava) li jinżamm fl-Aġenzija Finanzjarja, li huwa bażi ta’ data tal-gravami, id-drittijiet jew il-projbizzjonijiet imdaħħlin, filwaqt li d-dħul ta’ rahan jew bidliet fid-drittijiet tal-proprjetà ta’ proprjetà immobbli jiġi rreġistrat permezz ta’ entrati fir-reġistri tal-artijiet.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Meta tordna garanzija permezz tal-istabbiliment obbligatorju ta’ dritt ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli, il-qorti tiddeċiedi dwar mozzjoni sabiex tiggarantixxi pretensjonijiet monetarji abbażi ta’ dokument ta’ titolu ta’ eżekuzzjoni li f’konformità miegħu ġiet ordnata l-pretensjoni monetarja. Ma jeżisti ebda rekwiżit speċjali sabiex tiġi ordnata l-garanzija u, abbażi tal-mozzjoni, il-qorti tordna l-garanzija u, abbażi tal-proprjetà immobbli mdaħħla fir-reġistru tal-artijiet, iddaħħal dritt ta’ rahan tal-kreditur garantit, kif ukoll tindika l-eżegwibilità tal-pretensjoni. Jekk id-debitur garantit ma jiddaħħalx fir-reġistru tal-artijiet bħala s-sid tal-proprjetà immobbli, il-kreditur garantit għandu, flimkien mal-mozzjoni, jippreżenta dokument addattat għad-dħul tad-dritt ta’ sjieda tad-debitur garantit.

Il-kreditur garantit u d-debitur garantit jistgħu, bl-iskop li jipprovdu garanzija għal pretensjoni monetarja ta’ kreditur garantit billi jiksbu rahan fuq ċerti oġġetti ta’ garanzija, jitolbu b’mod kunsenswali lill-qorti sabiex tordna u timplimenta, għall-benefiċċju tal-kreditur garantit, ir-reġistrazzjoni ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli, beni mobbli, pretensjoni monetarja u oġġetti u drittijiet oħrajn tad-debitur garantit, jew inkella jistgħu jilħqu ftehim bħal dan fil-forma ta’ dokument notarili jew dokument privat, inkluża d-dikjarazzjoni ta’ qbil ta’ debitur li jista’ jinħoloq rahan fuq xi oġġetti minn tiegħu.

L-att ġudizzjarju ffirmat, jiġifieri dokument notarili jew dokument privat legalizzat fir-rigward tal-kontenut, għandu wkoll l-awtorità ta’ soluzzjoni bil-qorti kontra l-persuna li tkun qablet li jinħoloq rahan fuq l-oġġett jew id-dritt tagħha, u abbażi ta’ dawn id-dokumenti, sabiex tinġabar il-pretensjoni garantita, jipproponi direttament eżekuzzjoni kontra l-persuna li r-rahan ikun inkiseb fuq l-oġġett tagħha għall-fini ta’ garanzija ta’ pretensjoni.

Il-partijiet jistgħu b’mod konġunt jitolbu lill-qorti sabiex tiskeda seduta ta’ smigħ u ddaħħal fil-minuti ta’ din is-seduta ta’ smigħ, il-ftehim tagħhom dwar it-trasferiment tas-sjieda ta’ wħud mill-oġġetti tad-debitur garantit lill-kreditur garantit bl-iskop li tiġi garantita l-pretensjoni monetarja partikolari ta’ kreditur garantit, jew jiġu ttrasferiti wħud mid-drittijiet tad-debitur garantit lill-kreditur garantit għal dak l-iskop. Il-pretensjonijiet futuri jistgħu jiġu garantiti wkoll. Ftehim bħal dan jista’ jiġi ffirmat bħala dokument notarili jew dokument privat, legalizzat fir-rigward tal-kontenut. Il-ftehim għandu jkun fih dispożizzjoni dwar iż-żmien tal-maturità tal-pretensjoni garantita, kif ukoll dwar kif se jiġi ddeterminat dan. Id-debitur garantit jista’ jkun ukoll persuna li kontriha l-kreditur garantit ma jkollux il-pretensjoni li tkun qed tiġi garantita, jiġifieri parti terza li tagħti l-kunsens sabiex din ix-xorta ta’ pretensjoni tiġi garantita. Il-ftehim jista’ japplika wkoll għall-garanzija ta’ pretensjonijiet mhux monetarji, madankollu, f’dan il-każ, il-ftehim irid jispeċifika l-valur monetarju tal-pretensjoni. Il-pretensjoni għandha tkun aċċertata jew tista’ tiġi aċċertata. Ma’ ftehim tista’ tiżdied ukoll dikjarazzjoni tal-kunsens mid-dikjarazzjoni tad-debitur garantit li tippermetti lill-kreditur garantit sabiex jitlob direttament, skont il-minuti, eżekuzzjoni kontrih għaċ-ċediment tal-oġġett tal-garanzija wara l-maturità tal-pretensjoni garantita. Il-minuti li fihom dikjarazzjoni bħal din jikkostitwixxu dokument ta’ titolu ta’ eżekuzzjoni. Meta s-sjieda ta’ proprjetà immobbli mdaħħla fir-reġistru tal-artijiet tiġi ttrasferita permezz tal-ftehim, dan il-ftehim għandu jkun fih id-dikjarazzjoni ta’ kunsens tad-debitur garantit li t-trasferiment jista’ jiġi eżegwit direttament fir-reġistru tal-artijiet abbażi tal-ftehim u li d-dħul fir-reġistru tal-artijiet jittrasferixxi s-sjieda tal-proprjetà immobbli lill-kreditur garantit, b’annotazzjoni li t-trasferiment twettaq bl-iskop li tiġi garantita pretensjoni speċifika ta’ kreditur garantit. Sakemm ma jiġix previst mod ieħor, id-debitur garantit huwa awtorizzat li jkompli juża l-oġġett li s-sjieda tiegħu tkun ġiet ittrasferita lill-kreditur garantit, jiġifieri jeżerċita d-dritt ittrasferit lill-kreditur garantit, filwaqt li l-kreditur garantit huwa awtorizzat li jbigħ il-proprjetà jew id-dritt ittrasferit lilu mal-maturità tal-pretensjoni tiegħu, jew inkella li jagħmel tajjeb għall-proprjetà immobbli b’ipoteka.

Il-garanzija permezz ta’ miżuri preliminari tista’ tiġi ordnata sabiex jiġu garantiti pretensjonijiet monetarji abbażi ta’ deċiżjoni ta’ qorti jew korp amministrattiv li jkun għadu ma sarx legalment effettiv, abbażi ta’ ftehim magħmul quddiem qorti jew korp amministrattiv, jekk il-pretensjoni ddeterminata fih tkun għadha ma mmaturatx, jew abbażi ta’ deċiżjoni notarili jew dokument notarili, jekk il-pretensjoni ddeterminata fihom tkun għadha ma mmaturatx. Il-qorti għandha, abbażi ta’ dawn id-dokumenti, tordna miżura preliminari jekk il-kreditur garantit juri bħala probabbli r-riskju li r-realizzazzjoni tal-pretensjoni ssir impossibbli jew ferm aktar diffiċli jekk ma tkunx garantita. Ir-riskju jitqies bħala probabbli jekk l-ordni ta’ miżura preliminari tkun ġiet proposta abbażi ta’ ordni ta’ ħlas jew mandat ta’ eżekuzzjoni, abbażi ta’ dokument awtentiku maħruġ skont dokument pubbliku jew dokument legalizzat minn nutar pubbliku, kambjala jew ċekk, li kontrihom tkun tqajmet oġġezzjoni fi żmien debitu; sentenza mogħtija fi proċedimenti kriminali dwar pretensjoni tal-liġi tal-proprjetà li kontriha huwa possibbli li jsir proċess ġdid; deċiżjoni li trid tiġi eżegwita barra l-pajjiż; sentenza abbażi ta’ ammissjoni li jkun tressaq appell kontriha; ftehim li jiġi kkontestat bil-mod previst mil-liġi; deċiżjoni jew dokument notarili, jekk il-pretensjoni ddeterminata fihom tkun għadha ma mmaturatx, li jkunu qegħdin jiġu kkontestati bil-mod previst mil-liġi. Il-qorti għandha tirrifjuta l-mozzjoni li tiggarantixxi b’miżura preliminari, jiġifieri tirrevoka miżura preliminari partikolari u tissospendi l-proċedimenti, jekk id-debitur garantit juri bħala probabbli li ma hemm ebda riskju jew li tali riskju ntemm.

Il-garanzija permezz ta’ miżura interim tista’ tiġi proposta qabel l-istituzzjoni tal-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji jew matulhom u wara t-terminazzjoni ta’ dawn il-proċedimenti, sakemm tiġi implimentata l-eżekuzzjoni. F’mozzjoni li tordna miżura interim, kreditur garantit irid iressaq talba li fiha għandu jindika eżattament il-pretensjoni li jrid jiggarantixxi, jiddetermina t-tip ta’ miżura li qed ifittex u t-tul ta’ żmien tagħha u, fejn meħtieġ, il-mezzi tal-garanzija li permezz tagħhom il-miżura interim tiġi eżegwita b’mod obbligatorju, kif ukoll l-oġġett tal-garanzija. Il-mozzjoni jrid ikun fiha indikazzjoni tal-fatti li fuqhom tkun ibbażata t-talba sabiex tiġi ordnata miżura interim u tressaq evidenza li tikkorrobora dawn id-dikjarazzjonijiet. Il-kreditur garantit huwa obbligat li jehmeż din l-evidenza, jekk possibbli, mal-mozzjoni. Tista’ tiġi ordnata miżura interim sabiex tiggarantixxi pretensjonijiet kundizzjonali u li ma mmaturawx u din ma tkunx permessa jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet sabiex tiġi ordnata miżura preliminari li permezz tagħha jkun jista’ jintlaħaq l-istess effett ta’ garanzija. Tista’ tiġi ordnata miżura interim sabiex tiggarantixxi pretensjoni monetarja jekk il-kreditur garantit juri bħala probabbli l-eżistenza tal-pretensjoni u r-riskju li, mingħajr miżura bħal din, id-debitur garantit jimpedixxi jew jagħmel ferm aktar diffiċli l-ġbir tal-pretensjoni billi jittrasferixxi t-titolu tal-proprjetà tiegħu, jaħbiha jew jiddisponi minnha b’xi mod ieħor. Kreditur garantit ma għandux bżonn jipprova riskju jekk huwa juri li probabbli li d-debitur garantit ikun se jġarrab biss dannu insinifikanti mill-miżura proposta u jitqies li r-riskju jkun intwera jekk il-pretensjoni trid tiġi eżegwita barra l-pajjiż. Sabiex tiġi garantita pretensjoni mhux monetarja, tista’ tiġi ordnata miżura interim jekk il-kreditur garantit juri li l-eżistenza tal-pretensjoni tiegħu hija probabbli u jekk huwa juri bħala probabbli r-riskju li, mingħajr din il-miżura, id-debitur garantit jimpedixxi jew jagħmel ferm aktar diffiċli l-eżekuzzjoni tal-pretensjoni, b’mod partikolari billi jbiddel is-sitwazzjoni attwali, jew jekk juri li l-miżura probabbilment tkun meħtieġa sabiex tiġi evitata l-vjolenza jew l-okkorrenza ta’ ħsara irreparabbli. Barra minn hekk, kreditur garantit ma għandux bżonn jipprova riskju jekk huwa juri li huwa probabbli li d-debitur garantit ikun se jġarrab biss dannu insinifikanti mill-miżura proposta u jitqies li r-riskju jkun intwera jekk il-pretensjoni trid tiġi eżegwita barra l-pajjiż. Il-qorti tista’ tordna miżura interim fuq proposta tal-kreditur garantit anki meta huwa ma jkunx wera bħala probabbli l-eżistenza ta’ pretensjoni u riskju, jekk qabel ikun ipprovda, f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-qorti, garanzija għad-dannu li d-debitur garantit jista’ jġarrab mill-ordni u l-implimentazzjoni ta’ miżura interim. Jekk il-kreditur garantit ma jipprovdix id-depożitu tal-garanzija fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-qorti għandha tirrifjuta l-mozzjoni sabiex tagħmel il-garanzija. Il-qorti tista’, fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ kawża partikolari, tordna diversi miżuri interim, jekk dan ikun meħtieġ; jekk f’kawża partikolari, ikun possibbli li jiġu ordnati diversi miżuri interim, il-qorti għandha tordna dik li tkun l-aktar addattata sabiex jintlaħaq l-iskop tal-garanzija (u jekk kollha jkunu ugwalment xierqa, il-qorti għandha tordna dik li tkun l-inqas oneruża għad-debitur garantit).

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Is-suġġett tal-miżuri ta’ garanzija u l-miżuri interim jista’ jkun oġġett jew dritt tad-debitur garantit, pereżempju, proprjetà immobbli, beni mobbli, pretensjonijiet monetarji, pensjonijiet, benefiċċji tad-diżabilità, depożiti ta’ flus f’kontijiet tal-bank jew kontijiet tat-tfaddil u drittijiet ta’ proprjetà oħrajn, sa fejn dawn ma jkunux oġġetti eżentati mill-eżekuzzjoni skont il-liġi jew ma jkun hemm ebda dritt legalment ristrett għall-eżekuzzjoni fuq oġġetti (pereżempju, oġġetti li mhumiex fiċ-ċirkolazzjoni, pakketti agrikoli u bini tal-farms tal-bdiewa sal-limitu meħtieġ għas-sussistenza u s-sussistenza ta’ membri tal-familja immedjati u persuni oħrajn li legalment jeħtieġu appoġġ, eċċ.).

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Il-garanzija tal-proprjetà immobbli permezz tal-istabbiliment ta’ dritt ta’ rahan (volontarju jew obbligatorju, ġudizzjarju jew notarili) tiġi stabbilita permezz tad-dħul tar-rahan fir-reġistru tal-artijiet, li fih tkun iddaħħlet il-proprjetà immobbli.

Permezz ta’ garanzija notarili u ġudizzjarja li tinvolvi t-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u t-trasferiment ta’ drittijiet, il-kreditur garantit isir is-sid ta’ oġġett jew dritt permezz ta’ entrata fil-kotba jew ir-reġistri pubbliċi legalment meħtieġa. Il-kreditur garantit u d-debitur garantit jistgħu, bl-iskop li jipprovdu garanzija għal pretensjoni monetarja ta’ kreditur garantit billi jiksbu rahan fuq ċerti oġġetti ta’ garanzija, jitolbu b’mod kunsenswali lill-qorti sabiex tordna u timplimenta, għall-benefiċċju tal-kreditur garantit:

1. ir-reġistrazzjoni ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli tad-debitur garantit,

2. l-iddepożitar ta’ ftehim bejn il-partijiet dwar l-istabbiliment tad-dritt ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli mhux imdaħħla fir-reġistri tal-artijiet fil-qorti tar-reġistru tal-artijiet,

3. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-beni mobbli tad-debitur garantit,

4. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-pretensjoni monetarja tad-debitur garantit,

5. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq parti mill-introjtu tad-debitur garantit abbażi ta’ kuntratt ta’ impjieg jew servizz,

6. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq parti mill-pensjoni, il-benefiċċju ta’ diżabilità jew il-kumpens għall-introjtu mitluf,

7. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-pretensjoni tad-debitur garantit fuq kont tal-bank jew ktieb tat-tfaddil,

8. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq pretensjoni għaċ-ċediment jew il-konsenja ta’ beni mobbli jew għaċ-ċediment ta’ proprjetà immobbli,

9. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq proprjetà oħra jew fuq drittijiet reali,

10. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq ċertifikati ta’ ishma u titoli oħrajn u l-konsenja tagħhom għal kustodja,

11. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq ishma li għalihom ma nħarġux ċertifikati ta’ ishma u fuq ishma u parteċipazzjonijiet f’kumpaniji,

12. l-istituzzjoni ta’ titoli miżmuma għand il-Kumpanija Depożitarja (Depozitno društvo).

Garanzija permezz ta’ eżekuzzjoni preliminari: Sabiex jiġi pprovdut titolu għal eżekuzzjoni mhux monetarju li ma jistax jiġi garantit permezz ta’ reġistrazzjoni kundizzjonali fi ktieb pubbliku, il-qorti tista’, abbażi ta’ sentenza mogħtija fi proċeduri ta’ qorti ċivili, tordna eżekuzzjoni preliminari.

Garanzija permezz ta’ miżuri preliminari: il-qorti tista’ tordna l-miżuri preliminari li ġejjin:

1. Ir-reġistrazzjoni ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli ta’ debitur garantit jew fuq dritt imdaħħal fuq proprjetà immobbli,

2. l-iddepożitar tal-ftehim bejn il-partijiet dwar l-istabbiliment tad-dritt ta’ rahan fuq il-proprjetà immobbli mhux imdaħħla fir-reġistri tal-artijiet fil-qorti tar-reġistru tal-artijiet,

3. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-beni mobbli tad-debitur garantit,

4. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-pretensjoni monetarja tad-debitur garantit,

5. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq parti mill-introjtu tad-debitur garantit abbażi ta’ kuntratt ta’ impjieg jew servizz,

6. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq parti mill-pensjoni, il-benefiċċju ta’ diżabilità jew il-kumpens għall-introjtu mitluf,

7. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-pretensjoni tad-debitur garantit fuq kont tal-bank jew ktieb tat-tfaddil,

8. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq il-pretensjoni għaċ-ċediment jew il-konsenja ta’ beni mobbli jew għaċ-ċediment ta’ proprjetà immobbli,

9. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq proprjetà oħra jew fuq drittijiet reali,

10. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq ċertifikati ta’ ishma u titoli oħrajn u l-konsenja tagħhom għal kustodja,

11. l-istituzzjoni ta’ rahan fuq ishma li għalihom ma nħarġux ċertifikati ta’ ishma u fuq ishma u parteċipazzjonijiet f’kumpaniji,

12. l-istituzzjoni ta’ titoli miżmuma għand il-Kumpanija Depożitarja (Depozitno društvo).

13. Il-projbizzjoni ta’ bank li jħallas, mill-kont ta’ debitur garantit jew ta' terzi, ammont li għalih tkun ġiet ordnata miżura preliminari.

Kreditur garantit jista’ jikseb rahan fuq l-oġġett ta’ garanzija abbażi ta’ miżura preliminari. Meta tkun ġiet ordnata projbizzjoni ta’ ħlas fuq ammont ta’ flus tad-debitur garantit miżmum f’bank, dak l-ammont ma jistax jiġi ttrasferit mill-kont għat-tul tal-projbizzjoni, ħlief sabiex titħallas il-pretensjoni garantita.

Miżuri interim

- Għall-fini tal-garanzija ta’ pretensjoni monetarja, tista’ tiġi ordnata kwalunkwe miżura li tilħaq dak l-għan u, speċifikament, dawn li ġejjin:

1. li tipprojbixxi lid-debitur garantit milli jittrasferixxi t-titolu tal-beni mobbli jew jaggravahom, sabiex jikkonfiska dawn l-oġġetti u jafdahom lill-kreditur garantit jew lil parti terza għall-kustodja;

2. li tikkonfiska u tiddepożita flus, titoli u simili lil qorti jew nutar pubbliku;

3. li tipprojbixxi lid-debitur garantit milli jittrasferixxi t-titolu ta’, jew jaggrava, proprjetà immobbli jew drittijiet in rem li huma rreġistrati fuq il-proprjetà immobbli favur tiegħu, b’annotazzjoni ta’ din il-projbizzjoni f’reġistru tal-artijiet;

4. li tipprojbixxi lid-debitur tad-debitur garantit milli jissodisfa l-obbligu tiegħu lid-debitur garantit volontarjament u li tipprojbixxi lid-debitur garantit milli jirċievi l-issodisfar ta’ dan l-obbligu, jiġifieri li jiddisponi mill-pretensjonijiet tiegħu;

5. li tordna lil bank jirrifjuta pagament mill-kont tad-debitur garantit lid-debitur garantit jew lil terzi fuq talba tad-debitur garantit, fl-ammont li għalih tkun ġiet ordnata l-miżura interim.

- Għall-fini tal-garanzija ta’ pretensjoni mhux monetarja, tista’ tiġi ordnata kwalunkwe miżura li tilħaq l-għan ta’ tali garanzija u, speċifikament, dawn li ġejjin:

1. li tipprojbixxi t-trasferiment tat-titolu u l-gravami tal-beni mobbli li kontra tagħhom tkun indirizzata l-pretensjoni, il-konfiska tagħhom u l-inkarigu tagħhom għal kustodja lill-kreditur garantit jew lil terzi;

2. li tipprojbixxi t-trasferiment tat-titolu u l-gravami tal-ishma jew tal-parteċipazzjonijiet li l-pretensjoni tkun indirizzata kontrihom, b’annotazzjoni tal-projbizzjoni fir-reġistru tal-ishma u, fejn meħtieġ, fil-minuti tal-qorti; li tipprojbixxi l-użu jew l-eżerċitar tad-drittijiet abbażi ta’ tali ishma jew ishma azzjonarji; li l-ishma jew il-parteċipazzjonijiet jiġu fdati lill-maniġment ta’ parti terza; li jitwaqqaf bord maniġerjali interim f’kumpanija;

3. li tipprojbixxi t-trasferiment tat-titolu u l-gravami ta’ drittijiet oħrajn li l-pretensjoni tkun indirizzata kontrihom u li tafda l-immaniġġjar ta’ dawn id-drittijiet lil parti terza;

4. li tipprojbixxi t-trasferiment tat-titolu u l-gravami tal-proprjetà immobbli li l-pretensjoni tkun indirizzata kontriha jew tad-drittijiet in rem irreġistrati fuq il-proprjetà immobbli li l-pretensjoni tkun indirizzata kontriha, b’annotazzjoni tal-projbizzjoni fir-reġistru tal-artijiet; li tikkonfiska l-proprjetà immobbli u tafdaha lill-kreditur garantit jew lil parti terza għal kustodja;

5. li tipprojbixxi lil debitur tad-debitur garantit milli jċedi oġġett, jittrasferixxi dritt jew iwettaq kwalunkwe obbligu mhux monetarju ieħor li l-pretensjoni tkun indirizzata kontrih lid-debitur garantit;

6. li tipprojbixxi lid-debitur garantit milli jwettaq kwalunkwe azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw dannu lill-kreditur garantit u li tipprojbixxi kwalunkwe bidliet fl-oġġetti li l-pretensjoni tkun indirizzata kontrihom;

7. li tordna lid-debitur garantit iwettaq ċerti azzjonijiet meħtieġa sabiex jippreserva l-beni mobbli jew il-proprjetà immobbli jew jippreserva l-istat attwali tal-oġġetti;

8. li tawtorizza lill-kreditur garantit sabiex iżomm l-oġġetti tad-debitur garantit li jinżammu miegħu u li l-pretensjoni tirreferi għalihom sakemm tiġi riżolta l-litigazzjoni;

9. li tawtorizza lill-kreditur garantit sabiex iwettaq ċerti azzjonijiet jew jikseb ċerti oġġetti waħdu jew bi prokura, speċjalment bl-iskop li jerġa’ jinkiseb stat preċedenti tal-affarijiet;

10. li tippermetti lill-impjegat jirritorna temporanjament għax-xogħol; li jitħallas kumpens waqt tilwima fuq ix-xogħol, jekk dan ikun meħtieġ għall-manteniment tiegħu u għall-manteniment tal-persuni li huwa obbligat li jmantni skont il-liġi.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-garanzija notarili u ġudizzjarja permezz ta’ rahan jew permezz ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ oġġetti u trasferiment tad-drittijiet huma, bħala regola, validi sal-konklużjoni finali tal-proċedura.

Deċiżjoni li tordna miżura preliminari trid tinkludi indikazzjoni tal-valur tal-pretensjoni li tiġi garantita, inklużi imgħax u spejjeż, il-miżura użata sabiex tiġi garantita l-pretensjoni u ż-żmien li għalih qed tiġi ordnata. Iż-żmien li għalih tiġi ordnata miżura preliminari jista’ jdum għal mhux aktar minn 15-il jum wara li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni. Jekk iż-żmien jgħaddi qabel ma d-deċiżjoni, li abbażi tagħha ġiet ordnata l-miżura preliminari, issir eżekutorja, il-qorti għandha, fuq il-proposta tal-kreditur garantit ippreżentata lill-qorti qabel l-iskadenza tal-perjodu li l-miżura preliminari tkun ġiet ordnata għalih, testendi dan iż-żmien, diment li ma jkunux inbidlu ċ-ċirkostanzi li fihom kienet ordnata din il-miżura.

Id-deċiżjoni li permezz tagħha tiġi ordnata miżura interim tiddefinixxi wkoll it-tul ta’ żmien ta’ din il-miżura u, jekk il-miżura tiġi ordnata qabel ma tkun tressqet azzjoni jew ma jkun istitwit xi proċediment ieħor, hija tiddefinixxi wkoll il-limitu ta’ żmien li matulu l-kreditur garantit irid iressaq azzjoni, jiġifieri mozzjoni sabiex jinbdew proċedimenti oħrajn, bil-għan li tiġi ġġustifikata l-miżura. Il-qorti għandha, fuq il-proposta tal-kreditur garantit, testendi t-tul ta’ żmien tal-miżura interim, diment li ma jkunux inbidlu ċ-ċirkostanzi li fihom kienet ordnata l-miżura.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Appell kontra deċiżjoni meħuda fil-prim’istanza jista’ jiġi ppreżentat fi żmien tmint ijiem minn dakinhar li tiġi nnotifikata d-deċiżjoni tal-prim’istanza, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-OZ. Bħala regola, appell ma jipposponix l-eżegwibilità ta’ sentenza. Qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-appell.

Appell kontra deċiżjoni dwar mozzjoni sabiex tinħareġ miżura interim ma jintbagħatx lill-parti opposta għal risposta, u l-qorti tal-appell tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-appell fi żmien tletin jum minn meta tirċevih.

Ma hemm ebda rimedju ġudizzjarju disponibbli kontra dokument notarili jew dokument privat legalizzat fir-rigward tal-kontenut, madankollu, debitur jista’ jressaq l-oġġezzjonijiet tiegħu kontra garanzija notarili f’litigazzjoni speċjali li fiha għandu jikkontesta l-ftehimiet. Il-partijiet terzi jistgħu jressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra garanzija notarili fi proċedura quddiem il-qorti f’konformità mar-regoli li japplikaw għall-oġġezzjonijiet kontra garanzija ġudizzjarja.

Reviżjoni fil-garanzija tal-proċedimenti hija permessa biss jekk is-sentenza mogħtija fit-tieni istanza tkun tiddependi fuq is-soluzzjoni ta’ materja proċedurali jew sostantiva importanti għall-iżgurar ta’ applikazzjoni uniformi tal-liġi u għall-ugwaljanza tal-partijiet kollha fl-applikazzjoni tagħha, f’konformità mar-regoli tal-litigazzjoni. Mhuwiex permess li jsir proċess ġdid u t-treġġigħ lura ta’ status preċedenti huwa permess biss jekk tinqabeż l-iskadenza għall-appelli jew l-oġġezzjonijiet.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Miżuri interim u kawtelatorji - Italja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji jikkonsistu f'miżuri protettivi (misure conservative) li jinkludu s-sekwestru tal-assi u miżuri antiċipatorji (misure anticipatorie) li huma frekwenti fil-liġi tal-familja. Hemm ukoll miżuri ta' urġenza (l-Artikolu 700 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) fejn il-kontenut tagħhom jiġi stabbilit mill-qorti fuq bażi individwali skont il-ħtieġa ta' prevenzjoni.

Il-karatteristiċi prinċipali tal-miżuri kawtelatorji huma: is-simplifikazzjoni u l-ħeffa fil-proċedura; bħala regola huma provviżorji; u huma anċillari għall-proċedimenti prinċipali in kwistjoni. Madankollu, din il-karatteristika ta' dipendenza fuq il-kawża prinċipali mhix assoluta. Mill-2005, f'xi każijiet speċifiċi l-miżuri provviżorji ma hemmx għalfejn jiġu segwiti minn sentenza fuq il-mertu. F'dawn il-każijiet, il-miżura provviżorja eventwalment issir strument permanenti u li joqgħod waħdu de facto, anki jekk jista' ma jkunx it-tip ta' miżura li tiġi ordnata f'sentenza fuq il-mertu tal-każ.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Il-ħruġ ta' miżuri provviżorji huwa soġġett għal żewġ rekwiżiti:

A) il-periculum in mora,, jiġifieri l- biża' fondata li, sakemm tingħata s-sentenza fuq il-mertu, id-dritt li l-miżura provviżorja għandha l-għan li tħares tista' ssirlu ħsara irreparabbli;

B) il- fumus boni juris, jiġifieri li jrid ikun hemm każ prima facie għall-pretensjoni.

2.1 Il-proċedura

Ir-rikors għal miżura provviżorja jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, li bħala regola ġenerali hija l-istess waħda li tkun qed tisma' l-kawża prinċipali. Il-qorti teżamina t-talba fil-qosor, tisma' liż-żewġ partijiet, u mbagħad tordna l-ħruġ tal-miżura provviżorja. Il-miżura provviżorja tista' tinħareġ ukoll mingħajr ma tinstema' l-kontroparti (inaudita altera parte), jekk id-dehra tal-kontroparti quddiem il-qorti għas-smigħ iġġib magħha preġudizzju fl-applikazzjoni tal-miżura.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-ħruġ ta' miżura provviżorja huwa soġġett għaż-żewġ rekwiżiti msemmija hawn qabel:  periculum in mora e fumus boni juris.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

Dawn huma miżuri ta' natura provviżorja sakemm tinqata' s-sentenza fil-proċediment prinċipali. Madankollu, jekk dan  huwa l-każ dejjem għal miżuri ta' protezzjoni, li jeħtieġu li l-kawża prinċipali tkun pendenti, dan huwa l-każ parzjalment biss fil-każ ta' miżuri antiċipatorji, li jibqgħu effettivi jkunx hemm kawża pendenti jew le, għalkemm ma jkollhomx l-istess saħħa daqs is-sentenza finali li tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet involuti fil-kawża.

Il-kontenut tal-miżuri provviżorji jvarja skont it-tip ta' periklu (periculum) li huma maħsuba jevitaw. Pereżempju, is-sekwestru kawtelatorju japplika għall-assi tad-debitur; min-naħa l-oħra, l-ordni sabiex jerġa' jitħaddem impjegat li jkun tkeċċa inġustament, huwa obbligu sabiex tittieħed azzjoni (facere.).

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Skont il-bżonn, il-miżuri jistgħu japplikaw għal proprjetà immobbli kif ukoll proprjetà mobbli, iżda wkoll għall-proprjetà intellettwali u x-xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji huma mfassla biex jippreservaw is-sitwazzjoni fil-fatt u fid-dritt li tkun teżisti meta jkun tressaq ir-rikors, sabiex jassiguraw li ż-żmien meħtieġ għall-konklużjoni tal-proċedimenti prinċipali ma jikkawżax ħsara lid-drittijiet tar-rikorrent. Il-miżuri antiċipatorji, min-naħa l-oħra, huma mfassla biex jantiċipaw l-effetti tas-sentenza finali tal-proċediment prinċipali.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri provviżorji jibqgħu fis-seħħ sakemm tingħata s-sentenza finali fil-proċediment prinċipali, li tieħu posthom. Il-miżuri protettivi, li għalihom tinħtieġ kawża (pereżempju awtorizzazzjoni għal sekwestru ġudizzarju fl-Artikolu 670 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jew sekwestru kawtelatorju fl-Artikolu 671 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), ukoll jitilfu l-effikaċja tagħhom jekk ma ssirx kawża jew ma titkomplix fiż-żmien stabbilit bil-liġi jew mill-qorti, jew fejn il-garanzija meħtieġa mill-qorti ma tingħatax. Il-miżuri antiċipatorji, anki dawk atipiċi (dawk li l-kontenut tagħhom jiġi stabbilit mhux mil-liġi iżda mill-qorti, skont l-Artikolu 700 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) , anki jekk ma jistgħux jiġu inklużi fis-sentenza finali, jibqgħu fis-seħħ anki jekk ma ssirx kawża jew jekk il-kawża tinfetaħ iżda mbagħad tiġi deżerta .

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Jista' jsir appell mid-deċiżjonijiet dwar miżuri provviżorji, kemm jekk jilqgħu jew jiċħdu r-rikors (l-Artikolu 669 (l)) jew għaliex huma vizzjati, jew billi jiġu ppreżentati ċirkostanzi u raġunijiet addizzjonali lill-Qorti tal-Appell mhux inklużi fir-rikors oriġinali.

L-aħħar aġġornament: 30/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Ċipru

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Α. Kull qorti, fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni ċivili tagħha, tista' tordna l-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni (interlokutorju, permanenti jew obbligatorju) jew taħtar riċevitur fil-każijiet fejn il-qorti jidhrilha li huwa ġust jew xieraq, anke jekk ma jkunux intalbu jew ingħataw danni jew rimedji oħra. Inibizzjoni interlokutorja ma tingħatax jekk il-qorti ma tkunx issodisfata illi hemm kwistjoni serja li għandha tiġi trattata waqt is-seduta ta' smigħ, li hemm il-possibbiltà illi r-rikorrent għandu dritt għal kumpens u li, jekk l-inibizzjoni interlokutorja ma tingħatax, ikun diffiċli jew impossibbli li ssir ġustizzja fi stadju ulterjuri (l-Artikolu 32(1) tal-Att dwar il-Qrati 14/1960, kif emendat).

B. Il-qorti tista', f'kull ħin filwaqt li hemm kawża ċivili pendenti quddiemha, tordna l-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni għas-sekwestru, preservazzjoni, kustodja, bejgħ, żamma jew spezzjoni tal-proprjetà li hija l-oġġett tal-kawża jew mandat ta' inibizzjoni sabiex ma jkunx hemm telf jew ħsara jew effett avvers li, jekk ma jinħariġx il-mandat, ikollhom jiġġarrbu mill-persuna jew il-proprjetà sakemm tingħata s-sentenza finali fuq kwistjoni li tikkonċerna lil dik il-persuna jew proprjetà jew sakemm tiġi eżegwita s-sentenza tal-qorti (l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Proċedura Ċivili, Kapitolu 6). L-għan tal-inibizzjoni mogħtija skont din id-dispożizzjoni hija li tħares (bl-għoti tal-inibizzjonijiet speċifiċi msemmija hawn qabel) il-proprjetà oġġett tal-kawża filwaqt li għadha pendenti jew sakemm tiġi eżegwita s-sentenza.

C. Kull qorti li quddiemha hemm pendenti kawża ċivili dwar djun jew danni tista', kull ħin wara l-ftuħ tal-kawża, tordna illi l-konvenut jiġi pprojbit milli jiddisponi minn kwantità ta' proprjetà immobbli rreġistrata f'ismu jew li fuqha għandu dritt jirreġistra lilu nnifsu bħala s-sid li, fid-diskrezzjoni tal-qorti, hija biżżejjed biex tissodisfa l-pretensjoni tar-rikorrent u l-ispejjeż tal-kawża. L-inibizzjoni ma tingħatax jekk il-qorti ma tkunx tal-fehma illi l-bażi għall-kawża tar-rikorrent hija soda u illi, wara l-bejgħ jew it-trasferiment tal-proprjetà lil terzi, ir-rikorrent ma jkunx jista' jeżegwixxi s-sentenza tal-qorti li tista' tingħata (l-Artikolu 5(1) u (2), Kapitolu 6). Dan l-Artikolu japplika għal kawżi dwar djun jew danni u jawtorizza l-ħruġ ta' inibizzjonijiet relatati ma' proprjetà immobbli li hija rreġistrata f'isem il-konvenut jew li fuqha l-konvenut għandu dritt jiġi rreġistrat bħala s-sid. L-Artikolu għandu l-għan li jiffriża l-proprjetà immobbli sakemm tingħata sentenza aktar 'il quddiem favur ir-rikorrent.

Is-setgħa tal-qorti deskritta fil-paragrafu A msemmi aktar 'il fuq tidher biċ-ċar li hija aktar wiesgħa minn dik deskritta fil-paragrafi B u C u tistabbilixxi il-parametri tal-ġuriżdizzjoni ġenerali tal-qrati biex jordnaw inibizzjonijiet interlokutorji restrittivi. Il-paragrafi B u C jindikaw it-tipi speċifiċi ta' inibizzjonijiet li jistgħu jordnaw il-qrati.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, is-setgħa ġenerali msemmija fil-paragrafu A (l-Artikolu 32 tal-Att dwar il-Qrati) hija wiesgħa u tippermetti l-għoti ta' mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju fuq proprjetà li mhix l-oġġett tal-kawża prinċipali. Skont il-ġurisprudenza, il-qrati ta' Ċipru għandhom is-setgħa illi, skont l-Artikolu 32 tal-Att dwar il-Qrati, joħorġu mandati ta' inibizzjoni interlokutorji Mareva [inibizzjonijiet biex jiffriżaw l-assi (flus jew assi mobbli) li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti, sabiex ma jkunux jistgħu jinħarġu mill-ġuriżdizzjoni jew jintefqu].

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Ir-rikors għal mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju jista' jiġi ppreżentat f'kull stadju tal-proċedimenti li dwarhom għad hemm kawża pendenti. Il-proċedimenti għall-preżentata tar-rikors huma regolati mir-Regolamenti Proċedurali dwar il-Proċedura Ċivili. Kull dewmien min-naħa tar-rikorrent li jitlob miżura kawtelatorja huwa fattur li għandu jitqies mill-qorti.

Skont il-liġi Ċiprijotta, mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju jista' jinħareġ mingħajr avviż lill-parti l-oħra (ex parte, ara l-Artikolu 9 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, Kapitolu 6). Dawn il-proċedimenti huma miżura eċċezzjonali u, f'dan il-każ, l-urġenza tal-kwistjoni hija kundizzjoni proċedurali li trid tiġi ssodisfata sabiex il-qorti tkun tista' teżerċita d-diskrezzjoni tagħha mingħajr ma tisma' lill-parti l-oħra. Il-qrati japplikaw dan il-prinċipju partikolari b'mod restrittiv ħafna. Il-konsegwenzi tar-rikkorent li ma jiddikjarax fatti materjali wkoll huma serji f'rikors (ex parte) unilaterali għall-għoti ta' mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju.

Mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju mogħti unilateralment għandu effett immedjat man-notifika lill-konvenut, iżda jista' jerġa' jitressaq quddiem il-qorti malajr kemm jista' jkun wara n-notifika sabiex il-konvenut ikun jista' jiddikjara jekk għandux oġġezzjoni għall-ħruġ tal-mandat. Kull parti terza li tkun affettwata direttament mill-inibizzjoni tista' titlob lill-qorti biex tisma' l-fehma tagħha fuq il-kwistjoni. Jekk il-konvenut jikkontesta l-inibizzjoni, il-qorti żżomm seduta ta' smigħ sabiex tiddeċiedi jekk l-inibizzjoni għandhiex tibqa' fis-seħħ jew għandhiex tiġi revokata jew emendata. Jekk l-inibizzjoni tiġi revokata, ir-rikorrent għandu dritt jerġa' jindirizza lill-qorti, jekk ikunu nbidlu ċ-ċirkostanzi materjali tal-każ. Għandu jiġi nnutat illi f'kull każ fejn tingħata inibizzjoni kawtelatorja bbażata fuq rikors unilaterali (ex parte), il-qorti tordna lir-rikorrent sabiex, abbażi ta' dispożizzjoni ġuridika espliċita, jagħti garanzija ta' ammont partikolari kif stabbilit mill-qorti bħala garanzija għal kull telf li jista' jġarrab il-konvenut. Skont il-ġurisprudenza, il-qorti ma għandhiex setgħa biex tordna l-ħruġ tal-inibizzjoni jekk ir-rikorrent innifsu ma jipprovdix il-garanzija.

Madanakollu l-inibizzjoni kawtelatorja tista' tinħareġ permezz ta' rikors b'avviż (jiġifieri billi tiġi avżata l-parti l-oħra). F'dak il-każ, madanakollu, il-fattur ta' urġenza ma' jiġix meqjus mill-qorti.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

L-għoti ta' inibizzjoni interlokutorja restrittiva jitħalla fid-diskrezzjoni tal-qorti. Hemm tliet kundizzjonijiet ewlenin li jridu jiġu ssodisfati qabel il-qorti tiddeċiedi li teżerċita d-diskrezzjoni tagħha, skont il-bżonn, dwar jekk tordnax il-ħruġ jew le tal-inibizzjoni mitluba:

  • irid ikun hemm kwistjoni serja li trid tinstema' (żvelar ta' preżunzjoni dibattibbli bbażata fuq il-każ huwa biżżejjed);
  • hemm il-possibbiltà ta' suċċess (possibbiltà ċara ta' suċċess/prospett ċar illi r-rikorrent għandu dritt għal kumpens);
  • jekk ma tingħatax l-inibizzjoni tkun diffiċli jew impossibbli li ssir ġustizzja fi stadju ulterjuri (minkejja li l-għoti ta' kumpens lir-rikorrent fl-aħħar stadju mhux biżżejjed biex jiġu assigurati d-drittijiet tiegħu).

Kif imsemmi aktar 'il fuq, il-kwistjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le inibizzjoni kawtelatorja titħalla fid-diskrezzjoni assoluta tal-qorti. Inibizzjoni ma tingħatax awtomatikament meta ma jiġux issodisfati t-tliet kundizzjonijiet msemmija qabel. Il-qorti tiġi msejħa sabiex tqis ikunx ġust u xieraq li tordna l-ħruġ tal-inibizzjoni mitluba lilha fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-ġurisprudenza wriet illi n-natura/tip ta' assi mhux fattur li jista' jillimita s-setgħa eżerċitata mill-qorti. In-natura tal-assi, madanakollu, tista' tkun fattur rilevanti fl-evalwazzjoni tal-qorti tal-bilanċ ta' adegwatezza meta tkun qed teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fl-għoti ta' inibizzjoni. Huwa aktar faċli għar-rikorrent biex juri li hemm riskju li jitlef il-flus minn kont tal-bank milli li hemm riskju ta' aljenazzjoni tal-proprjetà immobbli.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Mal-ħruġ tal-inibizzjoni, kull parti li għaliha hija maħsuba l-inibizzjoni għandha l-obbligu bil-liġi li tħares dik l-inibizzjoni. In-nuqqas ta' osservanza tal-inibizzjoni jikkostitwixxi disprezz lejn il-qorti u huwa punibbli bil-liġi. Barra minn hekk, kull persuna li tinċita jew tiffaċilita l-ksur ta' inibizzjoni mogħtija mill-qorti tista' tinstab ħatja ta' disprezz lejn il-qorti (l-Artikolu 42 tal-Att dwar il-Qrati 14/1960, kif emendat).

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Inibizzjoni mogħtija mill-qorti tinkludi klawsola speċifika li tistabbilixxi l-perjodu ta' validità tagħha. L-inibizzjoni normalment tibqa' fis-seħħ sakemm tingħata s-sentenza finali fil-kawża prinċipali jew sakemm tiġi revokata jew emendata minn inibizzjoni tal-qorti sussegwenti. Filwaqt li tkun qed tingħata s-sentenza finali għall-kawża prinċipali, il-qorti tista' tinkludi klawsola speċifika fis-sentenza sabiex l-inibizzjoni tibqa' valida għal perjodu ta' żmien speċifiku wara l-għoti tas-sentenza, sabiex tiffaċilita l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Jista' jsir appell minn sentenza tal-qorti li biha tingħata inibizzjoni kawtelatorja quddiem il-Qorti Suprema. Sentenza tal-qorti li tiċħad rikors għal inibizzjoni kawtelatorja tista' tiġi appellata wkoll.

Fis-smigħ tal-kawża, il-Qorti Suprema għandha setgħat wiesa'. Il-qorti tista' tordna l-ħruġ ta' inibizzjoni li ġiet miċħuda mill-qorti tal-prim'istanza jew tista' tirrevoka jew temenda inibizzjoni li ngħatat minn qorti inferjuri. Għandu jiġi nnutat, madanakollu, illi l-proċedimenti fl-appell ma jikkostitwixxux smigħ mill-ġdid tal-kawża. Is-sentenza tal-qorti tal-prim'istanza ma tiġix maqluba fl-appell sempliċement għaliex il-Qorti Suprema kieku kienet teżerċita d-diskrezzjoni tagħha b'mod differenti. Il-Qorti Suprema tintervjeni biss meta tiddeċiedi illi l-qorti tal-prim'istanza eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha b'mod żbaljat.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Litwanja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-Artikolu 145 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jelenka d-diversi tipi ta’ miżuri provviżorji. il-miżuri provviżorji jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

  1. il-qbid tal-proprjetà immobbli tal-intimat;
  2. l-entrata fir-reġistru pubbliku ta’ projbizzjoni li ma tippermettix it-trasferiment ta' titlu;
  3. is-sekwestru ta’ propjetà mobbli, flus jew drittijiet ta' proprjetà tal-intimat i miżmuma mill-intimat jew partijiet terzi;
  4. iż-żamma ta’ propjetà tal-intimat;
  5. il-ħatra ta’ amministratur għall-propjetà tal-intimat;
  6. projbizzjoni li ma tippermettix lill-intimat milli jieħu sehem f’ċerti tranżazzjoniijiet jew li jieħu ċerti miżuri;
  7. projbizzjoni li ma tħallix lil persuni oħra milli jittrasferixxu propjetà lill-intimat jew li jissodisfa obbligi oħra;
  8. f’ċirkonstanzi eċċezzjonali, projbizzjoni li ma tippermettix lill-intimat milli jitlaq mir-residenza permanenti tiegħu u/jew projbizzjoni li ma tippermettix it-trasferiment ta’ wild mir-residenza permanenti tiegħu mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti;
  9. is-sospensjoni tar-realizzazzjoni tal-assi fejn tressqet talba għall-kanċellament tal-qbid ta’ dawn l-assi;
  10. is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-irkupru;
  11. l-għoti ta’ manteniment temporanju jew l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet provviżorji;
  12. ordni sabiex jittieħdu passi biex jiġi evitat jew ma jiżdiedx id-dannu;
  13. miżuri oħra previsti mil-liġi jew ordnati mill-qorti li fin-nuqqas tagħhom l-osservazzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti tkun aktar diffiċli jew impossibbli.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Fuq talba tal-persuni involuti fil-kawża jew ta’ persuni konċernati oħra, il-qorti tista’ tordna miżuri provviżorji jekk dawn il-persuni jipprovdu ġustifikazzjoni kredibbli għat-talba tagħhom u għalfejn in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dawn il-miżuri tista’ ssarraf f’konformità mad-deċiżjoni tal-qorti iktar diffiċli jew impossibbli.

Il-qorti tista’ tordna miżuri provviżorji ex officio biss meta jkunu meħtieġa biex jipproteġu l-interess pubbliku u fejn in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dawn il-miżuri jikser id-drittijiet u l-interessi leġittmi ta’ persuna, tas-soċjetà jew tal-Istat.

Il-miżuri provviżorji jistgħu jinħarġu kemm fin-nuqqas ta’ kawża u f’kull stadju tal-proċedura ċivili.

2.1 Il-proċedura

It-talbiet marbuta mal-miżuri provviżorji jiġu eżaminati minn qorti tal-prim’istanza jew, fil-każijiet speċifikati fil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Arbitraġġ Kummerċjali (Komercinio arbitražo įstatymas), mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos teismas). Meta’ t-talba għal miżuri provviżorji titniżżel fir-rikors ippreżentat, l-għoti ta’ miżuri provviżorji jiġi deċiż biss wara li tiġi riżolta l-kwistjoni tal-ammissibilità tar-rikors. Il-qorti tiddeċiedi dwar it-talba għal miżuri provviżorji mill-aktar fis possibbli fil-proċedura bil-miktub, iżda trid tagħmel dan mhux aktar tard minn tliet ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi t-talba. Fejn il-qorti tara illi huwa meħtieġ, l-intimat jiġi notifikat bl-eżaminazzjoni tat-talba għal miżuri provviżorji.

Il-persuni involuti fil-kawża għandhom dritt iressqu talbiet  għal miżuri provviżorji quddiem il-qorti tal-appell jew il-qorti tal-kassazzjoni li quddiemha l-kawża fuq il-merti hija pendenti.

Il-qorti tista’ tordna miżuri provviżorji abbażi ta’ talba bil-miktub bir-raġunijiet għal miżuri provviżorji mill-persuna konċernata qabel id-data tal-ftuħ tal-kawża. F’din it-talba, ir-rikorrent irid jindika għalfejn il-miżura ma tressqitx flimkien mat-talba, jipproduċi provi tar-riskju għall-interessi tar-rikorrent, u jħallas depożitu ta’ valur ta’ 50% tat-tariffa tal-qorti li trid titallas għat-talbiet għal miżuri provviżorji, jiġifieri LTL 100. Irid jitħallas depożitu ta’ LTL 1 000 fil-każ ta’ talbiet għal miżuri provviżorji marbuta mal-kawżi pendenti quddiem qrati nazzjonali jew barranin ta’ arbitraġġ jew quddiem qrati barranin. Il-qorti tista’ tnaqqas l-ammont tad-depożitu fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tar-rikorrent jekk huwa jkun ippreżenta talba dettaljata għal dan il-għan flimkien ma’ provi ta’ sostenn. Meta timponi miżuri provviżorji, il-qorti tistabbilixxi perjodu ta’ żmien preċiż biex tinfetaħ il-kawża. Dan il-perjodu ta’ żmien ma jistax jaqbeż 14-il ġurnata. Jekk il-kawża trid titressaq quddiem qorti barranija jew tribunal ta’ arbitraġġ, il-perjodu ta’ żmien ma jistax jaqbeż 30 ġurnata. Jekk il-kawża ma titressaqx fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, il-miżuri provviżorji jitħassru. Jekk il-kawża ma tkunx tressqet minħabba nuqqas tal-parti konċernata, id-depożitu ma jiġix rifuż.

Talba għal miżuri provviżorji trid tiġi mressqa quddiem l-istess qorti li se tisma’ l-kawża prinċipali skont ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni. Talba għal miżuri provviżorji marbuta ma’ kawża pendenti quddiem qorti barranija jew tribunal nazzjonali jew barrani tal-arbitraġġ trid titressaq quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.

Fuq talba motivata tal-persuni involuti fil-kawża jew ta’ persuni oħra kkonċernati, il-qorti tista’ tibdel miżura provviżorja b'oħra. Il-qorti trid tinforma lill-persuna involuti fil-kawża jew lil persuni oħra kkonċernati dwar din it-talba, u għandhom dritt jopponuha.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma toħroġx miżuri provviżorji jekk l-intimat iħallas l-ammont mitlub il-qorti jew tinħareġ garanzija għalih. Barra minn hekk, l-intimat jista’ jagħti l-assi tiegħu bi pleġġ għall-benefiċċju tar-rikorrent.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

(ara t-taqsima 2)

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-miżuri provviżorji jistgħu japplikaw fil-konfront ta’ proprjetà immobbli, proprjetà mobbli, fondi u drittijiet ta’ proprjetà.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri provviżorji huma miżuri oħra li fin-nuqqas tagħhom l-osservazzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti tkun aktar diffiċli jew impossibbli. F’każijiet li jinvolvu r-restrizzjoni temporanja tad-drittijiet ta’ propjetà fuq oġġett li huwa taħt sjieda konġunta, il-qbid jista’ jiġi impost biss fuq dak is-sehem mill-propjetà li huwa tal-persuna soġġetta għall-miżuri provviżorji. Meta sehma fil-propjetà konġunta ma jkunx ġie identifikat, il-propjetà kollha tiġi maqbuda sakemm jiġi identifikat dak is-sehem.

Mal-qbid ta’ fondi minn kontijiet bankarji u minn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra l-użu ta’ dawn il-fondi jiġi awtorizzat biss għall-operazzjonijiet speċifikati fl-ordni tal-qorti.

F’każijiet fejn jinqabdu oġġetti fuq is-suq, materji primi, oġġetti semi manifatturati jew prodotti lesti, is-sid jista’ jbiddel il-kompożizzjoni u l-forma ta’ din il-propjetà biss jekk il-valur totali tagħhom ma jonqosx, sakemm l-ordni tal-qorti ma jipprovdix mod ieħor.

Persuna b’propjetà soġġetta għal mandat ta’ qbid hija responsabbli għal kull ksur tar-restrizzjonijiet imposti minn dakinhar tan-notifika tal-mandat ta’ qbid u, jekk in-notifika ma tkunx possibbli, anke fejn il-mandat ta’ qbid jiġi awtorizzat fl-assenza ta’ dik il-persuna, mill-mument ta’ reġistrazzjoni tal-mandat fir-reġistru tal-propjetajiet maqbuda.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Jekk il-qorti tiċħad it-talba, kull miżura provviżorja preċedenti tibqa’ fis-seħħ sakemm tidħol fis-seħħ is-sentenza tal-qorti. Il-kwistjoni tat-tħassir tal-miżuri provviżorji tiġi deċiża biss permezz ta’ sentenza tal-qorti.

Jekk it-talba tiġi milqugħa, kull miżura provviżorja preċedenti tibqa’ valida sakemm tiġi eżegwita s-sentenza tal-qorti. Il-bailiff li jeżegwixxi s-sentenza tal-qorti jinforma lill-kustodju tar-reġistru pubbliku rispettiva dwar it-terminazzjoni tal-miżuri provviżorji tal-kawża konċernata.

Fil-każ ta’ mandat ta’ sekwestru fuq propjetà mobbli li ma tistax tiġi reġistrata fir-reġistru tal-artijiet, jew jekk fid-data tal-mandat il-qorti ma tkunx taf bil-valur u n-natura tal-propjetà tal-intimat, il-persuna li tkun qed titlob il-mandat trid titlob lill-bailiff biex isib u jiddeskrivi l-propjetà tal-intimat. Meta l-bailiff ma jirċievix talba bħal  din u d-dettalji tal-propjetà sekwestrata jibqgħu anonimi, il-miżuri provviżorji jibqgħu validi għal 14-il ġurnata mid-data tal-ordni għalihom. Fuq talba tal-persuni involuti fil-kawża jew persuni oħra kkonċernati, il-miżuri provviżorji jistgħu jitneħħew b’ordni tal-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża fuq il-mertu.

Il-qorti tħassar il-miżura provviżorji ex officio jekk il-persuna li qed titlob għaliha tonqos milli tressaq il-kawża fil-perjodu ta’ żmien ordnat mill-qorti. Ordni għal dan il-għan mhux soġġett għal appell separat. Il-qorti tista’ tħassar miżuri provviżorji ex officio wkoll meta jkunu meħtieġa biex jipproteġu l-interess pubbliku u fejn in-nuqqas ta’ tħassir tagħhom jikser id-drittijiet u l-interessi leġittmi ta’ persuna, tas-soċjetà jew tal-Istat.

Jekk il-miżuri provviżorji ordnati mill-qorti jillimitaw, jiksru jew jirrestrinġu d-drittijiet ta’ persuni li mhux involuti fil-kawża, huma għandhom dritt jitolbu lill-qorti li qed tisma’ l-kawża biex ex officio tħassar il-miżuri provviżorji ordnati fil-konfront tagħhom.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Kull ordni dwar miżuri provviżorji adottat mill-qorti tal-prim’istanza skont il-proċedura applikabbli jista’ jiġi oppost mill-persuni involuti fil-kawża permezz ta’ appell separat quddiem qorti superjuri, ħlief f’numru ta’ każijiet elenkati fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-persuni mhux involuti fil-kawża jistgħu jressqu appell separat biss fir-rigward ta’ dawk l-ordnijiet tal-qorti tal-prim’istanza li rtiraw it-talbiet tagħhom għall-kanċellament tal-miżuri provviżorji imposti fuqhom. It-tressiq ta’ appell separat ma jissospendix il-proċedimenti.

L-ordnijiet tal-qorti dwar miżuri provviżorji mhumiex soġġetti għal appell quddiem il-qorti ta’ kassazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Lussemburgu

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Skont il-liġi Lussemburgiża hemm firxa ta' miżuri disponibbli sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tal-partijiet sakemm tkun għadha pendenti l-konklużjoni ta' kawża l-qorti li tkun se tiddeċiedi definittivament dwar it-talbiet tagħhom.

Dawn jistgħu jinqassmu f'żewġ kategoriji:

  • miżuri fuq ordni tal-qorti mingħajr seduta fejn tinstema' l-parti l-oħra: f'dawn il-każijiet il-qorti tirċievi rikors ex parte għal ordni provviżorju mingħand waħda mill-partijiet u tagħti d-deċiżjoni tagħha bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta minn dik il-parti; u
  • miżuri b'ordni tal-qorti wara seduta li fiha nstemgħu l-partijiet: f'dawn il-każijiet il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha biss wara li jkun hemm seduta miftuħa għall-pubbliku (jew kultant seduta bil-bibien magħluqa) fejn il-partijiet jistgħu jesprimu l-pożizzjoni tagħhom; is-seduta tissejjaħ permezz ta' rikors ġuramentat (assignation, innotifikata mill-bailiff (marixxall)) jew mir-reġistratur, skont il-proċedura mitluba bil-liġi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Fil-każijiet urġenti, l-imħallfin li jippresjedu proċeduri sommarji jistgħu jordnaw miżuri provviżorji li għalihom ma jkunx hemm oppożizzjoni ġustifikata jew li huma ġġustifikati minħabba l-eżistenza ta' tilwima.

Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar diffikultajiet b'rabta mal-infurzar tal-ordnijiet tagħhom stess.

Bl-istess mod, huma jistgħu dejjem jordnaw miżuri provviżorju jew rimedjali li huma neċessarji jew biex jilqgħu kontra xi dannu imminenti jew biex iġibu fi tmiem disturb manifestament illegali.

2.1 Il-proċedura

Ir-rikors isir b'taħrika (assignation) biex wieħed jidher il-qorti għal seduta apposta fil-ħin u l-ġurnata normali għal dawn is-seduti orali.

Jekk il-każ ikun urġenti, madankollu, l-imħallef jew is-sostitut tiegħu jew tagħha jistgħu jħarrku x-xhieda għal seduta miftuħa għall-pubbliku fil-qorti jew fid-dar tiegħu jew tagħha, f'ħin stabbilit, anki matul il-weekends, festi pubbliċi jew ġranet li normalment mhumiex ġranet ta' ħidma.

Fil-każijiet urġenti, il-President tal-Qorti Distrettwali jew is-sostitut tiegħu jew tagħha jistgħu jordnaw miżuri provviżorji li għalihom ma jkunx hemm oppożizzjoni ġustifikata jew li huma ġġustifikati minħabba l-eżistenza ta' tilwima. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar diffikultajiet b'rabta mal-infurzar ta' sentenza jew xi ordni eżegwibbli ieħor. Meta l-proċeduri sommarji jikkonċernaw diffikultajiet rigward l-infurzar ta' ordni jew sentenza, l-imħallef bil-ġuriżdizzjoni huwa l-imħallef tal-post fejn għandha tiġi eżegwita l-miżura.

L-imħallef li jippresjedi jew is-sostitut tiegħu jew tagħha jistgħu dejjem jordnaw miżuri provviżorji jew rimedjali li huma neċessarji biex jilqgħu kontra xi dannu imminenti jew biex iġibu fi tmiem disturb manifestament illegali. Sabiex ma jintilfux il-provi, huma jistgħu jordnaw kull miżura ta' investigazzjoni li tista' tinħtieġ, inkluż is-smigħ tax-xhieda.

Hemm bosta dispożizzjonijiet ġuridiċi speċifiċi dwar miżuri provviżorji jew ta' prevenzjoni f'kwistjonijiet speċifiċi (pereżempju l-kiri tal-propjetà, proprjetà konġunta, sjieda konġunta, suċċessjonijiet, reġimi matrimonjali, eċċ.). Ir-regoli speċifiċi dwar il-ġuriżdizzjoni normalment ikollhom it-test tal-liġi li jagħti s-setgħa lill-imħallef biex jieħu dik il-miżuri. Ma hemmx regola ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni, apparti li l-ġuriżdizzjoni biex jittieħdu miżuri provviżorji normalment tkun għand l-imħallef tal-qorti li jrid jisma' l-kawża fil-mertu.

Fin-nuqqas ta' proċedura speċifika, parti li tkun trid li jingħata ordni trid titlob dan lill-imħallef li jkollu l-ġuriżdizzjoni biex jisma rikors b'urġenza (juge des référés). Skont l-ammont konċernat, il-ġuriżdizzjoni tkun għand il-Kummissarju tal-Ġustizzja (juge de paix – sa massimu ta' EUR 10 000) jew l-imħallef għar-rikorsi b'urġenza fil-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement). Dawn l-imħallfin għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jordnaw miżuri provviżorji jew ta' prevenzjoni jew biex jilqgħu kontra xi dannu imminenti jew biex iġibu fi tmiem disturb manifestament illegali.

Ġeneralment, mhemmx bżonn li jidher avukat għall-partijiet.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-qorti tista' ġeneralment tadotta miżuri provviżorji biss jekk, fil-fehma tagħha, hemm bżonn reali għalihom jew il-kwistjoni hija urġenti.

Meta l-kreditur japplika għal awtorizzazzjoni biex jaqbad l-assi, il-qorti trid tivverifika jekk, fuq il-bażi tad-dokumenti u r-raġunijiet li hija ngħatat, it-talba hix ġustifikata mqar fil-prinċipju.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-miżuri provviżorji jistgħu jikkonċernaw l-assi mobbli kollha ta' individwu. Huma eżenti mill-qbid biss ċerti oġġetti meqjusa bħala essenzjali għal ħajja ta' kuljum.

Il-liġi Lussemburgiża tippermetti l-qbid ta' pagi u salarji u ta' dħul alternattiv (pensjonijiet, introjtu indipendenti eċċ.). Madankollu, tiġi eżentata dejjem dik il-parti mill-introjtu li hija ekwivalenti għal dak li jkun meqjus essenzjali għal ħajja ta' kuljum.

Il-kreditur madankollu ma jistax jaqbad assi immobbli. Dan it-tip ta' qbid jeħtieġ deċiżjoni definittiva mill-qorti.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Ġeneralment, il-qorti li tordna miżura provviżorja tiddeċiedi wkoll dwar l-effetti tagħha. Il-qorti tista' tiffissa perjodu ta' żmien għall-ordni tagħha, jew tillimita ruħha biex tispeċifika assi jew atti.

Meta l-qorti tawtorizza l-qbid b'rispons għal rikors ex parte minn waħda mill-partijiet, il-liġi tistabbilixxi perjodi ta' preskrizzjoni li fihom għandu jsir ir-rikors għal awtorizzazzjoni lill-qorti. Jekk it-talba għall-awtorizzazzjoni ma ssirx fil-ħin, il-qbid awtomatikament isir null.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri provviżorji huma dawk li l-liġi tagħti s-setgħa lill-imħallef li jirregola b'mod temporanju tilwima bejn diversi partijiet sakemm tingħata soluzzjoni definittiva sabiex jintervjeni fil-qafas tal-proċedura prinċipali.

Skont definizzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huma miżuri meħuda biex jiġu ssalvagwardjati drittijiet, mitluba li jiġu rikonoxxuti mill-imħallef tal-kawża prinċipali, biex jiġi ppreservat l-istatus quo, kemm fil-fatt u fid-dritt.

Il-miżuri provviżorji jistgħu jittieħdu wkoll sabiex sitwazzjoni ma tkomplix tmur għall-agħar.

Fil-prattika, dawn il-miżuri jgħinu lill-kredituri biex jipproteġu lilhom infushom kontra r-riskju li ma jitħallsux bl-użu ta' waħda minn dawn iż-żewġ tekniki: jew id-debituri ma jitħallewx jeħilsu mill-assi tagħhom, jew jiġu rreġistrati ipoteki fuq l-assi sabiex jekk l-assi jbiddlu l-idejn id-dejn jista' jiġi rkuprat mill-akkwirenti futuri.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Meta miżura provviżorja tittieħed minn qorti wara seduta li fiha nkunu nstemgħu l-partijiet, din tista' tiġi appellata. Il-preskrizzjoni għall-appell hija ta' 15-il ġurnata wara n-notifika tad-deċiżjoni.

Ma hemmx appell minn deċiżjonijiet meħuda wara rikors ex parte. Jekk parti fil-kawża tkun tal-fehma li l-miżura ttieħdet bi żball hija tista' titlob lill-qorti għal miżura provviżorja ġdida li tissospendi l-effetti tal-miżura oriġinali li kienet ittieħdet wara rikors ex parte.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 03/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Malta

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

It-tipi differenti ta’ miżuri kawtelatorji huma dawn li ġejjien:

  • il-mandat ta’ deskrizzjoni;
  • il-mandat ta’ qbid;
  • il-mandat ta’ qbid fuq azjenda kummerċjali;
  • il-mandat ta’ sekwestru;
  • il-mandat ta’ impediment tas-safar;
  • il-mandat ta’ arrest ta’ bċejjeċ tal-baħar;
  • mandat ta’ arrest ta’ inġenji tal-ajru;
  • il-mandat ta’ inibizzjoni.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Il-miżuri huma regolati permezz tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta taħt l-Artikoli 829 et seq.  Jista’ ukoll jatgħti l-każ li japplikaw disposizzjonijiet f’ xi liġijiet speċjali.

2.1 Il-proċedura

It-talba għall-ħruġ ta’ xi wieħed mill-miżuri msemmija għandha ssir b’rikors ġuramentat imħejji mir-rikorrenti u għandu jkun fiha l-oriġini u x-xorta tad-debitu jew il-pretensjoni li wieħed ikun irid iqiegħed fiż-żgur, u fejn id-dritt imfittex li jkun assikurat bl-att huwa dejn, jew talba li tista’ tkun sodisfatta bil-ħlas ta’ ammont ta’ flus, l-ammont li għalih tammonta t-talba.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

4 Dawn il-mandati jinħarġu mill-Qorti. Il-mandati ta’ deskrizzjoni jew ta’ impediment tas-safar sabiex tittieħed is-subizzjoni tal-parti kuntrarja ma jistgħux jiġu maħruġa mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza tagħha inferjuri. Barra minn hekk, ma jistgħux jiġu maħruġa mandati ta’ qbid jew ta’ sekwestru biex jitqiegħdu fiż-żgur jeddijiet jew pretensjonijiet kontra l-Gvern ta’ Malta. Ma jista’ jiġi maħruġ ebda mandat ta’ qbid jew ta’ sekwestru, biex jitqiegħdu fiż-żgur jeddijiet jew pretensjonijiet kontra in-nies tal-forzi armati ta’ xi pajjiż jew dawk ta’ xi bastiment li jkun mikri għal kollox fis-servizz tal- Gvern ta’ Malta meta dawn in-nies ikunu jinsabu f’Malta mal-forza jew bastiment li miegħu jkunu jagħmlu. Ebda mandat ta’ impediment tas-safar biex jitqiegħdu fiż-żgur jeddijiet jew pretenzjonijiet kontra il-kaptani, il-baħrin, jew nies oħra tal-baħar ingaġġati regolarment, meta l-bastiment li jkunu fuqu ngaġġati jkun irċieva l-karti tas-safar, u l-inġinieri ta’ kull grad, li jkunu fis-servizz ta’ bastiment tal-istim.

Wieħed għandu dejjem jirreferi għall-Artikoli 829 et seq. tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.  Jista’ ukoll jatgħti l-każ li japplikaw disposizzjonijiet f’ xi liġijiet speċjali.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

L-assi li huma soġġetti ghal dawn il-miżuri huma assi mobbli kif ukoll immobbli. Jista jinħareġ ukoll mandat ta’ qbid fuq azjenda kummerċjali. Mandat ta’ arrest kawtelatorju jista’ jinħareġ fuq bċejjeċ tal-baħar ‘il fuq minn għaxar metri, kif ukoll fuq inġenji tal-ajru.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

L-effett tagħhom ivarja skont in-natura tal-miżura, iżda b’mod ġenerali, l-assi kemm mobbli kif ukoll immobbli ma jkunux jistgħu jinbiegħu jew jiġu trasferiti lil terżi.

Il-mandat ta’ deskrizzjoni jista’ jinħareġ biex iqiegħed fiż-żgur jedd fuq ħwejjeġ mobbli, li, sabiex dak il-jedd jista’ jiġi eżerċitat, ir-rikorrent ikollu interess li dawk il-ħwejjeġ mobbli jibqgħu fil-lok u fl-istat li fih ikunu jinsabu. Fil-waqt li mandat ta’ qbid ta’ ħwejjeġ mobbli ir-Reġistratur jaqbad mingħand id-debitur l-oġġetti jew l-oġġett imsemmi fir-rikors. L-effett ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju ta’ azjenda kummerċjali huwa li jippreserva l-assjem sħiħ tal-assi ta’ azjenda, inklużi l-liċenzi u l-avvjament, jordna li l-istess ma tiġix mibjugħa in parti jew totalment u fl-istess ħin iżommha għaddejja fin-negozju, iżda f’kull każ il-qorti ma għandhiex tilqa’ talba għal mandat jekk tkun sodisfatta li hemm mezzi oħra għall-kawtela tal-ammont pretiż. Min-naħa l-oħra, il-mandat ta’ arrest ta’ bċejjeċ tal-baħar kif ukoll inġenji tal-ajru ikollu l-effett li jaqbad il-biċċa tal-baħar ta’ ’il fuq minn għaxar metri jew inġenji tal-ajru mingħand id-debitur kif ukoll li jissekwestra l-istess għand l-awtorità li f’idejha tinsab, kif ukoll li jordna li l-istess awtorità ma tirrilaxxax il-biċċa tal-baħar jew ta’ l-ajru jew li tippermetti lid-debitur milli b’xi mod jitlaq mill-pussess tiegħu l-istess fis-sħiħ jew in parti jew li jagħti jew iċedi xi drittijiet fuq l-istess. L-iskop tal-mandat ta’ inibizzjoni hu dak li jżomm persuna milli tagħmel kwalunkwe ħaġa li tkun li tista’ tkun ta’ preġudizzju għall-persuna li qed titlob il-mandat.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Sakemm ma jiġix imħassar mill-Qorti jew irtirat mill-parti li toħroġ il-mandat, kull mandat kawtelatorju għandu jibqa’ fis-seħħ sa ħmistax-il ġurnata wara li l-kawża tgħaddi f’ġudikat.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Appell kontra dawn il-miżuri m’hemmx izda hemm dak li jissejjaħ kontro-mandat. F’dan il-każ, l-intimat li jkun inħareġ att kawtelatorju kontrih jista’ jagħmel rikors lill-qorti li tkun ħarġet l-att kawtelatorju, jew inkella, jekk tkun saret kawża, jista’ jagħmel rikors lill-qorti li tkun qegħda tittratta dik il-kawża li fih jitlob li l-att kawtelatorju jiġi revokat, sew għal kollox jew f’parti minnu, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

  • li l-att kawtelatorju m’għadux iktar fis-seħħ;
  • li waħda mill-ħtiġiet tal-liġi għall-ħruġ tal-att kawtelatorju ma tkunx għadha fil-fatt teżisti;
  • li jkun hemm garanzija xierqa oħra sabiex tissodisfa l-pretensjoni ta’ min ikun talab il-ħruġ tal-att kawtelatorju sew bil-ħruġ ta’ att kawtelatorju ieħor, jew inkella jekk dik il-garanzija oħra tista’ għas-sodisfazzjon tal-qorti tassigura biżżejjed il-pretensjoni; jew
  • jekk jintwera li l-ammont mitlub ma jkunx prima facie ġustifikat jew ikun eċċessiv; jew
  • jekk il-garanzija mogħtija titqies mill-qorti li tkun biżżejjed; jew
  • jekk jintwera li fiċ-ċirkostanzi ma jkunx raġonevoli li jinżamm fis-seħħ l-att kawtelatorju jew parti minnu jew li dan l-att jew parti minnu mhuwiex aktar meħtieġ jew ġustifikabbli.
L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Olanda

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Hemm żewġ tipi ta’ miżuri: miżuri provviżorji u kawtelatorji.

Il-miżuri provviżorji huma miżuri li jiġu qabel is-sentenzi tal-qorti fil-proċedimenti dwar il-merti. Is-sentenza mogħtija mill-qorti fil-proċedimenti dwar il-merti tista’ tikkonferma l-miżura provviżorja jew twarrabha.

Il-miżuri kawtelatorji huma miżuri maħsuba li jassiguraw li d-debitur jissodisfa l-obbligi tiegħu. Dawn il-miżuri jippermettu lill-kredituri li jkopru lilhom infushom kontra r-riskju li ma jirċevux dak li huwa dovut lilhom.

Il-qorti tista’ timponi miżuri provviżorji u kawtelatorji fuq il-propjetà tad-debitur. Il-kreditur huwa intitolat bil-liġi biex jitlob ċerti miżuri qabel is-sentenza u anke qabel il-proċedimenti li għandhom l-għan li jippreservaw id-drittijiet li jistgħu jiġu eżerċitati biss wara s-sentenza. L-intenzjoni hi li jiġi evitat li l-parti l-oħra tirrendi illużorju d-dritt tal-kreditur għall-irkupru, pereżempju billi tbigħ beni, taħbihom, tagħtihom lil ħaddieħor jew li xxekkilhom b'rahan jew b’ipoteka.

1.1 Miżuri provviżorji

Il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti fi proċedimenti speċifikament maħsuba biex jinkisbu tali miżuri jew fi proċedimenti dwar il-merti pendenti quddiem il-qorti.

Regoli speċjali japplikaw għal mandati provviżorji ta' inibizzjoni fi proċedimenti ta’ divorzju.

1.2 Miżuri kawtelatorji

A. Il-qbid (conservatoir beslag)

Il-qorti tista’ tagħti permess lill-kreditur biex jaqbad il-propjetà tad-debitur bil-għan li tiġi ppreżervata l-propjetà sakemm jiġi stabbilit d-dritt allegat minn min jottjeni l-qbid.

Hemm erba’ tipi ta’ qbid:

  1. Qbid għall-irkupru ta’ krediti (conservatoire verhaalsbeslagen). Il-propjetà tinqabad wara li l-qorti tiddeċiedi li pretensjoni monetarja trid tiġi ssodisfata.
  2. Il-qbid bl-iskop ta’ ċediment ta’ propjetà mobbli jew konsenja ta’ beni (conservatoir beslag tot afgifte van roerende zaken of levering van goederen). F’dan il-każ, il-qbid jiġi impost fuq id-debitur biex tiġi żgurata l-preservazzjoni tad-drittijiet bħala sid jew benefiċjarju intitolat għall-konsenja.
  3. Il-qbid matrimonjali qabel is-sentenza (conservatoir marital beslag). Il-konjuġi li jixtieq divorzju, separazzjoni legali jew il-likwidazzjoni mill-komunjoni tal-akkwist tal-propjetà jista’ jippreżenta dan il-qbid sabiex jipprevjeni li jitneħħew beni mill-komunjoni qabel ma sseħħ id-distribuzzjoni.
  4. Il-qbid biex tiġi ppreżervata l-evidenza (conservatoir bewijsbeslag). L-għan ta’ dan il-qbid huwa li tissalvagwardja l-evidenza.

B. Konsenja

Din il-miżura tirrelata l-iktar ma’ każijiet fejn hemm riskju li l-oġġetti maqbudin jitneħħew. Fuq talba tal-persuna li qed tippreżenta dan il-qbid, il-qorti tordna li l-beni maqbudin jew li għandhom jiġu maqbudin jingħataw lil kustodju li għandu jiġi indikat mill-qorti.

Il-konsenja tista’ tiġi ordnata separatament mill-qbid.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Propjetà li hija s-suġġett ta’ kontestazzjoni dwar il-proprjetà tista’ titqiegħed taħt amministrazzjoni mill-qorti. Pereżempju: hemm kontestazzjoni dwar id-dritt għall-konsenja ta’ kumpanija. Il-qbid jew il-konsenja tal-beni tal-kumpanija jistgħu jwaqqfu l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali tiegħu. L-amministratur jista’ jmexxi l-kumpanija sakemm isiru l-proċedimenti.

D. It-tqegħid tal-issiġillar u l-inventarji

Bil-permess tal-qorti tas-sottodistrett (kantonrechter), beni li jagħmlu parti minn suċċessjoni jew minn ċertu propjetà ta’ sjieda konġunta jistgħu jitqiegħdu taħt issiġillar min-nutar. Ma hemmx bżonn ta’ avukat. Din il-miżura rari tintuża. Din il-miżura, pereżempju, tista’ tintalab mill-eredi, mill-konjuġi superstiti jew minn soċju reġistrat, eżekutur u partijiet li għandhom dritt (limitat) għal sehem tal-propjetà bi sjieda konġunta.

Talba għat-tneħħija tal-issiġillar għandha tiġi sottomessa wkoll fil-qorti tas-sottodistrett.

Fuq talba tal-persuni hawn qabel imsemmija, l-imħallef tal-qorti tas-sottodistrett jista’ jordna inventarju tal-beni magħmul minn nutar. Ma hemmx bżonn ta’ avukat. L-iskop tal-miżura hu li jiġi determinat id-daqs (u l-valur) tal-beni. Ir-rikors jista’ jsir flimkien ma’ talba għall-issiġillar jew għat-tneħħija tal-issiġillar. Il-miżura tinvolvi deskrizzjoni qasira tal-attivi u l-passivi kompriżi fil-beni u, fuq talba ta’ parti, stima tal-valur tal-proprjetà mobbli.   Jekk il-partijiet ma jaslux fi ftehim dwar il-ħatra ta’ valutatur(i) (i)ċċertifikat(i), il-valutatur(i) jinħatar/ru min-nutar.

1.3 L-eżekuzzjoni provviżorja

Jekk inhu meħtieġ, il-qorti tista’ tiddikjara li s-sentenza tagħha għandha tkun provviżorjament eżekutorja fil-każijiet kollha li jinqalgħu, sakemm mhux determinat mod ieħor mil-liġi jew min-natura tal-każ. Jekk ma tippermettix il-liġi, l-ordni ta’ eżekuzzjoni provviżorja għandu jintalab mir-rikorrent. Il-qorti ma tistax tordna dan minn jeddha.

Sentenza ddikjarata bħala provviżorjament eżekutorja tista’ tiġi eżegwita immedjatament anki jekk tiġi ppreżentata oġġezzjoni jew jiġi ppreżentat appell jew appell fil-kassazzjoni kontra s-sentenza. L-ordni ta’ eżekuzzjoni jista’ jkopri s-sentenza kollha jew parti minnha. Is-sentenza tista’ tiġi eżegwita wkoll mingħajr ma din tkun iddikjarata provviżorjament eżekutorja, iżda l-eżekuzzjoni tagħha tkun sospiża bil-preżentazzjoni ta’ appell. Jekk sentenza tiġi ddikjarata bħala provviżorjament eżekutorja, l-eżekuzzjoni tagħha tista’ titkompla jew anke tinbeda wara li jiddaħħal appell kontra s-sentenza.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

A. Il-qbid

Il-qbid jinħareġ bil-permess tal-imħallef tal-qorti distrettwali li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji. Applikazzjoni għall-permess issir minn avukat. Fil-prinċipju l-imħallef jista’ jistrieħ fuq l-allegazzjonijiet tar-rikorrent. Fil-prinċipju d-debitur ma jinstemax. L-ordni tal-qorti s-soltu tingħata proprju fl-istess ġurnata. F’każ ta’ talba monetarja, l-imħallef jistabbilixxi l-ammont kopert mill-awtorizzazzjoni. L-imħallef jista’ jordna li tingħata garanzija biex tkopri d-danni possibbli kaġunati mill-qbid.

Il-qbid jiġi eżegwit b’taħrika notifikata minn bailiff. Il-persuna li tottjeni l-qbid illi sussegwentament tinstab li aġixxiet ħażin tista’ tiġi ordnata li tħallas id-danni.

Il-proċedura li titlob il-qbid tiġġenera spejjeż bħal: id-dritt tar-reġistru (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/), spejjeż imġarrba biex jitqabbad avukat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocatenorde.nl/) u t-tariffi tal-bailiff (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kbvg.nl/).

B. Konsenja

Il-konsenja tiġi ordnata mill-imħallef tal-qorti distrettwali li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji fuq talba tal-parti li tottjeni l-qbid. Il-parti maqbuda u kwalunkwe parti interessata oħra jinstemgħu sakemm ċirkustanzi urġenti ma jipprekludux li dan isir. L-ebda appell mhu permess kontra din l-ordni. L-imħallef jista’ jordna li tingħata garanzija.

L-imħallef tal-qorti distrettwali li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji jista’ jordna l-konsenja separatament mill-qbid.

Il-proċedura li tirrekjedi l-konsenja tiġġenera spejjeż bħal: id-dritt tar-reġistru tal-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/), spejjeż imġarrba biex jitqabbad avukat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocatenorde.nl/) u t-tariffi tal-bailiff.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Fuq talba tal-parti interessata, l-imħallef tal-qorti distrettwali li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji jqiegħed il-propjetà kkontestata taħt amministrazzjoni. Il-miżura mhi relatata mal-ebda qbid eżegwit. Kwalunkwe qbid eżegwit fuq il-propjetà ma jirrestrinġix is-setgħat tal-amministratur. Il-miżura tista’ tkopri kwalunkwe tip ta’ beni, propjetà mobbli jew immobbli u d-drittijiet tal-propjetà. L-amministrazzjoni hija ta’ interess prinċipalment biex tiżgura l-ġestjoni kontinwa minn parti terza independenti tal-beni ta’ kumpaniji, pereżempju, waqt il-proċedimenti.

Il-proċedura li titlob it-tqegħid taħt amministrazzjoni tiġġenera spejjeż bħal: id-dritt tar-reġistru tal-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/), spejjeż imġarrba biex jitqabbad avukat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocatenorde.nl/) u s-salarju tal-amministratur.

D. Il-miżuri provviżorji

Il-proċedimenti provviżorji jistgħu jinstemgħu b’mod kompletament separat mill-proċedimenti dwar il-merti u ma għandhomx għalfejn jiġu segwiti minnhom.

L-imħallef tal-qorti distrettwali li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji għandu l-ġuriżdizzjoni li jagħti miżuri provviżorji fil-kwistjonijiet kollha, fejn xieraq.  L-imħallef tal-qorti subdistrettwali għandu l-ġuriżdizzjoni wkoll f’każijiet fejn għandu jagħti sentenza fil-proċedimenti dwar il-merti. Barra mill-ġuriżdizzjoni territorjali normali, il-qorti li l-miżura għandha tittieħed fil-ġuriżdizzjoni tagħha, għandha ġuriżdizzjoni addizzjonali. Kull ordni jew projbizzjoni li jistgħu jintalbu fil-proċedimenti dwar il-merti jistgħu jintalbu fil-proċedimenti provviżorji. Talbiet monetarji jistgħu jkunu permessi taħt ċerti kundizzjonijiet (ara 2.2).

Fil-proċedimenti quddiem l-imħallef li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji, ir-rikorrent għandu jiġi assistit minn avukat. L-intimat jista’ jiġi assistit minn avukat. Fil-proċedimenti quddiem l-imħallef tal-qorti subdistrettwali, il-partijiet jistgħu jipproċedu mingħajr avukat. Is-smigħ huwa orali u informali. Is-sentenza normalment tingħata wara ftit ġimgħat. Il-qorti tista’ tiddikjara minn jeddha li l-miżura provviżorja hija provviżorjament eżekutorja. "Provviżorja" ifisser li s-sentenza hija legalment riversibbli. Tista’ tingħata sentenza differenti fi kwalunkwe proċediment dwar il-merti.

Din il-proċedura tiġġenera l-ispejjeż li ġejjin:   id-dritt tar-reġistru tal-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/), it-tariffi tal-bailiff (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kbvg.nl/) u, għar-rikorrent, l-ispejjeż imġarrba biex jitqabbad avukat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocatenorde.nl/).

Il-miżuri provviżorji ta’ rimedju jistgħu jingħataw ukoll fi proċeduri tal-qorti pendenti dwar il-merti, li japplikaw għat-tul tal-litigazzjoni. Il-miżuri provviżorji li għandhom jintalbu għandhom ikunu relatati mat-talba fil-proċedimenti ewlenin. Din il-proċedura rari tintuża.

F’każijiet ta’ divorzju, mandati provviżorji ta' inibizzjoni jintalbu għat-tul tal-proċedura u għal xi żmien wara. Xi eżempji jinkludu: id-dar matrimonjali, il-beni għall-użu ta’ kuljum, it-tfal u l-manteniment għal konjuġi li għandu jitħallas mill-konjuġi l-ieħor.

Dawn il-miżuri jintalbu permezz ta’ talba separata, qabel, waqt u anke wara l-proċedimenti ta’ divorzju sal-mument meta ma jibqgħux effettivi. Il-proċedimenti orali jridu jkunu bdew sa mhux iktar tard mit-tielet ġimgħa wara l-preżentazzjoni tat-talba u l-imħallef għandu jiddeċiedi kemm jista’ jkun malajr.

Din il-proċedura tiġġenera l-ispejjeż li ġejjin: id-dritt tar-reġistru tal-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/), u l-ispejjeż imġarrba biex jitqabbad avukat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocatenorde.nl/).

E. L-eżekuzzjoni provviżorja

Fi proċedimenti ordinarji b'ċitazzjoni, il-qorti tista’, wara talba mir-rikorrent, tiddikjara s-sentenza kollha jew parti minnha bħala provviżorjament eżekutorja, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mil-liġi jew min-natura tal-każ. Hija tista’ tagħmel li l-eżekutorjetà provviżorja tkun soġġetta għall-kundizzjoni tal-għoti ta’ garanzija. Id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà provviżorja hija possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tagħha stess fi proċedimenti provviżorji. L-istess japplika fi proċeduri b’talba.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

A. Il-qbid

It-talba jrid ikun fiha ċertu informazzjoni: In-natura tal-qbid li qed jintalab u d-dritt invokat minn min jippreżenta t-talba u f’każ ta’ talba monetarja, l-ammont (massimu) mitlub ukoll. B’żieda ma’ dan, skont il-qbid li qed jintalab, trid tintwera jekk  il-biża’ ta’ miżapproprjazzjoni hix fundata. Mhux meħtieġ interess urġenti.

B. Konsenja

F’każ ta’ talba magħmula mill-parti li talbet il-qbid, l-urġenza mhix meħtieġa. Madankollu, fi proċedimenti provviżorji, ir-rikorrent jeħtieġ li jkollu interess urġenti. Mhux meħtieġ li tintwera biża’ ta’ miżapproprjazzjoni.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Din tinvolvi proċedimenti provviżorji u għaldaqstant ir-rikorrent jeħtieġ li jkollu interess urġenti. Mhux meħtieġ li tintwera biża’ ta’ miżapproprjazzjoni.

D. Il-miżuri provviżorji

Fi proċedimenti provviżorji, ir-rikorrent jeħtieġ li jkollu interess urġenti, il-qorti tiżen bejn l-interessi tal-partijiet u d-deċiżjoni tipprovdi rimedju provviżorju. Mhux meħtieġ li l-interess urġenti tal-attur ikun ibbażat fuq ċirkostanzi relatati mal-intimat. It-talba tista’ tiġi kkontestata jew tkun kontestabbli. Talbiet monetarji jridu jissodisfaw kriterji aktar strinġenti biex ikunu ammissibbli taħt proċedimenti provviżorji.   L-interess urġenti tar-rikorrent jirċievi skrutinju addizzjonali, filwaqt li r-riskju tal-impossibbiltà tal-ħlas lura – li jista’ jwassal biex ir-rimedju jiġi miċħud – irid ukoll jitqies meta jitwieżnu l-interessi kontropposti. Fil-qrati distrettwali kollha, proċeduri provviżorji għal ġbir ta’ dejn jistgħu jiġu istitwiti fuq talbiet mhux kontestati jew li ma jkunux raġjonevolment kontestabbli li jirriżultaw minn ftehim dwar beni konsenjati u/jew servizzi pprovduti.

Ma japplikawx rekwiżiti dwar kemm hu kontestabbli jew urġenti l-każ biex jingħata rimedju provviżorju fi proċedimenti ta’ divorzju u proċedimenti oħra fil-mertu.   Il-biża’ ta’ miżapproprijazzjoni hija irrelevanti wkoll.

E. L-eżekuzzjoni provviżorja

Ma japplikax.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

L-iskop tal-miżuri kawtelatorji huwa li jżommu sitwazzjoni ta' de facto jew de jure sabiex jiġu salvagwardjati drittijiet (ta’ rimedju). L-iskop tal-miżuri provviżorji huwa li jżommu sitwazzjoni ta’ de facto jew de jure qabel sentenza dwar il-proċedimenti dwar il-merti.

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

A. Il-qbid

Fil-prinċipju, il-qbid huwa possibbli fuq kull tip ta’ beni, bl-eċċezzjoni ta’ assi maħsuba għas-servizzi pubbliċi u l-oġġetti mniżżla fl-Artikolu 447, 448 u 712 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering). Parti mis-salarji u talbiet oħra għal pagamenti perjodiċi mhix eliġibbli għall-qbid. Il-qbid jista’ jiġi eżegwit ukoll fuq dritt limitat jew fuq sehem f’beni. Ir-regoli għall-qbid fuq assi ta’ dan it-tip, f’dak il-każ, japplikaw mutatis mutandis (Artikolu 707 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

B. Konsenja

Propjetà mobbli li mhix propjetà reġistrata.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Il-beni kollha li għandhom l-intitolament kontestat.

D. Il-miżuri provviżorji

It-tipi kollha ta’ beni jistgħu jkunu soġġetti għal talba fi proċedimenti provviżorji jew għal intitolament provviżorju fil-proċedimenti dwar il-merti.

E. L-eżekuzzjoni provviżorja

Ma japplikax.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

A. Il-qbid

Il-konsegwenza ta’ qbid hi li l-assi maqbuda jiġu friżati. Il-parti maqbuda ma tistax iżjed tbigħ il-propjetà, tagħtiha b’donazzjoni, tagħti xi dritt fuqha jew tikriha eċċ. Din l-inkapaċità milli wieħed jiddisponi mill-propjetà hija waħda relattiva: Hija effettiva biss fil-konfront tal-parti li ottjeniet il-qbid. Fil-każ ta’ sekwestru, is-sekwestratarju jrid joqgħod lura milli jħallas xi flus jew jikkonsenja proprjetà. Madankollu t-terz akkwirent b'bona fidi huwa protett f’ċerti kundizzjonijiet. Fil-każ ta’ sekwestru, is-sekwestratarju huwa obbligat jiddikjara l-flus jew proprjetà f’idejh illi huma dovuti lill-parti li s-sekwestru sar kontra tagħha. L-irtirar ta’ beni sekwestrati huwa punibbli.

B. Konsenja

L-irtirar ta’ beni konsenjati huwa punibbli.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

L-amministrazzjoni tal-beni hija ttrasferita lill-amministratur.

D. Il-miżuri provviżorji

Il-konformità spiss tiġi eżegwita permezz ta’ ħlas perjodiku bħala penali.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

A. Il-qbid

Il-qorti għandha dejjem tispeċifika t-terminu perentorju biex tinfetaħ il-kawża prinċipali meta tagħti permess għall-qbid. Jekk il-kawża prinċipali ma tkunx għadha nfetħet, il-qorti tispeċifika terminu perentorju għall-qbid, fi żmien tmient ijiem wara l-qbidbiex tinfetaħ il-kawża prinċipali. Jistgħu jiġu kkunsidrati biss bħala kawżi prinċipali dawk il-proċeduri għall-ksib ta’ ordni eżekutorju ta’ ħlas tat-talba li għaliha ġie eżegwit il-qbid bħala assigurazzjoni. Sadanittant, il-qbid jista’ jitneħħa mill-qorti fuq talba tal-persuna li l-beni tagħha ġew maqbuda jew fuq talba ta’ parti interessata oħra. Jekk jinqabeż it-terminu perentorju, jieqaf il-qbid.

Il-qbid isir eżekutorju malli l-persuna li qed tottjeni l-qbid tkun akkwistat titolu eżekutorju u l-parti li l-qbid sar kontriha tkun ġiet notifikata b’dan it-titolu (u fil-każ ta’ sekwestru, il-parti terza wkoll).

Jekk il-pretensjoni tat-talba fil-kawża prinċipali tiġi irrevokabbilment miċħuda, jieqaf il-qbid. Il-qbid jista’ jitneħħa fuq talba tal-parti li l-qbid sar kontriha.

B. Konsenja

Il-konsenja tista’ titneħħa mill-imħallef li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji fuq talba ta’ kull parti interessata fi proċedimenti provviżorji. L-imħallef jiddetermina, jekk meħtieġ, lil liema parti s-sekwestratarju għandu jikkonsenja l-propjetà. It-tneħħija tal-qbid li l-konsenja hija bbażata fuqu tirriżulta fit-terminazzjoni tal-konsenja.  Is-sekwestratarju mbagħad jikkonsenja l-propjetà lill-parti li l-qbid sar kontriha. Ladarba jiġi ddeterminat liema parti hija intitolata għall-proprjetà permezz ta’ sentenza finali jew sentenza li tiġi ddikjarata provviżorjament eżekutorja, is-sekwestratarju jikkonsenja l-proprjetà lil din il-persuna.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Jekk it-talba fl-azzjoni prinċipali għadha ma ġietx ippreżentata l-qorti, din trid issir fi żmien li jiġi determinat mill-qorti. Jekk dan il-perjodu ma jiġix osservat, l-amminstrazzjoni tiġi terminata.

Ladarba jiġi ddeterminat liema parti hija intitolata għall-proprjetà permezz ta’ sentenza finali jew sentenza li tiġi ddikjarata provviżorjament eżekutorja, l-amministratur jikkonsenja l-proprjetà lil din il-persuna. L-amministrazzjoni tiġi terminata b’deċiżjoni konġunta bejn il-partijiet, jew fuq talba ta’ waħda minnhom, mill-imħallef li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji.

D. Il-miżuri provviżorji

Il-miżuri provviżorji ta’ rimedju japplikaw sa mal-qorti tgħaddi s-sentenza fil-proċeduri dwar il-merti.

L-imħallef fil-proċedimenti provviżorji jista’ wkoll jillimita l-perjodu ta’ validità tal-miżuri jew jagħmilhom soġġetti għall-kundizzjoni li l-proċeduri dwar il-merti jiġu ppreżentati fi żmien speċifiku. Mandati provviżorji ta' inibizzjoni li jinħarġu fi proċedimenti dwar il-merti jispiċċaw ukoll jekk tiġi terminata l-azzjoni prinċipali qabel iż-żmien.

Mandati provviżorji ta' inibizzjoni fi proċedimenti ta’ divorzju jistgħu jibqgħu fis-seħħ għal xi żmien wara d-divorzju. Dawn jistgħu jiġu emendati jew jitneħħew. Mandati provviżorji ta' inibizzjoni maħruġa qabel ma l-proċedimenti ta’ divorzju jieqfu jekk it-talba għad-divorzju ma ssirx fi żmien erba’ ġimgħat mid-deċiżjoni li tordna l-mandati provviżorji ta' inibizzjoni.

E. L-eżekuzzjoni provviżorja

Il-qorti tal-appell tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni. Is-sospensjoni tista’ tinkiseb permezz ta’ proċedimenti eżekuttivi.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Regoli ġenerali

Oppożizzjoni, appell u appell fil-kassazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati kontra sentenza.

Oppożizzjoni tista’ tiġi ppreżentata fil-qorti li tat sentenza fil-kontumaċja tal-konvenut mill-istess konvenut kontumaċi fi żmien erba’ ġimgħat (il-bidu tal-perjodu jvarja).

Appell (għal ammonti ta’ aktar minn EUR 1750) jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti tal-appell mill-parti telliefa fi żmien tliet xhur mis-sentenza.

Appell fil-kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat fil-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden) mill-parti telliefa fi żmien tliet xhur mis-sentenza ta’ qorti jew fl-ewwel u fl-ogħla istanza, jew fil-qorti tal-appell.

Appell u appell fil-kassazzjoni kontra ordni tal-qorti tal-Qorti Suprema tan-Netherlands huma wkoll possibbli.

Appell jiġi ppreżentat milr-rikorrent u l-partijiet interessati li dehru fil-proċeduri, fi żmien tliet xhur mis-sentenza, u fil-każ ta’ persuni interessati oħra, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati bl-ordni tal-qorti.

Appell fil-kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat mill-partijiet li dehru f’waħda mill-qrati preċedenti fi żmien tliet xhur mis-sentenza.

L-effett ta’ dawn ir-rimedji legali huwa li tiġi sospiża l-eżekuzzjoni, sakemm is-sentenza ma tiġix iddikjarata provviżorjament eżekutorja.

A. Il-qbid

M’hemmx appell quddiem qorti superjuri kontra l-permess mogħti biex jinkiseb il-qbid (l-Artikolu 700(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).  Il-parti li titlob il-qbid tista’ tappella u wara tappella fil-kassazzjoni kontra deċiżjoni li tiċħad it-talba.

B. Konsenja

Jekk konsenja tingħata b’ordni mogħtija fuq talba tal-parti li titlob il-qbid, mhux permess appell quddiem qorti superjuri kontra dik l-ordni.

Ir-rikorrent jista’ jappella u wara jappella fil-kassazzjoni kontra deċiżjoni li tiċħad it-talba.

Oppożizzjoni, appell u appell fil-kassazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati kontra ordni tal-qorti provviżorju.

C. It-tqegħid taħt amministrazzjoni

Oppożizzjoni, appell u appell fil-kassazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati kontra ordni li tqiegħed propjetà taħt amministrazzjoni.

D. Il-miżuri provviżorji

Oppożizzjoni, appell u appell fil-kassazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati kontra proċedimenti provviżorji mogħtija waqt proċedimenti provviżorji jew waqt proċedimenti dwar il-merti. Appell jew appell fil-kassazzjoni kontra mandati provviżorji ta' inibizzjoni mogħtija fi proċedimenti tad-divorzju mhuwiex permess.

E. L-eżekuzzjoni provviżorja

Jekk sentenza ma ġietx iddikjarata bħala provviżorjament eżekutorja, dikjarazzjoni ta’ dan it-tip xorta tista’ tinkiseb f’appell jew f’appell ta’ kassazzjoni jew permezz ta’ proċedimenti eżekuttivi. Jekk sentenza ġiet dikjarata provviżorjament eżekutorja, il-qorti tal-appell tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni. Dan mhuwiex possibbli b’appell fil-kassazzjoni. Is-sospensjoni tista’ wkoll tinkiseb permezz ta’ proċedimenti eżekuttivi.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Miżuri interim u kawtelatorji - Polonja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

It-tip ta’ miżura jiddependi min-natura tat-talba li trid tiġi żgurata. Skont l-Artikolu 747 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (kodeks postępowania cywilnego), it-talbiet monetarji jiġu żgurati permezz ta’:

  • qbid tal-assi mobbli, il-pagi u s-salarji, kontijiet bankarji jew talbiet oħra, jew drittijiet ta’ propjetà oħra;
  • piż fuq il-proprjetà immobbli tal-obbligant permezz ta’ ipoteka;
  • projbizzjoni fuq it-trasferiment jew l-impożizzjoni ta’ piż fuq il-propjetà immobbli li għaliha ma hemmx reġistru tal-artijiet jew għall-ipoteki jew fejn dawn ir-reġistri ġew meqruda;
  • l-impożizzjoni ta’ piż fuq bastiment jew bastiment li għadu qed jinbena b’ipoteka marittima;
  • l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq it-trasferiment tad-dritt ta’ sjieda f’kooperattiva fuq il-bini;
  • l-impożizzjoni ta’ riċevitura fuq l-impriża jew l-azjenda agrikola tal-obbligant jew fuq stabbiliment li jifforma parti minn impriża jew parti minnha, jew parti mill-azjenda agrikola tal-obbligant.

Jekk tiġi garantita talba li mhix ta’ natura monetarja, il-qorti tipprovdi l-garanzija li hija tqis adatta għall-każ konċernat, mingħajr ma teskludi l-miżuri maħsuba biex jiggarantixxu t-talbiet monetarji (l-Artikolu 755 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). B’mod partikolari, il-qorti tista’:

  • tistandardizza d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet jew tal-parteċipanti fil-proċedimenti matul il-proċedimenti;
  • tistabbilixxi projbizzjoni fuq it-trasferiment tal-oġġetti jew drittijiet koperti mill-proċedimenti;
  • tissospendi l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jew proċedimenti oħra maħsuba għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza;
  • tirregola l-kwistjonijiet ta’ kustodja tat-tfal (minuri) u l-kuntatt mat-tfal;
  • tordna illi tiddaħħal l-entrata adatta fir-reġistru tal-artijiet u tal-ipoteki jew reġistru rilevanti ieħor.

L-interessi tal-partijiet jew tal-parteċipanti fil-proċedimenti għandhom jiġu kkunsidrati meta ssir l-għażla tal-forma tal-garanzija, sabiex ikun hemm protezzjoni legali adegwata għal dik il-parti li għandha dritt għall-garanziija u biex l-obbligant ma jkollux piż żejjed fuqu.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Il-proċedimenti għall-għoti ta’ garanzija jsiru:

  • Fuq talba tal-parti jew parteċipant fil-proċedimenti quddiem il-qorti kompetenti biex tisma’ l-kawża fil-prim’istanza. Jekk il-qorti ma tistax tiġi identifikata, il-qorti kompetenti tkun il-qorti tal-post fejn se tiġi eżegwita d-deċiżjoni dwar il-garanzija jew, fin-nuqqas ta’ din il-bażi jew jekk id-deċiżjoni dwar il-garanzija trid tiġi implimentata fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati differenti, il-qorti distrettwali (sąd rejonowy) tal-belt kapitali ta’ Varsavja. Ir-rikors għal garanzija mressaq matul il-proċedimenti jitqies mill-qorti tal-istanza fejn tinsab pendenti l-kawża, ħlief jekk din il-qorti hija l-Qorti Suprema  (Sąd Najwyższy). F’dawn il-każijiet, il-qorti tal-prim’istanza tiddeċiedi jekk għandix tingħata garanzija jew le (l-Artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili)
  • U ex officio fil-każ ta’ proċedimenti li jistgħu jibdew ex officio (l-Artikolu 732 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Ir-rikors għal garanzija jsir bil-miktub. Huwa għandu jissodisfa r-rekwiżiti għat-talbiet u jispeċifika l-forma li biha għandha tingħata l-garanzija u, f’każ ta’ talba monetarja, l-ammont tal-garanzija (li ma jistax jaqbeż l-ammont tat-talba, kalkolata flimkien mal-interessi mid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni dwar il-garanzija, kif ukoll l-ispejjeż għall-garanzija u l-ispejjeż previsti tal-proċedimenti) kif ukoll iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-rikors. Jekk ir-rikors għall-garanzija jiġi ppreżentat qabel tibda l-kawża, is-suġġett tal-kawża għandu jiġi deskritt fil-qosor ukoll (l-Artikolu 736 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-garanzija tista’ tingħata qabel jibdew jew matul il-proċedimenti. Wara li l-obbligant ikun kiseb titolu eżekuttiv, il-garanzija tista’ tingħata biss jekk hija maħsuba biex tiżgura talba li għaliha għadux ma skadiex iż-żmien għall-eżekuzzjoni (l-Artikolu 736(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Meta l-garanzija tingħata qabel jibdew il-proċedimenti, il-qorti tiffissa perjodu ta’ żmien biex jitressaq rikors, fuq piena li titħassar il-garanzija (l-Artikolu 733 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Ir-rikors għall-garanzija jrid jitqies mingħajr dewmien, fi żmien ġimgħa mid-data li fiha tressaq il-qorti, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor minn dispożizzjonijiet speċjali. Jekk ikun hemm liġi li tipprovdi illi r-rikorsi għandhom jiġu eżaminati matul is-seduta ta’ smigħ, dik is-seduta għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ tressiq tar-rikors (l-Artikolu 733 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-garanzija tingħata abbażi ta’ sentenza tal-qorti.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-garanzija tista’ tiġi mitluba għal materji kollha ċivili eżaminati minn qorti jew tribunal ta’ arbitraġġ (l-Artikolu 730 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-kundizzjonijiet għall-garanzija huma kif ġej: it-talba u l-interess legali għall-garanzija jridu jiġu ppruvati. Ikun hemm interess legali fil-garanzija jekk l-eżekuzzjoni tas-sentenza tkun impossibbli jew diffiċli ħafna jew jekk l-għanijiet tal-kawża diffiċilment jew impossibbli li jinkisbu jekk ma tingħatax garanzija (l-Artikolu 7301 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-għan tal-garanzija ma jistax ikun li jiżgura talba, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor (l-Artikolu 731 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ garanzija tista’ tkun soġġetta għall-għoti ta’ depożitu mill-parti li qed titlobha biex tiżgura t-talbiet tal-obbligat ġejjin mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar il-garanzija, ħlief meta’ l-parti li għandha dritt titlob il-garanzija hija t-Teżor u fejn il-garanzija qed tintalab minħabba manteniment, pensjoni ta’ diżabilità jew ammonti ta’ flus dovuti lil impjegat fi kwistjonijiet marbuta mal-liġi tax-xogħol li ma jaqbżux is-salarju sħiħ fix-xahar tal-impjegat (l-Artikolu 739 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-garanzija tista’ tingħata għal:

  • assi mobbli,
  • pagi u salarji,
  • talbiet fuq kont bankarju jew oħrajn, jew dritt ta' proprjetà ieħor.
  • proprjetà immobbli,
  • bastimenti jew bastimenti li għadhom qed jinbnew,
  • id-dritt ta’ sjieda f’kooperattiva fuq bini,
  • impriża jew azjenda agrikola, stabbiliment li jifforma parti minn impriża jew parti minnha, jew parti minn azjenda agrikola

Il-garanzija ma tistax tkopri oġġetti, dejn jew drittjiet esklużi mill-eżekuzzjoni. L-oġġetti li jitħassru jistgħu jservu ta’ garanzija jekk il-parti obbligata ma jkollhiex aktar propjetà li biha tista’ tiżgura t-talbiet tal-parti li għandha pretensjoni u l-oġġetti jistgħu jinbiegħu minnufih.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

L-għan prinċipali tal-proċedimenti għal garanzija huma li jiżguraw illi l-parti li għandha pretensjoni (normalment il-kreditur) tiġi protetta kontra l-effetti potenzjalment ta’ ħsara minħabba d-dewmien fil-kawżi pendenti quddiem il-qorti u biex itejjbu s-sitwazzjoni tal-parti li għandha l-pretensjoni fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jekk is-suġġett tal-proċedimenti tal-qorti u l-garanzija huwa talba li tista’ tiġi eżegwita. B’mod limitat, il-garanzija tista’ tippermetti lil dik il-parti li għandha pretensjoni biex tirċievi benefiċċji fi flus kontanti.

Barra minn hekk, il-garanzija tista’ tkun rispons għall-azzjoni tal-obbligant bi ħsara għall-interessi ġustifikati tal-parti li għandha l-pretensjoni.

L-effetti tal-garanzija għall-obbligant huma differenti skont il-forma tal-garanzija li tingħata u jistgħu jkunu kif ġej:

  • jekk jinqabdu assi mobbli, il-ġestjoni tal-assi mobbli wara l-qbid ma jkollix effett fuq kif jitmexxew il-proċedimenti aktar il-quddiem, u l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni għall-assi mobbli maqbuda jistgħu jsiru wkoll kontra x-xerrej,
  • jekk jinqabad kont bankarju ta’ impriża jew ta’ sid ta’ azjenda agrikola bħala garanzija, il-parti li għandha l-pretensjoni tista’ tiġbor biss dawk l-ammonti speċifikati mill-qorti għal ħlas tal-pagi u salarji attwali, kif ukoll it-taxxa u ammonti statutorji oħra, kif ukoll l-ispejjeż ġenerali,
  • jista’ jsir użu limitat mid-dejn u d-drittijiet ta' proprjetà oħra maqbuda (kif għandhom jintużaw jiġi deċiż mill-qorti),
  • bailiff ibigħ l-oġġetti maqbuda kollha flimkien mad-drittijiet għall-istrumenti finanzjarji reġistrati f’arkivju tat-titoli jew fuq kont ieħor skont it-tifsira tar-regoli dwar l-ispekulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, u l-ammont miksub jiġi depożitat fil-kont tal-qorti,
  • ikun hemm projbizzjoni fuq it-trasferiment jew piżijiet fuq proprjetà immobbli u fuq id-dritt ta’ sjieda f’kooperattiva ta’ bini,
  • jiġi rreġistrat piż permezz ta’ ipoteka marittima fuq bastiment jew fuq bastiment li għadu qed jinbena,
  • l-obbligant jiġi mċaħħad mid-drittijiet ta’ ġestjoni u ssir riċevitura, u d-dħul mir-riċevitura jservi ta’ garanzija.
  • fi kwistjonijiet ta’ manteniment, l-obbligant irid iħallas somma speċifika lill-parti li għandha dritt tirċevih fuq bażi ta’ darba jew perjodikament.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-parti li għandha l-pretensjoni tista’ titlob f’kull ħin illi titħassar jew tiġi emendata deċiżjoni legalment vinkolanti dwar il-garanzija jekk ir-raġuni għala ngħatat il-garanzija tinbidel jew ma tibqax teżisti (l-Artikolu 742 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-garanzija titneħħa jekk:

  • l-obbligant jiddepożita l-qorti l-ammont ta’ garanzija mitlub mill-parti opposta fir-rikors għall-garanzija,
  • it-talba jew rikors jiġu micħuda,
  • it-talba jew ir-rikors jiġu miċħuda jew jitwaqqfu l-proċedimenti,
  • il-parti li għandha l-pretensjoni ma titlobx għall-ammont kollhu matul il-proċedimenti jew tressaq talbiet oħra li ma jkunux dawk li għalihom intalbet il-garanzija qabel bdew il-proċedimenti,
  • is-sentenza li tawtorizza l-garanzija ssir finali (il-garanzija titħassar fi żmien xahar minn meta s-sentenza ssir finali),
  • il-parti li għandha l-pretensjoni ma tressaqx talba għal miżuri provviżorji addizzjonali fi żmien ġimgħatejn mis-sentenza li biha t-talba tkun saret finali f'każijiet fejn ingħatat garanzijia permezz ta’ mandat ta’ qbid fuq assi mobbli, pagi u salarji, talbiet fuq kontijeit bankarj jew talbiet oħra, drittijiet ta' proprjetà oħra jew permezz ta’ riċevitura fuq impriża jew azjenda agrikola tal-obbligant jew stabbiliment li jifforma parti minn intrapriża jew parti minnha, jew parti minn azjenda agrikola tal-obbligant.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Kemm il-parti li għandha pretensjoni u l-obbligant jistgħu iressqu ilment kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza rigward il-garanzija (l-Artikolu 741 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 08/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Portugall

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Miżuri interim u kawtelatorji huma tipi ta' miżuri protettivi li jistgħu jintalbu lill-qorti fl-ambitu tal-proċedimenti protettivi. Il-protezzjoni interim tad-drittijiet mhix limitata għal proċedimenti protettivi, peress li s-sistema ġuridika Portugiża tistipula miżuri provviżjoni oħrajn għall-ħarsien ta' ċerti sitwazzjoni ġuridiċi - eż.:

  1. miżuri interim waqt proċedimenti ta' interdizzjoni jew skwalifika;
  2. kurazija provviżorja ta' proprjetà ta' persuna assenti;
  3. ħatra interim ta' kuratur ad litem;
  4. miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' proprjetà li tinkludi patrimonju sospiż.

Miżuri protettivi huma maħsuba biex jeliminaw periculum in mora (il-biża' li dewmien għas-sentenza tal-qorti tikkawża dannu serju u irreparabbli għad-dritt asserit) u li jiżguraw l-effikaċja tas-sentenza finali (cf. l-Artikolu 2 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Il-qorti tieħu passi biex tippromulga ċerti miżuri bi stennija jew antiċipazzjoni li s-sentenza provviżorja tagħha tkun ikkonfermata mis-sentenza finali.

Sakemm ma jkunx ordnat it-trasferiment tar-responsabbiltà tal-azzjoni, proċedimenti protettivi jirrelataw ma' kawżi dwar id-drittijiet protetti (l-Artikolu 364 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili), li jipproteġu jew li jantiċipaw provviżorjament l-effetti tal-miżura definittiva bil-preżunzjoni li d-deċiżjoni mogħtija fil-proċedimenti prinċipali tkun favorevoli għar-rikorrent.

It-theddida ta' periculum in mora tawtorizza lill-qorti tikkunsidra preliminarjament u sommarjament relazzjoni ġuridika sostanzjali li mbagħad trid tgħaddi minn eżami iktar approfondit u twil; meta din il-kunsiderazzjoni preliminari tkun favorevoli għar-rikorrent, jiġu ppromulgati miżuri bl-għan ta' ħarsien mit-theddida.

Il-miżuri protettivi huma maħsuba biex jiżguraw ir-riżultati prattiċi tal-azzjoni, biex jiġi evitat dannu serju jew biex tiġi antiċipata r-realizzazzjoni tad-dritt (strumentalità ipotetika), li jinkiseb bilanċ, bl-aħjar mod possibbli, bejn l-interessi tar-rapidità u taċ-ċertezza legali.

Id-dritt proċedurali ċivili Portugiż jistipula żewġ tipi ta' miżuri protettivi:

  1. miżuri protettivi komuni;
  2. miżuri protettivi speċifikati.

Tal-ewwel huma rregolati mill-Artikolu 362 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li jistipula li meta xi ħadd juri biża' ġġustifikata li persuna oħra tkun tista' tikkawża dannu gravi u irreparabbli għad-drittijiet tiegħu, huwa jkun jista', jekk l-ebda miżura protettiva stipulata mil-liġi ma tkun adatta għall-każ, jitlob il-miżura kawtelatorja jew antiċipatorja xierqa biex tkun żgurata l-effettività tad-dritt li qiegħed f'periklu. L-interess tar-rikorrent jista' jkun ibbażat fuq dritt eżistenti jew fuq dritt li joħroġ minn deċiżjoni li trid tingħata f'azzjoni kostituttiva, kemm jekk pendenti u kemm jekk diġà mibdija. Miżuri protettivi komuni mhumiex applikabbli meta l-intenzjoni tkun li jiġi salvagwardjat ir-riskju ta' dannu prevenut speċifikament minn kwalunkwe waħda mill-miżuri speċifikati.

Miżuri protettivi speċifikati huma dawk espressament stipulati fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jew f'leġiżlazzjoni separata.

Dawn li ġejjin huma miżuri protettivi speċifikati stabbiliti fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż:

  1. Restituzzjoni provviżorja tas-sjieda;
  2. Sospensjoni ta' deċiżjonijiet korporattivi;
  3. Manteniment provviżorju;
  4. Kumpens provviżorju;
  5. Qbid;
  6. Inibizzjoni ta' xogħlijiet ġodda;
  7. Sekwestru ta' oġġetti.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Meta xi ħadd juri biża' ġustifikata li xi ħadd ieħor jista' jikkawża dannu gravi u irreparabbli għad-drittijiet tiegħu, jista' jitlob il-miżura kawtelatorja jew antiċipatorja xierqa għall-iżgurar tal-effettività tad-dritt li jinsab f'periklu. L-interess tar-rikorrent jista' jkun ibbażat fuq dritt eżistenti jew fuq dritt li joħroġ minn deċiżjoni li trid tingħata f'azzjoni kostituttiva, kemm jekk pendenti u kemm jekk diġà mibdija.

Miżuri ta' dan it-tip jittieħdu jekk ikun hemm probabbiltà serja li d-dritt ikun reali u jekk ikun hemm riskju suffiċentement serju li jista' jinkiser. Il-miżuri jistgħu, madankollu, jiġu miċħuda mill-qorti jekk id-dannu lir-rikorrent li jirriżulta mir-rikors tiegħu jkun jeċċedi konsiderevolment id-dannu li r-rikorrent ikun jixtieq jevita minħabba l-użu tal-miżura.

L-użu ta' miżuri protettivi komuni, b'mod sussidjarju, jiddependi wkoll min-nuqqas ta' miżura protettiva speċifikata li tkun xierqa għas-sitwazzjoni attwali.

B'hekk, il-miżuri preventivi mhux speċifikati msemmija fl-Artikolu 362 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili għandhom ir-rekwiżiti legali li ġejjin:

  1. l-eżistenza apparenti ta' dritt;
  2. il-biża' ġġustifikata sew li persuna oħra tista' tikkawża dannu gravi u irreparabbli għad-dritt tagħhom (periculum in mora);
  3. l-adattabilità prattika tal-miżura kawtelatorja jew antiċipatorja għall-iżgurar tal-effettività tad-dritt fil-periklu;
  4. il-miżura li trid tinkiseb ma tridx tkun koperta minn proċeduri protettivi oħrajn.

Biex jiġu ordnati miżuri, irid ikun hemm evidenza sommarja - summaria cognitio - tal-probabbiltà serja li d-dritt asserit ikun reali (fumus bonis juris) u l-biża' ġġustifikata li d-dewmien naturali fir-riżoluzzjoni finali tal-kawża tista' twassal għal dannu irreparabbli jew dannu li diffiċli ssewwi (periculum in mora). L-imħallef irid ikun inklinat li jemmen li r-riżultat tal-kawża ewlenija se jkun favur ir-rikorrent, peress li miżuri kawtelatorji jinvolvu interferenza ċara mal-isfera ġuridika tal-intimat.

Fir-rigward ta' miżuri protettivi speċifiċi:

  1. Restituzzjoni provviżorja tas-sjieda: Fil-każ ta' serq vjolenti, is-sid jista' jitlob li l-proprjetà tiegħu tkun irritornata lilu provviżorjament, filwaqt li jallega l-fatti li jikkostitwixxu l-pussess, is-serq u l-vjolenza. L-imħallef jista' jordna r-restituzzjoni mingħajr ma jħarrek jew jisma' lill-ħalliel jekk jemmen, wara li jeżamina l-evidenza, li r-rikorrent kellu l-pussess tal-oġġett u li dan insteraq mingħandu vjolentament.
  2. Sospensjoni ta' deċiżjonijiet korporattivi: Jekk kwalunkwe tip ta' assoċjazzjoni jew kumpanija tieħu deċiżjonijiet li jmorru kontra l-liġi, il-memorandum jew Statut ta' Assoċjazzjoni, kwalunkwe sieħeb jista, fi żmien 10 ijiem (li jibdew minn dakinhar tal-laqgħa li d-deċiżjonijiet ittieħdu matulha jew minn dakinhar li skopriehom ir-rikorrent, jekk ma kienx imsejjaħ għal-laqgħa), jitlob li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet tkun sospiża. Huwa jkollu jissostanzja r-rwol tiegħu bħala sieħeb u jipprova li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tista' toħloq dannu konsiderevoli. Ir-rikors ikun akkumpanjat minn kopja tal-minuti fejn huma mniżżlin id-deċiżjonijiet u, bl-eċċezzjoni tal-laqgħat ġenerali annwali, il-kopja ta' dawn il-minuti tinbidel minn evidenza dokumentata tar-riżoluzzjoni.
  3. Manteniment provviżorju: Persuna intitolata għall-manteniment tista' titlob l-iffissar tal-ammont mensili li għandha tirċievi fil-forma ta' manteniment provviżorju, dment li ma jkunx għadu sar l-ewwel ħlas definittiv. Ladarba l-qorti tirċievi r-rikors għal manteniment provviżorju, tiġi ffissata ġurnata għas-smigħ tal-kawża u l-partijiet ikunu avżati li jridu jidhru personalment għas-seduta jew ikunu rappreżentati minn persuna li jkollha prokura bis-setgħat speċjali li ssib ftehim. Id-difiża titressaq waqt is-seduta nnifisha u l-imħallef ikollu l-għan li jasal għal qbil dwar l-iffissar tal-manteniment, li mbagħad ikun approvat mis-sentenza.
    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet jew jekk it-tentattiv biex jintlaħaq fhteim ma jirnexxix, l-imħallef jordna l-ġbir tal-provi qabel ma jagħti sentenza orali li jkollu jagħti raġunijiet konċiżi għaliha.
  4. Kumpens provviżorju: B'rabta ma' pretensjonijiet ta' kumpens għal mewt jew offiża fuq il-persuna, il-parti offiża u dawk li jistgħu jkunu intitolati għal manteniment mill-parti offiża, kif ukoll dawk li l-vittma ħallashom manteniment b'konformità ma' obbligu naturali, tista' titlob l-għoti ta' ammont monetarju partikolari fil-forma ta' somma fix-xahar bħala kumpens provviżorju għad-dannu. L-imħallef jilqa' l-miżura mitluba sakemm ikun hemm evidenza ta' sitwazzjoni ta' bżonn minħabba l-offiżi mġarrba u l-evidenza għall-obbligu ta' kumpens mill-intimat. L-ammont tal-kumpens provviżorju, li jitqies fid-deċiżjoni finali dwar il-kumpens tad-danni, jiġi ddeterminat b'mod ekwitabbli mill-qorti. Dan japplika wkoll għall-każijiet fejn it-talba għad-danni tkun fundata wkoll fuq danni li jistgħu jipperikolaw serjament is-sussistenza jew l-akkomodazzjoni tal-parti offiża. Il-punti msemmija fuq relatati ma' manteniment provviżorju japplikaw ukoll għall-ipproċessar ta' din il-miżura, mutatis mutandis.
  5. Qbid: Il-qbid jippermetti lil kreditur li jkun ġustifikabilment beżgħan li jitlef l-assi li jiggarantulu l-pretensjoni biex jikseb il-qbid ġudizzjarju tal-oġġetti. Ir-rikorrent għall-qbid jippreżenta l-fatti li juru l-eżistenza probabbli tal-pretensjoni u jiġġustifika l-biża' allegat, filwaqt li jelenka l-oġġetti li jridu jinqabdu flimkien mal-informazzjoni kollha neċessarja biex tintemm l-investigazzjoni. Jekk jintalab qbid kontra x-xerrej tal-proprjetà tad-debitur u jekk ix-xiri ma jkunx ippruvat li kien ikkontestat b'mod ġudizzjarju, ir-rikorrent xorta jrid jippreżenta l-fatti li jagħmlu l-merti tal-kawża probabbli.
    Wara li jiġu eżaminati l-provi, jiġi ddikjarat il-qbid mingħajr is-smigħ tal-parti l-oħra, sakemm ir-rekwiżiti legali jkunu meqjusa li ġew issodisfati.
    Fil-każ ta' qbid ta' vapuri jew il-merkanzija tagħhom, ir-rikorrent huwa responsabbli biex juri, filwaqt li jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali, li l-qbid huwa permissibbli meta wieħed iqis in-natura tal-pretensjoni. F'dan il-każ, il-qbid ma jseħħx jekk il-mutwatarju jipprovdi garanzija aċċettabbli mill-ewwel lill-kreditur jew, fi żmien jumejn, l-imħallef iqis li jkun xieraq li t-tluq tal-bastiment jitwaqqaf sakemm tiġi pprovduta garanzija.
  6. Inibizzjoni ta' xogħlijiet ġodda: Kull min iħoss li d-dritt tiegħu għal proprjetà jew koproprjetà jew kwalunkwe dritt ieħor in rem jew in personam ta' użu jew proprjetà qiegħed jinkiser minħabba xogħol ġdid jew servizz ġdid li jikkawżalu jew jista' jikkawżalu telf, jistaħ jitlob, fi żmien 30 jum minn dakinhar li jsiru jafu bil-fatt, is-sospensjoni immedjata tax-xogħol jew tas-servizz. Ir-rikorrent jista' jimponi wkoll l-inibizzjoni direttament b'mod ekstraġudizzjarju billi jinnotifika lill-iżviluppatur, jew fin-nuqqas ta' dak, lill-persuna inkarigata jew lis-sostitut tiegħu, quddiem żewġ xhieda, biex iwaqqaf ix-xogħol. Din l-inibizzjoni ekstraġudizzjarja ma għandha l-ebda effett jekk ma tintalabx konferma mill-qorti fi żmien ħamest ijiem.
  7. Sekwestru ta' oġġetti: Meta jkun hemm biża' raġonevoli ta' telf, ħabi jew dissipazzjoni ta' assi mobbli jew immobbli jew dokumenti, jista' jintalab is-sekwestru tagħhom. Dan is-sekwestru huwa marbut mal-kawża relatata mal-ispeċifikazzjoni tal-oġġetti jew il-prova tal-proprjetà tad-drittijiet fuq l-oġġetti sekwestrati. Sekwestru jista' jintalab minn kull min ikollu interess fil-konservazzjoni tal-oġġetti jew tad-dokumenti, għalkemm il-kredituri biss jistgħu jitolbu s-sekwestru f'każijiet li jwasslu għat-teħid tal-wirt. Ir-rikorrent irid jipprova fil-qosor id-dritt relatat mal-oġġetti u l-fatti li l-biża' mit-telf jew id-dissipazzjoni tagħhom hija bbażata fuqhom. Jekk id-dritt relatat mal-oġġetti jiddependi fuq kawża pendenti jew kawża li tressqet, ir-rikorrent irid jikkonvinċi lill-qorti bil-probabbiltà tal-validità tar-rikors ikkonċernat. Ladarba jiġu pprovduti l-provi meħtieġa, l-imħallef jikkonċedi l-miżuri jekk jemmen li mingħajr is-sekwestru l-interessi tar-rikorrent ikunu f'riskju serju.

2.1 Il-proċedura

Ħlief għall-inibizzjoni fuq xogħol ġdid, fejn wieħed jista' jieħu passi inizjali ekstraġudizzjarji wara rikors għall-konferma mill-qorti, il-miżuri protettivi l-oħra huma bbażati fuq rikors inizjali lill-qorti fejn ir-rikorrent jipprovdi provi sommarji tad-dritt fil-periklu u jiġġustifika l-biża' minn dannu. F'dan ir-rikors, tintbagħat il-lista tax-xhieda u tintalab evidenza oħra, b'limitu ta' ħames xhieda.

Fid-deċiżjoni li tordna l-miżura, jekk jintalab, l-imħallef jista' jeżenta lir-rikorrent mill-oneru li jiftaħ il-kawża ewlenija jekk il-materjal miksub fil-proċedimenti jissodisfa biżżejjed lill-imħallef li d-dritt salvagwardjat ikun reali u n-natura tal-miżura dekretata tkun xierqa għas-soluzzjoni finali tat-tilwima. Din l-eżenzjoni tista' tiġi applikata sa tmiem is-seduta finali; fil-każ ta' proċedimenti li ma jkunux ta' konfront, l-intimat jista' jopponi l-eżenzjoni mir-responsabbiltà li tinfetaħ kawża flimkien ma' kontestazzjoni tal-miżura dekretata.

L-iskema ta' trasferiment tar-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża tapplika mutatis mutandis għar-restituzzjoni provviżorja tal-proprjetà, is-sospensjoni ta' deċiżjonijiet korporattivi, il-manteniment provviżorju, inibizzjonijiet ġodda fuq il-kostruzzjoni u miżuri ġodda stipulati f'leġiżlazzjoni separata li, fin-natura tagħha, tippermetti s-soluzzjoni finali tat-tilwima.

Meta l-liġi ma tistabbilix li l-miżura tiġi adottata mingħajr is-smigħ tal-intimat, l-intimat jinstema' fil-qorti, ħlief jekk is-smigħ ipoġġi l-għanijiet u l-effikaċja tal-miżura f'riskju serju.

Meta jinstema' qabel ma l-miżura tiġi dekretata, l-intimat jitħarrek biex jikkontesta fi żmien għaxart ijiem. It-taħrika tiġi sostiwita b'avviż meta l-intimat ikun diġà tħarrek għall-kawża ewlenija.

Meta d-data tal-għeluq għall-kontestazzjoni tiskadi u l-intimat ikun instema', fejn xieraq tittieħed l-evidenza meħtieġa jew iddeterminata mill-qorti.

Jekk l-intimat ma jkunx instema' u l-miżura tiġi dekretata, l-intimat jiġi biss avżat b'dik id-deċiżjoni wara li tkun saret. Wara l-avviż huwa jkun intitolat jappella, f'termini ġenerali, kontra l-ordni li jiddekreta l-miżura jekk iqis li, fid-dawl tal-fatti, ma kellux jingħata. Huwa jista' jressaq il-kontestazzjoni tiegħu jekk ikun jixtieq jippreżenta fatti jew jipproduċi provi li ma tqisux mill-qorti u li jistgħu jxejnu r-raġunijiet għal miżura protettiva jew iwasslu biex il-miżura titnaqqas. L-intimat jista' jikkontesta, bi kwalunkwe mezz imsemmi fuq, id-deċiżjoni tat-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża. Jekk l-intimat iressaq kontestazzjoni, il-qorti trid tiddeċiedi żżommx, tnaqqasx jew tirtirax il-miżura dekretata preċedentement. Din id-deċiżjoni u, fejn ikun applikabbli, iż-żamma jew l-irtirar tat-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża hija appellabbli u twassal, fejn xieraq, għall-ġbir tal-evidenza meħtieġa jew iddeterminata mill-qorti ex officio.

Materji ta' ġuriżdizzjoni territorjali huma rregolati mill-Artikolu 78 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li skontu:

  1. Rikorsi għall-qbid u s-sekwestru ta' oġġetti jistgħu jsiru fil-qorti fejn għandhom jinfetħu il-proċedimenti relatati, jew fil-post fejn jinsabu l-assi jew, jekk hemm assi f'għadd ta' distretti, f'wieħed minnhom.
  2. Għal inibizzjoni fuq xogħol ġdid, il-qorti tal-post fejn ikun se jsir ix-xogħol ikollha l-ġuriżdizzjoni.
  3. Għall-miżuri protettivi l-oħrajn, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni hija l-qorti fejn trid tinfetaħ il-kawża relatata.

Jekk ir-responsabbiltà għall-ftuħ tal-azzjoni ma tiġix trasferita, il-proċedimenti jingħaqdu mal-atti malli tinfetaħ il-kawża; jekk il-kawża tinfetaħ f'qorti oħra, hija tingħadda lilha u dik il-qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni esklussiva fuq il-passi ta' wara.

Jekk il-miżuri protettivi jintalbu waqt li tkun għaddejja l-kawża, dawn iridu jintalbu fil-qorti fejn qed tinstema' l-kawża marbuta magħhom, sakemm il-kawża ma jkollhiex appell pendenti; f'dak il-każ il-konsolidazzjoni ssir biss meta jispiċċaw il-proċedimenti jew meta l-atti tal-kawża ewlenija jgħaddu għall-ewwel istanza.

Rappreżentanza minn avukat hjija obbligatorja meta l-valur tal-miżura jaqbeż il-EUR 5 000.00 jew meta jkunu ammissibbli l-appelli.

Il-valur tal-miżuri protettivi jkun iddeterminat kif ġej:

  1. Għall-manteniment provviżorju u għall-kumpens provviżorju, skont il-ħlas mensili mitlub, immultiplikat bi 12;
  2. Għar-restituzzjoni provviżorja ta' proprjetà, skont il-valur tal-oġġett li s-sid ġie mċaħħad minnu;
  3. Għas-sospensjoni ta' deċiżjonijiet korporattivi, skont l-ammont tat-telf;
  4. Għall-inibizzjonijiet fuq xogħol ġdid u miżuri protettivi mhux speċifikati, skont it-telf li jrid jiġi prevenut;
  5. Għall-qbid, skont l-ammont tal-pretensjoni li trid tiġi ggarantita;
  6. Għas-sekwestru ta' oġġetti, skont il-valur tal-oġġetti sekwestrati.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Fil-valutazzjoni tal-kriterji biex tordna miżura protettiva, il-qorti trid teżamina dejjem jekk il-biża' invokata hix raġonevoli u kemm ikun serju u diffiċli li tagħmel tajjeb għall-ksur potenzjali tad-dritt ikkonċernat. Hija tivvaluta wkoll jekk tkunx xierqa miżura kawtelatorja jew interim fil-każ speċifiku kkonċernat, bil-ħsieb li jkun issalvagwardjat id-dritt li hu allegat li hu fil-periklu. Trid tistabbilixxi li hemm riskju marbut ma' kull dewmien.

Hija teżamina wkoll jekk il-proċedimenti jkunux effettivament jew potenzjalment dipendenti fuq kawża miftuħa jew li se tinfetaħ abbażi tad-dritt salvagwardjat.

F'dan it-tip ta' proċediment, hija l-qorti li trid tikseb provi sommarji (jiġifieri inqas rigorużi minn fil-proċedimenti ewlenin) li hemm probabbilta reali li d-dritt li jrid ikun salvagwardjat jeżisti u li l-biża' li jinkiser huwa suffiċentement iġġustifikat.

Biex ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħrajn fir-rigward ta' miżuri protettivi speċifiċi, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 2.

Il-miżuri protettivi kollha jitqiesu bħala urġenti, u jieħdu prijorità fuq kwalunkwe att ġudizzjarju ieħor li ma jkunx urġenti, u jridu jkunu deċiżi fl-ewwel istanza fi żmien ta' mhux aktar minn xahrejn jew, jekk l-intimat ma hemmx għalfejn jiġi mħarrek, fi żmien 15-il jum.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Drittijiet u beni mobbli u immobbli li mhumiex totalment jew parzjalment esklużi mil-liġi jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri protettivi.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Peress li huma ordnati mill-qrati, il-miżuri protettivi huma vinkolanti fuq l-entitajiet pubbliċi u privati kollha u jieħdu preċedenza fuq miżuri adottati minn kwalunkwe awtorità oħra (l-Artikolu 205(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża). Kull persuna li tikser miżura protettiva dekretata tirċievi l-piena ta' diżobbedjenza kkwalifikata, minkejja l-miżuri xierqa għall-eżekuzzjoni tagħhom.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Minkejja li r-rikorrent ikun eżentat mill-oneru li jiftaħ il-kawża ewlenija, il-miżura protettiva tintemm u, meta tkun dekretata, tiskadi:

  1. jekk ir-rikorrent ma jiftaħx il-kawża li l-miżura tiddependi minnha fi żmien 30 jum minn dakinhar li jkun ġie nnotifikat li d-deċiżjoni li tordna l-miżura tkun finali u inappellabbli;
  2. Jekk, wara li tinfetaħ il-kawża, il-proċess jieqaf għal aktar minn 30 jum minħabba n-negliġenza tar-rikorrent;
  3. Jekk il-kawża tkun miċħuda, b'deċiżjoni finali u inappellabbli;
  4. Jekk l-intimat jiġi lliberat u r-rikorrent ma jiftaħ l-ebda kawża oħra fil-ħin biex japprofitta mill-effetti tal-kawża preċedenti;
  5. Jekk id-dritt li r-rikorrent jipprova jissalvagwardja jintemm.

Minkejja r-regoli tad-distribuzzjoni tal-oneru tal-provi, malli d-deċiżjoni li tiddekreta l-miżura protettiva u tittrasferixxi r-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża ssir finali u inappellabbli, l-intimat ikun innotifikat li kwalunkwe kawża biex jikkontesta l-eżistenza tad-dritt protett trid tinfetaħ fi żmien 30 jum mill-avviż, inkella l-miżura promulgata tkun ikkonsolidata bħala komponent definittiv tat-tilwima.

L-istess piena tapplika meta, wara li tinfetaħ il-kawża, il-proċess jieqaf għal aktar minn 30 jum minħabba n-negliġenza tar-rikorrent jew l-intimat jiġi lliberat u r-rikorrent jonqos milli jiftaħ kwalunkwe kawża oħra biex japprofitta mill-effetti tal-kawża preċedenti.

L-iskadenza tal-miżuri dekretati tiddependi mill-validità, b'sentenza finali u inappellabbli, tal-kawża miftuħa mir-rikorrent.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Appelli ordinarji huma ammissibbli meta l-proċedimenti jkollhom valur ogħla mil-limitu tal-qorti li d-deċiżjoni qed tkun appellata quddiemha u d-deċiżjoni kkontestata tkun żvantaġġuża għall-parti li tkun qed tappella b'iktar minn nofs dan l-ammont. L-appelli jistgħu wkoll isiru dejjem kontra deċiżjonijiet relatati mal-valur tal-miżuri protettivi fuq il-bażi li l-valur ikun jeċċedi l-limitu tal-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni kkontestata u ċ-ċaħdiet preliminari tar-rikorsi inizjali għal miżuri protettivi.

Deċiżjonijiet li jordnaw it-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża jkunu appellabbli biss flimkien ma' appelli kontra deċiżjonijiet dwar il-miżura mitluba; deċiżjonijiet li jiċħdu t-trasferiment huma finali u inappellabbli.

Ma jistgħux isiru appelli quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet li jordnaw miżuri protettivi, inklużi dawk li jiddeterminaw it-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ftuħ tal-kawża, mingħajr preġudizzju għall-kawżi fejn appell ikun ammissibbli dejjem.

Kull parti fil-proċedimenti li titlef il-kawża u kull min ma jkunx parti fil-proċedimenti imma jsofri telf dirett u reali minħabba miżura protettiva jista' jikkontesta dik il-miżura.

Il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni li tisma' l-appell hija qorti tat-tieni istanza tal-istess distrett ġudizzjarju fejn tinsab il-qorti li tat id-deċiżjoni kkontestata.

Il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-appelli huwa 15-il jum mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni. Jekk l-appell ikun jikkonċerna wkoll ir-rieżami ta' evidenza rreġistrata, il-limitu taż-żmien jiżdied b'10 ijiem.

Appell imressaq kontra ordni li tiċħad kompletament il-miżura jew li ma tordnax li l-miżura jkollha effett sospensiv. F'każijiet oħrajn huwa jkollu effett purament devoluttiv.

Aktar informazzjoni

Tista' tikseb aktar informazzjoni mis-siti li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal CITIUS

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBażi ta' Dejta ta' Dokumenti Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ġurnal Uffiċjali Portugiż

L-aħħar aġġornament: 30/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Rumanija

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

It-tipi differenti ta’ miżuri kawtelatorji huma l-qbid kawtelatorju u ġudizzjarju u s-sekwestru kawtelatorju. Miżuri kawtelatorji huma mandati għal iffriżar u konservazzjoni waqt il-proċeduri, ordnati mill-qorti fuq l-assi tad-debitur sabiex jiġi evitat li l-parti opposta teqred jew tittrasferixxi l-assi kkonċernati jew li tnaqqas dawk l-assi.

Il-qbid kawtelatorju jikkonsisti fl-iffriżar tal-assi traċċabbli tad-debitur sabiex jiġu rkuprati meta l-kreditur ikun kiseb ordni eżekutorja. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili fih serje ta’ dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ arrest kawtelatorju ta’ bċejjeċ tal-baħar ċivili.

Il-qbid ġudizzjarju jikkonsisti fl-iffriżar tal-assi billi jafdahom lil uffiċjal tas-sekwestru għall-kustodja.

Il-qbid ġudizzjarju jista’ jiġi applikat kull fejn ikunu nbdew proċedimenti b’rabta ma’ proprjetà jew dritt prevalenti ieħor in rem, bi sjieda ta’ assi jew bl-użu jew immaniġġjar ta’ proprjetà konġunta, fejn il-qorti tkun kompetenti li tapprova l-qbid ġudizzjarju ta’ assi.

Is-sekwestru kawtelatorju jista’ jiġi applikat għal flus, titoli jew assi intanġibbli mobbli traċċabbli oħra dovuti lil debitur minn terza persuna.

Is-sekwestru eżekuttiv huwa forma ta’ eżekuzzjoni indiretta fejn jiġu rkuprati l-flus, titoli jew assi intanġibbli mobbli traċċabbli oħra.

Xi sentenzi ta’ qorti tal-prim’istanza jkunu legalment eżegwibbli provviżorjament meta l-għan tagħhom ikun li jistabbilixxu l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, id-dritt li jkollhom relazzjoni personali mal-minuri u r-residenza tal-minorenni; rimunerazzjoni, benefiċċji tal-qgħad; kumpens għal inċident fuq il-post tax-xogħol; vitalizji, obbligi ta’ manteniment; benefiċċji tat-tfal u pensjonijiet; kumpens f’każ ta’ mewt jew korriment personali jew dannu għas-saħħa; tiswijiet immedjati; tagħmir tal-issiġillar, tneħħija tas-siġilli jew inventarji; pretensjonijiet rigward il-pussess; sentenzi deċiżi fuq bażi tal-ammissjoni tal-konvenut tal-pretensjonijiet tal-attur eċċ. Dawn is-sentenzi għandhom ikunu eżegwibbli proviżorjament.

Il-Qorti tista’ taċċetta l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ sentenzi dwar l-assi.

Għall-preżentazzjoni tal-provi, kull persuna li jkollha interess li tistabbilixxi, b’urġenza, ix-xhieda ta’ persuna, opinjoni ta’ espert jew il-kundizzjoni ta’ ċerti assi jew li jkollha sottomissjoni, fatt jew dritt rikonoxxut tkun intitolata li titlob, kemm qabel kif ukoll matul il-kawża, l-amministrazzjoni ta’ tali provi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Għal qbid u sekwestru kawtelatorji tkun meħtieġa deċiżjoni biex jiġi rikonoxxut, id-digriet għall-iffriżar fuq l-assi jew l-ammonti traċċabbli tad-debitur. L-ordnijiet jistgħu jinħarġu biss mill-qorti tal-prim’istanza b’ġuriżdizzjoni fuq il-materja (qbid ġudizzjarju, sekwestru kawtelatorju) jew mill-qorti tal-prim’istanza li tittratta l-kawża jew il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha jinsab l-assi (qbid ġudizzjarju). F’tali proċedimenti speċjali, mhijiex obbligatorja assistenza minn avukat. Is-sentenzi dwar il-qbid kawtelatorju u s-sekwestru  kawtelatorju għandhom jiġi eżegwiti minn uffiċjal ġudizzjarju. L-uffiċjal tal-qbid jista’ jħejji d-dokumenti kollha għal konservazzjoni u amministrazzjoni, jirċievi xi dħul u ammonti dovuti u jħallas id-djun attwali u d-djun stabbiliti skont ordni eżekutorja. L-ispejjeż prevedibbli huma taxxi tal-boll ġudizzjarji biss li, skont l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament dwar l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80 tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar it-taxxi tal-boll ġudizzjarji huma RON 100 għal pretensjonijiet marbuta ma’ miżuri kawtelatorji u RON 1 000 għal pretensjonijiet dwar arrest ta’ bċejjeċ tal-baħar u inġenji tal-ajru. Il-kreditur jista’ jkun obbligat iħallas depożitu ta’ sigurtà stabbilit mill-qorti. Jekk il-pretensjoni tal-kreditur ma tkunx iddikjarata bil-miktub, id-depożitu ta’ garanzija huwa stabbilit għal liġi amministrattiva f’nofs il-valur iddikjarat.

Sekwestru eżekuttiv jiġi eżegwit, fuq talba tal-kreditur, minn uffiċjal ġudizzjarju li l-uffiċċju tiegħu jinsab fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-appell fejn id-debitur jew parti terza soġġetta għas-sekwestru jkollha d-domiċilju tagħha jew, fil-każ ta’ kontijiet bankarji, permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju mill-post fejn id-debitur ikollu d-domiċilju/l-uffiċċju rreġistrat jew mill-post fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju prinċipali/sekondarji tagħha.

Għall-eżekuzzjoni provviżorja, it-talba tista’ tiġi ppreżentata bil-miktub u bil-fomm fil-qorti qabel l-għeluq tad-dibattiti. Il-Qorti tista’ taċċetta l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ mandati li japplikaw għal assi meta hija tqis li l-miżura tkun meħtieġa b’rabta mar-raġunijiet legali manifesti jew għall-kundizzjoni ta’ insolvenza tad-debitur u meta tqis li jekk ma teżegwix ordni bħal din immedjatament dan ikun għad-detriment evidenti tal-kreditur. F’dawn il-każijiet, il-qorti tista’ tobbliga lill-kreditur biex iħallas depożitu ta’ garanzija.

Għall-preżentazzjoni tax-xhieda, it-talba tkun indirizzata, qabel il-proċess quddiem il-qorti, lill-qorti tad-distrett li x-xhud jinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha jew is-suġġett tas-sejba u, matul proċedimenti ta’ proċess, lill-qorti li tkun qed tittratta l-kwistjoni fil-prim’istanza. It-talba tal-parti tiddikjara l-provi u l-fatti li għandha l-ħsieb tagħti prova tagħhom, kif ukoll ir-raġunijiet għall-ħtieġa li tingħata tali evidenza jew il-kunsens tal-parti opposta.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Għal qbid u sekwestru kawtelatorju, kawża għandha tkun pendenti. Fil-każ ta’ qbid ġudizzjarju jista’ jinħareġ mandat anke jekk ma jkun hemm l-ebda kawża pendenti. Kreditur li ma jkollu l-ebda titolu eżekuttiv jista’ jitlob l-eżekuzzjoni ta’ qbid jew sekwestru kawtelatorji jekk iġib provi li huwa ressaq it-talba tiegħu.

F’każijiet urġenti, talba għall-arrest kawtelatorju ta’ biċċa tal-baħar tista’ tiġi ppreżentata anki qabel ma jiġi ppreżentat rikors dwar il-merti tal-każ.

Qorti tista’ taċċetta t-talba għal qbid ġudizzjarju jew sekwestru kawtelatorju jekk din il-miżura tkun meħtieġa biex tħares id-dritt rispettiv u li tkun pendenti kawża rigward id-dritt ta’ sjieda jew dritt prevalenti ieħor in rem, il-pussess ta’ beni jew l-użu jew amministrazzjoni ta’ proprjetà konġunta.

Il-qbid ġudizzjarju jista’ jiġi approvat, anki fin-nuqqas ta’ proċedimenti ġudizzjarji dwar il-merti rigward assi li d-debitur joffri għall-ħelsien tiegħu, sabiex jinqbad assi li fir-rigward tiegħu l-parti kkonċernata jkollha raġunijiet validi li tibża' li dan jista’ jitneħħa, jinqered jew jinbidel mis-sid; għal assi mobbli li jammontaw għal garanzija tal-kreditur, meta jitlob l-insolvenza tad-debitur tiegħu jew meta l-kreditur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li d-debitur ikun ser jevita l-eżekuzzjoni jew minħabba l-biża’ ta’ tneħħija jew deterjorament tal-assi.

Qorti toħroġ deċiżjoni b’rabta mat-talba ta’ qbid kawtelatorju / sekwestru kawtelatorju b’urġenza in camera, mingħajr ma jitħarrku l-partijiet, b'konklużjoni eżekutorja, u, fejn applikabbli, il-valur tal-garanzija u l-limitu ta’ żmien għall-ħlas tagħha. Talba għal qbid ġudizzjarju tiġi ttrattata b’urġenza u l-partijiet jitħarrku. F’każ ta’ ammissjoni, il-qorti tista’ tobbliga lill-attur iħallas depożitu ta’ garanzija u, fil-każ ta’ assi immobbli, li jkunu elenkati fir-reġistru tal-artijiet.

Ma hemm l-ebda rekwiżit rigward l-urġenza tat-talba iżda, għall-kreditur, fil-każ ta’ qbid kawtelatorju u sekwestru kawtelatorju, hemm il-possibbiltà li juri li d-deċiżjoni ma tiġix eżegwita fuq il-bażi tat-tneħħija jew il-qerda tal-assi kkonċernati tad-debitur anke jekk it-talba ma tkunx dovuta.

Sekwestru eżekuttiv jiġi stabbilit mingħajr ċitazzjoni, b’konklużjoni li tagħraf l-eżekuzzjoni, b’nota li tindika wkoll it-titolu eżekuttiv, li trid tintbagħat lil terza persuna, flimkien ma’ dik il-konklużjoni li tagħraf l-eżekuzzjoni. Id-debitur jiġi infurmat ukoll bil-mandat. Il-mandat ta’ sekwestru tal-qorti jinforma lit-terza persuna, li tikseb l-istatus ta’ terza persuna b’mandat ta’ sekwestru, li hija pprojbita li tħallas lid-debitur, flus jew assi mobbli dovuti jew li se jkunu dovuti, u tistqarr li huma suġġetti għall-mandat ta’ sekwestru minħabba li hu meħtieġ biex jinkiseb l-obbligu eżegwit.

Għall-preżentazzjoni tax-xhieda, ir-rekwiżit huwa li għandu jkun hemm theddida li l-evidenza probabbli li tgħib jew tkun diffiċli li tiġi indirizzata fil-futur. Jekk il-parti li qed topponi tagħti l-kunsens tagħha, it-talba tista’ tiġi ppreżentata anki fl-assenza ta’ kwalunkwe urġenza. Il-Qorti tħarrek lill-partijiet u tagħti kopja tat-talba lill-parti li qed topponi. Il-Qorti tittratta din it-talba in camera biex tasal għal konklużjoni. Fejn hemm periklu ta’ dewmien, il-Qorti tista’ taċċetta t-talba, mingħajr ma tħarrek il-partijiet

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Kontijiet tal-bank, assi intanġibbli, garanziji eċċ. jistgħu jkunu suġġetti għal sekwestru kawtelatorju.

Assi tanġibbli mobbli, mezzi ta’ trasport reġistrati, assi immobbli eċċ. jistgħu jkunu soġġetti għal qbid kawtelatorju.

Assi immobbli, assi mobbli, eċċ. jistgħu jkunu soġġetti għal qbid ġudizzjarju.

Flus, titoli jew assi intanġibbli mobbli oħrajn jistgħu jkunu soġġetti għal sekwestru eżekuttiv.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Għal qbid u sekwestru kawtelatorju, l-assi maqbuda jew sekwestrati jistgħu jiġu rkuprati biss wara li l-kreditur ikun kiseb ordni eżekutorja.

Mandat ta’ arrest kawtelatorju ta’ bċejjeċ tal-baħar tiġi eżegwita billi l-vapur jinżamm mill-uffiċċju tal-kaptan tal-port fejn ikun jinsab il-bastiment. F’dan il-każ, l-uffiċċju tal-kaptan tal-port ma jirrilaxxax id-dokumenti tat-trasport meħtieġa u ma jippermettix li l-vapur jitlaq mill-port.

Tiġi imposta multa bħala piena biss jekk l-attur jikseb b'mala fede miżura kawtelatorja li tkun ta’ dannu għall-konvenut. Il-konvenut/debitur jista’ jkun soġġett għal piena skont il-liġi kriminali għal nuqqas ta’ konformità ma’ sentenzi tal-qorti.

Jekk id-debitur jippreżenta garanzija suffiċjenti, il-qorti tista’ tannulla l-mandat ta’ qbid kawtelatorju fuq talba tad-debitur. It-talba għall-ħelsien ta’ assi tiġi ttrattata in camera, b’urġenza, u l-partijiet jitħarrku fi żmien qasir b’konklużjoni.

Bl-istess mod, jekk it-talba prinċipali li fuqhom hija bbażata t-talba għal miżura kawtelatorja tiġi annullata, miċħuda jew tiskadi b’sentenza finali jew jekk il-persuna li tkun ressqet l-imsemmija talba tkun ċediet l-eżerċizzju tagħha, id-debitur jista’ jitlob ir-rilaxx tal-assi mingħand il-qorti li tkun ħarġet il-mandat. Il-Qorti tagħti sentenza finali dwar it-talba, mingħajr ma tħarrek il-partijiet.

Għal sekwestru eżekuttiv, il-flus u l-assi kollha soġġetti għal sekwestru jiġu ffriżati mid-data meta l-mandat ta’ sekwestru jintbagħat lil parti terza soġġetta għas-sekwestru. Mill-ħin tal-iffriżar sal-ħlas sħiħ tal-obbligi ddikjarati fl-ordni eżekuttiv, il-parti terza suġġetta għas-sekwestru ma tagħmel l-ebda ħlas u ma twettaq l-ebda operazzjoni li x’aktarx li tnaqqas l-assi ffriżati. Meta l-pretensjoni tas-sekwestru tiġi ggarantita b’ipoteka jew garanzija oħra in rem, il-kreditur li qed jitlob is-sekwestru jkun intitolat jitlob li tiġi mniżżla fir-reġistru tal-artijiet jew f’reġistri pubbliċi oħra.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Għal qbid u sekwestru kawtelatorju, il-limiti ta’ żmien li ma jkoprux il-perjodu tal-mandat maħruġ mill-qorti jistgħu jiġu stabbiliti skont deċiżjoni tal-qorti (pereżempju, il-limitu ta’ żmien meħtieġ għall-kreditur biex jippreżenta garanzija soġġett għal piena ta’ rilaxx ta’ assi).

Din l-ordni tkun valida sakemm is-sentenza tat-talba għar-rilaxx tal-assi jekk din it-talba tkun ġiet miċħuda, ma tkunx għadha valida jew titwarrab, jekk it-talba tkun aċċettata, sal-eżekuzzjoni tas-sentenza jew sakemm id-debitur jipprovdi garanziji suffiċjenti.

L-appell dejjem jiġi riżolt bil-partijiet jiġu mħarrka.

Għal sekwestru eżekuttiv, il-flus u l-assi kollha soġġetti għas-sekwestru jiġu ffriżati mid-data meta  jkun intbagħat il-mandat ta’ sekwestru lill-parti terzasuġġetta għas-sekwestru. Mill-ħin tal-iffriżar sal-ħlas sħiħ tal-obbligi ddikjarati fl-ordni eżekuttiva, inkluż għall-perjodu ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni permezz tas-sekwestru, il-parti terza suġġetta għas-sekwestru ma tagħmel l-ebda ħlas u ma twettaq l-ebda operazzjoni li x’aktarx li tnaqqas l-assi ffriżati, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.

Terza persuna soġġetta għal sekwestru għandha tirreġistra l-ammont ta’ flus jew assi intanġibbli mobbli suġġetti għas-sekwestru fi żmien ħamest ijiem mill-avviż tas-sekwestru jew mid-data ta’ meta kellu jsir il-ħlas tal-ammonti dovuti fil-ġejjieni. L-uffiċjal ġudizzjarju jirrilaxxa jew jagħti l-ammont ta’ flus irreġistrat.

Jekk terza persuna soġġetta għal sekwestru tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha, il-kreditur ta’ rintraċċjar, id-debitur jew l-uffiċjal ġudizzjarju, jistgħu jinnotifikaw il-qorti li ħarġet l-ordni eżekuttiv sabiex tivvalida s-sekwestru. Jekk l-evidenza amministrata turi li l-parti terza li kienet soġġetta għas-sekwestru għandha tagħti flus lid-debitur, il-qorti tieħu deċiżjoni li tivvalida s-sekwestru  b’hekk torbot lill-parti terza suġġetta għas-sekwestru biex tħallas lill-kreditur l-ammont dovut lid-debitur u, jekk le, tiddeċiedi li twarrab is-sekwestru. Jekk is-sekwestru jkun ġie eżegwit fuq assi intanġibbli mobbli, li fid-data tal-eżekuzzjoni, kienu miżmuma minn parti terza soġġetta għal sekwestru, il-qorti tiddeċiedi li tbigħhom.

Għall-preżentazzjoni tax-xhieda ix-xhieda ppreżentata tiġi eżaminata fil-qorti, waqt is-sentenza tal-kawża, b’rabta mal-ammissibbiltà u l-konklussività tagħha. Ix-xhieda ppreżentata tista’ tintuża wkoll mill-parti li ma tkunx talbet l-amministrazzjoni tagħhom. Spejjeż imġarrba mal-amministrazzjoni tal-evidenza huma rreġistrati mill-qorti li tkun qed titratta l-każ fuq il-merti tiegħu.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Għal qbid u sekwestru kawtelatorji il-konklużjoni hija soġġetta biss għal appell fi żmien ħamest ijiem mid-data tad-deċiżjoni jew tan-notifika, skont jekk il-proċess kienx sar bil-partijiet imħarrka jew mingħajrhom, quddiem il-qorti ġerarkikament superjuri. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-prim’ istanza tirrigwarda l-qorti tal-appell, ir-rimedju huwa appell. L-effett ta’ dawn ir-rimedji huwa jew ir-rilaxx ta’ assi jew iż-żamma ta’ miżuri kawtelatorji. Kwalunkwe parti interessata tista’ tippreżenta oġġezzjoni kontra l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' qbid/ ta’ sekwestru.

Għal sekwestru eżekuttiv, id-deċiżjoni maħruġa fir-rigward tal-validazzjoni tas-sekwestru hija suġġetta biss għal appell fi żmien ħamest ijiem min-notifika. Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni finali għandha l-effetti ta’ ċessjoni tal-pretensjonijiet u tammonta għal ordni eżekuttiva kontra l-parti terza soġġetta għall-ordni ta’ sekwestru sa ftehim dwar l-ammonti li ngħatat validazzjoni għalihom. Wara li l-anness jiġi vvalidat, il-parti terza soġġetta għas-sekwestru tipproċedi għal reġistrazzjoni jew ħlas, fil-limiti tal-ammont indikat espressament fid-deċiżjoni tal-validazzjoni.

Għal eżekuzzjoni provviżorja, jekk it-talba ġiet miċħuda mill-qorti tal-prim’istanza, din tista’ tkun suġġetta għal appell. Is-sospensjoni ta’ eżekuzzjoni provviżorja tista’ tintalab jew permezz tal-appell ippreżentat, jew b’mod distint matul il-proċedura ta’ appell. Sakemm it-talba għal sospensjoni tiġi solvuta, l-eżekuzzjoni tista’ tiġi aċċettata b’mod provviżorju permezz ta' digriet presidenzjali anke qabel il-wasla tal-atti tal-kawża.

Għall-preżentazzjoni tax-xhieda il-konklużjoni li ssostni t-talba għall-preżentazzjonit tax-xhieda hija eżegwibbli u mhija soġġetta għal ebda rimedju. Il-konklużjoni li tiċħad talba tista’ tiġi appellata biss fi żmien ħamest ijiem mid-deċiżjoni, jekk il-partijiet ikun ġew imħarrka, u mid-data tan-notifika, jekk il-partijiet ma jkunux ġew imħarrka.

Ix-xhieda li għandha tiġi ppreżentata tista’ tiġi amministrata biss fil-limitu ta’ żmien stipulat f’dan ir-rigward. L-amministrazzjoni tax-xhieda ppreżentata tiġi aċċertata f’konklużjoni li mhija soġġetta għal ebda rimedju.

L-aħħar aġġornament: 05/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Slovenja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-miżuri temporanji u kawtelatorji stabbiliti mill-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija ta' Talbiet Ċivili (Zakon o izvršbi in zavarovanju, ZIZ) huma ordnijiet preliminari u provviżorji.

Bħala miżuri kawtelatorji (fuq medda twila ta' żmien), fis-sens tal-eżekuzzjoni furzata tat-talbiet, iz-ZIZ jippermetti l-garanzija permess tal-iskrizzjoni ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli, l-iskrizzjoni ta' ipoteka fuq proprjetà mobbli u l-iskrizzjoni ta' ipoteka fuq interess parteċipanti. Kreditur jista' jitlob miżuri għall-eżekuzzjoni furzata tat-talbiet fuq l-istess bażi tal-eżekuzzjoni, jiġifieri permezz ta' titolu eżekuttiv, b'differenza mill-miżuri preliminari u provviżorji, li huma miżuri ta' natura temporanja u jistgħu jintalbu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti aktar 'l isfel.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

Miżura preliminarja: Qorti tordna miżura preliminarja wara deċiżjoni ta' qorti domestika jew ta' korp b'rabta ma' talba finanzjarja li għadha mhix eżegwibbli, jekk il-kreditur juri li probabbli hemm riskju li mingħajrha l-eżekuzzjoni tat-talba tkun impossibbli jew tkun sinifikament aktar diffiċli.

Il-miżuri provviżorji huma miżuri limitati bi żmien għall-eżekuzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jew iżommu l-istatus quo jew biex jistabbilixxu sitwazzjoni ġdida provviżorja li tippermetti l-eżekuzzjoni effettiva tat-talbiet tal-kreditur aktar 'il quddiem (miżuri ta' natura protettiva) jew biex jiġu evitati konsegwenzi serji u dannużi u t-theddida ta' vjolenza (miżuri ta' natura regolatorja).

Skont iz-ZIZ, il-miżuri provviżorji jistgħu jinqasmu f’ miżuri biex jiġu eżegwiti talbiet finanzjarji u miżuri sabiex jiġu eżegwiti talbiet mhux finanzjarji.

Qorti tordna miżura provviżorja biex tiġi eżegwita talba finanzjarja jekk il-kreditur jista' juri l-probabbiltà tal-eżistenza ta' talba jew li se jkun hemm talba kontra d-debitur, fejn il-kreditur irid juri l-possibiltà reali ta' riskju li, minħabba t-tneħħija, il-ħabi jew użu ieħor tal-proprjetà mid-debitur, l-eżekuzzjoni tat-talba ssir impossibbli jew sinifikatament aktar diffiċli.

Kreditur mhux obbligat juri li hemm riskju, jekk huwa juri li huwa probabbli li d-debitur se jbati biss minn ħsara żgħira minħabba l-miżura proposta. Riskju jitqies li ġie ppruvat jekk it-talba trid tiġi eżegwita barra l-pajjiż, sakemm trid tiġi eżegwita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Qorti tordna miżura provviżorja biex teżegwixxi talba mhux finanzjarjajekk il-kreditur jista' juri l-probabbiltà tal-eżistenza ta' talba jew li se jkun hemm talba kontra d-debitur.

Il-kreditur irid juri wkoll li teżisti waħda mill-prekundizzjonijiet li ġejjin:

  • ir-riskju li l-eżekuzzjoni tat-talba tkun impossibbli jew sinifikatament aktar diffiċli;
  • il-miżuri hija meħtieġa sabiex jiġi evitat l-użu tal-forza jew li jsir dannu li ma jistax jissewwa;
  • id-debitur ma jbatix aktar konsegwenzi ta' ħsara milli l-kreditur jekk il-miżura provviżorja tinstab li ma kellhiex bażi matul il-proċedimenti.

2.1 Il-proċedura

Miżura preliminarja: Il-qorti kompetenti biex twettaq l-eżekuzzjoni fuq l-oġġett li għalih saret talba għall-eżekuzzjoni għandha ġuriżdizzjoni territorjali biex tiddeċiedi dwar talba għall-eżekuzzjoni ta' talba permezz ta' miżura provviżorja u biex tiġi eżegwita t-talba nnifisha.

Wara li tkun ġiet ippreżentata talba għal miżura provviżorja u wara li tkun eżaminat il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' miżurja provviżorja, il-qorti tagħti deċiżjoni fejn tindika, inter alia, l-ammont tat-talba b'ipoteka, bl-ispejjeż u l-interessi, il-garanzija ordnata u l-perjodu ta' żmien mogħti mill-qorti. Miżura provviżorja ma tistax iddum fis-seħħ aktar minn ħmistax il-jum minn mindu jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni.

Jekk il-perjodu li fih il-qorti tippermetti miżura provviżorja jiskadi qabel ma ssir eżegwibbli d-deċiżjoni li fuqha nħarġet il-miżura provviżorja, il-qorti, wara talba tal-kreditur, testendi l-miżura, sakemm ma jkunux inbiddlu ċ-ċirkustanzi li għalihom inħarġet.

Miżura provviżorja: Jekk ikunu bdew proċedimenti ċivili jew oħrajn, id-deċiżjoni tittieħed mill-qorti kompetenti li quddiemha se isiru l-proċedimenti. F’każ ta’ talbiet għall-garanzija ta’ talba permezz ta’ miżura provviżorja ppreżentata qabel il-proċedimenti l-qorti li fihom il-qorti tiddeċiedi fi proċedimenti speċjali regoli għal tilwim matrimonjali u tilwim marbut mar-responsabbiltà għat-tfal, u biex tiggarantixxi t-talba innifisha, il-qorti distrettwali li jkollha ġurisdizzjoni fuq dawn il-proċedimenti għandha ġurisdizzjoni. F’każ ta’ talbiet għall-garanzija ta’ talba permezz ta’ miżura provviżorja ppreżentata qabel il-proċedimenti l-qorti ibbażati fiq att li jirregola l-vjolenza domestika u biex tiggarantixxi t-talba nnifisha, il-qorti distrettwali li jkollha ġurisdizzjoni fuq dawn il-proċedimenti għandha ġurisdizzjoni. Jekk ikunu għadhom ma bdewx proċedimenti ċivili jew proċedimenti ġudizzjarji oħra, il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi dwar it-talba biex tiġi eżegwita talba permezz ta' miżura provviżorja u biex tiġi eżegwita t-talba nnifisha hija l-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali li jkollha kompetenza tiddeċiedi dwar it-talba għall-eżekuzzjoni.

Għalhekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati biex jordnaw miżuri provviżorji f'dawn il-każijiet tiġi determinata b'rabta mal-oġġett tal-eżekuzzjoni tat-talba. Jekk l-oġġett huwa proprjetà mobbli, il-qorti bil-ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti tal-eżekuzzjoni fiż-żona fejn tinsab il-proprjetà jew iż-żona fejn id-debitur għandu r-residenza temporanja jew permanenti tiegħu. Jekk it-talba li trid tiġi eżegwita hija talba finanzjarja, titolu bla ċertifikat jew xi dritt fuq proprjetà oħra tad-debitur, il-qorti bil-ġuriżdizzjoni territorjali hija ġeneralment il-qorti li tkopri ż-żona li fiha d-debitur għandu r-residenza permanenti tiegħu jew l-uffiċċju reġistrat. Jekk it-talba li trid tiġi eżegwita hija dwar sehem soċju f'kumpanija, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti li tkopri ż-żona li fiha jinsab l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija. Jekk it-talba li trid tiġi eżegwita hija dwar proprjetà immobbli, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti li tkopri ż-żona li fiha tinsab il-proprjetà immobbli.

2.1 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Qorti tordna miżura preliminarja wara deċiżjoni ta' qorti domestika jew ta' korp b'rabta ma' talba finanzjarja li għadha mhix infurzabbli, jekk il-kreditur juri li probabbli hemm riskju li mingħajrha l-eżekuzzjoni tat-talba tkun impossibbli jew tkun sinifikament aktar diffiċli. Dan it-tip ta' riskju jitqies pruvat jekk it-talba għall-eżekuzzjoni ta' talba permezz ta' miżura preliminarja tkun ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:

  • fuq sentenza mogħtija fi proċedimenti kriminali li tkun laqgħet it-talba dwar proprjetà tar-rikorrent u jkun sar appell kriminali mis-sentenza;
  • fuq deċiżjoni li biha l-infurzar kien isir barra l-pajjiż, sakemm l-infurzar ma kienx isir fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
  • fuq sentenza ta' rikonoxximent li ġiet appellata (f'dan il-każ il-qorti tista', wara talba tad-debitur, tistabbilixxi kundizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-talba permezz ta' miżura preliminarja fejn il-kreditur jagħti depożitu bħala garanzija għall-ħsara li d-debitur jista' jsofri minħabba l-miżura preliminarja);
  • fuq ftehim konkluż quddiem qorti jew korp amministrattiv li ġie kkontestat skont il-liġi (f'dan il-każ il-qorti tista', wara talba tad-debitur, tistabbilixxi kundizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-talba permezz ta' miżura preliminarja fejn il-kreditur jagħti depożitu bħala garanzija għall-ħsara li d-debitur jista' jsofri minħabba l-miżura preliminarja);
  • fuq att notarili li huwa titolu eżekuttiv fuq talba finanzjarja li għadu ma skadiex iż-żmien tagħha.

Qorti tippermetti l-eżekuzzjoni ta' talba permezz ta' miżura preliminarja għal ammont ta' manteniment permess mil-liġi li għadu jrid jitħallas, kumpens għal manteniment mitluf minħabba l-mewt tal-persuna li kellha tħallsu, u kumpens għal danni kaġunati minn tnaqqis ta' attività jew tnaqqis fi jew telf tal-kapaċità għax-xogħol biss għal somom li jridu jitħallsu fi żmien sena.

F'dawn il-każijiet, ikun hemm preżunzjoni li riskju ġie ppruvat jekk l-infurzar ta' talba għall-irkupru ta' somma li trid titħallas diġà ntalab kontra d-debitur, jew jekk dan l-infurzar ġie propost.

Qorti tordna miżura preliminari biex tiggarantixxi talba finanzjarja skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: jekk il-kreditur jista' juri l-probabbiltà tal-eżistenza ta' talba jew li se jkun hemm talba kontra d-debitur, u jekk il-kreditur juri l-possibiltà reali ta' riskju, minħabba t-tneħħija, il-ħabi jew użu ieħor tal-proprjetà mid-debitur, l-eżekuzzjoni tat-talba ssir impossibbli jew sinifikatament aktar diffiċli (riskju soġġettiv).

Qorti tordna miżura preliminari biex tiggarantixxi talba mhux finanzjarjaskont il-kundizzjonijiet li ġejjin: jekk il-kreditur jista' juri l-probabbiltà tal-eżistenza ta' talba jew li se jkun hemm talba kontra d-debitur, u jekk il-kreditur juri l-probabbiltà ta' waħda minn dawn il-prekundizzjonijiet li ġejjin: ir-riskju li l-infurzar tat-talba jkun impossibbli jew aktar diffiċli (riskju oġġettiv), li l-miżura hija meħtieġa sabiex tiġi evitata l-forza jew li ssir ħsara li ma tissewwhiex, u li d-debitur mhux se jsofri minn konsegwenzi aktar dannużi mill-kreditur jekk il-miżura provviżorja tinstab li nħarġet mingħajr raġuni valida matul il-proċedimenti.

Fiż-żewġ każijiet (miżuri provviżorji biex jiggarantixxu talba finanzjarja u miżuri provviżorji biex jiggarantixxu talba mhux finanzjarja), kreditur mhux obbligat juri li hemm riskju, jekk juri li hemm il-probabbiltà li d-debitur se jġarrab biss ħsara żgħira minħabba l-miżura mitluba. Fiż-żewġ każijiet, riskju jitqies li ġie ppruvat jekk it-talba trid tiġi eżegwita barra l-pajjiż, sakemm trid tiġi eżegwita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-proprjetà kollha tad-debitur hija soġġetta għal miżura preliminari jew provviżorja, pereżempju flus depożitati f'kontijiet il-bank, proprjetà mobbli, vetturi reġistrati, proprjetà immobbli u drittijiet oħra fuq proprjetà sakemm mhumiex eżenti mill-infurzar skont il-liġi jew ma hemmx dritt limitat bil-liġi fuq l-infurzar fuq oġġetti (pereżempju oġġetti li mhumiex għall-bejgħ, il-ġid minerali, oġġetti meħtieġa mid-debitur biex jagħti servizz pubbliku, eċċ).

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Miżuri preliminari: Qorti tista' tispeċifika l-miżuri preliminari li ġejjin: il-qbid ta' proprjetà immobbli u r-reġistrazzjoni tal-qbid fir-reġistru, jekk jinżamm reġistru għal dan il-għan; il-qbid ta' kreditu finanzjarju jew ordni sabiex jiġu jingħataw l-oġġetti; l-iskrizzjoni ta' drittijiet oħra fuq il-proprjetà jew drittijiet materjali; il-qbid ta’ talbiet monetarjiu fuq il-kont tad-debitur f’istituzzjoni ta’ ħlas; l-iskrizzjoni ta' ipoteka fir-reġistru tal-kumpaniji fuq sehem ta' soċju f'kumpanija, jew fir-reġistru ċentrali ta' titoli mingħajr ċertifikat fuq titolu mingħajr ċertifikat; l-iskrizzjoni provviżorja ta' ipoteka fuq il-proprjetà immobbli tad-debitur jew dritt iskritt fuq il-proprjetà immobbli.

Qorti tista' tawtorizza l-bejgħ tal-oġġetti mobbli maqbuda jekk ikun hemm riskju li jintilfu jew li l-prezz tagħhom jonqos sew, fejn il-bejgħ tal-oġġetti maqbuda jsir skont id-dispożizzjonijiet taz-ZIZ dwar l-infurzar fuq il-proprjetà mobbli.

Jekk il-qorti tilqa' talba permezz ta' ordni preliminari, hija tista', fuq talba tal-kreditur jew tad-debitur, tawtorizza t-trasferiment tal-kreditu projbit lill-kreditur għall-irkupru fejn ikun hemm riskju li d-dewmien iwassal għat-telf tal-kreditu jew li jintilef id-dritt għal kawża kontra terza persuna.

L-ammont miġjub mill-bejgħ tal-oġġetti jew l-irkupru ta' kreditu jinżamm mill-qorti sakemm tintemm il-miżura provviżorja jew sakemm il-kreditur jitlob l-infurzar, iżda għal perjodu ta' mhux aktar minn 30 jum mid-data li fiha t-talba ssir eżegwibbli.

Miżura provviżorja: Il-miżuri provviżorji biex jiggarantixxu talbiet finanzjarji jistgħu jkunu kull miżura li kapaċi tikseb l-għan li tiggarantixxi talba u, skont l-għanijiet li trid tikseb, tista' tkun sempliċement ta' natura protettiva. Il-liġi tagħti lista tat-tip ta' miżuri provviżorji li ġejjin biex jiġu garantiti talbiet finanzjarji, pereżempju: projbizzjoni fuq debitur li ma jistax jagħmel użu ħieles minn proprjetà mobbli, u l-kustodja ta' din il-proprjetà; projbizzjoni fuq debitur fuq it-trasferiment jew l-ipotekar tad-drittijiet fuq il-proprjetà immobbli tiegħu jew id-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli rreġistrati favur tiegħu, b'din il-projbizzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet; projbizzjoni fuq debitur tad-debitur li qed iħallas krediti dovuti jew qed jagħti lura proprjetà lid-debitur, u projbizzjoni fuq debitur li jirċievi l-proprjetà, jitħallas tal-kreditu jew li jagħmel użu ħieles minnhom; struzzjonijiet lill-organizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas biex tirrifjuta ħlas mill-kont tad-debitur lid-debitur jew persuna oħra fuq struzzjonijiet tad-debitur tas-somma ta' flus li fuqha nħareġ mandat ta' qbid.

Il-miżuri provviżorji biex jiggarantixxu talbiet mhux finanzjarji jistgħu jkunu kull miżura li kapaċi tikseb l-għan li tiggarantixxi t-talba u, skont l-għanijiet li trid tikseb, tista' tkun sempliċement ta' natura protettiva. Il-liġi tagħti lista tat-tip ta' miżuri provviżorji li ġejjin biex jiġu garantiti talbiet mhux finanzjarji, pereżempju: projbizzjoni fuq it-trasferiment jew l-ipotekar tal-proprjetà immobbli li għaliha tirreferi t-talba, u l-ordni għall-kustodja ta' din il-proprjetà; projbizzjoni fuq debitur fuq it-trasferiment jew l-ipotekar tad-drittijiet fuq il-proprjetà immobbli li għaliha tirreferi t-talba, bir-reġistrazzjoni ta' din il-projbizzjoni fir-reġistru tal-artijiet; projbizzjoni fuq id-debitur milli jagħmel xi ħaġa li tista' tikkawża ħsara lill-kreditur, jew li jbiddel xi ħaġa fil-proprjetà li għaliha tirreferi t-talba u multa f'każ ta' ksur ta' din il-projbizzjoni; projbizzjoni fuq id-debitur ta' debitur sabiex ma jkunx jista' jagħti lil dan tal-aħħar il-proprjetà li għalih tirreferi t-talba; l-għoti ta' kumpens lil impjegat għall-introjtu mitluf filwaqt li għaddejja tilwima dwar il-legalità ta' deċiżjoni biex jintemm l-impjieg tiegħu, fejn dan il-kumpens huwa neċessarju għall-għajxien tal-impjegat u dawk il-persuni li huwa legalment obbligat li jmantni.

Meta d-deċiżjoni fuq ordni provviżorju tingħata fi proċedimenti ċivili jew proċedimenti oħra, għandha l-effett ta' deċiżjoni ta' infurzar; dan jippermetti azzjoni biss fejn jidħlu l-interessi tad-debitur u mhux ta' persuna terza. Il-ħruġ ta' miżura provviżorja għalhekk ma jwassalx għal ipoteka fuq l-oġġett li jrid jitqiegħed fiż-żgur.

Għalhekk, meta pereżempju, il-miżura provviżorja żżomm lid-debitur milli jagħmel użu ħieles tal-oġġett li jrid jiġi mqiegħed fiż-żgur, dan ma jwaqqafx persuna oħra milli tieħu passi ġudizzjarji fir-rigward ta' dak l-oġġett (pereżempju fi proċedimenti ta' infurzar). Jekk id-debitur ma jagħtix kas miżura ta' dan it-tip, l-unika konsegwenza hija li l-kreditur għandu dritt jikkontesta l-atti ġudizzjarji li kkaġunalu l-ħsara, skont ir-regoli ġenerali tal-liġi tal-obbligazzjonijiet. Il-persuni li jakkwistaw il-proprjetà li ma jistax juża d-debitur f'dawn il-każijiet huma mħarsa jekk huma akkwistawha in bona fede (ma kenux jafu u ma setgħux ikunu jafu li dan l-att ikkaġuna ħsara lill-kreditur). Jekk il-persuna li akkwistat il-proprjetà għamlet dan b'mala fede, l-att ġudizzjarju ma jibqax jgħodd biss fir-rigward tal-kreditur (ir-rikorrent) u sa fejn hu meħtieġ biex titħallas il-pretensjoni tal-kreditur.

Meta d-debitur jikser miżura provviżorja, huwa responsabbli kriminalment ukoll għar-reat tal-ksur tad-drittijiet ta' ħaddieħor. Il-qorti li tordna l-miżura provviżorja tista' twaħħal multa lid-debitur li jikser il-kundizzjonijiet tal-miżura provviżorja, filwaqt li d-debitur għandu dritt għal kumpens mill-kreditur għad-danni kkawżati lilu minħabba miżura provviżorja li ma kienetx fondata jew li għaliha ma kellux dritt il-kreditur.

miżura provviżorja tista' tipprojbixxi li jsiru pagamenti lid-debitur tad-debitur (pereżempju bank); f'dan il-każ il-projbizzjoni sseħħ mill-mument tan-notifika lid-debitur tad-debitur. Man-notifika tal-projbizzjoni, id-debitur tad-debitur ma jistax iwettaq l-obbligi tiegħu fil-konfront tad-debitur u jista' jkollu jħallas kumpens lill-kreditur. Fil-proċeduri ta' ħruġ ta' miżura provviżorja, il-bank jista' jagħti informazzjoni dwar l-eżistenza u n-numru ta' tranżazzjonijiet fil-kontijiet, jew mandati oħra li d-debitur għandu fuq il-kont, wara talba tal-qorti biss; informazzjoni dwar in-numri tal-kontijet kurrenti tal-persuni ġuridiċi u dwar jekk dwak il-kontijiet humiex iffriżati hija madankollu aċċessibbli lill-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Arkivji Legali u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve).

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Deċiżjoni dwar miżura provviżorja maħruġa minn qorti għandha tindika, inter alial-ammont tal-kreditu maqbud, bl-ispejjeż u l-interessi, il-garanzija ordnata u l-perjodu ta’ żmien li tippermetti l-qorti, fejn il-miżura provviżorja ma' jistax idum aktar minn ħmistax mid-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni.

Il-perjodu ta' validità ta' miżura provviżorja mhux iffissat mil-liġi; anzi jiġi determinat mill-qorti fid-deċiżjoni tagħha li toħroġ il-miżura provviżorja. Jekk l-ordni jinħareġ qabel is-sottomissjoni ta' rikors jew il-bidu ta' proċedura oħra, jew jekk jinħareġ mandat għal kreditu li għadu ma sarx dovut, il-qorti tagħti skadenza lill-kreditur sabiex jibda proċedura jew jippreżenta rikors. Jekk il-kreditur jonqos milli jdaħħal rikors jew jibda proċedura oħra qabel ma jiskadi l-ħin mogħti lilu mill-qorti, il-qorti twaqqaf il-proċedimenti. Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jibqgħu fis-seħħ wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li l-qorti tkun ħadet fir-rigward tagħhom.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Debitur jista' jippreżenta oġġezzjoni kontra deċiżjoni dwar miżura provviżorja jew deċiżjoni dwar miżura provviżorja fi żmien tmint'ijiem min-notifka tad-deċiżjoni. Dan għandu jsir quddiem il-qorti li ħarġet id-deċiżjoni dwar il-miżura preliminarja jew il-miżura provviżorja; dik l-istess qorti mbagħad tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni nnifisha.

Debitur jew kreditur jistgħu jappellaw deċiżjoni tal-qorti dwar oġġezzjoni u kontra deċiżjoni li tiċħad talba għal miżura provviżorja quddiem il-qorti li tat id-deċiżjoni fi żmien tmint ijiem min-notifika ta' dik id-deċiżjoni. Dan l-appell jinstema' minn qorti tat-tieni istanza. Bħala regola ġenerali l-oġġezzjonijiet u l-appelli ma jwaqqfux il-proċedimenti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ajpes.si/

L-aħħar aġġornament: 09/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Slovakkja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-liġi Slovakka tirrikonoxxi l-kunċetti ta’ “miżuri urġenti”, “miżura ta' prekawzjoni”, u l-“ħarsien tal-evidenza”. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti jistgħu jinsabu fl-Artikolu 324 et seq. tal-Att Nru 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għat-Tilwim, u - għal proċedimenti speċjali - fl-Artikolu 360 et seq. tal-Att Nru 161/2015, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili għal dak li ma jirriżultawx mit-Tilwim.

Abbażi ta’ miżura ta' prekawzjoni, il-qorti tista’ tistabbilixxi piż fuq il-proprjetà, id-drittijiet jew l-assi oħra tad-debitur sabiex tassigura talba monetarja tal-kreditur fejn hemm biża’ li l-infurzar se jiġi kompromess.

Tiġi ordnata miżura urġenti mill-qorti fejn jinħtieġ li ċ-ċirkustanzi jiġu rregolati minnufih jew fejn hemm biża’ li l-infurzar se jiġi sfrattat, u jekk l-għan imfittex ma jistax jinkiseb permezz ta’ miżura ta' prekawzjoni. It-tali deċiżjoni tista’ sservi wkoll bħala garanzija tal-effiċjenza tal-infurzar futur ta’ deċiżjoni tal-qorti.

Il-kunċett tas-salvagwardja tal-evidenza jippermetti sabiex l-evidenza (ta’ kwalunkwe tip, kemm jekk minn xhud, espert jew xi ħadd simili) tiġi ssalvagwardjata qabel il-proċedimenti abbażi ta’ mozzjoni - mhux bl-inizjattiva tal-qorti. Huwa antiċipat li din il-mozzjoni tista’ tkun ippreżentata minn persuna li hija f’pożizzjoni li tagħmel rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti li fihom jistgħu jintużaw ir-riżultati tas-salvagwardja ta’ evidenza.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Il-qorti distrettwali bil-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar każ hija kompetenti biex tordna miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni.

Il-qorti tiddeċiedi dwar miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni f’każ ta’ mozzjoni. Ebda mozzjoni ma hija meħtieġa jekk miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni tappartjeni lill-proċedimenti li jistgħu jinbdew minn qorti ex officio.

Ir-rappreżentanza legali obbligatorja mhijiex preskritta mil-liġi.

Skont il-liġi rilevanti, hemm tariffa ta’ EUR 33 għal mozzjoni għall-ħruġ jew il-kanċellazzjoni ta’ miżura.

Ma hemm ebda spejjeż għall-ħarsien ta’ evidenza. L-istat iħallas għall-ispejjeż tal-evidenza li mhumiex koperti minn avvanz. Madankollu, il-qorti tista’ tordna parti li ma tikkwalifikax għall-eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti biex jiġi ddepożitat avvanz għall-ispejjeż tal-evidenza, mingħajr ma jintilef l-intitolament għar-rimborż aktar tard.

Il-liġi ma tistipula lanqas rappreżentanza legali obbligatorja f’dan il-każ.

L-evidenza tista’ tiġi mħarsa b’dan il-mod kemm fi proċedimenti kontenzjużi u mhux kontenzjużi.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-qorti tista’ tordna miżuri urġenti qabel, matul u wara l-proċedimenti. B’miżura ta' prekawzjoni, ikun hemm il-lok ta’ tariffa meta jinħareġ ordni għal miżura ta' prekawzjoni.

Qabel, matul u wara l-proċedimenti prinċipali, l-evidenza tista’ tiġi mħarsa abbażi ta’ mozzjoni meta hemm biża’ li mhuwiex se jkun sussegwentement possibbli affattu, jew inkella b’diffikultà kbira biss, li tittieħed l-evidenza. Il-ħarsien ta’ evidenza hija l-kompetenza ta’ qorti bil-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar każ jew qorti li fil-qasam ta’ ġurisdizzjoni tagħha tista’ tinsab l-evidenza li hija f’riskju. Barra mid-dispożizzjonijiet ġenerali, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għat-Tilwim fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħarsien ta’ evidenza f’każijiet ta’ proprjetà intellettwali.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-qorti tista’ timponi miżura urġenti li teħtieġ, b’mod partikolari, li parti:

(a) tħallas il-manteniment sal-limitu meħtieġ;

(b) tqiegħed minuri f’kustodja tal-ġenitur l-ieħor jew f’kustodja ta’ persuna maħtura mill-qorti;

(c) tipprovdi tal-inqas parti mis-salarju tagħha, jekk hija impjegata, f’każ li r-rikorrent, għal raġunijiet serji, ma jaħdimx;

(d) tqiegħed somma ta’ flus jew xi assi f’post sikur ġudizzjarju;

(e) ma tittrasferixxix ċerti assi jew drittijiet;

(f) twettaq, jew tieqaf milli twettaq, jew tippermetti attività partikolari;

(g) tieqaf temporanjament milli tidħol f’dar jew appartament li fih tgħix persuna viċina jew persuna li hija taħt il-kura jew akkarigu ta’ dik il-parti, u li fir-rigward tagħha hemm suspett raġonevoli ta’ vjolenza;

(h) tieqaf milli tmexxi, tikser jew tippreġudika dritt ta' proprjetà intellettwali.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Id-definizzjonijiet tat-tipi ta’ miżuri urġenti huma ntiżi bħala eżempji, li jfisser li l-qorti tista’ tordna miżuri urġenti li jkopru oqsma oħra.

Miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni li abbażi tagħha parti għandha tieqaf milli tittrasferixxi l-assi jew id-drittijiet tikkostitwixxi interdizzjoni mit-trasferiment tal-assi jew mid-drittijiet, meta, pereżempju, hemm biża’ li l-parti konvenuta tista’ tagħmel użu ħażin tagħhom (tittrasferixxihom lil persuna oħra, teqridhom jew tikkawżalhom ħsara, eċċ.).

Il-qorti tista’ tagħti deċiżjoni dwar miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni mingħajr ma tisma’ l-partijiet. Fi kliem ieħor, il-partijiet ma hemmx għalfejn jinstemgħu qabel id-deċiżjoni. Dan huwa kunċett marbut mal-fatt li smigħ jista’ jħassar l-għan tal-miżura urġenti u l-miżura ta' prekawzjoni u l-fatt li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-evidenza ma titteħidx fit-tali attività ġudizzjarja. Dan ma jfissirx li l-qorti ma tistax tordna l-partijiet sabiex jinstemgħu. Jekk tagħmel dan, hija trid tikkonforma mar-regoli kollha dwar it-teħid tal-evidenza proċedurali. Jekk il-qorti tieħu l-evidenza unikament fil-forma ta’ strumentazzjoni, it-tali evidenza ma titteħidx f’seduta pubblika. Minflok, il-qorti teżerċita s-setgħa ta’ dixxerniment mingħajr ma tirreaġixxi mal-partijiet.

Miżura urġenti hija eżegwibbli man-notifika, sakemm ma jiġix previst mod ieħor permezz ta’ leġiżlazzjoni speċjali.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Miżura urġenti jew protettiva tiġi mħassra:

(a) mal-iskadenza tal-perjodu li għalih tkun ġiet ordnata;

(b) jekk din tkun ġiet ordnata wara l-bidu tal-proċedimenti prinċipali u l-qorti tal-ewwel istanza jew il-qorti tal-appell tiċħad l-azzjoni jew ma tkomplix il-proċedimenti;

(c) jekk, fid-digriet tagħha, il-qorti tistabbilixxi data ta’ skadenza għal mozzjoni li għandha tinġieb fil-proċedimenti prinċipali, iżda ebda mozzjoni ma ssir sa dik id-data ta’ skadenza;

(d) jekk il-qorti tilqa’ l-azzjoni fil-proċedimenti prinċipali;

(e) fejn mhuwiex aktar meħtieġ skont l-istatus ta’ eżekuzzjoni.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Huwa possibbli li jsir appell kontra ordni għal miżura urġenti jew miżura ta' prekawzjoni. Il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi dwar rimedju hija l-qorti tal-appell bil-ġurisdizzjoni debita, jiġifieri l-qorti tat-tieni istanza li hija ogħla mill-qorti tal-ewwel istanza li ordnat il-miżura urġenti jew il-miżura ta' prekawzjoni.

L-appelli jridu jsiru fi żmien 15-il jum min-notifika tad-digriet tal-qorti li qed jiġi appellat. Il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandux effett sospensiv.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Finlandja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Fil-Finlandja, il-kredituri u rikorrenti oħrajn fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali jistgħu jiksbu miżuri kawtelatorji favorihom. L-iskop tal-miżuri kawtelatorji huwa li jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni mogħtija fi stadju aktar tard rigward il-merti tal-każ, tkun tista' tiġi eżegwita. Il-Kapitolu 7 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari) jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-mandat ta' miżuri kawtelatorji u l-Kapitolu 8 tal-Kodiċi dwar l-Eżekuzzjoni (ulosottokaari) jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Hemm tliet tipi ta' miżuri kawtelatorji:

  • qbid biex jiġi garantit xi dejn dovut,
  • qbid biex jiġi garantit id-dritt ta' sjieda jew l-hekk imsejjaħ jedd ta' preferenza, u
  • miżuri kawtelatorji oħrajn (miżuri kawtelatorji ġenerali).

Dawn il-miżuri kawtelatorji, li jistgħu jintużaw fi kwistjonijiet ċivili ta' kwalunkwe tip, huma deskritti hawn taħt. Hemm ukoll miżuri kawtelatorji li jintużaw f'ċerti tipi ta' tilwim, abbażi ta' leġiżlazzjoni speċjali. Bħala eżempji nsibu l-miżura kawtelatorja biex tiġi garantita l-evidenza f'kawżi ċivili li jirrigwardaw id-drittijiet industrijali u d-drittijiet tal-awtur. Fil-kawżi kriminali jista' jiġi applikat l-Att dwar il-Miżuri Koersivi (pakkokeinolaki). Il-miżuri koersivi previsti fl-Att jinkludu l-mandat ta' qbid, il-mandat ta' deskrizzjoni u l-mandat ta' sekwestru.

Hemm distinzjoni bejn il-miżuri kawtelatorji u l-eżekuzzjoni preliminari (provviżorja) tas-sentenzi f'kawżi ċivili. Din tal-aħħar tirreferi għall-eżekuzzjoni ta' sentenza qabel ma tkun saret definittiva u ma tkunx tista' tiġi appellata aktar. Sentenza f'kawża ċivili li tkun għadha mhux definittiva hija direttament eżegwibbli skont il-liġi, iżda normalment ma tkunx tista' tiġi eżegwita fl-integralità tagħha. Pereżempju, skont sentenza mhux definittiva mogħtija minn Qorti tal-prim'istanza fir-rigward ta' djun dovuti, il-beni tad-debitur jistgħu jiġu kkonfiskati jekk dan ma jagħtix xi garanzija għal dawn id-djun. Min-naħa l-oħra, il-beni kkonfiskati ma jistgħux jiġu aljenati u r-rikavati mill-bejgħ tagħhom ma jkunux jistgħu jingħataw lill-kreditur jekk dan tal-aħħar ma jagħtix xi garanzija. Għall-kuntrarju ta' dan, is-sentenzi f'kontumaċja huma eżegwibbli fl-integralità tagħhom immedjatament.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Id-deċiżjonijiet biex jiġu ordnati t-tipi ta' miżuri kawtelatorji msemmija hawn fuq jittieħdu mill-Qrati Ġenerali, waqt li l-Qrati Distrettwali (käräjäoikeus) jieħdu r-rwol ta' Qrati tal-prim'istanza. Il-miżuri kawtelatorji ordnati mill-qorti jiġu eżegwiti mill-bailiffs. It-talbiet għall-miżuri kawtelatorji jitressqu quddiem il-qorti fejn ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti legali dwar il-merti tal-każ. Jekk il-proċedimenti jkunu għadhom ma nbdewx, it-talba għall-miżuri kawtelatorji trid tiġi indirizzata lill-Qorti Distrettwali li quddiemha jkunu jridu jitressqu wkoll il-proċedimenti ewlenin dwar il-merti tal-każ.

Il-qorti ma tistax tapprova definittivament talba għall-miżuri kawtelatorji mingħajr ma toffri lill-intimat il-possibbiltà li jinstema'. Madankollu, il-qorti tista' tilqa' t-talba tar-rikorrent għal miżuri kawtelatorji provviżorji mingħajr ma tisma' lill-parti l-oħra, jekk l-iskop ta' dawn il-miżuri kawtelatorji jkun qed jirriskja li jiġi kompromess. Fil-prattika, il-miżuri kawtelatorji jistgħu jinkisbu b'mod rapidu ħafna. Id-deċiżjonijiet provviżorji jibqgħu validi sakemm ma tingħatax deċiżjoni li tistabbilixxi l-kuntrarju.

Jekk ir-rikorrent diġà jkollu raġuni għall-eżekuzzjoni, iżda ma jkunx possibbli li din titwettaq immedjatament, il-bailiff jista', soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jordna direttament miżuri kawtelatorji fuq bażi temporanja. Hawn taħt se jiġu deskritti biss il-miżuri kawtelatorji ordnati mill-qrati.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Ir-rekwiżiti għall-mandat ta' qbid biex jiġi garantit dejn dovut jew jedd ta' preferenza huma dawn li ġejjin:

  • Ir-rikorrent irid juri b'mod adegwat li, fil-konfront tal-intimat, ikollu dejn dovut li jista' jkun suġġett ta' mandat jew jedd ta' preferenza għal proprjetà partikolari; u
  • Irid ikun hemm ir-riskju li l-intimat ikun qed jaġixxi b'tali mod li jipperikola d-dejn dovut jew id-dritt tar-rikorrent.

Bl-istess mod, il-miżuri kawtelatorji l-oħrajn jirrikjedu evidenza prima facie ta' dritt ieħor u tar-riskju li l-intimat jista' jipperikola dak id-dritt.

Qabel ma l-miżuri kawtelatorji jkunu jistgħu jiġu eżegwiti, ir-rikorrent irid jippreżenta garanzija lill-bailiff.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Kwalunkwe tip ta' proprjetà tista' tkun soġġetta għall-miżuri kawtelatorji. Jekk il-qbid ikollu l-iskop li jiggarantixxi dejn dovut, il-qorti tordna li l-proprjetà mobbli jew dik immobbli tal-intimat tinqabad għall-valur li jiggarantixxi d-dejn dovut fil-konfront tar-rikorrent. Imbagħad il-bailiff jiddeċiedi liema oġġetti mill-proprjetà tal-intimat għandhom jinqabdu. Jekk il-qbid ikollu l-iskop li jiggarantixxi jedd ta' preferenza, il-qorti tordna li tinqabad il-proprjetà li tkun soġġetta għall-jedd, u l-bailiff imbagħad jeżegwixxi l-mandat fuq dik il-proprjetà.

Permezz ta' miżuri kawtelatorji oħrajn, il-qorti tista'

  • tipprojbixxi lill-intimat, b'theddida ta' piena, milli jagħmel xi ħaġa jew milli jinvolvi ruħu f'xi ħaġa;
  • tordna lill-intimat, b'theddida ta' piena, biex jagħmel xi ħaġa;
  • tawtorizza lir-rikorrent biex jagħmel xi ħaġa jew biex iqabbad lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa;
  • tordna biex il-proprjetà tal-intimat tiġi fil-pussess jew fil-kustodja ta' rappreżentant; jew
  • tordna xi miżura kawtelatorja oħra li tkun meħtieġa sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tar-rikorrent.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Meta l-mandat ta' qbid jiġi implimentat, id-debitur jitlef il-kontroll tiegħu fuq il-proprjetà kkonċernata. L-aljenazzjoni ta' proprjetà li tkun soġġetta għal mandat ta' qbid titqies bħala reat kriminali. Meta l-mandat ikun ta' sekwestru ta' fondi fil-kont bankarju ta' debitur, il-bank ma jkun jista' jirrilaxxa dawn il-fondi lil ħadd ħlief il-bailiff. Madankollu, mandat ta' qbid jew ta' sekwestru ma jikkonferixxix lill-persuna li tkun applikat għalih jedd ta' preferenza fuq il-fondi kkonfiskati, fir-rigward tal-kredituri l-oħra.

L-effetti tal-miżuri kawtelatorji l-oħra jiddependu min-natura tagħhom.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni li tordna l-miżuri kawtelatorji, ir-rikorrent irid iressaq kawża dwar il-merti tal-każ quddiem il-qorti, jew inkella jagħti bidu għal proċedura oħra li tkun tista' twassal għal deċiżjoni eżegwibbli, bħall-arbitraġġ. Jekk hu jonqos milli jagħmel dan, il-miżuri kawtelatorji jiġu rtirati. Il-miżuri kawtelatorji jiġu rtirati wkoll jekk għal xi raġuni oħra, dawn ma jibqgħux iġġustifikati. Meta l-qorti tagħti sentenza dwar il-merti tal-każ, fl-istess ħin trid tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri kawtelatorji.

L-ispejjeż imġarrba minħabba l-miżuri kawtelatorji, primarjament jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tar-rikorrent. Jekk jinstab li l-miżuri kawtelatorji ma jkunux iġġustifikati, ir-rikorrent ikollu jikkumpensa lill-intimat għad-dannu li jkun ġarrab, irrispettivament minn jekk kienx minħabba negliġenza jew le. Sabiex ikopri din l-eventwalità, ir-rikorrent irid jagħti garanzija qabel l-eżekuzzjoni tal-miżuri kawtelatorji. Min-naħa tiegħu, l-intimat jista' ġeneralment jevita l-eżekuzzjoni ta' miżuri kawtelatorji billi jagħti garanzija.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Id-deċiżjonijiet ta' qrati li jordnaw miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu appellati quddiem qorti superjuri, jiġifieri l-Qorti tal-Appell (hovioikeus) jew il-Qorti Suprema (korkein oikeus). L-appell ma jissospendix l-eżekuzzjoni tal-mandat, sakemm il-Qorti tal-Appell ma tiddeċidix mod ieħor. Madankollu, mhux possibbli li wieħed jappella kontra deċiżjoni dwar miżuri kawtelatorji provviżorji.

L-appelli kontra miżuri jew deċiżjonijiet meħuda minn bailiff fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' miżuri kawtelatorji, jiġu ttrattati mill-Qrati Distrettwali. Id-dritt għall-appell japplika wkoll għall-partijiet terzi li jqisu li l-proprjetà maqbuda minħabba d-dejn tad-debitur tkun tappartjeni lilhom.

L-aħħar aġġornament: 23/12/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Miżuri interim u kawtelatorji - Svezja

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Hemm dispożizzjonijiet bażiċi dwar il-miżuri kawtelatorji f'kawżi ċivili fil-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken"). Ir-regola ġenerali hija li ma tista' ssir l-ebda miżura kawtelatorja marbuta ma' talba skont il-liġi ċivili sakemm ma tkunx ingħatat sentenza mill-qorti. Id-dispożizzjonijiet rigward miżuri kawtelatorji huma eċċezzjoni għal din ir-regola. Il-miżuri kawtelatorji normalment għandhom l-għan li jiżguraw li l-parti telliefa twettaq dak li jkun mitlub minnha wara deċiżjoni tal-qorti.

L-aktar miżura kawtelatorja komuni huwa l-mandat ta'qbid, li jfisser li r-rikorrent jista' jaqbad il-proprjetà tal-parti l-oħra, jew li jċaħħad lill-parti l-oħra mid-dritt li tiddisponi mill-proprjetà tagħha b'xi mod ieħor.

Skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 1 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-mandat ta' qbid jista' jingħata sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni futura ta' sentenza marbuta ma' talba. Bħala regola ġenerali, deċiżjoni dwar qbid skont din id-dispożizzjoni trid tkun miktuba b'mod li l-proprjetà tad-debitur tinqabad sabiex tkopri ammont speċifikat fit-talba. F'każijiet eċċezzjonali, id-deċiżjoni tista', madankollu, tiddikjara liema proprjetà hija soġġetta għall-eżekuzzjoni.

Il-mandat ta' qbid jista' jinħareġ ukoll biex jiżgura l-eżekuzzjoni futura ta' sentenza marbuta ma' dritt superjuri fuq ċerta proprjetà (il-Kapitolu 15, it-Taqsima 2 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja). Eżempji ta' dawn is-sentenzi huma dawk li jinkludu deċiżjonijiet fejn jiġi ddikjarat li r-rikorrent għandu dritt superjuri għal ċerti ishma, kif ukoll dawk fejn il-konvenut jiġi obbligat jagħtih minnufih dawk l-ishma.

Fil-Kapitolu 5, it-Taqsima 3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja hemm dispożizzjoni ġenerali dwar id-dritt tal-qorti sabiextordna miżura xierqa biex tħares id-drittijiet tar-rikorrent. Din id-dispożizzjoni tapplika f'każ ta' inibizzjonijiet, pereżempju. Talba għal konferma li l-konvenut ma għandux dritt jaħdem b'ċerti prodotti speċifikati f'klawżola ta' kompetizzjoni ġiet meqjusa wkoll li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Barra minn hekk, skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 4 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-qorti tista', f'każijiet ta' dritt superjuri għal ċerti sentenzi dwar proprjetàtordna r-ritorn tal-ass trasferit.

Barra minn hekk huwa stabbilit fil-Kapitolu 15, it-Taqsima 5, sottotaqsima 3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja limiżura provviżorja kawtelatorja tista' tingħata f'ċerti kundizzjonijiet.

Barra minn hekk, hemm ukoll dispożizzjonijiet separati dwar il-miżuri kawtelatorji f'xi oqsma speċjali, pereżempju l-liġi dwar il-privattivi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Id-deċiżjonijiet dwar il-miżuri kawtelatorji jingħataw mill-qorti meta jkunu pendenti l-proċedimenti. Jekk mhemmx proċedimenti pendenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fil-biċċa l-kbira huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-kawżi ċivili b'mod ġenerali.

Il-qorti ma tistax tqajjem il-kwistjoni tal-miżuri kawtelatorji ex officio. Għalhekk huwa rekwiżit li l-parti li tixtieq din id-deċiżjoni tressaq talba għaliha. Jekk mhemmx proċedimenti pendenti, it-talba trid issir bil-miktub.

Ir-rikorrent mhemmx għalfejn jiġi assistit jew rappreżentat minn solicitor (avukat li ma jipprattikax il-qorti). Il-proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati Svediżi huma mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni ta' tariffa għal rikors li bħalissa hija ta' SEK 450 (madwar EUR 50).

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Sabiex jingħataw miżuri skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 1-3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken"), hemm kundizzjoni li l-kwistjonijiet prinċipali nfushom (pereżempju talba skont it-Taqsima 1) jistgħu jkunu soġġetti għal kawża jew eżami minn proċedura simili oħra. Din tal-aħħar tinkludi proċedura ta' arbitraġġ.

Il-Qorti Suprema ("Högsta domstolen") iddeċidiet li l-mandat ta' qbid jew miżuri kawtelatorji oħra skont il-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja jistgħu jinħarġu wkoll fir-rigward ta' talbiet li jridu jinstemgħu minn qrati barraninjekk id-deċiżjoni tal-qorti tista' tiġi eżegwita l-Isvezja.

Sabiex jinħareġ mandat ta' qbid skont il-Kapitolu 15, it-Taqsimiet 1-3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, iridu jiġu sodisfati wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • Wieħed mir-rekwiżiti huwa li r-rikorrent irid juri li għandu raġunijiet validi biex ressaq talba kontra persuna oħra u li dawn jistgħu jiġu preżunti s-soġġett ta' kawża l-qorti jew eżami minn proċedura simili oħra.
  • Ir-rikorrent irid juri wkoll li hemm "biża raġonevoli" li l-parti l-oħra, jekk taħrab, titrasferixxi l-proprjetà jew tipproċedi mod ieħor, taħrab mir-responsabbiltà biex tħallas id-dejn (it-Taqsima 1), li l-parti l-oħra se tneħħi, ixxekkel b'mod sinifikanti jew altriment titrasferixxi l-proprjetà bi ħsara għar-rikorrent (it-Taqsima 2) jew li l-parti l-oħra, permezz ta' ċerti attivitajiet jew negozji jew billi titraskura li tieħu ċerta azzjoni jew mod ieħor, tipprojbixxi jew tagħmilha aktar diffiċli għar-rikorrent biex jeżerċità d-drittijiet tiegħu jew tnaqqas b'mod sinifikanti il-valur tal-proprjetà (it-Taqsima 3).
  • Sabiex tingħata miżura provviżorja, irid ikun hemm ukoll il-biża' ta' ħsara f'każ ta' dewmien. Din l-espressjoni tirreferi għat-tqegħid fil-periklu tal-eżekuzzjoni ta' sentenza jekk il-miżura ma tingħatax mill-ewwel mingħajr ma tinstema' l-parti l-oħra. Jekk il-miżura tingħata b'dan il-mod, id-deċiżjoni tintbagħat lill-partijiet u l-konvenut irid jiġi obbligat jagħti l-fehma tiegħu fuq id-deċiżjoni. Jekk jaslu l-kummenti tal-konvenut, il-qorti trid terġa' teżamina minnufih il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tibqa' fis-seħħ il-miżura.
  • Fl-aħħar nett, il-miżura tista' tingħata biss jekk ir-rikorrent jipprovdi garanzija għal kull ħsara li tista' ssir lill-parti l-oħra. Jekk ir-rikorrent ma jistax jagħti garanzija iżda, fl-istess ħin, juri li għandu raġunijiet speċjali għat-talba tiegħu, il-qorti tista' tagħżel li tirrilaxxah mill-obbligu li jagħti garanzija.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

L-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar mandati ta' qbid għal talbiet tikkonsisti fil-qbid ta' proprjetà sa ċertu ammont. B'mod ġenerali, japplikaw l-istess prinċipji kemm għall-eżekuzzjoni kif ukoll il-konfiska. Mhemmx kwistjoni ta' bejgħ tal-proprjetà.

Fil-prinċipju, kull xorta ta' proprjetà tista' tinqabad matul l-eżekuzzjoni. Il-proprjetà tista' tkun jew mobbli jew immobbli.

Ċerta proprjetà ma tistax tinqabad. Dan huwa l-każ tal-"benefice property", li tfisser inter alia:

  • il-ħwejjeġ u oġġetti oħra maħsuba għall-użu personali tad-debitur, sa ammont raġonevoli;
  • l-għamara, l-apparat domestiku u tagħmir ieħor meħtieġ għad-dar u għall-manteniment tagħha;
  • għodda u tagħmir ieħor meħtieġ għax-xogħol jew taħriġ vokazzjonali tad-debitur;
  • oġġetti personali, pereżempju midalji u premijiet sportivi ta' valur tant personali għad-debitur li ma jkunx ġust li jittieħdulu.

Il-proprjetà tista' tiġi mħarsa wkoll b'regolamenti separati. Dan jista' jkun il-każ bid-danni, pereżempju.

Il-mandat ta' qbid ma jistax japplika fuq il-paga, pereżempju, sakemm din tiġi mħallsa u tista' tinqabad.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

Meta tinqabad il-proprjetà minħabba d-djun, il-konvenut ma jistax jittrasferixxi l-proprjetà jew jeħles minnha b'mod li jikkaġuna ħsara lir-rikorrent. L-Awtorita' Svediża għall-Eżekuzzjoni ("Kronofogdemyndigheten") tista', madankollu, tippermetti xi eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq it-trasferiment jekk hemm raġunijiet speċjali. Kull dispożizzjoni li tmur kontra din il-projbizzjoni tista' twassal għar-responsabbiltà kriminali.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Meta tingħata miżura skont il-Kapitlu 15, it-Taqsimiet 1-3 tal-Kodiċi Svediż dwar il-Proċedura Ġudizzjarja, ir-rikorrent irid jiftaħ kawża fir-rigward tal-kwistjoni fi żmien xahar mid-deċiżjoni, jekk ikun għadu ma sar xejn. Jekk it-talba tiġi eżaminata minn proċedura oħra, ir-rikorrent irid minflok jieħu miżuri kif previsti minn dik il-proċedura.

Jekk tingħata miżuraprovviżorja, id-deċiżjoni trid tintbagħat lill-partijiet u l-konvenut huwa obbligat jagħti l-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni. Jekk jaslu l-kummenti tal-konvenut, il-qorti trid terġa' teżamina minnufih il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tibqa' fis-seħħ il-miżura.

Miżura trid tiġi revokata minnufih jekk, wara li tkun ingħatat, tingħata garanzija li tissodisfa l-għan ta' dik il-miżura.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Kwistjoni li tinvolvi miżuri kawtelatorji trid tiġi deċiża b'deċiżjoni kemm meta titqajjem bħala kwistjoni ta' proċedura b'rabta mas-smigħ tal-każ u kemm meta' l-kwistjoni ta' miżuri kawtelatorji hija indipendenti.

Fiż-żewġ każijiet, jista' jsir appell separat mill-persuna li kontriha ngħatat id-deċiżjoni. Peruna li tixtieq tappella kontra deċiżjoni tal-qorti distrettwali ("tingsrätt") trid tagħmel dan bil-miktub fi żmien tliet ġimgħat mid-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni. Jekk id-deċiżjoni ma ingħatatx waqt seduta, u ma kienx tħabbar waqt l-ebda seduta li kienet se tingħata deċiżjoni, il-preskrizzjoni għall-appell tibda tgħodd mid-data li fiha l-appellant jirċievi d-deċiżjoni. L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-appell ("hovrätt") iżda mressaq quddiem il-qorti distrettwali ("tingsrätt").

Jekk il-qorti distrettwali tiċħad rikors għal miżura kawtelatorja f'kawża ċivili skont il-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken") jew irrevokat deċiżjoni dwar din il-miżura, il-qorti tal-appell tista' immedjatament tħalli l-miżura fis-seħħ sa ma jingħata avviż ieħor. Jekk il-qorti distrettwali awtorizzat din il-miżura jew iddikjarat illi d-deċiżjoni tista' tiġi eżegwita anke jekk għadha mhix finali u assoluta, il-qorti tal-appell tista' tiddeċiedi minnufih li d-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi eżegwita sa ma jingħata avviż ieħor.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.