Assikurazzjoni tal-assi waqt klejm fil-pajjiżi tal-UE

Jista' jkun li inti tkun trid li jittieħdu miżuri malajr kemm jista' jkun fi Stat Membru li mhux dak dak fejn il-kawża prinċipali tiegħek tkun pendenti mingħajr ma tistenna li tingħata sentenza finali.

Jista' jkun li inti bdejt azzjoni fil-qrati, iżda l-proċedimenti qed jieħdu fit-tul u qed tħossok diżappuntat.  Tibża' li d-debitur tiegħek se jieħu vantaġġ mill-proċeduri twal ħafna u mid-diversi faċilitajiet ta’ rimedju biex jaħrab il-kredituri tiegħu qabel ma effettivament tingħata s-sentenza. Pereżempju, jista’ j/titħajjar j/torganizza l-insolvenza tiegħu/tagħha stess jew jittrasferixxi l-beni tiegħu. Jekk hu hekk, huwa fl-interess tiegħek li tirrikorri għand il-qorti għal miżuri proviżorji.

Permezz tal-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO, European Account Preservation Order), qorti f’pajjiż tal-UE tista’ tiffriża l-fondi fil-kont bankarju ta’ debitur f’pajjiż ieħor tal-UE. Il-proċedura tista’ tintuża f’kawżi transfruntiera biss, fejn il-qorti li twettaq il-proċedura jew id-domiċilju tal-kreditur irid ikun fi Stat Membru differenti minn dak li fih ikun miżmum il-kont tad-debitur.

Il-qorti tista’ tordna miżuri proviżorji jew kawtelatorji kontra l-beni tad-debitur. L-iskop ta’ dawn il-miżuri kollha huwa li tkun antiċipata s-sentenza finali fuq il-merti għal ċertu perjodu biex jiġi żgurat li tkun tista’ tiġi eżegwita.

Madankollu hemm differenzi sostanzjali mhux ħazin fil-kondizzjonijiet għall-ordni ta' dawn il-miżuri fl-Istati Membri.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 12/08/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.