Manwal

3.3. Tħaddim tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar

Tagħmir mobbli

58. Tagħmir mobbli (skrin + kamera + spiker + mikrofonu + aċċessorji) għandu jkun jista' jintuża jew f'diversi kombinazzjonijiet jew flimkien ma' sett fiss ta' tagħmir. It-tagħmir għandu jkun trasportabbli mingħajr diffikultà (u għalhekk mhux bilfors fuq ir-roti), faċli biex jiċċaqlaq bejn il-postijiet differenti u flessibbli f'termini tal-użu tiegħu. Konsegwentement, huma mistennijin li japplikaw aktar limitazzjonijiet għall-kwalità tat-tagħmir mobbli milli għal tagħmir fiss (eż. rigward in-numru ta' parteċipanti li jista' jiġi ffilmjat b'mod ċar fl-istess ħin).

59. It-tagħmir mobbli huwa adegwat biex jinstemgħu xhieda (eż. fuq talba ta' pajjiż ieħor), fil-każ li t-tagħmir ma jibqax jiffunzjona, bħala suppliment temporanju għal tagħmir fiss jew f'postijiet speċjali bħal f'ħabs. Madankollu t-tagħmir mobbli jista' jkun kemmxejn fraġli u diffiċli biex jintuża peress li jista' jinvolvi, pereżempju, riaġġustamenti li jieħdu l-ħin tal-pożizzjonijiet tal-kamera biex jaqblu ma' postijiet ġodda (huwa diffiċli li jintużaw pożizzjonijiet prestabbiliti).

Tħaddim tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar

60. It-tħaddim tas-sistema tal-vidjokonferenzjar huwa konvenjenti l-aktar b'"touch screen".  Ikun ta' benefiċċju jekk it-tħaddim ikun faċli għall-utent (jiġifieri sempliċi) kemm jista' jkun, u jkun jikkonsisti biss minn għadd limitat ta' manuvri, pereżempju tixgħel/titfi, l-istabbiliment u t-tmiem tal-konnessjoni u tilloggja/tisloggja.

61. Matul l-użu, is-soluzzjoni awdjoviżiva m'għandhiex tirrikjedi l-intervent tal-operatur. Jekk jinqalgħu xi problemi, l-operatur għandu jkun jista' jċempel lil help desk.  Huwa l-imħallef li għandu jiddeċiedi jekk itemmx sessjoni ta' vidjokonferenzjar li tkun ġiet imfixkla b'dan il-mod.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna