Manwal

3.2.2.  Tagħmir tal-Vidjokonferenzjar - Awdjo

Taħdit

56. Jeħtieġ li t-taħdit ikun jista' jinftiehem fil-pront u ebda kliem m'għandhom jintilfu matul il-vidjokonferenzjar. Il-kwalità tal-ħoss għandha tkun kontinwa, mingħajr ebda interferenza estranea. Ir-riskju li l-kwalità tat-taħdit tiddeterjora bħala riżultat tal-kompressjoni tat-taħdit għandu jkun evitat. Dan ifisser li jintlaħqu ċerti ħtiġiet rigward is-sinkroniċità tax-xufftejn (dewmien ta' inqas minn 0,15 ta' sekonda), il-kanċellazzjoni ta' eku u l-ħsejjes u r-reverberazzjoni fl-isfond. Tali aspetti huma ta' importanza partikolari f'sitwazzjonijiet fejn l-interpreti jkunu involuti fil-vidjokonferenza.  Huwa mixtieq li l-imħallef u s-segretarju tal-qorti jkunu jistgħu jaġġustaw il-volum fil-post sabiex jikkumpensaw għad-differenzi fil-livell tat-taħdit.

Mikrofoni

57. Il-mikrofoni għandhom ikunu ppożizzjonati b'tali mod li l-kelliema kollha jinftiehmu b'mod ċar, mingħajr ebda distorsjoni kkawżata minn ħsejjes fl-isfond. Il-mikrofoni jistgħu jkunu integrati (fl-imwejjed jew postijiet oħrajn) u preferibbilment għandhom ikunu protetti mill-possibbiltà li xi ħadd jissemma', ikunu sensibbli għad-direzzjoni u jkunu mgħammra b'buttuna "mute".  Matul is-smigħ jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-persunal tal-qorti jkun jeħtieġ jitfi l-mikrofoni (eż. konsultazzjoni ta' parti mal-avukat tagħha).

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.