Manwal

1.2. Ħarsa ġenerali tal-Qafas Legali fil-liġi tal-Unjoni Ewropea

8. L-applikazzjonijiet fil-każijiet kriminali kollha huma ġeneralment irregolati minn atti nazzjonali u mill-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Affarijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju, 2000 (aktar 'il quddiem imsejħa "Konvenzjoni MLA tal-2000") .

9. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll f'każijiet ċivili abbażi tar-Regolament tal-Kunsill tal-UE Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (aktar 'il quddiem imsejjaħ "Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda tal-2001").

10. Il-formoli u l-informazzjoni standard dwar il-proċeduri huma disponibbli wkoll fuq is-siti elettroniċi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (fl-Atlas Ġudizzjajru Ewropew) u fin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji kriminali.

11. Aktar possibbiltajiet għall-użu tal-vidjokonferenzjar fil-kuntest tal-UE jista' jinstab fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti.  Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva l-applikant jista' jinstema' permezz tal-vidjokonferenzjar.   Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jipprevedi l-possibbiltà li tittieħed xhieda permezz tal-vidjokonferenza jekk il-mezzi jkunu disponibbli. Id-Direttiva 2008/52/KE tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali tenfasizza li hi m'għandha bl-ebda mod timpedixxi l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni fil-proċess ta' medjazzjoni.

12. Għall-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, bosta minn dawn l-istrumenti huma diġà applikabbli (b'xi riżervi magħmulin minn xi Stati Membri, speċjalment rigward is-smigħ tal-persuni akkużati permezz tal-vidjokonferenza) .

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.