Manwal

2.1. Arranġamenti preparatorji

13. Fi proċeduri ġudizzjarji transkonfinali, l-objettiv huwa li s-sessjoni ta' vidjokonferenzjar issir kemm jista' jkun possibbli qrib għall-prattika tas-soltu fi kwalunkwe qorti fejn tittieħed xhieda f'qorti miftuħa. Meta mqabbla mal-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali, hemm differenzi pjuttost żgħar fil-proċeduri transkonfinali. L-arranġament għal smigħ transkonfinali bl-użu ta' vidjokonferenzjar jeħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri formali.

14. F'materji ċivili u kummerċjali, it-talba rigward il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-vidjokonferenzjar issir bl-użu ta' formoli standard. Dawn il-formoli huma disponnibli fis-sit elettroniku tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

15. F'materji kriminali m'hemm ebda obbligu li jintużaw ċerti formoli ta' talba jew noti ta' spjegazzjoni. In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji kriminali żviluppa nota ta' spjegazzjoni għal ittri rogatorji. Bl-użu tan-nota ta' spjegazzjoni, l-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti ser ikunu jistgħu jistabbilixxu kuntatt dirett dwar il-kontenut u/jew l-eżekuzzjoni tal-ittra rogatorja. (ara l-Anness III).

16. It-talbiet jistgħu jintbagħatu bil-posta, bil-kurrier, bil-fax (fl-Istati Membri kollha) jew bil-posta elettronika (mhux fl-Istati Membri kollha). Xi dettalji dwar ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri jistgħu jinstabu fis-siti elettroniċi tan-Networks Ġudizzjarji Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.