Manwal

5. ANNESS II - STANDARDS TEKNIĊI

79. It-tagħmir tal-komunikazzjoni b'konferenza vidjo u awdjo għandu jilħaq l-istandards minimi tal-industrija biex tkun iffaċilitata l-interoperabbiltà lokali u globali. Dawn li ġejjin huma standards komuni tal-industrija (l-aktar mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT)).

Vidjo

80. Standards H.320 u H.310 għall-Vidjo bl-ISDN.  Dawn l-istandards jinkludu linji gwida għal kompressjoni u trasmissjoni vidjo, u għal sinjali awdjo u ta' kontroll. Meta sistema vidjo ta' manifattur wieħed tintuża ma' ditta oħra, iż-żewġ sistemi vidjo awtomatikament jaqilbu għad-denominatur komuni ta' H.320. H.310 huwa l-istandard għal konnessjonijiet ISDN aktar veloċi.

81. Standard H.323 għall-Vidjo bl-Internet.  L-istandard H.323 jipprovdi bażi għal komunikazzjonijiet awdjo, vidjo u tad-data fuq netwerks tal-Internet ibbażati fuq protokoll. Billi jikkonformaw mal-H.323, il-prodotti u l-applikazzjonijiet multi-medjali ta' oriġini differenti jistgħu jinteroperaw, waqt li jippermettu lill-utenti jikkomunikaw mingħajr tħassib dwar il-kompatibbiltà.

Konferenza ta' data

82. Standard T.120 għal Konferenza ta' Data.  It-T.120 huwa protokoll tal-kondiviżjoni tad-data għal komunikazzjoni tad-data b'punti multipli f'ambjent ta' konferenzjar multimedjali. Huwa jippermetti kollaborazzjonijiet white board, trasferimenti ta' fajls, preżentazzjonijiet grafiċi u kondiviżjoni tal-applikazzjonijiet.

Stampa u Awdjo

83. H.263 u H.264.  L-istandard tal-kwalità tal-istampa ta' 30 frejm kull sekonda - Format Intermedju Komuni (FIK) bejn 336-384 kbps (kilobits kull sekonda).  L-istandard ta' 30 frejm kull sekonda jiżgura stampa ta' kwalità kważi bħal dik tax-xandir.  Eżempji tal-istandards ITU li jirrispettaw dan ir-rekwiżit huma l-H.263 u l-H.264.

84. H.239 - Stampa-fi-stampa (PIP).  L-Istampa-fi-stampa jew DuoVideo H.239, jippermetti l-codec li turi mill-inqas żewġ stampi fuq il-monitor.

85. Standards għal kodifikar awdjo:  G.711 (Modulazzjoni b'impulsi kodifikati (PCM) ta' frekwenzi tal-vuċi), G.722 (kodifikar awdjo 7 kHz f'64 kbit/s);  G.722.1 (Kodifikar b'kumplessità baxxa f'24 u 32 kbit/s għal operazzjonijiet hands-free f'sistemi b'telf baxx tal-frejms).

86. Mikrofoni b'kanċellazzjoni tal-eku b'rispons ta' frekwenza minn 100 sa 7,000 Hz, immutar ta' l-awdjo, swiċċ biex tixgħel/titfi u awdjo full-duplex.

87. H.281 - Protokoll għall-kontroll tal-kameras imbegħdin għall-vidjokonferenzi bl-użu ta' H.224.  H.281 huwa l-istandard għal protokoll għall-kontroll tal-kameras lokali u mbegħdin għal vidjonferenzjar ISDN (H.320), għal kamera(s) bl-abbiltà li jippannjaw, jinklinaw u jiffukar, kemm manwalment kif ukoll jekk ikunu prestabbiliti.

Kanali, Medda tal-frekwenza u Pontijiet

88. Mill-anqas 6 kanali għal sistemi għall-vidjokonferenjar fi kmamar li jużaw sistemi ISDN jew vidjo li jaħdmu bħala l-unika applikazzjoni fuq kompjuter personali jew sistema ta' kamra aktar qawwija għandu jkollhom il-kapaċità li jużaw 3 linji ISDN. Din il-kapaċità hija meħtieġa biex jintlaħqu 384 kbps bi 30 frejm kull sekonda. B'mod ġenerali, akbar ma tkun il-medda tal-frekwenza taċ-ċirkwiti għall-konnessjoni u l-qawwa tal-ipproċessar tal-codec, aktar tkun tajba l-kwalità tal-istampa speċjalment fi skrins kbar.

89. Standards għal Codecs: H.261, H.263 u H.264.  Il-funzjoni primarja tal-codec hija li jikkompressa u jiddekompressa l-vidjo u l-awdjo. Outputs identiċi multipli jistgħu jkunu pprovduti mis-sistema ta' output singola permezz ta' apparat magħruf komunement bħala "amplifikatur tad-distribuzzjoni."

90. Standards tal-Grupp ta' Inter-Netwerking b'Medda tal-Frekwenza Fuq Talba (BONDING) (ISDN u H.320 biss) għal multipleksers inversi.  Il-multipleksers inversi jikkombinaw kanali individwali 56K jew 64K biex joħolqu aktar medda tal-frekwenza, li tirriżula fi kwalità aħjar tal-istampa.

91. H.243 - Standard għat-Teknoloġija tal-Pontijiet H.320/H.323.  It-tagħmir-pont b'punti multipli huwa indirizzat taħt l-istandard H.243. Il-punt b'punti multipli jgħaqqad il-parteċipanti kollha billi jippermetti s-sistema tal-vidjokonferenzjar tikkonnettja ma' aktar minn żewġ postijiet.

92. H.460 huwa standards għall-qsim tas-sinjali tal-vidjokonferenzjar H.323 minn firewalls u u traduzzjoni tal-indirizz tan-netwerk (NAT).  H.460.18 u H.460.19 huma standards li jippermettu t-tagħmir tal-H.323 jiskambjaw is-sinjal u l-medja matul konfini impost min-NAT u l-firewalls.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna