Manwal

3.2. Arranġamenti Ġenerali u Prinċipji ta' Kwalità

47. Is-sistema tal-vidjokonferenzjar għandha tkun stabbilita b'tali mod li l-persuni kkonċernati jingħataw stampa eżatta ta' dak li jkun qiegħed iseħħ fil-post barrani (tal-awtorità rikjedenti jew rikjesta). Rigward il-kwalità tal-konnessjoni viżwali u awdjo, għandhom jitqiesu kif meħtieġ l-interessi tal-persuni kkonċernati. Konsegwentement, is-sistema għall-vidjokonferenzjar għandha tkun ta' kwalità għolja. Huwa biss b'hekk li smigħ imwettaq permezz ta' vidjokonferenzjar jipprovdi alternattiva raġonevoli għal smigħ wiċċ imb'wiċċ. B'mod aktar partikolari, dan ifisser li l-ħsejjes u l-istampi għandhom ikunu allinjati akkuratament u riprodotti mingħajr dewmien perċettibbli. Barra minn hekk, l-apparenza esterna, l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-ġesti tal-persuna kkonċernati għandhom ikunu perċettibbli b'mod ċar.

Tagħmir tal-Vidjokonferenzjar

48. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar, il-komponenti tat-tagħmir kollha għandhom kemm jista' jkun possibbli jkunu standardizzati abbażi tal-istess tipi ta' tagħmir u tal-istess konfigurazzjoni. It-tagħmir tal-vidjokonferenzjar għandu, fejn possibbli, ikun integrat mal-arranġamenti ta' funzjonament stabbiliti u mal-infrastruttura tal-awla tal-qorti. Fl-awla tal-qorti l-għodod tal-vidjokonferenzjar għandhom ikunu, safejn hu possibbli,  installati u użati b'tali mod li joħolqu l-atmosfera ta' laqgħa tradizzjonali tal-qorti.   Fit-taqsimiet li ġejjin huma diskussi l-aspetti differenti ta' stampa, dawl, ħoss u l-pożizzjonar u l-użu tat-tagħmir (kameras, mikrofoni u skrins).

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.