Videjokonferenzi

F'termini tal-użu ta' vidjokonferenzi f'każijiet transkonfinali, studji urew li minn perspettiva teknika sistemi ta' vidjokonferenzi użati minn Stati Membri differenti huma interoperattivi.  F'bosta Stati Membri tagħmir għall-vidjokonferenzi hu disponibbli fuq firxa wiesa' fl-awli tal-qorti. Fl-assenza ta' ostakli tekniċi għandha tingħata aktar attenzjoni sabiex ikun hemm żieda ta' għarfien dwar użu potenzjali ta' vidjokonferenzi u sabiex jinħolqu għodda prattiċi biex tiġi ffaċilitata l-vidjokonferenza.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna