Informazzjoni ġenerali

F'termini tal-użu ta' vidjokonferenzi f'każijiet transkonfinali, studji urew li minn perspettiva teknika sistemi ta' vidjokonferenzi użati minn Stati Membri differenti huma interoperattivi.  F'bosta Stati Membri tagħmir għall-vidjokonferenzi hu disponibbli fuq firxa wiesa' fl-awli tal-qorti. Fl-assenza ta' ostakli tekniċi għandha tingħata aktar attenzjoni sabiex ikun hemm żieda ta' għarfien dwar użu potenzjali ta' vidjokonferenzi u sabiex jinħolqu għodda prattiċi biex tiġi ffaċilitata l-vidjokonferenza.

Għal dan il-għan, f'din it-taqsima tista' ssib l-informazzjoni li jmiss:

  • informazzjoni dwar politika ġenerali ta' vidjokonferenzi;
  • fuljett imħejji mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li fih informazzjoni ġenerali dwar il-qafas legali, kwistjonijiet tekniċi u prattiċi tajba fil-vidjokonferenzi transfruntiera – ara d-dokument mehmuż;
  • manwal li jipprovdi aktar informazzjoni dettaljata għal dawk li jipprattikaw fil-qasam legali (e.ż. imħallfin, skrivani tal-qrati, u tekniċi tal-qrati);
  • Kumpilazzjoni ta’ xhieda permezz tal-vidjokonferenzi;
  • informazzjoni dwar faċilitajiet nazzjonali li tippermetti lil dawk li jipprattikaw fil-qasam legali sabiex jiskopru jekk tagħmir ta' vidjokonferenzi hux disponibbli f'qorti speċifika fi Stat Membru ieħor (informazzjoni f'din it-taqsima hi bbażata fuq input provdut mill-Ministeri tal-Ġustizzja fl-Istati Membri kollha);
  • formoli dinamiċi attwalment jikkonċernaw biss lill-proċedimenti transfruntiera fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali skont ir-Regolament tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 (ara l-qafas leġiżlattiv). Dawn il-fatturi jippermettu lill-qorti li qed tagħmel it-talba sabiex timla r-rikjesti onlajn, sabiex tiċċekkja jekk rikjesta hix kompluta, sabiex tipprintja, tissejvja, tittraduċi fil-lingwa tal-qorti li qed tagħmel it-talba u sabiex tibgħat dawn id-dokumenti bil-posta elettronika;
  • ir-riżultati tal-proġett “Inizjattiva b’Ħafna Aspetti għal Titjib tal-Vidjokonferenzi Transfruntiera”, li twettaq mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Vidjokonferenzi u li ġie ffinanzjat taħt il-Programm dwar il-Ġustizzja. L-objettiv tal-proġett kien li jippromwovi l-użu prattiku u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-għarfien espert dwar il-vidjokonferenzi transfruntiera. Ir-riżultati tal-proġett huma mmirati għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-iskrivani tal-qorti mill-ġudikaturi tal-Istati Membri, involuti f’każijiet transfruntiera, kif ukoll għall-ippjanar tal-persunal tekniku u għall-appoġġ tal-vidjokonferenzi.

Annessi relatati

Fuljett  PDF (3073 Kb) mt

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill - “Il-promozzjoni tal-użu u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-vidjokonferenzi transfruntiera fil-qasam tal-ġustizzja fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE”

Rapport Finali  PDF (1210 Kb) mt mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Liġi Elettronika (e-Justice) - Grupp ta’ Esperti dwar il-vidjokonferenzi (l-Annessi hawn taħt)

Ir-riżultati tal-proġett “Inizjattiva b’ħafna aspetti għal Titjib tal-Vidjokonferenzi Transfruntiera”  ZIP (2019 Kb) mt

Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda  PDF (74 Kb) mt

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.