Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE

L-Irlanda ta’ fuq

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax tirriżolvi t-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja fl-Irlanda ta’ Fuq huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni. Ma hemm ebda dipartiment tal-gvern fl-Irlanda ta’ Fuq li għandu responsabbiltà għas-servizzi tal-medjazzjoni. Madankollu, hemm organizzazzjonijiet li jipprovdu skemi tal-medjazzjoni u tal-counselling.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Lil min għandek tikkuntattja?

Il-Law Society tal-Irlanda ta’ Fuq żviluppat servizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiv, biex jipprodvi servizzi ta’ medjazzjoni fir-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dan is-servizz mhuwiex limitat għal tilwim riferit mill-qorti iżda jista’ jintuża fi kwalunkwe stadju ta’ tilwima.

Is-servizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jopera permezz ta’ bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri, li huma mħarrġa u akkreditati sabiex jaġixxu bħala medjaturi f’isem il-partijiet tat-tilwim.

Organizzazzjonijiet volontarji oħrajn, bħal Relate u Barnardos, jipprovdu xi counselling u xi servizzi ta’ medjazzjoni għall-problemi tal-familja. L-Aġenzija dwar relazzjonijiet tax-xogħol toffri skema ta’ arbitraġġ għat-tilwim relatat mal-impjiegi.

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

L-oqsma ewlenin huma tilwim ċivili/kummerċjali u l-medjazzjoni tal-familja, ta’ fuq il-post tax-xogħol u dik tal-komunità.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Ma hemm ebda sistema ta’ medjazzjoni bbażata fuq il-qorti fi ħdan is-sistema legali fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu l-qrati x’aktarx jippermettu aġġornament ta’ każijiet fejn hemm possibbiltà li l-medjazzjoni tista’ tirriżolvi l-kwistjoni–- Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

Il-Law Society tal-Irlanda ta' Fuq tistabbilixxi regoli u proċeduri għas-servizzi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim.

Informazzjoni u taħriġ

Il-bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri li jiffurmaw il-bord tar-riżoluzzjoni tat-tilwim huma mħarrġa u akkreditati mill-Law Society.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

L-ispiża tal-medjazzjoni tvarja skont il-fornitur u mhijiex irregolata mill-istat.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Ftehim milħuq taħt il-medjazzjoni u ffirmat mill-partijiet jiġi aċċettat bħala ftehim mit-tribunali ta’ azzjoni ġudizzjarja. Jista’ wkoll, jekk ma hemm ebda azzjoni tal-qorti, ikun infurzabbli bħala kuntratt vinkolanti bejn il-partijiet.

Links relatati

Law Society tal-Irlanda ta' Fuq

Servizz tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim

Relate

Barnardos

Aġenzija dwar ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol

L-aħħar aġġornament: 06/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.