Sib informazzjoni għal kull reġjun
Lil min għandek tikkuntattja?
Il-Law Society tal-Irlanda ta’ Fuq żviluppat servizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiv, biex jipprodvi servizzi ta’ medjazzjoni fir-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dan is-servizz mhuwiex limitat għal tilwim riferit mill-qorti iżda jista’ jintuża fi kwalunkwe stadju ta’ tilwima.
Is-servizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jopera permezz ta’ bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri, li huma mħarrġa u akkreditati sabiex jaġixxu bħala medjaturi f’isem il-partijiet tat-tilwim.
Organizzazzjonijiet volontarji oħrajn, bħal Relate u Barnardos, jipprovdu xi counselling u xi servizzi ta’ medjazzjoni għall-problemi tal-familja. L-Aġenzija dwar relazzjonijiet tax-xogħol toffri skema ta’ arbitraġġ għat-tilwim relatat mal-impjiegi.
F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?
L-oqsma ewlenin huma tilwim ċivili/kummerċjali u l-medjazzjoni tal-familja, ta’ fuq il-post tax-xogħol u dik tal-komunità.
Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?
Ma hemm ebda sistema ta’ medjazzjoni bbażata fuq il-qorti fi ħdan is-sistema legali fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu l-qrati x’aktarx jippermettu aġġornament ta’ każijiet fejn hemm possibbiltà li l-medjazzjoni tista’ tirriżolvi l-kwistjoni–- Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq
Il-Law Society tal-Irlanda ta' Fuq tistabbilixxi regoli u proċeduri għas-servizzi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim.
Informazzjoni u taħriġ
Il-bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri li jiffurmaw il-bord tar-riżoluzzjoni tat-tilwim huma mħarrġa u akkreditati mill-Law Society.
X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?
L-ispiża tal-medjazzjoni tvarja skont il-fornitur u mhijiex irregolata mill-istat.
Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?
Ftehim milħuq taħt il-medjazzjoni u ffirmat mill-partijiet jiġi aċċettat bħala ftehim mit-tribunali ta’ azzjoni ġudizzjarja. Jista’ wkoll, jekk ma hemm ebda azzjoni tal-qorti, ikun infurzabbli bħala kuntratt vinkolanti bejn il-partijiet.
Links relatati
Law Society tal-Irlanda ta' Fuq
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.