Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE

Irlanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2017 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018.  L-Att fih dispożizzjonijiet għal qafas statutorju komprensiv biex jippromwovi r-riżoluzzjoni tat-tilwim permezz tal-medjazzjoni bħala alternattiva għall-proċedimenti tal-qorti. L-għan sottostanti tal-Att huwa li jippromwovi l-medjazzjoni bħala alternattiva vijabbli, effettiva u effiċjenti għall-proċedimenti tal-qorti, u b’hekk inaqqas l-ispejjeż legali, iħaffef ir-riżoluzzjoni tat-tilwim u jnaqqas l-istress u r-riżentiment li ta’ spiss jakkumpanjaw il-proċedimenti tal-qorti.

L-Att:

  • fih prinċipji ġenerali għat-twettiq ta’ medjazzjoni minn medjaturi kwalifikati – l-Artikoli 6 sa 8;
  • jipprevedi l-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ prattika għat-tmexxija ta’ medjazzjoni minn medjaturi kwalifikati – l-Artikolu 9.
  • jipprovdi illi l-komunikazzjonijiet bejn il-partijiet matul medjazzjoni għandhom ikunu kunfidenzjali – l-Artikolu 10;
  • jipprevedi t-twaqqif futur potenzjali ta’ Kunsill għall-Medjazzjoni biex jissorvelja l-iżvilupp tas-settur – l-Artikolu 12;
  • jintroduċi obbligu fuq is-solicitors u l-barristers biex jagħtu parir lill-partijiet fit-tilwim biex jikkunsidraw l-użu tal-medjazzjoni bħala mezz biex isolvu t-tilwim – l-Artikoli 14 u 15:
  • jipprevedi li qorti tista’, ex officio jew fuq l-inizjattiva tal-partijiet tistieden lill-partijiet biex jikkunsidraw il-medjazzjoni bħala mezz biex isolvu t-tilwima – l-Artikolu 16;
  • jipprevedi l-effett tal-medjazzjoni fuq il-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni – l-Artikolu 18;
  • jipprevedi li qorti tista’, fl-għoti tal-ispejjeż fir-rigward tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att, meta tqis li jkun ġust, tikkunsidra kwalunkwe rifjut jew nuqqas mhux raġonevoli minn parti fil-proċedimenti li tikkunsidra l-użu tal-medjazzjoni jew kwalunkwe rifjut jew nuqqas mhux raġonevoli minn parti li tattendi għall-medjazzjoni wara stedina mill-qorti biex tagħmel hekk skont l-Artikolu 16 – l-Artikoli 20 u 21;

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att jinkludi l-proċedimenti ċivili kollha li jistgħu jitressqu quddiem qorti ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tal-Att.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.