Minflok ma tidher il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwim tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jassisti lil dawk involuti f'tilwim biex jaslu għal qbil. Il-gvern u l-prattikanti tal-liġi tal-Bulgarija huma konxji tal-vantaġġi tal-medjazzjoni.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Lil min għandek tikkuntattja?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bulgarija stabbilixxa reġistru ta' medjaturi bħala parti mir-reġistru ċentrali ta' korpi korporattivi mingħajr skop ta' qliegħ li joffru servizzi pubbliċi utli.
Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi aċċess għal:
F'liema qasam huwa r-rikors għall-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?
Il-medjazzjoni hija ammissibbli f'bosta oqsma tal-liġi. Madankollu, dawn l-oqsma mhumiex irregolati jew limitati mil-leġislazzjoni. S'issa, il-biċċa l-kbira tal-medjaturi speċjalizzaw f'medjazzjoni kummerċjali u tan-negozju.
Għandhom jiġu segwiti regoli speċifiċi?
Il-medjazzjoni hija totalment volontarja. Minkejja li l-medjazzjoni tipprovdi mezzi alternattivi għas-soluzzjoni ta' tilwim mingħajr proċedimenti l-qorti, mhijiex prerekwiżit meta jinbdew proċedimenti fil-qrati.
M'hemm l-ebda kodiċi speċifiku ta' ħidma għall-medjaturi. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards etiċi jinsabu fil-Liġi dwar il-Medjazzjoni u r-Regolament Nru 2 tal-15 ta' Marzu 2007, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċess ta' approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-medjazzjoni.
Informazzjoni u taħriġ
L-organizzazzjonijiet li joffru taħriġ lill-medjaturi huma mis-settur privat.
Is-suġġetti tas-seminar ta' taħriġ jinkludu l-proċedimenti legali u r-regoli etiċi għall-imġiba tal-medjaturi, kif ukoll il-proċedura stabbilita fil-Liġi dwar il-Medjazzjoni u r-Regolament Nru 2 tal-15 ta' Marzu 2007.
X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?
Il-medjazzjoni mhijiex bla ħlas; il-ħlas huwa soġġett għal qbil bejn il-medjatur u l-partijiet involuti.
Huwa possibbli li jiġi infurzat qbil li jirriżulta minn medjazzjoni?
Skont id-Direttiva 2008/52/KE (biex tiġi mħeġġa u ffaċilitata l-medjazzjoni bħala forma alternattiva ta' soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali fl-UE), għandu jkun possibbli li jintalab li l-kontenut ta' qbil bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jkun infurzabbli.
L-Istati Membri ser jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti biex jirċievu tali talbiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.