Sib informazzjoni għal kull reġjun
Lil min għandek tikkuntattja?
Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni (Commission fédérale de médiation).
Għalkemm din ma tagħmilx medjazzjonijiet hija stess, il-Kummissjoni federali tirregola l-professjoni u żżomm aġġornata lista ta’ medjaturi awtorizzati.
Is-segretarjat tal-Kummissjoni joffri tagħrif bl-Olandiż u bil-Franċiż. Tista’ tikkuntattjaha permezz tal-posta elettronika u fl-indirizz li ġej:
SPF Justice Commission fédérale de médiation Rue de la Loi, 34 1040 Bruxelles Tel: (+32) 2 224 99 01 Fax: (+32) 2 224 99 07Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni tiggarantixxi (permezz tal-approvazzjoni tal-medjaturi) il-kwalità u l-iżvilupp tal-medjazzjoni.
Il-lista ta’ medjaturi hija disponibbli bl-Olandiż u bil-Franċiż.
F’liema oqsma huwa ammissibbli / frekwenti r-rikors għall-medjazzjoni?
Il-medjazzjoni hija ammissibbli fil-:
- Liġi ċivili (inklużi kwistjonijiet tal-familja);
- Liġi kummerċjali;
- Liġi industrijali;
- Teżisti wkoll medjazzjoni kriminali u ta’ riparazzjoni, iżda dawn l-oqsma ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni.
L-iktar qasam ta’ medjazzjoni frekwenti huwa l-liġi ċivili, b’mod speċjali l-kwistjonijiet tal-familja.
X’inhuma r-regoli li wieħed għandu jsegwi?
Il-medjazzjoni hija għażla volontarja tal-partijiet, u m’hijiex soġġetta għal xi pieni f’każ li ma tirnexxiex.
Skont id-dispożizzjonijiet reċenti tal-liġi tal-familja, l-imħallef huwa mistenni li jinforma lill-partijiet bl-eżistenza u l-potenzjal tal-medjazzjoni.
Jeżisti "Kodiċi ta’ Kondotta" tal-medjaturi, disponibbli bl-Olandiż u bil-Franċiż.
Informazzjoni u taħriġ
Hemm ħafna informazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku, bl-Olandiż u bil-Franċiż, li tagħti tagħrif dwar l-aspetti differenti tal-medjazzjoni (il-proċess tal-medjazzjoni, spejjeż, indirizzi,…).
Ir-rokna tal-professjonisti
Din il-parti tas-sit elettroniku tal-Web tinforma dwar il-kriterji ta’ approvazzjoni u l-kondizzjonijiet tat-taħriġ tal-medjaturi.
Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni rregolat it-taħriġ tal-medjaturi, iżda t-taħriġ innifsu jingħata mis-settur privat.
Il-programm jinkludi kurrikulu komuni ta’ 60 siegħa li jinqasam fuq mill-inqas 25 siegħa ta’ taħriġ teoretiku u mill-inqas 25 siegħa ta’ taħriġ prattiku.
- Il-kurrikolu komuni jkopri l-prinċipji ġenerali tal-medjazzjoni (etika/filosofija), l-istudju ta’ Modi Alternattivi differenti ta’ Soluzzjoni ta’ Tilwim, il-liġi applikabbli, l-aspetti soċjoloġiċi, psikoloġiċi u l-proċess ta’ medjazzjoni.
- L-eżerċizzji prattiċi jkopru s-suġġetti tal-programm u jiżviluppaw, permezz ta’ simulazzjoni ta’ rwoli, il-kapaċitajiet ta’ negozjar, u ta’ komunikazzjoni.
Minbarra dan il-kurrikulu komuni, hemm programmi partikolari għal kull tip ta’ medjazzjoni (mill-inqas 30 siegħa li jinqasmu liberament bejn il-ħin tat-taħriġ teoretiku u prattiku).
Hemm programmi partikolari fil-medjazzjoni tal-familja, ċivili u kummerċjali, u soċjali.
Il-kriterji ta’ approvazzjoni
- il-kriterji ta’ approvazzjoni tal-medjaturi,
- id-Direttivi dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni sabiex wieħed jikseb liċenzja bħala medjatur fuq il-bażi tal-liġi tal-21 ta’ Frar 2005,
- l-inventarju tat-talba għal rikonoxximent bħala medjatur (Word)
Il-kriterji ta’ taħriġ / taħriġ permanenti
Taħriġ bażiku
- Id-Deċiżjoni tal-1 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta’ approvazzjoni taċ-ċentri ta’ taħriġ u tat-taħriġ tal-medjaturi approvati (PDF)
- Il-Proċeduri ta’ taħriġ tal-medjaturi approvati mill-Kummissjoni Federali tal-Medjazzjoni
Taħriġ kontinwu
- Deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi l-obbligi tal-medjaturi approvati rigward taħriġ kontinwu u l-kriterji ta’ approvazzjoni tal-programmi f’dan is-suġġett
Il-Kodiċi ta’ kondotta tajba
- Il-Kodiċi ta’ kondotta tajba tal-medjatur approvat (Word)
Il-Ġestjoni tal-ilmenti
- Id-Deċiżjoni li tirrigwarda l-proċedura tal-irtirar tal-approvazzjoni, id-determinazzjoni ta’ sanzjonijiet li jirriżultaw mill-kodiċi ta’ kondotta tajba u l-proċedura tal-applikazzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet
Kemm tiswa flus medjazzjoni?
Medjazzjoni m’hijiex bla ħlas. Il-dritt tal-medjatur huwa soġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet. Il-liġi ma tirregolahomx. Ġeneralment, kull parti tħallas nofs id-dritt.
Parti tista’ tikseb għajnuna sabiex tħallas id-dritt ta’ medjatur, jekk din ikollha dħul baxx u sakemm il-medjatur ikun awtorizzat.
Jista’ wieħed jagħti effett lil ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?
Skont id-Direttiva Ewropea 2008/52/KE, huwa possibbli li wieħed jitlob li ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni isir inforzabbli. L-Istati Membri jikkomunikaw liema tribunali jew awtoritajiet oħrajn huma kompetenti sabiex jirċievu talbiet bħal dawn. Il-Belġju għadu ma kkomunikax din l-informazzjoni.
Madankollu, skont l-Artikoli 1733 u 1736 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, huwa possibbli li wieħed iġib l-approvazzjoni ta’ ftehim minn medjazzjoni mingħand imħallef, li jagħmel dan il-ftehim awtentiku u inforzabbli. F’dak li jirrigwarda l-forma, il-ftehim imbagħad jiġi mibdul f’sentenza.
Teżisti alternattiva għall-approvazzjoni. Fil-fatt huwa possibbli li wieħed jibdel il-ftehim minn medjazzjoni f’dokument notarili għand nutar. B’hekk il-ftehim ukoll isir awtentiku u inforzabbli mingħajr ma wieħed jirrikorri għal imħallef. Din l-għażla hija possibbli biss jekk il-partijiet kollha jkunu jaqblu.
Links relatati
Service Public Fédéral Justice (Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja)
Commission fédérale de médiation (Kummissjoni Federali tal-Medjazzjoni)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.