Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE

Malta

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet jilħqu ftehim. Kemm il-gvern kif ukoll il-professjonisti legali f’Malta huma tabilħaqq konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Indholdet er leveret af
Malta

Lil min għandek tikkuntattja?

L-entità governattiva li hija responsabbli għall-medjazzjoni f’Malta hija ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta, li kien stabbilit taħt il-Kapitolu 474 tal-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2004. Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jipprovdi forum fejn il-partijiet għal tilwima jmorru, jew jintbagħtu, sabiex isibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom bl-assistenza ta’ medjatur.

Tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru permezz tar-Reġistratur taċ-Ċentru Malti tal-Medjazzjoni 158, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1176.

Tista’ anki ċċempel fuq +35623279220 jew tuża l-posta elettronika (email): info@mediation.mt

Iċ-Ċentru jipprovdi lill-partijiet b’lista ta’ medjaturi debitament akkreditati minnu, u jitlobhom jagħżlu medjatur mil-lista li jkun aċċettabbli għalihom ilkoll.  Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar l-għazla ta' medjatur aċċettabbli għaz-zewġ partijiet, iċ-Ċentru għandu jaħtar bħala medjatur il-persuna li isimha jkun imiss fuq il-lista ta' medjaturi approvati.

F'liema qasam hija l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’tilwim li jinvolvi kwistjonijiet ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali.  Ta min jinnota li l-medjazzjoni tal-familja tirreferi għal ċerti tilwimiet familjari bħal, per ezempju, tilwim dwar il-wirt jew tilwim li jinqala' minn negozji tal-familja.  Ma tinkludix separazzjoni jew divorzju li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) u li huma regolati minn leġislazzjoni speċifika.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Il-medjazzjoni hija proċess volontarju. Il-partiiet għal kwalunkwe proċediment jistgħu, però, jitolbu flimkien lill-Qorti biex tissospendi l-proċedimenti filwaqt li jipprovaw isolvu t-tilwima ta’ bejniethom permezz tal-medjazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti, fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tissospendi l-proċedimenti sakemm idum il-proċess ta’ medjazzjoni u tordna lill-partijiet biex jipprovaw isibu soluzzjoni għat-tilwima permezz tal-medjazzjoni. Għandu jiġi nnotat, però, li l-medjazzjoni fil-kawżi familjari hija obbligatorja, prinċipalment fil-kawżi li għandhom x’jaqsmu mas-separazzjoni personali, mal-aċċess għat-tfal, mal-kura u mal-kustodja tat-tfal u mal-manteniment għat-tfal u/jew għall-konjuġi.

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta għandu Kodiċi ta’ Kondotta, li l-medjaturi jkunu meħtieġa jimxu miegħu matul il-proċedimenti ta’ medjazzjoni.

Il-Kodiċi jinkludi miżuri inerenti ta’ konformità. Per eżempju, jipprovdi biex il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru jkollu s-setgħa li jieħu azzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ kwalunkwe medjatur li l-kondotta tiegħu ma tkunx konformi ma’, jew tonqos milli tissodisfa l-kondotta meħtieġa mill-prinċipji tal-Kodiċi, u kwalunkwe medjatur li jinstab li kiser kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi jew li ġab ruħu b’mod mhux xieraq, jitneħħielu ismu mil-lista tal-medjaturi għal perjodu li l-Bord jikkunsidra li huwa xieraq.

Informazzjoni u taħriġ

Skont il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi, il-medjaturi għandhom isegwu u jipparteċipaw b'mod attiv f'opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ li jippromwovu l-profiċjenza fil-ħiliet ta' medjazzjoni peress li dawn jistgħu jirrizultaw minn zmien għal zmien.  Minn żmien għal żmien, iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jorganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-medjaturi. L-ewwel wieħed minn dawn il-korsijiet, dwar il-ħiliet tal-medjazzjoni, sar f’Lulju 2008. Kors ieħor, li kien maħsub biex jipprovdi taħriġ fil-ħiliet tal-medjazzjoni u li kien iffokat fuq l-aspetti psikoloġiċi, soċjali u legali tas-separazzjoni, sar mis-16 sat-18 ta’ April 2009.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

It-tariffa tad-drittijiet hija regolata mir-regolamenti 2 u 4 tal-Avviż Legali 309 tal-2008, kif emendat bl-Avviz Legali 365 tal-2020 (ara Leġislazzjoni Sussidjarja 474.01)

Fil-medjazzjoni relatata mal-qorti tal-familja, il-partijiet jistgħu, bil-kunsens tagħhom it-tnejn, jagħżlu medjatur huma mill-lista ta’ persuni maħtura għal dan l-iskop mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja u jbatu huma l-ispiża ta’ dan, jew inkella jiġi assenjat lilhom mill-Qorti medjatur, fuq bażi ta’ rotazzjoni, minn lista ta’ persuni maħtura mill-istess Ministru bħala persuni li jistgħu jagħmluha ta’ medjaturi maħtura mill-qorti u f’dan il-kas id-drittijiet dovuti lill-medjaturi jitħallsu mir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Direttiva 2008/52/KE, għandu jkun possibbli li jintalab li l-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jkun eżegwibbli. L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2004 ta' Malta kien emendat bl-Att IX tal-2010 prinċipalment għall- iskopijiet tat-traspozizzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirregolaw it-tilwim transkonfinali ġew estizi biex japplikaw ukoll għal kazijiet domestiċi.

Links relatati

Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta

Att dwar il-Medjazzjoni tal-2004 ta' Malta

Direttiva 2008/52/KE

L-aħħar aġġornament: 25/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.