Introduzzjoni – Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar is-sistema legali Awstrijaka u deskrizzjoni ġenerali tal-liġi Awstrijaka.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-liġi Awstrijaka hija primarjament liġi miktuba. Il-liġi konswetudinarja għandha rwol ristrett ferm. Is-sentenzi tal-iktar qrati superjuri jipprovdu linji gwida importanti dwar l-applikazzjoni tal-liġi, u huma ta’ importanza kbira, iżda r-regola żviluppata mill-ġurisprudenza mhix formalment rikonoxxuta bħala sors tal-liġi.
Il-kostituzzjoni Awstrijaka tiddikjara li r-regoli ġeneralment rikonoxxuti tal-liġi internazzjonali jifformaw parti mil-liġi federali tal-Awstrija, u jipprovdu biex it-trattati internazzjonali jkunu inkorporati fis-sistema legali Awstrijaka, b'leġiżlazzjoni speċifika jew mingħajrha. Il-grad tad-dispożizzjonijiet tat-trattati fis-sistema legali nazzjonali jiġi ddeterminat mill-kontenut tagħhom.
Sabiex trattati internazzjonali li jemendaw jew jikkompletaw il-kostituzzjoni jiġu approvati fil-Kamra Inferjuri tal-Parlament (Nationalrat), jeħtieġu l-istess maġġoranzi speċjali bħal-liġijiet kostituzzjonali federali. Trattati li jemendaw jew jikkompletaw il-liġi statutorja jeħtieġu l-istess kworums bħall-istatuti.
Fil-prinċipju, il-President Federali jikkonkludi trattati internazzjonali fuq it-talba tal-gvern federali jew tal-ministru federali li ngħata s-setgħa minnu. Trattati politiċi u trattati li jemendaw jew jikkompletaw il-leġiżlazzjoni jeħtieġu l-kunsens minn qabel tal-Kamra Inferjuri. Il-President Federali jista’ jagħti s-setgħa lill-gvern federali jew lil membri kompetenti tal-gvern federali biex jikkonkludu kategoriji ta’ trattati internazzjonali li la jkunu politiċi u lanqas jemendaw jew jikkompletaw il-leġiżlazzjoni.
Skont il-kostituzzjoni federali Awstrijaka, kull waħda mid-disa’ provinċji federali (Bundesländer) hija suġġetta għal-liġi kostituzzjonali provinċjali tagħha minbarra li tkun suġġetta għal-liġi kostituzzjonali federali. Il-liġi kostituzzjonali provinċjali ma tridx tkun inkonsistenti mal-liġi kostituzzjonali federali u għalhekk hija subordinata għaliha. Iżda fil-prinċipju, m'hemmx ordni ta' preċedenza bejn l-istatut federali u dak provinċjali. Mill-1988, il-provinċji jistgħu anki jikkonkludu trattati internazzjonali fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-oqsma taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Fl-affarijiet barranin, madankollu, il-gvern federali jkompli jieħu preċedenza.
Il-leġiżlazzjoni kostituzzjonali federali trid tgħaddi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa fil-Kamra Inferjuri, mill-inqas nofs il-membri preżenti. Il-leġiżlazzjoni trid tkun espressament maħtura bħala 'att kostituzzjonali' jew 'dispożizzjoni kostituzzjonali'.
Il-liġi statutorja federali teħtieġ il-preżenza ta' mill-inqas wieħed minn tlieta tal-membri tal-Kamra Inferjuri u maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa.
Dawn il-prinċipji gwida li ġejin tal-kostituzzjoni federali huma l-iktar dispożizzjonijiet importanti tas-sistema legali Awstrijaka:
Dawn il-prinċipji gwida flimkien jiffurmaw dik li tissejjaħ sistema kostituzzjonali fundamentali (verfassungsrechtliche Grundordnung).
Huma għandhom importanza kostituzzjonali kbira. Kwalunkwe emenda prinċipali għall-kostituzzjoni federali trid tkun approvata permezz ta’ referendum bħala parti mill-proċedura leġiżlattiva. Jekk wieħed mill-prinċipji gwida jiġi abbandunat jew jekk ir-relazzjoni bejn il-prinċipji tinbidel b’mod sostanzjali, il-kostituzzjoni titqies bħala li ġiet riveduta.
L-adeżjoni tal-Awstrija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995 kienet teħtieġ reviżjoni komprensiva tal-kostituzzjoni federali Awstrijaka. Miż-żmien l-adeżjoni tal-Awstrija, is-sistema legali tal-Awstrija kienet ibbażata mhux biss fuq il-liġi kostituzzjonali Awstrijaka iżda anki fuq il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Il-fehma prevalenti hija li l-liġi tal-UE tieħu preċedenza fuq il-liġi nazzjonali u anki fuq il-liġi kostituzzjonali federali ordinarja, iżda mhux fuq il-prinċipji gwida tal-kostituzzjoni federali.
Il-liġi kostituzzjonali tiddetermina r-regoli tal-attività politika, minħabba li tispeċifika:
Il-prinċipju fundamentali tal-liġi kif stabbilit fil-kostituzzjoni jeħtieġ li l-applikazzjoni tal-liġi fl-amministrazzjoni pubblika u fil-qrati trid titwettaq skont l-istatut. Il-kostituzzjoni federali taqsam il-poteri leġiżlattivi bejn il-gvern federali u l-provinċji.
Ir-regolamenti (Verordnungen) huma dispożizzjonijiet legali ġenerali magħmula minn awtoritajiet amministrattivi u huma diretti lejn il-persuni kollha suġġetti għal-liġi. Il-kostituzzjoni tagħti awtorizazzjoni ġenerali, normalment fil-liġi statutorja, biex tara li r-regolamenti ta' implimentazzjoni jelaboraw ir regoli stabbiliti f'iktar dispożizzjonijiet. Ir-regolamenti jistgħu jemendaw jew jikkompletaw l-istatut biss fejn tingħata awtorizzazzjoni speċifika fil-kostituzzjoni.
Primarjament, id-deċiżjonijiet (Bescheide) huma atti amministrattivi li jeżegwixxu l-liġi u huma diretti biss lejn persuni speċifiċi.
Il-kostituzzjonali federali taqsam il-poteri bejn il-gvern federali u l-provinċji, u diversi entitajiet huma involuti fil-proċess leġiżlattiv.
Il-liġi statutorja federali għandha tgħaddi miż-żewġ Kmamar tal-Parlament, il-Kamra Inferjuri (Nationalrat) u l-Kamra Superjuri (Bundesrat). Il-183 membru tal-Kamra Inferjuri jiġu eletti direttament mill-poplu. Il-membri tal-Kamra Superjuri jiġu eletti mill-kunsilli provinċjali (Landtage). Bħala regola, il-Kamra Superjuri hija intitolata biss biex tressaq oġġezzjoni sospensiva għal abbozz tal-liġi.
Il-liġi statutorja provinċjali tinħareġ mill-kunsilli provinċjali.
L-abbozzi tal-liġijiet jistgħu jitressqu fil-Kamra Inferjuri:
Inizjattiva taċ-ċittadini trid titressaq quddiem il-Kamra Inferjuri jekk tiġi iffirmata minn 100 000 votant, jew wieħed minn sitta tal-votanti fi tliet provinċji federali.
Fil-prattika il-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni toriġina permezz tal-gvern federali. L-abbozzi tal-liġijiet tal-gvern federali iridu jiġu adottati unanimament mill-gvern federali (fil-Kabinett). Huma jiġu mfassla mill-ministru responsabbli, u qabel ma jiġu approvati mill-gvern, jintalbu kummenti minn entitajiet oħrajn bħal provinċji jew gruppi ta’ interess.
Wara li jgħaddu mill-Kamra Inferjuri jeħtieġu l-kunsens tal-Kamra Superjuri. (Abbozzi tal-liġijiet tal-finanzi ma jeħtieġx li jitressqu fil-Kamra Superjuri.) Il-Kanċillier jissottometti l-abbozz tal-liġi lill-President għal awtentikazzjoni.
Il-Kamra Inferjuri tista' tiddeċiedi li għandha sseħħ referendum dwar abbozz tal-liġi. Ir-referendum tista' wkoll tintalab minn maġġoranza tal-membri tal-Kamra Inferjuri. L-abbozz tal-liġi, li tkun għaddiet mill-Kamra Inferjuri, trid tiġi approvata permezz ta' referendum qabel ma tiġi awtentikata. Referendum hija wkoll meħtieġa għal reviżjoni komprensiva tal-kostituzzjoni.
Il-President jiċċertifika li att għadda skont il-kostituzzjoni billi jiffirmah. Din l-awtentikazzjoni trid tiġi kontrofirmata mill-Kanċillier.
Wara li l-Kanċillier ikun reġa' ffirmha, il-leġiżlazzjoni federali tiġi ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt(Gazzetta tal-Liġi Federali). Sakemm att federali stess ma jipprovdix espliċitament għal effett retroattiv jew jispeċifika d-data meta għandu jidħol fis-seħħ, dan jidħol fis-seħħ fi tmiem il-jum tal-pubblikazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-ħarġa tal-Gazzetta tal-Liġi Federali li tinkludi l-avviż.
Att jista’ jiġi rrevokat jew espliċitament jew billi tgħaddi leġiżlazzjoni ġdida li l-kontenut tagħha jkun inkonsistenti mad-dispożizzjoni preċedenti (lex posterior derogat legi priori). Ir-regoli speċifiċi jieħdu preċedenza fuq regoli ġenerali (lex specialis derogat legi generali). Il-perjodu ta' validità ta' att jista' jiġi stabbilit ukoll mill-bidu.
Ikkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija (Rechtsinformationssystem des Bundes — RIS) tagħti aċċess onlajn għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legalitar- Repubblika tal-Awstrija (RIS) hija mingħajr ħlas.
Il-bażi tad-dejta RIS tipprovdi informazzjoni dwar:
Uħud mil-liġijiet Awstrijaċi huma anki disponibbli bl-Ingliż.
Iktar informazzjoni tinsab fis-sit elettroniku tas-Sistema ta' Informazzjoni Legali tal-Awstrija.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.