Kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) għandu d-dritt u s-sistema legali tiegħu. Id-dritt tal-Istat Membru (SM) jista’ jinkludi kemm id-dritt fuq il-livell nazzjonali (jew id-dritt nazzjonali, li huwa validu kullimkien f’ċertu Stat Membru) kif ukoll il-liġijiet li huma applikabbli biss f’ċertu żona, reġjun jew belt.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Istati Membri jippubblikaw id-dritt tagħhom fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tagħhom u din hija legalment vinkolanti biss f’dan l-ilsien jew f’dawn l-ilsna. Għal finijiet ta’ informazzjoni, ċerti atti tad-dritt tal-Istat Membru jistgħu jkunu disponibbli wkoll f’ilsien wieħed jew iktar minbarra l-ilsien jew l-ilsna uffiċjali.
Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom bażi tad-dejta nazzjonali tad-dritt tagħhom – tista’ tikseb din l-informazzjoni billi tagħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.
Barra minn hekk, il-bażi tad-dejta Ewropea N-Lex tgħaqqad il-parti l-kbira tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali uffiċjali. N-Lex huwa proġett komuni li għaddej bħalissa u li huwa ġestit mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Ewropew u mill-gvernijiet nazzjonali parteċipanti. Bħalissa, tista’ tara d-dritt ta’ 27 Stat Membru.
Barra minn hekk, permezz tal-Forum Ewropew tal-Gazzetti Uffiċjali, jista’ jkollok aċċess għas-siti elettroniċi tal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-gazzetti uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE (flimkien ma’ wħud mill-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA).
Mill-perspettiva tal-UE, bosta liġijiet tal-Istati Membri effettivament jimplimentaw id-dritt tal-UE. B’mod partikolari,dan huwa l-każ għad-dritt nazzjonali li jimplimenta d-direttivi tal-UE. Jekk qed tfittex miżuri implimentattivi bħal dawn, li permezz tagħhom l-Istati Membri inkorporaw ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE, mela tista’ tuża l-funzjoni tat-tiftix rilevanti fil-bażi tad-dejta EUR-Lex.
Id tal-Istati Membri hija derivata minn diversi sorsi, b’mod partikolari mill-kostituzzjoni, mill-istatuti jew mil-leġiżlazzjoni (li tista’ tiġi adottata fuq il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali) u/jew mir-regolamenti tal-aġenziji tal-gvern, eċċ. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji mill-qrati tal-Istat Membru jistgħu jiġu żviluppati f’ġurisprudenza.
Tradizzjonalment, il-liġi tal-Istati Membri hija maqsuma f’dritt privat u f’dritt pubbliku.
Biex tikseb informazzjoni dettaljata dwar id-dritt ta’ Stat Membru partikolari, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.