Izvorna jezična inačica ove stranice bugarski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Bugarska

Din il-paġna toffrilek informazzjoni dwar is-sistema legali Bulgara u ħarsa ġenerali lejn il-liġi Bulgara.

Sadržaj omogućio
Bugarska

Sorsi tal-liġi

Sorsi nazzjonali tal-liġi

Is-sorsi tal-liġi jinkludu

  • Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija (Prom. SG 56/13 Lulju 1991, emenda SG 85/26 Settembru 2003, SG 18/25 Frar 2005, SG 27/31 Marzu 2006, SG 78/26 Settembru 2006 - Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 7/2006, SG 12/6 Frar 2007),
  • Atti leġislattivi u
  • Regolamenti.

Il-każistika mhijiex sors formali tal-liġi, iżda għandha awtorità persważiva.

Sorsi Ewropej u internazzjonali tal-liġi

Wieħed mis-sorsi prinċipali tal-liġi fil-Bulgarija huwa l-liġi tal-Unjoni Ewropea.

It-trattati internazzjonali nnegozjati bejn il-Bulgarija u stati terzi jagħmlu parti mill-ordni legali domestiku.

Trattati internazzjonali li ġew ratifikati f'konformità mal-proċedura kostituzzjonali, li huma promulgati u li jidħlu fis-seħħ fil-Bulgarija jsiru parti mil-leġislazzjoni tal-istat. Tali liġi għandha primazija fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunflittwali fil-leġislazzjoni domestika.

L-Atti leġislattivi kollha għandhom jiġu promulgati u jidħlu fis-seħħ tliet ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Atti nnifishom.

Tipi ta' strumenti legali - deskrizzjoni

L-istrumenti bil-miktub jinkludu l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, trattati internazzjonali, strumenti u r-regolamenti leġislattivi (digrieti, regolamenti, ordinanzi, regoli, istruzzjonijiet u ordnijiet).

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija hija l-ogħla liġi. Hija tistabbilixxi l-organizzazzjoni, il-prinċipji, is-setgħat u l-obbligi ta' istituzzjonijiet statali, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini.

Liġi hija att normattiv li jirregola jew jinterpreta (abbażi tal-Kostituzzjoni) relazzjonijiet soċjali suxxettibbli għal-regolamentazzjoni dejjiema, f'konformità mas-suġġett jew is-suġġetti ta' istitut legali wieħed jew aktar jew is-sottodiviżjonijiet tagħhom. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-artikolu 3 tal-Liġi tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar Atti Normattivi .

L-Atti leġislattivi kollha għandhom jiġu promulgati u jidħlu fis-seħħ tliet ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Atti nnifishom.

Il-Kunsill tal-Ministru joħroġ digriet meta japprova regolamenti, ordinanzi jew istruzzjonijiet, u meta joħroġ regolamenti li jipprevedu arranġamenti soċjali mhux irregolati fl-isfera tal-attivita eżekuttiva u ta' ordnijiet tiegħu. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-artikolu 6 tal-Liġi tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar Atti Normattivi .

Regolament huwa att normattiv maħruġ biex jimplimenta liġi fl-intier tagħha. Huwa jipprevedi l-organizzazzjoni ta' korpi statali u lokali jew għall-ordni intern tal-attivitajiet tagħhom.

Ordinanza hija att normattiv maħruġ biex jiġu implimentati ċertu dispożizzjonijiet jew taqsimiet oħra ta' att normattiv ta' setgħa ogħla.

Istruzzjoni hija att normattiv fejn korp ogħla jistruwixxi l-korpi subordinati dwar l-implimentazzjoni ta' Att normattiv, jew li għandu jiżgura l-issodisfar tagħha.

Sorsi oħra li mhumiex bil-miktub, bħall-konswetudni u l-prinċipji ġenerali tal-liġi, huma wkoll importanti.

Is-sentenzi interpretattivi tal-qrati supremi jistgħu jitqiesu bħala sors sussidjarju tal-liġi.

Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali għandhom jiġu promulgati fil-gazzetta tal-istat fi żmien 15-il ġurnata mid-data li fiha jinħarġu. Is-sentenza għandha tidħol fis-seħħ tliet ijiem wara li tiġi promulgata. Kwalunkwe Att li jinsab li mhux kostituzzjonali ma jibqax japplika fid-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sentenza. Kwalunkwe parti minn liġi li tiġi deċiża li hi kostituzzjonali tibqa' fis-seħħ.

Ġerarkija ta' normi

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija hija l-liġi suprema.  Is-supremazija tal-liġi tal-UE mhijiex stabbilita speċifikament fil-Kostituzzjoni, iżda hi kkunsidrata superjuri għal-liġi nazzjonali.

F'konformità mal-Artikolu 5 (4) tal-Kostituzzjoni, it-trattati internazzjonali li ġew ratifikati f'konformità mal-proċedura kostituzzjonali, li huma promulgati uli jidħlu fis-seħħ fir-Repubblika tal-Bulgarija, isiru parti mil-leġislazzjoni tal-istat. Huma għandhom prominenza fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunflittwali tal-leġislazzjoni domestika.

Fil-livell li jmiss hemm l-istrumenti leġislattivi.

Is-setgħa eżekuttiva għandha d-dritt li tattwa regolamenti, bħal digrieti, ordinanzi, riżoluzzjonijiet, regoli, regolamenti, istruzzjonijiet u ordnijiet.

Qafas istituzzjonali

Istituzzjonijiet responsabbli għall-adozzjoni ta' regoli legali

L-Assemblea Nazzjonali għandha l-awtorità leġislattiva.  Hija tista' tippromulga, temenda, tissupplimenta u tirrevoka l-liġijiet.

Sabiex jimplimenta l-liġijiet, il-Kunsill tal-Ministri jadotta digrieti, ordinanzi u riżoluzzjonijiet. Il-Ministri joħorġu regoli, regolamenti, istruzzjonijiet u ordnijiet.

Fir-rigward ta' strumenti internazzjonali, il-Kunsill tal-Ministri jikkonkludi trattati internazzjonali meta l-liġi tawtorizzah li jagħmel dan. L-Assemblea Nazzjonali tirratifika (jew tirrifjuta) trattati internazzjonali li:

  • Huma ta' natura politika jew militari
  • Jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija f'organizzazzjonijiet internazzjonali
  • Jipprevedu korrezzjonijiet għall-fruntieri tar-Repubblika tal-Bulgarija
  • Fihom obbligi għat-Teżor
  • Jipprevedu l-parteċipazzjoni tal-istat f'arbitraġġ internazzjonali jew proċedimenti legali
  • Jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem
  • Jaffettwaw l-azzjoni tal-liġi jew jeħtieġu leġislazzjoni ġdida sabiex jiġu infurzati
  • Jeħtieġu ratifika espressament
  • Jikkonferixxu lill-Unjoni Ewropea s-setgħat li jirriżultaw mill-Kostituzzjoni

Proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet

Adozzjoni tal-Kostituzzjoni

Assemblea Nazzjonali Manja, magħmula minn 400 membru, tadotta Kostituzzjoni ġdida, jekk meħtieġ.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-paragrafu 1 tal-artikolu 158 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija.

L-Assemblea Ġenerali hija libera li temenda d-dispożizzjonijiet kollha tal-Kostituzzjoni ħlief dawk li jaqgħu taħt il-prerogattiva tal-Assemblea Nazzjonali Manja. Emenda kostituzzjonali teħtieġ maġġoranza ta' tliet kwarti tal-voti tal-membri kollha tal-Assemblea Nazzjonali fi tliet votazzjonijiet fi tliet ijiem differenti. L-emenda għall-Kostituzzjoni hija ffirmata u promulgata fil-gazzetta tal-istat mill-president tal-Assemblea Nazzjonali Manja fi żmien sebat ijiem minn meta tiġi ppromulgata.

Il-proċess leġislattiv tat-teħid tad-deċiżjonijiet

F'konformità mal-Artikolu 87 tal-Kostituzzjoni, kwalunkwe membru tal-Assemblea Ġenerali jew il-Kunsill tal-Ministri għandu d-dritt li jintroduċi Abbozz.

L-abbozz jiġi adottat mill-Assemblea Nazzjonali permezz ta' żewġ proċessi ta' qari. Matul l-ewwel qari, l-Abbozz jiġi diskuss fl-intier tiegħu. Il-membri Parlamentari jistgħu jissottomettu mozzjonijiet bil-miktub biex jemendaw l-Abbozz li ġie adottat fl-ewwel qari fit-terminu speċifikat mill-Assemblea Nazzjonali. L-Assemblea Nazzjonali tiddiskuti l-Abbozz fid-dettall u tadottah fit-tieni qari. L-Abbozz adottat jintbagħat lill-President tar-Repubblika tal-Bulgarija li jiffirma digriet għall-promulgazzjoni tiegħu. L-Att jiġi promulgat fil-gazzetta tal-istat u jidħol fis-seħħ wara tliet ijiem, sakemm fl-Att ma jkunx speċifikat terminu ieħor.

Bażijiet legali ta' data

Il-gazzetta tal-istat hija dispobibbli bla ħlas fuq is-sit elettroniku tal-Gazzetta tal-Istat . L-edizzjoni fuq is-sit fiha Abbozzi promulgati mill-Assemblea Nazzjonali, digrieti mill-Kunsill tal-Ministri, trattati internazzjoanli, atti legali oħra, kif ukoll avviżi dwar akkwist pubbliku u konċessjoni.

Bażijiet legali ta' data ta' natura kummerċjali bħall-Apis, Ciela u l-Enċiklopedija Ġuridika joffru firxa sħiħa ta' informazzjoni legali, iżda mhumiex bla ħlas.

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici