Bażi tad-Data dwar il-Liġi tal-Konsumatur

Għodda li tagħti lil kulħadd aċċess faċli għar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-direttivi ewlenin tal-UE dwar il-konsumaturi fl-Istati Membri tal-UE.

Għal min hi?

Għal kulħadd – mill-konsumaturi u n-negozji sal-ġuristi u l-awtoritajiet ta' infurzar.

Xi tkopri?

Hija tinkludi:

  • direttivi ewlenin tal-UE dwar id-dritt tal-konsumatur
  • miżuri biex jiġu inkorporati fil-liġijiet nazzjonali
  • deċiżjonijiet ġuddizzjarji tal-passat minn pajjiżi tal-UE u mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea
  • prattiki amministrattivi nazzjonali rilevanti.

Kif taħdem?

Hija tgħin lill-konsumaturi, lin-negozji, lill-avukati, lill-imħallfin eċċ. biex jaraw malajr id-drittijiet u l-obbligi li jiġu mil-liġijiet dwar il-konsumatur.

X'relazzjoni għandha mal-politika dwar il-konsumatur kumplessiva tal-UE?

Hija għandha l-għan li jkun hemm sensibilizzazzjoni tad-dritt tal-UE, li l-konformità tkun eħfef u li ssaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet tal-konsumatur.

Biex din il-bażi ta' data tkun kemm jista' jkun kompluta u faċli biex tintuża, uża din il-formola biex tibagħtilna l-kummenti tiegħek.

Pajjiż

It-traspożizzjonijiet nazzjonali tad-direttivi tal-UE fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur. Għal kull Stat Membru, il-bażi tad-data l-aktar materjali rilevanti marbuta mal-każistika, id-duttrina u l-letteratura legali, u materjali oħra bħal atti amministrattivi tal-korpi uffiċjali nazzjonali.

Direttiva

Id-Direttivi tal-UE attwali u mħassra fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur. Għal kull artikolu tad-Direttiva, il-bażi tad-data fiha l-każistika, l-letteratura u d-duttrina legali, u materjali oħra bħall-atti amministrattivi u d-deċiżjonijiet ta’ korpi uffiċjali oħra. Il-materjali huma kkategorizzati skont il-pajjiż biex b’hekk ikun possibbli li jitqabblu l-interpretazzjonijiet u l-applikazzjonijiet differenti.

Infurzar

L-istrumenti biex jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta tad-Direttivi u għaldaqstant il-protezzjoni tal-konsumaturi, skont l-Istati Membri. Dawn l-istrumenti nġabru fi gruppi ta' infurzar amministrattiv, infurzar permezz ta’ azzjoni tal-qorti, sanzjonijiet u tipi oħra. Fost kwistjonijiet oħra, dawn li ġejjin huma riżolti: liema strumenti jintużaw, min hu intitolat li jużahom, liema huma l-proċeduri u r-rekwiżiti tagħhom, id-differenza bejn sanzjonijiet ċivili u kriminali, jew jekk hemmx korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra il-qorti.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna