Fejn nista’ nsib l-għajnuna

Din it-taqsima se tgħinek tressaq ilment quddiem l-uffiċċju rilevanti fil-pajjiż fejn l-allegat ksur tad-drittijiet tiegħek kellu lok.

Uri aktarUri inqas

Kif iddikjarat fit-Trattati tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati fl-UE għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Jekk tħoss li d-drittijiet fundamentali skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea ma ġewx rispettati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż tal-UE, diversi metodi ta’ rimedju huma disponibbli.