Negozju u drittijiet tal-bniedem

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

1. X’tip ta’ ħarsien ġudizzjarju għandi f’pajjiżek bħala vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju? Din il-protezzjoni tinkludi kumpens?

Kwalunkwe vittma ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kemm jekk dan il-ksur huwa relatat man-negozju jew le, g]andha dritt li tirrikorri għal rimedju u kumpens quddiem qorti.

2. Għandkom xi regoli speċifiċi għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem? Dawn ir-regoli japplikaw għal reati ambjentali jew ta’ sfruttament qawwi tal-forza tax-xogħol?

M'hemmx regoli speċifiċi għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem.  Il-kazijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem huma kollha ttrattati l-istess.

3. Jiena vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem li rriżulta minn attivitajiet ta’ korporazzjoni transnazzjonali Ewropea li seħħew ’il barra mill-Unjoni Ewropea. Għandi aċċess għall-qrati f’pajjiżek jekk m’iniex ċittadin tal-UE jew jekk ma ngħixx fl-UE? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex jintalbu d-dannu għal ksur tad-drittijiet tiegħi? Fejn nista’ insib xi informazzjoni addizzjonali?

Il-liġi hija territorjali izda awieħed irid jirrikorri għall-liġi privata internazzjonali sabiex tiġi determinata l-lex fori sakemm ma jkunx hemm ma jkunx hemm ftehim bejn il-partijiet li ma jħallix li jkun hemm għazla fil-liġi applikabbli.

4. L-istituzzjonijiet tal-Ombudsman, il-korpi tal-ugwaljanza jew l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem jistgħu jappoġġaw lill-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju mwettaq minn korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej barra mill-Unjoni Ewropea? Dawn il-korpi jistgħu jinvestigaw il-każ tiegħi jekk m’iniex ċittadin tal-UE u ma ngħix fl-UE? Hemm servizzi pubbliċi oħra (bħall-ispettorat tax-xogħol jew tal-ambjent) f’pajjiżek li jistgħu jinvestigaw il-każ tiegħi? Fejn nista' insib informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħi?

Il-mandat tal-Ombudsman f'Malta, skont l-Artikolu 64A tal-Kostituzzjoni u l-artikoli tal-Att dwar l-Ombudsman huwa biex "jinvestiga kull azzjoni li ssir minn jew f'isem il-Gvern, jew minn dik l-Awtorita', dak il-korp jew dik il-persuna oħra skont ma jista' jiġi provdut b'liġi (inkluza awtorita', korp jew kariga stabbiliti b'din il-Kostituzzjoni), li jkunu azzjonijiet li jsiru fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi tagħhom".

Skont l-Artikolu 12(1) tal-Att dwar l-Ombudsman, il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman hija limitata għall-investigazzjoni ta' ilmenti dwar:

"(a) il-Gvern, inkluz kull Dipartiment tal-Gvern jew awtorita' oħra tal-Gvern, kull Ministru jew Segretarju Parlamentari, kull uffiċjal pubbliku u kull membru jew impjegat ta' awtorita' kif imsemmi qabel;

(b) kull korp statutorju, u kull soċjeta' jew korp ieħor li fih il-Gvern jew xi wieħed jew iktar minn dawk il-korpi jew xi kombinazzjoni tagħhom ikollu kontroll tal-ishma jew li fuqhom ikollu kontroll effettiv, inkluz kull direttur, membru, manager jew uffiċjal ieħor jew dak il-korp jew soċjeta' jew tal-korp li jkollu kontroll tagħhom (hawn izjed 'il quddiem kollettivament imsejħa bħala organizzazzjoni); u

(ċ) kunsilli lokali u kull kumitat tagħhom, is-sindki, kunsillieri u membri tal-personnel tal-kunsilli lokali kollha."

L-Ombudsman m'għandux mandat speċifiku u formali biex jinvestiga kazijiet li jinvolvu vjolazzjoni ta' jew theddid għad-Drittijiet Fundamentali jew li jagħti rimedju jew li jippromwovi jew jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

Izda l-funzjonijiet imnizzlin fl-Artikolu 22(1) tal-Att dwar l-Ombudsman huma wiesgħa bizzejjed biex jippermettu lil din l-Istituzzjoni li tinvolvi ruħa mingħajr restrizzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem billi -

  • tinvestiga ilmenti li għandhom element ta' drittijiet tal-bniedem
  • tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet dwar theddid lid-drittijiet taċ-ċittadini
  • meta tkun seħħet xi vjolazzjoni, tikkontribwixxi għar-risoluzzjoni tas-sitwazzjoni billi tagħmel rakomandazzjonijiet sabiex il-kaz jiġi solvut b'mod ġust u effettiv sabiex jiġu evitati proċeduri ġudizzjarji.

Il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman testendi għal kull persuna li tħossha aggravat, indipedentement min-nazzjonalita' jew oriġini tagħha, sakemm din il-persuna jkollha interess personali fil-mertu tal-ilment.  Persuna tinkuldi persuna fizika u persuna ġuridika.

L-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman huma marbuta li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jassiguraw l-infurzar tagħhom.  Għalhekk, minkejja li l-mandat tal-Ombudsman huwa limitat għall-Amministrazzjoni Pubblika, wieħed jista' jikkonsidra sitwazzjoni fejn il-vittma ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem relatata man-negozju tallega li sofriet vjolazzjoni tad-drittijiet tagħha peress li din l-awtorita' pubblika jew istituzzjoni naqset milli tagħtiha l-protezzjoni li dil-persuna kienet intitolata għaliha.

L-Ombudsman jista' jinvestiga kwalunkwe kaz anke jekk il-persuna li tagħmel l-ilment ma tkunx ċittadina tal-UE jew ma tgħix fl-UE, sakemm il-mertu tal-ilment ikun jaqgħa taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman.  Aktar minn hekk, jekk il-mertu tal-ilment huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman jew awtorita' oħra lokali jew regolatur, il-protezzjoni bil-liġi tingħata lill-vittmi kollha.

Għalhekk, il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman ma tiddependix fuq il-mertu tal-kaz jew fuq jekk il-persuna aggravat tkun qiegħda Malta, izda fuq l-allegat nuqqas tal-awtorita' soġġetta għall-ġurisdizzjini tal-Ombudsman.

Dwar servizzi oħra pubbliċi (bħal impjiegi jew ambjent) f'Malta, hemm istituzzjonijiet pubbliċi oħr Bħad-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, l-Awtorita' dwar l-Ambjent u Rizorsi, l-Arbitru dwar is-Servizzi Finanzjarji u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza.  Izda l-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza bħala l-korp nazzjonali dwar l-ugwaljanza, jista' jinvestiga biss kazijiet ta' diskriminazzjoni u fastidju sesswali li seħħ f'Malta.

5. Pajjiżek jimponi obbligi fuq il-korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ ilment jew servizzi ta’ medjazzjoni għal ksur li jirriżulta mill-attivitajiet tan-negozju tagħhom? Dawn l-obbligi japplikaw ukoll għal ksur li seħħ barra l-Unjoni Ewropea? Min hu inkarigat mill-monitoraġġ ta’ dawn l-attivitajiet f’pajjiżek? Hemm rapporti pubbliċi disponibbli li jipprovdu informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema?

Malta ma timponix obbligu fuq il-korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej biex jistabbilixxu mekkanizmi ta' ilment jew servizzi ta' medjazzjoni għal ksur li jirrizulta minn attivitajiet tan-negozju.  Il-medjazzjoni f'Malta issir f'kazijiet fil-Qorti tal-Familja jew fi proċeduri quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera.

6. Għandi xi drittijiet speċifiċi jekk inkun vittma vulnerabbli li tfittex rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju? Jista’ ikolli aċċess għall-għajnuna legali u taħt liema kundizzjonijiet? Liema spejjeż se jkunu koperti mill-għajnuna legali? Għandi aċċess għall-għajnuna legali taħt l-istess kundizzjonijiet jekk m’iniex ċittadin tal-UE jew jekk ma ngħixx fl-UE?

Jekk inti vittma ta' reat speċifikat taħt l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta' Malta (l-Att dwar il-Vittmi ta' Reat) jew vittma ta' vjolenza domestika kif speċifikat fil-Kapitolu 581 tal-Liġijiet ta' Malta (Att dwar il-Volejnza Abbazi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika), inti intitolat li tingħata l-benefiċċju tal-Għajnuna Legali.  Wara li jkun hemm digriet tal-Qorti li jaħtik il-benefiċċju tal-għajnuna legali, inti tkun eliġibbli li tingħata pariri legali u li tkun irraprezentat il-Qorti.  L-ispejjez tal-Qorti u tal-Avukat ikunu koperti.  Jekk m'intix ċittadin tal-UE izda għandek status f'Malta, inti xorta tkun eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna legali.  Jekk inti ċittadin tal-UE li tgħix barra l-Unjoni Ewropea, xorta tkun eliġibbli biex tkun rapprezentat fil-Qorti f'Malta u għal għajnuna legali.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.