Public documents

National information and online forms concerning Regulation No. 2016/1191

In July 2016, the European Union adopted a Regulation simplifying the circulation of certain public documents between EU countries. The Regulation aims at reducing red tape and costs for citizens when they need to present a public document issued by the authorities of an EU country to the authorities of another EU country. Under the Regulation, public documents (for example, a birth certificate or a marriage notarial document) issued in an EU country must be accepted as authentic in another EU country without the need for such documents to bear an authentication stamp (the apostille). The public documents covered by the Regulation are, in particular, civil status (for example, birth, death, marriage, registered partnership, adoption), but also residence and the absence of a criminal record.

The Regulation also abolishes the obligation to, in all cases, provide certified copies and certified translations of public documents issued in another EU country. The Regulation introduces optional multilingual, standard forms that can be attached to the public documents to avoid translation requirements. The Regulation does not govern the recognition in a EU country of the content or effects of a public document issued in another EU country. The recognition of such content or effects depends on the law of the receiving country. The Regulation is applicable from 16 February 2019.

Last update: 27/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Dokumenti pubbliċi - Belġju

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

L-użu tal-lingwi mis-servizzi lokali huwa regolat mil-leġiżlazzjoni Belġjana marbuta mal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi (il-Liġi tat-2 ta’ Awwissu 1963 dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi u d-Digriet Irjali tat-18 ta’ Lulju 1966 li jikkoordina l-liġijiet dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi).

Din il-leġiżlazzjoni tiddetermina liema lingwa (i) jistgħu jużaw iċ-ċittadini meta jippreżentaw dokumenti quddiem awtorità.

Il-Belġju għandu erba’ reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun tal-lingwa Olandiża, ir-reġjun tal-lingwa Franċiża, ir-reġjun tal-lingwa Ġermaniża u r-reġjun ta’ Brussell-Kapitali (l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi). F’kull reġjun lingwistiku, l-awtoritajiet lokali jaċċettaw biss dokumenti ippreżentati fil-lingwa ta’ dak ir-reġjun.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Olandiża:

Il-muniċipalitajiet fil-provinċji ta’ Antwerp, Limburg, ta’ Flanders tal-Lvant, ta’ Flanders tal-Punent, u l-Brabant Fjamming:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bl-Olandiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Sint-Genesius-Rode, Wezembeek-Oppem, Drogenbos, Kraainem, Linkebeek, Wemmel, Bever, Herstappe, Spiere-Helkijn, Voeren, Mesen u Ronse:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bl-Olandiż, iżda jistgħu jiġu ppreżentati bil-Franċiż.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Franċiża:

Il-muniċipalitajiet fil-provinċji ta’ Hainaut, tal-Lussemburgu, Namur, Liège (bl-eċċezzjoni taż-żona tal-lingwa Ġermaniża) u l-Brabant ta’ Walloon:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Soignies, Enghien, Mouscron u Comines-Warneton:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż, iżda jistgħu jiġu ppreżentati bl-Olandiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Malmedy u Waimes:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż, iżda jistgħu jiġu preżentati bil-Ġermaniż.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Ġermaniża:

Il-muniċipalitajiet ta’ Amel, Büllingen, Burg-Reuland, Bütgenbach, Eupen, Kelmis, Lontzen, Raeren u Sankt Vith:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Ġermaniż, iżda jistgħu jiġu preżentati bil-Franċiż.

  • Ir-reġjun ta’ Brussell-Kapitali:

Il-muniċipalitajiet ta’ Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Brussels, Etterbeek, Evere, Ganshoren, Forest, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwe-Saint-Lambert u Woluwe-Saint-Pierre:

fejn id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati bl-Olandiż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

1) Ċertifikat tal-istat ċivili (imfassla mill-muniċipalitajiet Belġjani u mill-missjoni diplomatika u l-konsolat)

  • Ċertifikat tat-twelid;
  • Ċertifikat taż-żwieġ;
  • Ċertifikat tal-adozzjoni;
  • Ċertifikat ta’ rikonoxximent;
  • Ċertifikat tal-mewt;
  • Ċertifikat ta’ bidla fil-kunjom;
  • Ċertifikat ta’ bidla fl-isem;
  • Ċertifikat tad-divorzju;
  • Ċertifikat ta’ persuna nieqsa;
  • Ċertifikat ta’ nazzjonalità Belġjana;
  • Ċertifikat ta’ twelid mejjet;
  • Ċertifikat ta’ rikonoxximent ta’ qabel it-twelid;
  • Ċertifikat dwar id-dikjarazzjoni tal-għażla tal-kunjom;
  • Ċertifikat ta’ bidla tal-ġeneru rreġistrat;
  • Ċertifikat ta’ revoka ta’ adozzjoni, ċertifikat ta’ rieżami tal-adozzjoni, ċertifikat tat-tieni bidla tal-ġeneru rreġistrat jew ċertifikat ta’ tħassir.

2) Deċiżjonijiet ġudizzjarji

  • Sentenza supplimentari ta’ att tat-twelid
  • Sentenza li tikkonferma l-filjazzjoni (tfittxija tal-maternità, il-paternità jew il-komaternità)
  • Sentenza li tikkontesta l-filjazzjoni (maternità, preżunzjoni tal-paternità jew komaternità, rikonoxximent mill-omm, il-missier jew il-koġenitur)
  • Sentenza ta’ adozzjoni

3) Estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

  • Sakemm l-estratt ma fihx kundanni u b'hekk juri fedina penali nadifa:
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont l-Artikolu 595 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali;
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 596 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali;
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 596 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.
  • Fil-Belġju, l-estratti għall-individwi normalment jinħarġu mill-awtoritajiet muniċipali, li ġew konnessi mar-Reġistru Kriminali Ċentrali mill-1 ta’ Jannar 2018. Ir-Reġistru Kriminali Ċentrali joħroġ ċertifikati biss f’ċirkostanzi speċifiċi (pereżempju għal residenti barranin, aġenti diplomatiċi jew persuni ġuridiċi).

4) Ċertifikati maħruġa mill-konsolati

  • Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ restrizzjoni fuq żwieġ;
  • Ċertifikat tal-istatus ċivili (divorzju, separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ, sħubija rreġistrata, ħall tas-sħubija rreġistrata);
  • Ċertifikat tad-domiċilju (domiċilju u / jew residenza, bi jew mingħajr l-indirizzi preċedenti);
  • Ċertifikat tan-nazzjonalità;
  • Estratt mir-reġistri;
  • Ċertifikat ta’ kompożizzjoni tal-unità domestika;
  • Ċertifikat ta’ konkordanza tal-isem.

5) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet / is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (SPF Intérieur)

  • Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna;
  • Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna flimkien mal-indirizzi preċedenti;
  • Ċertifikat ta' eżistenza;
  • Ċertifikat ta’ nazzjonalità Belġjana;
  • Ċertifikat ta’ koabitazzjoni legali;
  • Ċertifikat ta’ residenza qabel iż-żwieġ;
  • Ċertifikat elettorali Belġjan;
  • Estratt mir-reġistri.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

1) Estratti mill-atti tal-istat ċivili

Imfassla mill-muniċipalitajiet u l-konsolati:

- Ċertifikat tat-twelid;

- Ċertifikat taż-żwieġ;

- Ċertifikat tal-mewt.

2) Estratti mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

- Nuqqas ta’ fedina penali.

3) Ċertifikati maħruġa mill-konsolati

- Prova tal-kapacità li persuna tiżżewweġ;

- Stat ċivili.

4) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet / is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern

- Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna -> Anness X;

- Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna flimkien mal-indirizzi preċedenti -> Anness X;

- Ċertifikat ta' eżistenza -> Anness II;

- Ċertifikat ta’ koabitazzjoni legali -> Anness VII;

- Ċertifikat ta’ residenza qabel iż-żwieġ -> Anness X.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Sa issa, għad ma hemmx lista ta’ tradutturi li jkunu ħadu l-ġurament fil-Belġju.

Il-Liġi tal-10 ta’ April li temenda diversi dispożizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit reġistru nazzjonali ta’ esperti legali u reġistru nazzjonali ta’ tradutturi, interpreti u tradutturi-interpreti li jkunu ħadu l-ġurament li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2016.

Din il-liġi għandha l-għan li toħloq reġistru nazzjonali ta’ tradutturi, interpreti u tradutturi-interpreti li jkunu ħadu l-ġurament; madankollu, ir-reġistru nazzjonali għadu mhux operattiv.

Bħalissa qiegħda tiġi mfassla liġi ġdida dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-reġistru nazzjonali. Hekk kif tgħaddi l-liġi l-ġdida u r-reġistru nazzjonali jsir operattiv, il-Belġju jibgħat lill-Kummissjoni ħolqa għas-sit elettroniku tar-reġistru nazzjonali. Permezz ta’ dan is-sit elettroniku kulħadd se jkun jista’ jsib traduttur li jkun ħa l-ġurament għal-lingwa li jkollu bżonn fir-reġjun tiegħu, għalkemm mhux l-informazzjoni kollha dwar it-tradutturi bil-ġurament se tkun disponibbli għall-pubbliku.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

1) Ċertifikati tal-istat ċivili:

-        Muniċipalitajiet;

-        Meħuda direttament mill-bażi tad-data taċ-ċertifikati tal-istat ċivili (Banque de données des actes de l’état civil, BAEC);

-        Ambaxxati u konsolati tal-Belġju;

-        Is-Servizz Federali Pubbliku tal-Affarijiet Barranin - Direttorat tad-Drittijiet Personali (SPF Affaires étrangères – Direction Droit des personnes).

2) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet/is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (bl-użu ta’ “Mon Dossier”)

-        Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern – Direttorat-Ġenerali għall-Istituzzjonijiet u l-Poplu - Reġistru Nazzjonali (Direction générale Institutions et Population - Registre national).

3) Estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

“Kopji” ta’ estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali ma jistgħux jiġu ċċertifikati bħala kopji awtentiċi. L-estratt oriġinali biss jitqies bħala awtentiku.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Informazzjoni dwar l-estratti u ċ-ċertifikati (mhux kopji ċċertifikati)

1) Ċertifikati tal-istat ċivili:

-        Il- logo tal-muniċipalità JEW il- logo tal-BAEC JEW il-logo tal-post konsolari u l-logo tal-Belġju.

-        Timbru elettroniku tal-BAEC + ħolqa / barcode biex jiġu użati għall-verifika li kopja jew estratt ġew maħruġa mill-BAEC.

2) Ċertifikati maħruġa mis-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (bl-użu ta’ “Mon Dossier”):

Is-siġill (timbru elettroniku) tar-Renju tal-Belġju u l-kliem “SPF Interieur- Registre National” jidhru fuq kull dokument.

Il-fajls huma f’format PDF u għandhom il-firma tar-Reġistru Nazzjonali u l-logos uffiċjali kollha.

It-timbru elettroniku jidher fl-ittri “IBZ” fl-intestatura.

3) Estratti mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

-        Estratti maħruġa mill-awtoritajiet muniċipali

L-estratt irid ikun datat u ffirmat mill-awtoritajiet muniċipali. (L-Artikolu 10, Digriet Irjali tal-21 ta’ Novembru 2016).

Bħalissa, l-estratti dejjem irid ikollhom timbru awtentiku, id-data u l-firma tas-sindku u / jew tad-deputat tiegħu.

Peress li l-estratti jittieħdu mir-Reġistru Kriminali Ċentrali, dejjem ikollhom ukoll il-firma viżibbli (skanjata) tad-Direttur tar-Reġistru Kriminali Ċentrali.

Numru ta’ muniċipalitajiet diġà’ ħarġu estratti f’format elettroniku.

-        Estratti maħruġa mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

Id-dokument se jkollu t-timbru mqabbeż tar-Reġistru Kriminali Ċentrali, kif ukoll il-firma (rreġistrata) tal-uffiċjali li ħareġ l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Xejn aktar minn dak li ntqal aktar 'il fuq.

L-aħħar aġġornament: 25/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Repubblika Ċeka

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Ċek, Slovakk

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

  • ċertifikat tat-twelid;
  • ċertifikat taż-żwieġ;
  • ċertifikat tal-mewt;
  • ċertifikat ta’ unjoni ċivili;
  • ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ;
  • ċertifikat ta’ kapaċità ġuridika għal unjoni ċivili;
  • estratt verbatim mir-reġistru tal-familja;
  • konferma ta’ data irreġistrata fir-reġistru tal-familja;
  • konferma ta’ data li tinsab fir-reġistru tad-dokumenti jew fir-reġistru tal-familja duplikat li nżamm sal-31 ta’ Diċembru 1958;
  • deċiżjoni li tawtorizza bidla fl-isem jew fil-kunjom,
  • konferma taż-żwieġ;
  • estratt mill-fedina penali għal persuni fiżiċi;
  • ċertifikat notarili li jikkonferma li persuna għadha ħajja;
  • għotja ta’ data mir-reġistru tal-popolazzjoni lil persuna fiżika;
  • ċertifikat li fih dikjarazzjoni affermattiva mill-ġenituri dwar il-paternità ta’ wild (li twieled jew għadu ma twelidx);
  • konferma taż-żwieġ (maħruġa minn ambaxxata jew konsolat Ċek);
  • deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-fatti msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament, pereżempju:

sentenza li tiddetermina d-data ta’ twelid ta’ minuri;

sentenza li tiddikjara persuna mejta;

sentenza li tiddetermina d-data valida tal-mewt ta’ persuna;

sentenza li tawtorizza minuri biex jiżżewweġ;

sentenza li tirrikonoxxi l-kapaċità ġuridika ta’ minuri;

sentenza ta’ divorzju;

sentenza li tiddikjara l-paternità,

sentenza li tiddikjara l-maternità;

sentenza ta’ adozzjoni ta’ minuri jew sentenza ta’ adozzjoni ta’ adult.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

  • Ċertifikat tat-twelid (Twelid)
  • Ċertifikat tal-mewt (Mewt)
  • Ċertifikat taż-żwieġ (Żwieġ)
  • Ċertifikat ta’ kapaċità ġuridika għaż-żwieġ (Kapaċità għaż-żwieġ)
  • Ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Unjoni ċivili)
  • Ċertifikat ta’ kapaċità ġuridika għal unjoni ċivili (Kapaċità li persuna tidħol għal unjoni ċivili)
  • Estratti tal-fedina penali għal persuna fiżika (Nuqqas ta’ fedina penali fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna ikkonċernata)
  • Għotja ta’ data mir-reġistru tal-popolazzjoni lil persuna fiżika (Domiċilju u/jew residenza)

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

  • Interpreti skont l-Att Nru 36/1967 dwar l-esperti u l-interpreti - lista ta’ interpreti disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://datalot.justice.cz/justice/repznatl.nsf/$$SearchForm?OpenForm&Seq=1#_RefreshKW_select_5

  • Ambaxxati u konsolati tar-Repubblika Ċeka - verifika tal-fedeltà tat-traduzzjonijiet skont l-Artikolu 18(3)(e) tal-Att Nru 150/2017 dwar is-servizz estern

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Iċ-ċertifikazzjoni li dokument huwa veru kopja ta’ dokument oriġinali (konferma tal-awtentiċità) issir minn dawn l-entitajiet li ġejjin:

  • awtoritajiet reġjonali;
  • l-uffiċċji muniċipali tal-muniċipalitajiet b’setgħa estiża;
  • l-awtoritajiet muniċipali, l-uffiċċji distrettwali jew l-uffiċċji tad-distretti muniċipali ta’ ibliet maqsuma skont it-territorju, u l-uffiċċji tad-distretti tal-Belt ta’ Praga; il-lista tinsab fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni (il-lista tal-awtoritajiet muniċipali li jwettqu l-konferma tal-awtentiċità u l-legalizzazzjoni qiegħda fl-Anness I tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 36/2006 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dokument li huwa veru kopja ta’ dokument oriġinali u dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-awtentiċità ta’ firma, kif emendat);
  • l-awtoritajiet militari distrettwali;
  • id-detentur tal-liċenzja tal-posta (Posta Ċeka);
  • il-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka;
  • nutara,
  • ambaxxati tar-Repubblika Ċeka (konsolati).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Traduzzjonijiet iċċertifikati

1. Traduzzjoni iċċertifikata minn traduttur/interpretu

It-tradutturi/interpreti għandhom jindikaw fuq l-ewwel paġna ta’ traduzzjoni bil-miktub il-lingwa li minnha saret it-traduzzjoni u fuq l-aħħar paġna għandhom iwaħħlu konferma tal-esperjenza fl-interpretar tagħhom u jittimbrawha bit-timbru ta’ traduttur/interpretu tagħhom. Id-dokument tradott jew kopja iċċertifikata għalhekk iridu jkun stejpiljati sew mat-traduzzjoni miktuba. Il-konferma tal-esperjenza fit-traduzzjoni/interpretar tista’ tkun miktuba bl-idejn jew bil-magna, jew ittimbrata.

Il-konferma tal-esperjenza fit-traduzzjoni/interpretar għandu jkun fiha dan li ġej:

  • Informazzjoni dwar il-ħatra tal-persuna bħala traduttur/interpretu (informazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-qorti fuq il-ħatra tat-traduttur/interpretu - post u data tal-għotja, numru ta’ referenza, informazzjoni dwar il-lingwa li għaliha ġie maħtur it-traduttur/interpretu);
  • konferma li t-traduzzjoni twassal fedelment it-test tad-dokument mehmuż;
  • informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet lit-traduzzjoni;
  • in-numru sekwenzjali li bih it-traduzzjoni ġiet imdaħħla fil-fajl tat-traduttur/interpretu;
  • il-post u d-data tal-ħruġ tal-konferma tal-esperjenza fl-interpretar;
  • l-isem, il-kunjom, il-firma tat-traduttur/interpretu, it-timbru.

L-indirizz tat-traduttur/interpretu u informazzjoni ta’ kuntatt oħra, bħan-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika, l-identifikatur tal-kaxxa tad-data u n-numru ta’ reġistrazzjoni fil-Kamra tal-Interpreti u Tradutturi Maħtura mill-Qorti tar-Repubblika Ċeka, jistgħu jiġu miżjuda mal-informazzjoni obbligatorja msemmija hawn fuq. Ta’ min jindika n-numru preċiż ta’ paġni li fiha t-traduzzjoni.

Il-konferma tal-esperjenza fl-interpretar dejjem issir fil-lingwa mira.

2. Ċertifikazzjoni tal-eżattezza tat-traduzzjoni ta’ dokument pubbliku minn ambaxxata jew konsolat tar-Repubblika Ċeka

Ċertifikat ta’ awtentikazzjoni li jiċċertifika l-eżattezza ta’ traduzzjoni għandu jkun fih li ġej:

  • l-isem tal-ambaxxata jew il-konsolat;
  • in-numru sekwenzjali li bih iċ-ċertifikazzjoni ġiet imdaħħla fil-fajl taċ-ċertifikazzjoni;
  • il-lingwa tad-dokument tradott;
  • il-lingwa li fiha ġie tradott id-dokument;
  • informazzjoni dwar jekk it-traduzzjoni ġietx mitluba mill-ambaxxata jew sottomessa mill-applikant;
  • informazzjoni dwar jekk it-traduzzjoni hix sħiħa jew parzjali;
  • l-isem(ismijiet), il-kunjom u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-eżattezza tad-dokument;
  • it-timbru uffiċjali, u
  • il-post u d-data taċ-ċertifikazzjoni tal-eżattezza tat-traduzzjoni.

Kopji iċċertifikati

Iċ-ċertifikazzjoni li dokument huwa veru kopja ta’ dokument oriġinali (konferma ta’ awtentiċità) għandha turi, fuq id-dokument oriġinali jew fuq karta mehmuża sew mad-dokument oriġinali, iċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni u t-timbru uffiċjali. Iċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni għandu jkollu dan li ġej:

  • l-isem tal-awtorità;
  • in-numru sekwenzjali li bih il-konferma tal-awtentiċità ġiet imdaħħla fil-fajl taċ-ċertifikazzjoni;
  • informazzjoni li tgħid li d-dokument li qed issirlu l-awtentikazzjoni huwa identiku għad-dokument li minnu nħoloq u jekk dan id-dokument huwiex oriġinali, id-dokument diġà iċċertifikat u awtentikat, dokument li jirriżulta mill-konverżjoni awtorizzata ta’ dokument, duplikat maħluq mill-fajl, jew kopja ta’ deċiżjoni bil-miktub jew il-parti operattiva ta’ deċiżjoni maħruġa skont leġiżlazzjoni speċjali;
  • in-numru ta’ paġni li fih id-dokument;
  • informazzjoni dwar jekk id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni huwiex duplikat sħiħ jew parzjali jew kopja sħiħa jew parzjali;
  • informazzjoni dwar jekk id-dokument li minnu inħoloq id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni fihx karatteristika ta’ sigurtà viżibbli li tifforma parti mill-kontenut legalment sinifikanti ta’ dak id-dokument (pereżempju ologramma);
  • id-data li fiha saret il-konferma tal-awtentikazzjoni;
  • l-isem(ismijiet), il-kunjom u l-firma tal-persuna li qed twettaq il-konferma tal-awtentiċità (pereżempju uffiċjal, sindku jew deputat sindku, impjegat li jaħdem ma awtorità militari distrettwali, impjegat tal-utent tal-liċenzja postali jew il-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka).

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Il-konferma tal-awtentiċià tidher fuq id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni fil-forma ta’ ċertifikat ta’ awtentikazzjoni fuq kull paġna, jew fil-paġni tad-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni li jkunu stejpiljati sew f’mazz u issiġillati. Is-siġill jiġi ttimbrat b’timbru uffiċjali fuq iż-żewġ naħat, allura dik in-naħa tat-timbru uffiċjali tiġi stampata fuq id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju fuq id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni biex jidher iċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni, dan minflok jista’ jitqiegħed fuq karta separata mehmuża sew mad-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni u l-biċċa fejn jiġi mehmuż tiġi ssiġillata (ara iktar il-fuq).

Jekk id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni huwa magħmul minn karta waħda jew iktar u kull karta individwali għandha kitba fuq naħa waħda biss, il-karti l-vojta jiġu ingassati mill-ġenb tax-xellug ta’ fuq sal-ġenb t'isfel fuq il-lemin u ċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni jiġi jidher fuq in-naħa li qiegħda tiġi awtentikata.

Jekk fit-test tad-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni, jew bejn iċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni u t-test tad-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni, jkun hemm biċċa vojta, min ikun qiegħed iwettaq iċ-ċertifikazzjoni għandu jingassa dik il-biċċa vojta mill-ġenb ta’ fuq tan-naħa tax-xellug sal-ġenb t’isfel tan-naħa tal-lemin.

Il-mudell għaċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni qiegħed fl-Anness 2 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 36/2006 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dokument li huwa veru kopja ta’ dokument oriġinali u dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-awtentiċità ta’ firma, kif emendat.

Iċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni jidher fuq dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni bil-modi li ġejjin:

  • b’timbru u l-informazzjoni kif deskritta iktar 'il fuq miktuba bl-idejn, jew
  • b’kopja stampata maħluqa bit-teknoloġija tal-IT li fiha d-data msemmija; bil-kopja stampata ipprintjata fuq tikketta awtoadeżiva, fuq id-dokument jew fuq karta individwali. It-tikketta titwaħħal fuq id-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni u ittimbrata b’timbru uffiċjali sabiex dik il-parti tat-timbru uffiċjali tiġi stampata fuq it-tikketta. Il-kopja stampata taċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni fuq karta individwali għandha tiġi mehmuża sew madd-dokument li qiegħda ssirlu l-awtentikazzjoni.
L-aħħar aġġornament: 28/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Danimarka

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet Daniżi huma obbligati biss li jaċċettaw dokumenti pubbliċi bid-Daniż u għalhekk jistgħu jirrikjedu li dawn id-dokumenti jiġu tradotti jekk ma jkunux bid-Daniż.

Madankollu, skont il-Konvenzjoni Nordika dwar il-Lingwi, ċerti dokumenti jistgħu jiġu aċċettati bil-Finlandiż, bl-Iżlandiż, bin-Norveġiż u bl-Iżvediż. Dan japplika b’mod partikolari għaċ-ċertifikati tal-bidla tal-isem, għall-permess għall-użu ta’ isem, għall-approvazzjoni ta’ isem, għaċ-ċertifikati taż-żwieġ, għaċ-ċertifikati tal-unjoni ċivili, għaċ-ċertifikati ta’ stat ċivili, għad-digrieti ta’ divorzju, għall-ordnijiet ta’ separazzjoni u għas-sentenzi relatati mad-divorzju, is-separazzjoni jew l-annullament taż-żwieġ, u għas-sentenzi li jiddikjaraw li żwieġ jew unjoni ċivili rreġistrata hija rikonoxxuta bħala li ma għadhiex teżisti. Barra minn hekk, dokumenti relatati mal-ipproċessar ta’ każijiet li jikkonċernaw isem persuna jistgħu jiġu aċċettati bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

Id-dokumenti li jikkonfermaw in-nuqqas ta’ fedina penali jistgħu jiġu aċċettati bl-Ingliż ukoll.

F’każijiet speċifiċi, madankollu, awtorità tista’ tippermetti dokumenti f’lingwi oħra, iżda mhija obbligata li tirrikonoxxi l-ebda lingwa oħra għajr dawk elenkati hawn fuq.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-awtoritajiet Daniżi identifikaw dawn li ġejjin bħala dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:

  • in-nuqqas ta’ fedina penali;
  • il-prova ta' residenza;
  • ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
  • iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
  • iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid (fødselsattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-isem (fødsels- og navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tal-isem (navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tal-mewt u tal-funeral (jinħarġu biss f’ċerti każijiet meta jkun meħtieġ ċertifikat għal ċittadin li miet qabel l-1 ta’ April 1968, jiġifieri dakinhar li nħoloq ir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni);
  • iċ-ċertifikat tal-bidla fl-isem;
  • il-permess għall-użu ta’ isem;
  • l-approvazzjoni ta’ isem;
  • iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
  • ċertifikati tal-istat ċivili;
  • id-digriet tad-divorzju;
  • l-ordni tas-separazzjoni;
  • sentenza
    • li tiddikjara divorzju;
    • li tiddikjara separazzjoni;
    • li tiddikjara annullament taż-żwieġ;
    • li tagħti l-effett li żwieġ jiġi rikonoxxut bħala li m’għadux jeżisti;
    • li tagħti l-effett li unjoni ċivili rreġistrata tiġi rikonoxxuta bħala li m’għadhiex teżisti.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Din li ġejja hija lista tad-dokumenti Daniżi li jista’ jiġi mehmuż anness lingwistiku magħhom bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni:

  • in-nuqqas ta’ fedina penali;
  • il-prova ta' residenza;
  • ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
  • iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
  • iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
  • iċ-ċertifikati tal-istat ċivili.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fid-Danimarka ma hemm l-ebda lista ta’ tradutturi/interpreti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew id-dokument tista’ f’ċerti każijiet toħroġ kopja konfermatorja. Barra minn hekk, awtorità li tkun ħadet f’idejha l-kompitu tal-awtorità emittenti tista’ f’ċerti każijiet toħroġ ukoll kopja konfermatorja.

Nutar fil-qrati Daniżi jista’ wkoll joħroġ kopja konfermatorja taċ-ċertifikat jew tad-dokument.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Normalment kopja konfermatorja turi liema awtorità tkun ikkonfermat il-kopja, jew permezz ta’ timbru minn muniċipalità jew permezz ta’ ċertifikazzjoni notarili.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

F’xi każijiet, kopja konfermatorja jkollha “KOPJA” stampata fuqha.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Ġermanja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Ġermaniż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Kamp ta’ applikazzjoni

Dokument pubbliku

Twelid

  • Geburtsurkunde (ċertifikat tat-twelid)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Geburtenregister (estratt ċertifikat mir-reġistru tat-twelid)

Ħajja

  • einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza)
  • erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza)

Mewt

  • Sterbeurkunde (ċertifikat tal-mewt)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Sterberegister (estratt ċertifikat mir-reġistru tal-mewt)

Isem

  • Geburtsurkunde (ċertifikat tat-twelid)
  • Eheurkunde (ċertifikat taż-żwieġ)
  • Lebenspartnerschaftsurkunde (ċertifikat ta’ unjoni ċivili)

Żwieġ

Kapacità li persuna tiżżewweġ

Status ċivili

  • Eheurkunde (ċertifikat taż-żwieġ)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Eheregister (estratt ċertifikat mir-reġistru taż-żwiġijiet)
  • Ehefähigkeitszeugnis (ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ)
  • einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza)
  • erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza)

Divorzju

Annullament taż-żwieġ

  • Eheurkunde (ċertifikat taż-żwieġ)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Eheregister (estratt ċertifikat mir-reġistru taż-żwiġijiet)

Unjoni ċivili

Kapaċità li persuna tidħol għal unjoni ċivili

  • Lebenspartnerschaftsurkunde (ċertifikat ta’ unjoni ċivili)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Eheregister (estratt ċertifikat mir-reġistru tal-unjonijiet ċivili)
  • Bescheinigung zur Begründung einer Lebenspartnerschaft (ċertifikat tal-kapaċità li wieħed jidħol għal unjoni ċivili)

Ħall ta’ unjoni ċivili

  • Lebenspartnerschaftsurkunde (ċertifikat ta’ unjoni ċivili)
  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Eheregister (estratt ċertifikat mir-reġistru tal-unjonijiet ċivili)

Ġenituri

  • Beglaubigter Ausdruck aus dem Geburtenregister (estratt ċertifikat mir-reġistru tat-twelid)

Domiċilju

Residenza

  • einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza)

Nazzjonalità

  • Einbürgerungsurkunde (ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni)
  • Urkunde über den Erwerb der deutschen Staatsangehörigkeit durch Erklärung (ċertifikat tal-akkwiżizzjoni taċ-ċittadinanza Ġermaniża permezz ta’ dikjarazzjoni)
  • Entlassungsurkunde (ċertifikat ta’ rilaxx miċ-ċittadinanza)
  • Verzichtsurkunde (ċertifikat ta’ rinunzja taċ-ċittadinanza)
  • Genehmigung zur Beibehaltung der deutschen Staatsangehörigkeit (awtorizzazzjoni biex tinżamm iċ-ċittadinanza Ġermaniża)
  • Staatsangehörigkeitsausweis (ċertifikat ta’ ċittadinanza)
  • Ausweis über die Rechtstellung als Deutscher (ċertifikat ta’ status legali bħala persuna Ġermaniża)

Adozzjoni

  • Gerichtlicher Beschluss (ordni tal-qorti)

Nuqqas ta’ fedina penali

  • Führungszeugnis (ċertifikat ta’ kondotta tajba)

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Dokument pubbliku

Għajnuna għat-traduzzjoni

Geburtsurkunde (ċertifikat tat-twelid)

Anness I - Twelid

einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza)

Anness II - Ħajja

Sterbeurkunde (ċertifikat tal-mewt)

Anness III - Mewt

Eheurkunde (ċertifikat taż-żwieġ)

Anness IV - Żwieġ

Ehefähigkeitszeugnis (ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ)

Anness V - Kapacità li persuna tiżżewweġ

erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza)

Anness VI - Stat ċivili

Lebenspartnerschaftsurkunde (ċertifikat ta’ unjoni ċivili)

Anness VII - Unjoni ċivili

Bescheinigung zur Begründung einer Lebenspartnerschaft (ċertifikat tal-kapaċità li wieħed jidħol għal unjoni ċivili)

Anness VIII - Kapaċità li persuna tidħol għal unjoni ċivili

erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza)

Anness IX - Stat ta’ unjoni ċivili

einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza)

Anness X - Domiċilju u/jew residenza

Nuqqas ta’ fedina penali

Anness XI- Nuqqas ta’ fedina penali

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Hemm bażi tad-data mal-pajjiż kollu ta’ interpreti u tradutturi, li hija ġestita mill-istat federali ta’ Hessen. Hija disponibbli mingħajr ħlas għal kulħadd fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz-dolmetscher.de/, u għandha funzjoni tat-tiftix dettaljata (pereż. wieħed jista’ jfittex skont l-istat federali, il-qorti jew il-lingwa). Fil-bażi ta' data hemm biss interpreti u tradutturi maħtura uffiċjalment u li jkunu ħadu l-ġurament. Tista’ ssib l-awtoritajiet responsabbli permezz ta’ dan l-indirizz.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Fil-Ġermanja l-awtoritajiet jew il-korpi kollha li joħorġu dokumenti pubbliċi (pereż. l-uffiċċji tar-reġistru tal-istat ċivili, l-awtoritajiet għar-reġistrazzjoni tar-residenza jew il-qrati tal-qorti) u n-nutara għandhom is-setgħa li joħorġu kopji ċċertifikati.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Kopja ċċertifikata għandha dikjarazzjoni li tikkonferma li hija veru kopja tal-oriġinal (pereż. dokument tal-qorti jew att notarili), is-siġill jew it-timbri tal-awtorità/uffiċċju tal-ħruġ u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja (Artikolu 42(1) Beurkundungsgesetz (Liġi dwar ir-reġistrazzjoni uffiċjali tad-dokumenti). It-traduzzjonijiet iċċertifikati għandhom it-timbru/siġill u l-firma tat-traduttur.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Kopja ċċertifikata għandha dikjarazzjoni li tikkonferma li hija veru kopja tal-oriġinal (pereż. dokument tal-qorti jew att notarili), is-siġill jew it-timbri tal-awtorità/uffiċċju tal-ħruġ u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja (Artikolu 42(1) Beurkundungsgesetz (Liġi dwar ir-reġistrazzjoni uffiċjali tad-dokumenti). It-traduzzjonijiet iċċertifikati għandhom it-timbru/siġill u l-firma tat-traduttur.

L-aħħar aġġornament: 23/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - il-Kroazja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Ir-Repubblika tal-Kroazja taċċetta biss id-dokumenti pubbliċi li jkunu bil-Kroat, jiġifieri ma taċċettax dokumenti pubbliċi f’lingwi uffiċjali oħra tal-Istati Membri tal-UE.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Il-lista ta’ dokumenti pubbliċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

- ċertifikat tat-twelid (rodni list) (Anness I)

- ċertifikat tal-mewt (smrtni list) (Anness III)

- ċertifikat taż-żwieġ (vjenčani list) (Anness IV)

- ċertifikat tal-istat ta’ ġuvni/xebba (potvrda o slobodnom bračnom stanju) (Anness VI)

- ċertifikat ta’ unjoni ċivili (potvrda o životnom partnerstvu) (Anness VII)

- ċertifikat ta’ domiċilju u/jew ta’ residenza (uvjerenje o prebivalištu i/ili boravištu) (Anness X)

- ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali (potvrda o nepostojanju kaznene evidencije) (Anness XI)

Nota: Id-dokumenti pubbliċi msemmija fl-Annessi I-VII jinħarġu mill-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika (Ministarstvo uprave), dawk imsemmija fl-Anness X jinħarġu mill-Ministeru għall-Intern (Ministarstvo unutarnjih poslova) u dawk imsemmija fl-Anness XI jinħarġu mill-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa).

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Il-lista ta’ dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża formoli standard multilingwi bħala għajnuna xierqa għat-traduzzjoni:

- ċertifikat tat-twelid (Anness I)

- ċertifikat tal-mewt (Anness III)

- ċertifikat taż-żwieġ (Anness IV)

- ċertifikat tal-istat ta’ ġuvni/xebba (Anness VI)

- ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Anness VII)

- ċertifikat ta’ domiċilju u/jew residenza (Anness X)

- ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali (Anness XI)

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Skont il-liġi Kroata, l-interpreti tal-qorti għandhom il-kwalifiki biex jagħmlu traduzzjonijiet iċċertifikati.

Ħolqa aġġornata tal-interpreti tal-qorti ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/Pravo%20na%20pristup%20informacijama/Registri%20i%20baze%20podataka/Popis%20stalnih%20sudskih%20tumaca.pdf

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Skont il-liġi Kroata, in-nutara jistgħu jagħmlu kopji ċertifikati ta’ dokumenti pubbliċi (javni bilježnici); il-lista ta’ dawk kwalifikati - magħrufa bħala d-direttorju tan-nutara (Imenik javnih bilježnika) - qiegħda f’idejn il-Bord tal-Amministrazzjoni (Upravni odbor) tal-Kamra tan-Nutara tal-Kroazja (Hrvatska javnobilježnička komora) u wieħed jista’ jaraha fuq is-sit elettroniku tal-Kamra - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.hjk.hr/Uredi

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

It-traduzzjonijiet u l-kopji iċċertifikati jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ verifika viżwali ordinarja, għaliex kull traduzzjoni jew kopja għandha t-timbru ta’ interpretu tal-qorti jew ta’ nutar, li b’mod ċar jindika li d-dokument ikkonċernat huwa traduzzjoni jew kopja.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Il-karatteristika speċifika ta’ kopja iċċertifikata hija t-timbru tan-nutar li jkun fassalha.

L-aħħar aġġornament: 26/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Ċipru

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-Grieg u l-Ingliż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-awtoritajiet Ċiprijotti jsemmu, bħala eżempju, id-dokumenti pubbliċi li ġejjin:

Twelid: Ċertifikat tat-twelid

Mewt: Ċertifikat tal-mewt

Żwieġ: Ċertifikat taż-żwieġ

Kapacità li persuna tiżżewweġ: Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ

Sħubija reġistrata: Ċertifikat tal-unjoni ċivili

Residenza: Ċertifikat ta' residenza permanenti

Ħall ta’ sħubija reġistrata: Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħall ta’ unjoni ċivili

Nuqqas ta’ fedina penali: Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Ċertifikat tat-twelid

Ċertifikat tal-mewt

Ċertifikat taż-żwieġ

Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ

Ċertifikat tal-unjoni ċivili

Ċertifikat ta' residenza permanenti

Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tat-Tradutturi Ġuramentati marbut mal-Uffiċċju tal-Istampa u l-Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Id-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili u l-Migrazzjoni

Ċertifikat tat-twelid

Ċertifikat tal-mewt

Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ

Ċertifikat tal-unjoni ċivili

Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħall ta’ unjoni ċivili

L-amministrazzjonijiet distrettwali (Επαρχιακές Διοικήσεις )

Ċertifikat tat-twelid

Ċertifikat tal-mewt

Ċertifikat ta' residenza permanenti

Muniċipalitajiet

Ċertifikat taż-żwieġ

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

L-istruzzjonijiet tal-Kunsill tat-Tradutturi Ġuramentati, il-korp responsabbli għat-traduzzjonijiet uffiċjali fir-Repubblika ta’ Ċipru, għat-tradutturi ġuramentati u għall-pubbliku huma li d-dokumenti kollha ppreżentati lit-tradutturi ġuramentati għat-traduzzjoni jridu jkunu awtentiċi u debitament iċċertifikati. Kopja tad-dokument mibgħut għat-traduzzjoni tinhemeż mat-test tradott mit-traduttur ġuramentat, u fl-aħħar ikun hemm il-firma tat-traduttur u t-timbru.

It-tradutturi ġuramentati ma jiċċertifikawx l-awtentiċità tad-dokument ippreżentat għat-traduzzjoni b’timbru speċjali fuq id-dokument, iżda jiċċekkjawh qabel ma jittraduċuh u jekk iqisu li ma jkunx awtentiku, ma jittraduċuhx.

It-tradutturi ġuramentati jiċċertifikaw biss l-awtentiċità tat-test tradott minnhom stess meta jintalbu kopja vera jew fidila tat-traduzzjoni tagħhom.

Għat-traduzzjonijiet:

Siġill elettroniku rettangolari bil-kliem “traduzzjoni korretta u preċiża tad-dokument mehmuż”

Timbru tond oriġinali tat-traduttur ġuramentat li jkun inħariġlu mill-Kunsill tat-Tradutturi Ġuramentati.

Il-firma oriġinali tat-traduttur ġuramentat

Isem it-traduttur ġuramentat

Il-bolla (bolla ta’ EUR 2 titwaħħal kemm kemm ’il barra mill-parti ta’ isfel tat-timbru u tiġi kkanċellata bit-timbru t-tond)

Għall-kopji tat-traduzzjonijiet:

Siġill elettroniku rettangolari oriġinali bil-kliem “kopja vera tad-dokument tradott”

Timbru tond oriġinali tat-traduttur ġuramentat li jkun inħariġlu mill-Kunsill tat-Tradutturi Ġuramentati.

L-isem u l-firma oriġinali tat-traduttur ġuramentat

Il-bolla (bolla ta’ EUR 2 titwaħħal kemm kemm ’il barra mill-parti ta’ isfel tat-timbru u tiġi kkanċellata bit-timbru t-tond)

Għal dokumenti ċċertifikati:

It-timbri (it-tondi) tat-tradutturi ġuramentati huma ta’ kulur blu u s-siġill elettroniku rettangolari huwa iswed.

Bolla ta’ EUR 2 titwaħħal kemm kemm ’il barra mill-parti ta’ isfel tat-timbru u tiġi kkanċellata bit-timbru t-tond.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

It-timbri (it-tondi) tat-tradutturi ġuramentati huma ta’ kulur blu u s-siġill elettroniku rettangolari huwa iswed.

Bolla ta’ EUR 2 titwaħħal kemm kemm ’il barra mill-parti ta’ isfel tat-timbru u tiġi kkanċellata bit-timbru t-tond.

L-aħħar aġġornament: 24/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Latvja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-Latvjan.

Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet f’ċerti każijiet definiti b’mod ristrett ħafna mil-liġi: il-liġi dwar l-Immigrazzjoni (Imigrācijas likums), pereżempju, tiddikjara li għall-approvazzjoni ta’ sponsorizzazzjonijiet jew l-estensjoni ta’ permessi ta’ residenza, id-dokumenti meħtieġa (eż. ċertifikat ta’ assenza ta’ rekord kriminali, kopji ta’ dokumenti li jagħtu prova ta’ parentela jew affinità, jew dokumenti oħra meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Latvjana) jistgħu jiġu ppreżentati bil-Latvjan, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bir-Russu.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Twelid: iċ-ċertifikat tat-twelid (dzimšanas apliecība) jew estratt mir-reġistru tat-twelid ( izziņa no dzimšanas reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili (Dzimtsarakstu departaments) tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tat-twelid jew estratt mir-reġistru tat-twelid maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili (Dzimtsarakstu nodaļa) ta’ awtorità lokali; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni (izziņa no Iedzīvotāju reģistra) maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni (Pilsonības un migrācijas lietu pārvalde); ċertifikat tat-twelid (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Li persuna tkun ħajja: ċertifikat maħruġ minn nutar (zvērināts notārs); ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Mewt: ċertifikat tal-mewt (miršanas apliecība) jew estratt tar-reġistru tat-twelid (izziņa no miršanas reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tal-mewt jew estratt mir-reġistru għall-imwiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tal-mewt (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Isem: ordni ta’ bidla ta’ isem u / jew kunjom (lēmums par uzvārda maiņu un/vai vārda maiņu) maħruġa mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Żwieġ, inkluża l-kapaċità li persuna tiżżewweġ: att taż-żwieġ (laulības apliecība) jew estratt tar-reġistru taż-żwieġ (izziņa no laulības reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; att taż-żwieġ jew estratt mir-reġistru taż-żwieġ maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; att taż-żwieġ maħruġ minn ministru ta’ wieħed mid-denominazzjonijiet reliġjużi elenkati fil-Liġi Ċivili ( (Civillikums); estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; att taż-żwieġ (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Il-Latvja ma tipprovdix dokument li jiċċertifika l-kapacità li persuna tiżżewweġ. Minflok tali ċertifikat, persuna tista’ titlob informazzjoni dwar l-istat ċivili tagħha.

Divorzju jew annullament taż-żwieġ: dokument notarili (notariāls akts) li jiċċertifika d-divorzju (laulības šķiršanas apliecība); deċiżjoni tal-Qorti (tiesas nolēmums); estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja li juri d-divorzju; estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili tal-awtorità lokali li juri d-divorzju.

Paternità/maternità: sentenza tal-qorti; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Adozzjoni: deċiżjoni ta’ qorti; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni.

Domiċilju u/jew residenza: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn awtorità lokali.

Nazzjonalità: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Assenza ta’ rekord kriminali: Estratt mir-reġistru ta’ kundanni kriminali (izziņa no sodu reģistra) maħruġ miċ-Ċentru tal-Informazzjoni (Informācijas centrs) tal-Ministeru tal-Intern; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Twelid: ċertifikat tat-twelid jew estratt tar-reġistru maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tat-twelid jew estratt mir-reġistru tat-twelid maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tat-twelid (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Li persuna tkun ħajja: ċertifikat maħruġ minn nutar; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Mewt: ċertifikat tal-mewt jew estratt tar-reġistru għall-imwiet maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tal-mewt jew estratt mir-reġistru għall-imwiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tal-mewt (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Żwieġ: att taż-żwieġ jew estratt tar-reġistru taż-żwieġ maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; att taż-żwieġ jew estratt mir-reġistru taż-żwieġ maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; att taż-żwieġ maħruġ minn ministru ta’ wieħed mid-denominazzjonijiet reliġjużi elenkati fil-Liġi Ċivili; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; att taż-żwieġ (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Stat ċivili: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Domiċilju u / jew residenza: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn awtorità lokali.

Assenza ta’ rekord kriminali: Estratt mir-reġistru ta’ kundanni kriminali maħruġ miċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Ma hemmx listi bħal dawn, minħabba li fil-Latvja traduzzjoni tista’ tiġi ċċertifikata minn kwalunkwe persuna fiżika li tassumi responsabbiltà skont il-proċedura stabbilità bil-liġi għal kwalunkwe dannu kkawżat minn żbalji fit-traduzzjoni tad-dokument.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Il-kopji ta’ dokumenti jistgħu jiġu awtentikati minn nutar; salv fejn il-leġiżlazzjoni tirrikjedi li kopja trid tiġi awtentikata minn nutar, il-preċiżjoni tagħha tista’ tiġi awtentikata wkoll mill-organizzazzjoni kkonċernata (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar il-forza legali tad-dokumenti (Dokumentu juridiskā spēka likuma), Artikolu 6).

L-eżattezza ta’ kopja ta’ dokument tista’ wkoll tiġi awtentikata mill-persuna fiżika li hija l-awtur tad-dokument. Persuna fiżika tista’ wkoll tawtentika l-preċiżjoni ta’ kopja ta’ dokument li hija tkun irċeviet minn persuna fiżika jew minn organizzazzjoni oħra, salv fejn il-leġiżlazzjoni tkun teħtieġ il-kunsens tal-awtur.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

It-traduttur jawtentika l-preċiżjoni tat-traduzzjoni fl-aħħar paġna tat-traduzzjoni, wara t-test, bil-Latvjan. It-traduttur idaħħal il-kliem TULKOJUMS PAREIZS (“akkurattezza tat-traduttur”) b’ittri kapitali, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali, il-firma tat-traduttur, l-isem tal-post tal-awtentikazzjoni, u d-data tal-awtentikazzjoni (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regolament tal-Kabinett Nru 291 dwar il-proċeduri għall-awtentikazzjoni ta’ traduzzjonijiet ta’ dokumenti fil-lingwa uffiċjali (Ministru kabineta noteikumus Nr.291 Kārtība, kādā apliecināmi dokumentu tulkojumi valsts valodā)).

Rekwiżiti simili japplikaw għal kopji awtentikati (ara l-punt li jmiss).

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Il-kelma KOPIJA (“kopja”) trid tiddaħħal b’ittri kapitali fir-rokna leminija ta’ fuq fl-ewwel paġna. Iċ-ċertifikat jikkonsisti fil-kliem KOPIJA PAREIZA (“kopja preċiża”), miktuba b’ittri kapitali; it-titolu uffiċjali sħiħ tal-uffiċjal li jawtentika l-preċiżjoni tal-kopja (inkluż l-isem sħiħ tal-organizzazzjoni u jekk meħtieġ informazzjoni oħra li tippermetti li l-persuna tkun identifikata b’mod inekwivoku), il-firma tal-uffiċjal, u l-isem tal-uffiċjal f’forma li tinqara; u d-data tal-awtentikazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 17/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Litwanja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-lingwa tal-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja hija l-Litwan.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(1)(b):

a) iċ-ċertifikat tat-twelid (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tat-twelid (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

b) dikjarazzjoni notarizzata li persuna fiżika tkun ħajja u f’post partikolari;

ċertifikazzjoni li persuna hija ħajja u f’post partikolari (maħruġa mill-Bord tal-Fond Statali tal-Assigurazzjoni Soċjali)

c) iċ-ċertifikat tal-mewt (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tal-mewt (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

d) ċertifikat ta’ bidla tal-isem, tal-kunjom jew tan-nazzjonalità (maħruġ bejn l-4 ta’ Diċembru 2005 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord li temenda jew tissupplimenta rekord ta’ stat ċivili (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017)

e) Żwieġ:

iċ-ċertifikat tal-mewt (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord taż-żwieġ (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

Kapaċità li persuna tiżżewweġ:

Ċertifikat ta’ ebda impediment għaż-żwieġ

Ċertifikat konsulari tal-istatus tal-familja

Ċertifikat tal-istatus tal-familja

f) iċ-ċertifikat tad-divorzju (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tad-divorzju (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

sentenza tal-Qorti relatata ma’ divorzju jew annullament

ma jinħareġ l-ebda dokument biex jikkonferma separazzjoni

g) –

h) –

i) iċ-ċertifikat tat-twelid (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tat-twelid (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

talba konġunta notarizzata minn missier jew omm li tirrikonoxxi l-paternità ta’ wildhom

sentenza tal-Qorti li tistabbilixxi l-maternità/il-paternità;

sentenza tal-Qorti dwar kontestazzjoni ta’ paternità/maternità;

j) iċ-ċertifikat tat-twelid (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tat-twelid (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

sentenza tal-Qorti dwar adozzjoni

k) ċertifikat tal-post tar-residenza ddikjarat

Ċertifikat tad-dettalji personali mir-Reġistru tal-Popolazzjoni

l) il-passaport/il-karta tal-identità personali

iċ-ċertifikat tat-twelid (maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-1 ta’ Jannar 2017)

estratt li jikkonferma rekord tat-twelid (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

Digrieti jew sentenzi dwar akkwiżizzjoni, telf jew irkupru ta’ nazzjonalità

m) ċertifikat li jkun fih informazzjoni dwar persuna fiżika mir-reġistru ta’ persuni ssuspettati, persuni akkużati u persuni kkundannati

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

L-Artikolu 24(1)(c)

a) estratt li jikkonferma rekord tat-twelid (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

b) -

c) estratt li jikkonferma rekord tal-mewt (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

d) -

e) estratt li jikkonferma rekord taż-żwieġ (maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem)

Ċertifikat ta’ ebda impediment għaż-żwieġ

k) ċertifikat tal-post tar-residenza ddikjarat

Ċertifikat tad-dettalji personali mir-Reġistru tal-Popolazzjoni

m) ċertifikat li jkun fih informazzjoni dwar persuna fiżika mir-reġistru ta’ persuni ssuspettati, persuni akkużati u persuni kkundannati

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Ma hemm l-ebda lista ta’ tradutturi ċertifikati.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

- in-nutara

- l-entitajiet statali u muniċipali (għal kopji tad-dokumenti maħruġa minnhom).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Ma hemm l-ebda traduzzjoni ċċertifikata jew rekwiżiti speċifiċi għal traduzzjonijiet jew kopji ċċertifikati tagħhom. Fil-prattika, id-dokumenti normalment jiġu tradotti minn aġenziji tat-traduzzjoni jew tradutturi, għalhekk ikun indikat fuq id-dokument li ġie tradott minn aġenzija tat-traduzzjoni jew traduttur. F’każijiet individwali, it-traduzzjoni tista’ tiġi ċċertifikata mill-firma tat-traduttur jew l-eżattezza tagħha tista’ tiġi ċċertifikata minn nutar.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Meta dokument ikun iċċertifikat minn entità statali jew muniċipali:

il-kopja tad-dokument maħruġ minnha jkollha marka ta’ ċertifikazzjoni fl-aħħar, li jkun fiha l-kliem “kopja konformi”/“estratt konformi”, flimkien mad-data u t-titlu tal-impjieg, il-firma, l-isem jew l-inizjali u l-kunjom tal-kap jew persuna awtorizzata oħra tal-entità li tiċċertifika l-awtentiċità tal-kopja jew tal-estratt.

Jekk l-awtentiċità ta’ kopja stampata ta’ dokument elettroniku tiġi ċċertifikata permezz tal-għodod tal-IT, il-marka ta’ ċertifikazzjoni tal-persuna ġuridika awtorizzata biex tiċċertifikaha tikkonsisti fil-kliem “kopja konformi”, l-isem tal-persuna ġuridika awtorizzata li tiċċertifikaha u d-data. Il-marka ta’ ċertifikazzjoni tista’ titwaħħal ukoll bit-timbru.

Il-mudell taċ-ċertifikat notarili jrid jimtela: bid-data tal-att notarili, isem l-uffiċċju tan-nutar li qed jeżegwixxi l-att notarili, isem u kunjom in-nutar, in-numru tar-reġistru notarili tal-att notarili, l-onorarju tan-nutar għall-att notarili (meta n-nutar jirrinunzja għall-onorarju għandu jikteb il-kliem “onorarju rinunzjat”), il-ħlas għal-verifiki fir-reġistri statali, il-ħlas lir-reġistri statali, il-ħlas għal kull servizz ieħor li sar fuq it-talba tal-klijent u l-firma tan-nutar.

Rekord li jikkonferma l-awtentiċità ta’ kopja/estratt:

“___ _____________ 20_____

Jien, _______________________________________________________________________, b’dan niċċertifika li din hija kopja konformi tad-dokument ipprovdut.

Nru tar-reġistru notarili: ________________________

Onorarju tan-nutar: __________________________

Ħlas(ijiet) għal servizzi oħrajn li saru fuq talba tal-klijent: _________________

Il-firma tan-nutar”

L-aħħar aġġornament: 23/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Ungerija

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Bl-Ungeriż.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

(a) it-twelid:

ċertifikat tat-twelid

(b) il-ħajja:

ċertifikat li l-persuna għadha ħajja

(c) il-mewt:

ċertifikat tal-mewt, ordni tal-qorti li tiddikjara l-preżunzjoni tal-mewt, ordni tal-qorti li tirreġistra mewt

(d) l-isem: ċertifikat ta’ bidla fl-isem

(e) iż-żwieġ, inklużi l-kapaċità għaż-żwieġ u l-istat ċivili:

ċertifikat taż-żwieġ, ċertifikat tal-istat ċivili

(f) id-divorzju, is-separazzjoni ġudizzjarja jew l-annullament taż-żwieġ

sentenza tal-qorti dwar divorzju, sentenza tal-qorti dwar annullament taż-żwieġ, sentenza tal-qorti dwar il-validità ta’ żwieġ, sentenza tal-qorti li tistabbilixxi eżistenza jew nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ

(g) is-sħubija reġistrata, inkluża l-kapaċità li persuna tidħol fi sħubija reġistrata u fi status ta’ sħubija reġistrata:

ċertifikat tas-sħubija reġistrata, ċertifikat tal-istat ċivili

(h) ix-xoljiment ta' sħubija reġistrata, separazzjoni ġudizzjarja jew annullament ta’ sħubija reġistrata:

ordni li tistabbilixxi x-xoljiment ta’ sħubija reġistrata minn nutar

(i) il-filjazzjoni:

ċertifikat tat-twelid, sentenza tal-qorti li tistabbilixxi l-paternità, ordni tal-qorti jew sentenza li tirribatti l-preżunzjoni ta’ paternità, sentenza tal-qorti li tistabbilixxi l-maternità

(j) l-adozzjoni:

ordni ta’ adozzjoni għal awtorità ta’ tutela, sentenza tal-qorti li xxolji adozzjoni

(k) id-domiċilju u/jew ir-residenza:

karta tar-residenza uffiċjali

(l) nazzjonalità:

ċertifikat tan-nazzjonalità

(m) in-nuqqas ta’ fedina penali: estratt mir-rekord ġudizzjarju

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

(1) ċertifikat tat-twelid, ċertifikat tal-mewt, ċertifikat taż-żwieġ u ċertifikat tas-sħubija reġistrata maħruġin wara l-1 ta’ Lulju 2014, sakemm il-kontenut taċ-ċertifikat ma jkunx inbidel qabel il-ħruġ tal-formola standard

(2) ċertifikat li l-persuna għadha ħajja

(3) ċertifikat tal-istat ċivili

(4) karta tar-residenza uffiċjali

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fl-Ungerija, traduzzjoni ċertifikata hija kwalunkwe traduzzjoni ta’ dak it-tip prodotta mill-organizzazzjoni awtorizzata biex tipproduċi traduzzjonijiet iċċertifikati.

F’ċirkostanzi ġenerali, l-Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni (Országos Fordító és Fordításhitelesítő Iroda Zrt., jew OFFI Zrt.) biss jista’ jipproduċi traduzzjonijiet iċċertifikati skont il-liġi fl-Ungerija.

In-nutara li għandhom il-liċenzja biex ifasslu dokumenti b’lingwa barranija jistgħu jipproduċu traduzzjonijiet iċċertifikati f’dik il-lingwa ta’ dokumenti pubbliċi u l-annessi tagħhom fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza ta’ nutar jew jiċċertifikaw il-preċiżjoni tat-traduzzjonijiet ta’ dawn id-dokumenti. Tista’ tfittex nutar b’liċenzja lingwistika fis-sit web li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://start.mokk.hu/kozjegyzokereso.html.

Uffiċjal konsulari ta’ karriera tal-Ungerija awtorizzat mill-ministru għall-affarijiet barranin biex iwettaq ċerti kompiti notarili jista’ jfassal ċertifikat konsulari

biex jiċċertifika traduzzjoni, inkluża traduzzjoni prodotta minn dak l-istess uffiċjal. Il-lista attwali tal-uffiċjali konsulari awtorizzati biex joħorġu ċ-ċertifikati tinsab hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kormany.hu/hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/kulkepviseletek.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Fil-prinċipju, kull korp huwa awtorizzat jagħmel kopji ċertifikati skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu u fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħu.

In-nutara jistgħu joħorġu ċertifikat li jiddikjara li kopja tkun identika għal dokument ippreżentat lilhom.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Traduzzjonijiet iċċertifikati prodotti minn OFFI Zrt.:

A. Elementi użati mit-2 ta’ Lulju 2018 ’il quddiem:

1. L-OFFI jipprepara t-traduzzjonijiet iċċertifikati tiegħu fuq karta tas-sigurtà ta’ 210 x 297 mm, imdawra b’bordura ta’ disinn guilloche u li fiha elementi li tista’ tarahom biss meta jitkabbar għal bosta drabi d-daqs oriġinali.

2. It-test jinsab fi ħdan il-bordura kkulurita bil-klaret, u ’l fuq minnha hemm stampata l-arma tal-Ungerija, u l-isem u l-logo tal-kumpanija. Il-kodiċi uniku li jidentifika d-dokument huwa inkluż fl-ewwel linja fi ħdan il-bordura klaret u fuq il-linja ’l fuq mill-klawżola ta’ ċertifikazzjoni.

3. It-traduzzjoni ċċertifikata stampata fuq folja separata tinhemeż bl-użu ta’ stapler għad-dokument awtentiku tradott jew kopja ċċertifikata tiegħu u l-istaple jiġi ssiġillat b’tikketta tas-sigurtà kwadra ta’ 30 × 25 mm li jkollha l-logo OFFI, strixxa olografika u numru tas-serje uniku. Din it-tikketta tifforma parti essenzjali miċ-ċertifikazzjoni.

4. Għal traduzzjoni minn lingwa barranija għall-Ungeriż, il-klawżola ta’ ċertifikazzjoni li ġejja tkun inkluża bl-Ungeriż fuq it-traduzzjoni:

“L-Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni jiċċertifika li din it-traduzzjoni ċċertifikata tikkorrispondi eżattament għat-test tad-dokument mehmuż.

L-Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-awtentiċità u l-kontenut tad-dokument li jifforma l-bażi għat-traduzzjoni.”

Dan huwa segwit mill-post u d-data tal-ħruġ, il-firma awtentika b’linka blu, timbru tal-isem u l-kliem “f’isem l-uffiċjal kap eżekuttiv”.

Għal traduzzjoni lejn lingwa barranija, il-klawżola ta’ ċertifikazzjoni msemmija hawn fuq tiġi inkluża fit-traduzzjoni fil-lingwa xierqa.

B. Elementi użati qabel it-2 ta’ Lulju 2018:

L-elementi u l-klawżoli ta’ ċertifikazzjoni huma l-istess bħal dawk deskritti fil-punt A, bid-differenzi li ġejjin:

1. Barcode stampat u identifikatur uniku jidhru fuq in-naħa ta’ wara tal-karta tas-sigurtà fir-rokna ta’ fuq tal-lemin.

2. It-traduzzjoni ċċertifikata stampata fuq karta separata tinhemeż mad-dokument awtentiku tradott jew ma’ kopja ċċertifikata tiegħu bi spaga ħamra, bajda u ħadra, bit-truf tagħha jkunu mwaħħlin mad-dokument permezz tat-tikketta OFFI ċċertifikata, li tkun ittimbrata bit-timbru uffiċjali tal-OFFI b’tali mod li jkun impossibbli li jiġu separati d-dokumenti mingħajr ma ssir ħsara lit-tikketta.

3. Għal traduzzjoni minn lingwa barranija lejn l-Ungeriż, il-klawżola ta’ ċertifikazzjoni bl-Ungeriż fuq it-traduzzjoni tkun segwita mill-post u d-data tal-ħruġ, il-firma awtentika b’linka blu u t-test “f’isem l-uffiċjal kap eżekuttiv”.

3. Il-karatteristiċi ta’ traduzzjonijiet awtentikati b’mod elettroniku mill-OFFI

Id-dehra tat-traduzzjoni u t-test tat-timbru ta’ ċertifikazzjoni jkunu l-istess bħal dawk tal-verżjoni fuq il-karta.

It-traduzzjoni ċċertifikata b’mod elettroniku tinżamm f’folder (f’format .es3 jew .dosszie) prodott minn OFFI, li fih ukoll il-fajl oriġinali mibgħut għat-traduzzjoni. Minbarra t-traduzzjoni ċċertifikata b’mod elettroniku u ffirmata b’mod elettroniku bit-timbru elettroniku tal-OFFI (f’format.pdf), il-fajl oriġinali mibgħut għat-traduzzjoni li jinsab fil-folder iżomm l-awtentiċità tiegħu wkoll.

Il-fajl oriġinali u l-fajl li fih it-traduzzjoni jitqiegħdu fil-folder b’tali mod li s-separazzjoni tal-fajls teqred iċ-ċertifikazzjoni, u b’hekk il-fajls li jappartjenu flimkien jkunu “mehmużin” b’mod sikur ma’ xulxin.

Ċertifikazzjoni elettronika tiggarantixxi li t-traduzzjoni kienet prodotta minn OFFI Zrt., li l-kontenut tal-fajls ma nbidilx minn meta saret iċ-ċertifikazzjoni u li t-test tat-traduzzjoni mitmuma jkollu l-istess kontenut bħal fit-test mibgħut għat-traduzzjoni.

Traduzzjonijiet iċċertifikati prodotti minn nutar:

Traduzzjonijiet iċċertifikati prodotti min-nutara jiġu identifikati bl-użu tan-numru tal-każ notarili. It-traduzzjoni trid tinkiteb fuq id-dokument oriġinali jew tkun mehmuża miegħu. In-nutara jiċċertifikaw traduzzjoni ta' dokument oriġinali billi jżidu klawżola ta' ċertifikazzjoni fl-aħħar tat-traduzzjoni.

Traduzzjonijiet iċċertifikati prodotti minn uffiċjali konsulari ta’ karriera:

It-traduzzjoni trid tinkiteb fuq id-dokument oriġinali jew tkun mehmuża miegħu u mat-traduzzjoni tiżdied klawżola ta’ ċertifikazzjoni. Fl-aħħar nett, trid tiżdied klawżola li tiċċertifika li t-traduzzjoni tikkorrispondi eżattament mad-dokument oriġinali fl-aħħar tat-traduzzjoni.

Jekk l-uffiċjal konsulari ta’ karriera jehmeż traduzzjoni mad-dokument oriġinali, dan irid isir bl-użu ta’ spaga ħamra, bajda u ħadra mwaħħla b’tikketta bajda, ċirkolari, awtoadeżiva, li tkun ittimbrata miż-żewġ naħat bit-timbru numerat tar-rappreżentanza diplomatika.

It-test tal-klawżola ta’ ċertifikazzjoni jgħid hekk:

B’dan niċċertifika li t-traduzzjoni ppreżentata lili/imħejjija minni tikkorrispondi eżattament mad-dokument mehmuż fil-lingwa ……………………………………………………………………………. .-----------------------------------

Il-klijent ħallas it-tariffa konsulari ta’ ....................................................
Numru tal-każ: …………………………………………………………………………..

Magħmul fi: ……………………….………………………………………………………….

timbru

firma

Il-klawżola tista’ tieħu forma oħra wkoll, sakemm ma tkunx tista’ tiġi separata mid-dokument oriġinali jew mit-traduzzjoni u jkun fiha l-elementi obbligatorji li ġejjin:

(a) indikazzjoni tal-lingwa barranija li d-dokument ġie tradott minnha,

(b) is-sottolinjatura tal-għażla xierqa fit-“traduzzjoni ppreżentata lili/imħejjija minni”, skont jekk l-uffiċjal konsulari ikunx qed jiċċertifika l-eżattezza ta’ traduzzjoni ppreżentata lilu jew ikunx ipprepara t-traduzzjoni hu stess,

(c) l-ammont tat-tariffa konsulari mħallsa,

(d) in-numru tal-każ,

(e) id-data,

(f) it-timbru innumerat tar-rappreżentanza diplomatika,

(g) il-firma tal-uffiċjal konsulari ta’ karriera,

(h) l-indikazzjoni tal-kapaċità tiegħu bħala uffiċjal konsulari ta’ karriera.

Fid-data, is-sena u l-jum iridu jinkitbu wkoll bl-ittri fil-parentesi.

Il-klawżola normalment tieħu l-forma ta’ timbru fuq id-dokument jew fuq folja separata li ma tistax tiġi separata mid-dokument oriġinali jew mit-traduzzjoni.

Meta jkun meħtieġ, iċ-ċertifikazzjoni konsulari tista’ titfassal ukoll b’lingwa barranija fil-parametri deskritti hawn fuq, jekk dan ikun aċċettat mill-awtoritajiet tal-pajjiż riċeventi.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Kopji ċċertifikati prodotti minn nutar:

Nutar jista’ jiċċertifika kopja ta’ dokument jekk id-dokument li l-kopja tkun saret minnu jkun jista’ jinqara b’mod ċar. In-nutar iqabbel il-kopja mad-dokument oriġinali u jiċċertifika li l-kopja tikkorrispondi mal-oriġinal billi jdaħħal klawżola ta’ ċertifikazzjoni fuq il-kopja.

Il-klawsola ta’ ċertifikazzjoni trid tindika:

(a) li l-kopja saret mid-dokument oriġinali, jew minn duplikazzjoni jew kopja uffiċjali tiegħu,

(b) jekk kienx hemm taxxa tal-boll fuq id-dokument ippreżentat,

(c) jekk il-kopja tirrappreżentax biss parti mill-oriġinal,

(d) jekk jidhirx li kien hemm xi bidla, ħsara jew ċirkostanza oħra li tagħti lok għal tħassib id-dokument oriġinali.

Dawn ir-regoli jridu jiġu applikati mutatis mutandis għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kopja elettronika jew estratt prodott taħt is-superviżjoni tan-nutar minn dokument jew minn bażi tad-data elettronika, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kopja fuq il-karta jew estratt prodott minn dokument elettroniku. In-nutar jiffirma l-kopja elettronika jew l-estratt b’firma elettronika kwalifikata. M’hemmx bżonn li tiżdied klawżola ta’ ċertifikazzjoni ma’ duplikazzjoni elettronika ċċertifikata jew kopja elettronika ċċertifikata jekk din tiġi prodotta minn dokument fuq karta mhux danneġġata jew minn dokument notarili elettroniku u jkun fih id-dokument sħiħ, il-firma elettronika kwalifikata tan-nutar u kronogramma.

Kopji ċċertifikati prodotti minn qorti:

Kopja prodotta mill-qorti minn dokument ippreżentat lill-qorti jew kopja prodotta xi mkien ieħor u ppreżentata lill-qorti għaċ-ċertifikazzjoni jrid ikun fiha dan li ġej:

(a) il-frażi “kopja konformi:”,

(b) il-firma tal-persuna li ħejjiet il-kopja,

(c) it-timbru tal-qorti,

(d) il-ħin u d-data ta’ meta saret il-kopja.

Jekk il-fajl tal-każ ikun disponibbli bħala dokument elettroniku, ir-regoli ta’ hawn fuq iridu jiġu applikati meta ssir kopja fuq il-karta bbażata fuq kopja stampata tad-dokument elettroniku. Jekk tintalab kopja fuq il-karta ta’ deċiżjoni tal-qorti maħluqa bħala dokument elettroniku, il-kopja trid turi l-kronogramma u l-firma elettronika fuq id-dokument elettroniku, kif ukoll tindika l-persuna li l-firma elettronika tagħha tidher fid-dokument elettroniku.

L-aħħar aġġornament: 02/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Malta

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-lingwi aċċettati minn Malta huma l-Malti u l-Ingliz

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Il-lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma ċ-Ċertifikat tat-Twelid, Ċertifikat tal-Istat Ċivili, Ċertifikat taz-Zwieġ, Ċertifikat ta' Unjoni Ċivili, Ċertifikat tal-Mewt u Ċertifikat ta' Kondotta.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Id-dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuza l-formoli standard multilingwali bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni huma ċ-Ċertifikat tat-Twelid, Ċertifikat tal-Istat Ċivili, Ċertifikat taz-Zwieġ, Ċertifikat ta' Unjoni Ċivili, Ċertifikat tal-Mewt u Ċertifikat ta' Kondotta.  Il-kapaċita'  li tidħol għaz-zwieġ u l-kapaċita' li tidħol f'unjoni ċivili huma l-istess dokument.  Dan jissejjaħ Ċertifikat tal-Istat Ċivili.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Malta ma tirrikonoxxix tradutturi bħala professjonisti bil-warrant, għalhekk Malta m'għandhiex lista ta' persuni kwalifikati biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati.  Fin-nuqqas ta' qafas legali għal tradutturi, il-Ministeru għall-Affarijiet barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) għandu sistema ta' reġistrazzjoni ta' firem ta' persuni li jwettqu traduzzjonijiet.  Din id-database ta' firem m'hijiex għall-uzu pubbliku imma biss għall-MFTP sabiex jikkonferma u jqabbel il-firem ta' persuni li jwettqu traduzzjonijiet.  Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://foreignaffairs.gov.mt/en/Pages/Authentication-of-Documents.aspx

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ukoll għandu lista ta' interpreti u persuni li jwettqu traduzzjonijiet ippublikata fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/courtservices/CourtExperts/default.aspx li tista' tintuza bħala referenza.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

B'mod ġenerali hija prattika li avukati/nutara jagħmlu kopji ta' dokumenti pubbliċi bħala kopji ċċertifikati ta' dokumenti pubbliċi oriġinali.  Huwa fid-diskrezzjoni tal-entita' li titlob dawn id-dokumenti li tiddeċiedi jekk taċċettax kopji jew le.  Kopji ċċertifikati ta' dokumenti pubbliċi oħrajn jistgħu jinħarġu wkoll mill-Qrati tal-Ġustizzja.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Kopji ċċertifikati ta' dokumenti pubbliċi oħrajn normalment jinkludu dikjarazzjoni li tixhed li d-dokument huwa kopja ċċertifikata, t-timbru u l-firma tal-persuna awtorizzata li toħroġ kopja ċċertifikata.  Traduzzjonijiet iċċertifikati jkollhom id-data, il-firma u t-timbru tat-traduttur.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Kopji ċċertifikati ta' dokumenti pubbliċi oħrajn normalment jinkludu dikjarazzjoni li tixhed li d-dokument huwa kopja ċċertifikata, timbru u firma tal-persuna awtorizzata li toħroġ kopja ċċertifikata.

L-aħħar aġġornament: 13/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Awstrija

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Ġermaniż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Sentenzi, deċiżjonijiet, dikjarazzjonijiet u ordnijiet tal-qorti u tas-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika

Taħt l-Artikolu 2(1) ukoll, id-dokumenti pubbliċi li ġejjin:

(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru - twelid (Teilauszug Geburt)

(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru - mewt (Teilauszug Tod)

(d) deċiżjoni li tawtorizza bidla fl-isem (Namensänderungsbescheid)

(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(f) digriet ta’ divorzju (Scheidungsbeschluss), digriet ta’ annullament taż-żwieġ (Aufhebungsbeschluss der Ehe), dikjarazzjoni tal-qorti li ż-żwieġ huwa null (gerichtliche Nichtigerklärung)

(g) ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità għal unjoni ċivili (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(h) digriet ta’ annullament ta’ unjoni ċivili (Aufhebungsbeschluss der Eingetragenen Partnerschaft), dikjarazzjoni tal-qorti li unjoni ċivili hija nulla (gerichtliche Nichtigerklärung)

(k) konferma tar-reġistrazzjoni ta’ residenza (Meldebestätigung)

(l) ċertifikata taċ-ċittadinanza (Staatsbürgerschaftsnachweis)

(m) estratt mill-fedina penali (Strafregisterbescheinigung)

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Fl-amministrazzjoni pubblika, il-formoli ta’ għajnuna għat-traduzzjoni jisgħu jiġu mehmuża mad-dokumenti pubbliċi li ġejjin (skont l-Artikolu 7(1)):

(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru - twelid (Teilauszug Geburt)

(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru - mewt (Teilauszug Tod)

(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(g) ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità għal unjoni ċivili (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

Fil-qasam legali, l-ebda formoli multilingwi mhi rilevanti.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fl-Awstrija, it-traduzzjonijiet iċċertifikati jistgħu jsiru minn persuni rreġistrati fil-lista ta’ interpreti li ħadu l-ġurament pubbliku u ċċertifikati mill-qorti. Din il-lista (li tiġi aġġornata l-ħin kollu) ta’ interpreti tal-qorti tinsab hawn:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sdgliste.justiz.gv.at/

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Traskrizzjoni ċċertifikata (jew kopja ċċertifikata) hija dokument li ġie kkonfermat li huwa kopja awtentika tal-oriġinal minn

persuna li għandha l-awtorità li toħroġ dokumenti awtentiċi (pereż. nutar (Notarin/Notar)),

il-qorti distrettwali (Bezirksgericht) jew

l-awtorità tal-ħruġ (mhux f'kull każ u mhux kull awtorità).

Fil-qasam legali, il-kopji ċċertifikati jistgħu jinħarġu minn

(a) qrati (tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregulazzjoni u l-Ġustizzja fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at/web2013/html/default/8ab4a8a422985de30122a90e378661ef.de.html)

u

(b) nutara (tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.notar.at/de/).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

- Traduzzjonijiet iċċertifikati:

Skont l-Artikolu 190(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz), il-fedeltà eżatta ta’ traduzzjoni mal-oriġinal trid tiġi ċċertifikata minn interpretu li ħa ġurament pubbliku u ġie ċċertifikat mill-qorti li jrid iżid il-firma u s-siġill tiegħu (Artikolu 14 u 8(5) tal-Att dwar l-Esperti u l-Interpreti (Sachverständigen- und Dolmetschergesetz).

Aktar informazzjoni dwar il-forma tat-traduzzjonijiet iċċertifikati tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni Awstrijaka tal-Interpreti tal-Qorti Ċċertifikati Österreichischer Verband der allgemein beeideten und gerichtlich zertifizierten Dolmetscher) fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gerichtsdolmetscher.at/Menu/Nutzliche-Informationen/BeglaubigteUebersetzungen

- Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati mill-qorti:

Il-fedeltà ta

1. dokumenti pubbliċi stampati ma (kopji) elettroniċi jew traskrizzjonijiet oħra tagħhom jew

2. dokumenti pubbliċi elettroniċi mal-paġni stampati tagħhom,

meta dawn jiġu ppreżentati lill-qorti, iridu jiġu ċċertifikati mill-qorti; iridu jkunu kapaċi jinqraw sew mill-qorti bit-tagħmir tekniku disponibbli għaliha.

Iċ-ċertifikazzjoni trid issir, skont l-applikazzjoni, fuq kopja stampata, imfassla mill-qorti jew eżaminata mill-qrib fil-qorti, tad-dokument stampat, jew fuq verżjoni stampata magħmula mill-qorti tad-dokument elettroniku kopja stampata ċertifikata), jew - skont id-disponibbiltà tat-tagħmir u l-persunal xieraq - fuq kopja elettronika tad-dokument stampat (kopja elettronika ċċertifikata).

Iċ-ċertifikazzjoni dejjem għandha tispeċifika

1. il-post u d-data taċ-ċertifikazzjoni;

2. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;

3. jekk il-kopja, traskrizzjoni jew il-kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku sħiħ jew parti minnu biss.

Iċ-ċertifikazzjoni trid tispeċifika wkoll l-informazzjoni li ġejja jekk mhix diġà ċara mill-kopja, traskrizzjoni jew kopja stampata:

1. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;

2. fejn applikabbli, li huwa mqatta jew li l-forma fiżika tiegħu hija partikolarment dubjuża;

3. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, mħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet.

- Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati min-nutara:

Nutar huwa kkwalifikat jiċċertifika li traskrizzjoni elettronika jew stampata ta’ dokument stampat hija veru kopja ta’ dokument pubbliku jekk huwa jkun jista’ jaqra d-dokument b’mod ċar. Sabiex nutar jiċċertifika li kopja ġġenerata b’mod elettroniku, permezz ta’ ritratt jew b’mod simili ta’ dokument pubbliku, pjan, stampa jew tal-istess xorti hija veru kopja, huwa biżżejjed li l-kopja tkun saret taħt is-superviżjoni tan-nutar. Jekk din il-kopja ma ssarrafx f’paġna sħiħa, l-ommissjonijiet iridu jiġu indikati fil-kopja. L-istess japplika għal kopji stampati ta’ dokumenti pubbliċi elettroniċi.

In-nutar irid iqabbel bir-reqqa it-traskrizzjoni jew il-kopja mad-dokument pubbliku oriġinali u jdaħħal dikjarazzjoni li hija veru kopja fuq it-traskrizzjoni fuq karta (kpja) jew fuq kopja stampata, jew jehmeż dikjarazzjoni mat-traskrizzjoni elettronika li hija veru kopja.

Iċ-ċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

1. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;

2. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;

3. jekk il-kopja, traskrizzjoni jew kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku fl-intier tiegħu jew parti minnu biss, u jekk iva liema parti;

4. fejn applikabbli, li d-dokument preżentat huwa mqatta jew li l-forma fiżika tiegħu hija partikolarment dubjuża;

5. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, mħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet. L-informazzjoni msemmija fil-punti 2 u 5 mhix meħtieġa jekk il-kopja ssawwret b’mod fotografiku jew metodi simili u ċ-ċirkostanzi msemmija jidhru mill-kopja.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Ara taħt il-punt (f).

L-aħħar aġġornament: 18/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Polonja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Pollakk

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

1) ċertifikat tat-twelid imqassar;

2) ċertifikat tat-twelid sħiħ;

3) deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-kontenut ta’ fajl ta’ Uffiċċju tar-Reġistru;

4) ċertifikat notarizzat li persuna għadha ħajja;

5) ċertifikat tal-mewt imqassar;

6) ċertifikat tal-mewt sħiħ;

7) sentenza tal-qorti dwar preżunzjoni ta’ mewt;

8) sentenza tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni dwar preżunzjoni ta’ mewt;

9) sentenza tal-qorti dwar dikjarazzjoni ta’ mewt;

10) sentenza tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni dwar dikjarazzjoni ta’ mewt;

11) deċiżjoni tal-kap tal-Uffiċċju tar-Reġistru dwar tibdil fl-isem u l-kunjom;

12) ċertifikat taż-żwieġ imqassar;

13) ċertifikat taż-żwieġ sħiħ;

14) ċertifikat tal-istat ċivili;

15) ċertifikat li ma hemm l-ebda impediment għaż-żwieġ skont il-liġi Pollakka;

16) sentenza tal-qorti li tawtorizza mara taħt it-tmintax li tiżżewweġ;

17) sentenza tal-qorti li tippermetti persuna diżabbli mentalment jew persuna diżabbli intellettwalmentjew qraba bi żwieġ fil-linja diretta biex jidħlu għaż-żwieġ;

18) sentenza tal-qorti li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ żwieġ;

19) sentenza tal-qorti li tistabbilixxi n-nuqqas ta’ żwieġ;

20) sentenza tal-qorti fuq divorzju;

21) sentenza tal-qorti fuq separazzjoni legali;

22) sentenza tal-qorti fuq it-tmiem ta’ separazzjoni legali;

23) sentenza tal-qorti dwar annullament taż-żwieġ;

24) sentenza tal-qorti dwar adozzjoni;

25) sentenza tal-qorti dwar it-tmiem ta’ adozzjoni;

26) sentenza tal-qorti dwar paternità;

27) sentenza tal-qorti dwar maternità;

28) sentenza tal-qorti dwar iċ-ċaħda tal-paternità;

29) sentenza tal-qorti dwar iċ-ċaħda tal-maternità;

30) sentenza tal-qorti dwar filjazzjoni ineffettiva ta’ wild;

31) sentenza tal-qorti li tħassar il-filjazzjoni ta’ wild;

32) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza permanenti;

33) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza temporanja;

34) ċertifikat ta’ soġġorn f’post speċifiku;

35) deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent bħala ċittadin Pollakk;

36) deċiżjoni dwar l-għoti mill-ġdid taċ-ċittadinanza Pollakka;

37) deċiżjoni li tikkonferma ċ-ċittadinanza Pollakka;

38) deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ ripatrijazzjoni;

39) ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali fir-Reġistru Kriminali Nazzjonali maħruġ fuq talba tal-parti interessata;

40) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet muniċipali lil ċittadini Pollakki li jgħixu fi Stati Membri oħra li jesprimu x-xewqa li jivvutaw jew li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jew l-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni li joqgħodu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p.34-38) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 20 Volum 001 p.7- 11) u d-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f'elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini ta' l-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (ĠU L 368, 31.12.1994, p.38).

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

1) ċertifikat tat-twelid imqassar;

2) ċertifikat taż-żwieġ imqassar;

3) ċertifikat tal-mewt imqassar;

4) ċertifikat tal-istat ċivili;

5) ċertifikat li ma hemm l-ebda impediment għaż-żwieġ skont il-liġi Pollakka;

6) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza permanenti;

7) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza temporanja;

8) ċertifikat ta’ soġġorn f’post speċifiku;

9) ċertifikat notarizzat li persuna għadha ħajja;

10) ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali fir-Reġistru Kriminali Nazzjonali maħruġ fuq talba tal-parti interessata.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fil-Polonja, il-persuna li huma kkwalifikati biex jagħmlu traduzzjonijiet iċċertifikati huma t-tradutturi ġuramentati fil-lista ta’ tradutturi ġuramentati tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-lista hija disponibbli fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://bip.ms.gov.pl/pl/rejestry-i-ewidencje/tlumacze-przysiegli/lista-tlumaczy-przysieglych/search.html).

Dan joħroġ mid-dispożizzjonijiet tal-Att tal-25 ta’ Novembru 2004 dwar il-professjoni tat-traduttur ġuramentat (Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, partita 1505).

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Fil-Polonja, in-nutara huma l-awtoritajiet awtorizzati li jiċċertifikaw il-konformità ta’ kopji uffiċjali, estratti u kopji mhux uffiċjali mad-dokumenti li jkunu ġew ippreżentati lilhom. Dan joħroġ mill-Att dwar in-Nutara tal-14 ta’ Frar 1991 (Ġurnal tal-Liġijiet 2017, partita 2291; 2018, partiti 398, 723 u 1496).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

a) karatteristiċi ta’ traduzzjonijiet iċċertifikati: Id-dokument li fih it-traduzzjoni għandu stampa tas-siġill tat-traduttur ġuramentat bl-isem u l-kunjom it-traduttur fit-tarf, u indikazzjoni tal-lingwa li t-traduttur huwa awtorizzat jittraduċi minnha u lejha, kif ukoll in-numru tat-traduttur fil-lista ta’ tradutturi ġuramentati. It-traduzzjonijiet iċċertifikati kollha jrid ikollhom ukoll in-numru li bih ġew irreġistrati fir-reġistru tat-traduttur ġuramentat (repertorium). Barra minn hekk, traduttur ġuramentat irid jispeċifika wkoll jekk traduzzjoni ċċertifikata speċifika saritx mid-dokument oriġinali, minn traduzzjoni jew kopja u jekk din it-traduzzjoni jew kopja ġietx iċċertifikata u minn min.

b) karatteristiċi ta’ veru kopji iċċertifikati - ċertifikazzjoni notarili ta’ konformità ta’ kopja ma dokument ippreżentat lin-nutar issir fl-għamla ta’ klawsola mehmuża mad-dokument permezz ta’ timbru jew skrizzjoni stampata, jew provduta fuq karta separata. Jekk il-klawsola ta’ ċertifikazzjoni hija mehmuża bħala karta separata, din il-karta għandha tkun mehmuża b’mod permanenti mad-dokument: trid tkun mehmuża fuq wara tad-dokument u mhux fuq quddiem, u fejn jingħaqdu l-karti irid ikun hemm stampa tas-siġill uffiċjali tan-nutar. Il-klawsola tista’ titqiegħed ukoll fuq l-istess karta bħal l-kopja tad-dokument li qiegħed jiġi iċċertifikat, sakemm ikun ċar li l-kontenut tal-klawsola huwa separat mill-kontenut tad-dokument. Jekk id-dokument li se jiġi ċċertifikat għandu karatteristiċi speċjali (pereżempju noti, korrezzjonijiet, danni), in-nutar irid iniżżel nota xierqa fil-klawsola ta’ ċertifikazzjoni. Kull klawsola ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika d-data li fiha u l-post fejn saret iċ-ċertifikazzjoni, indikazzjoni tal-uffiċċju tan-nutar, jenħtieġ li jkollha s-siġill u l-firma tan-nutar, u jenħtieġ ukoll li tispeċifika l-ħin li fih sar l-att notarili fejn meħtieġ.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Karatteristiċi ta’ veru kopji iċċertifikati - ċertifikazzjoni notarili ta’ konformità ta’ kopja ma dokument ippreżentat lin-nutar issir fl-għamla ta’ klawsola mehmuża mad-dokument permezz ta’ timbru jew skrizzjoni stampata, jew provduta fuq karta separata. Jekk il-klawsola ta’ ċertifikazzjoni hija mehmuża bħala karta separata, din il-karta għandha tkun mehmuża b’mod permanenti mad-dokument: trid tkun mehmuża fuq wara tad-dokument u mhux fuq quddiem, u fejn jingħaqdu l-karti irid ikun hemm stampa tas-siġill uffiċjali tan-nutar. Il-klawsola tista’ titqiegħed ukoll fuq l-istess karta bħal l-kopja tad-dokument li qiegħed jiġi iċċertifikat, sakemm ikun ċar li l-kontenut tal-klawsola huwa separat mill-kontenut tad-dokument. Jekk id-dokument li se jiġi ċċertifikat għandu karatteristiċi speċjali (pereżempju noti, korrezzjonijiet, danni), in-nutar irid iniżżel nota xierqa fil-klawsola ta’ ċertifikazzjoni. Kull klawsola ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika d-data u l-post fejn saret iċ-ċertifikazzjoni u jenħtieġ li tindika l-uffiċċju tan-nutar; jenħtieġ li jkollha s-siġill u l-firma tan-nutar, u jenħtieġ ukoll li tispeċifika l-ħin li fih sar l-att notarili fejn meħtieġ.

L-aħħar aġġornament: 10/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Finlandja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-Finlandiż u l-Iżvediż.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Id-dokumenti pubbliċi koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jinkludu l-estratti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni, id-dokumenti tal-istat ċivili maħruġa mill-parroċċi, l-estratti mir-reġistru kriminali li jindikaw in-nuqqas ta’ fedina penali, u f’xi ċirkostanzi wkoll il-verdetti tal-qorti.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Il-Finlandja introduċiet il-formoli standard multilingwi kollha ħlief l-Anness VIII (kapaċità li tidħol fi sħubija rreġistrata). Bl-eċċezzjoni tal-Anness XI (nuqqas ta’ fedina penali), dawn kollha jinkludu l-intestaturi tal-entrati speċifiċi għall-pajjiż.

Mal-formola standard jistgħu jinhemżu estratti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni b’dettalji dwar it-twelid, il-persuni ħajjin, id-deċeduti, iż-żwieġ, is-sħubiji rreġistrati, u d-domiċilju u r-residenza. Mal-formola standard jista’ jinhemeż ukoll ċertifikat li juri li skont il-liġi Finlandiża l-persuna jkollha d-dritt li tiżżewweġ quddiem awtorità barranija. Jista’ jinhemeż ukoll estratt mir-reġistru kriminali li jindika n-nuqqas ta’ fedina penali.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Il-Finlandja għandha sistema ta’ tradutturi awtorizzati, li hija amministrata minn bord ta’ eżaminaturi li jaħdem f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali Finlandiża għall-Edukazzjoni. Il-bord tal-eżaminaturi jżomm bażi ta’ data tat-tradutturi awtorizzati: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www03.oph.fi/kaantajat/

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Il-kopji ċċertifikati jsiru min-nutara pubbliċi. In-nutara pubbliċi huma uffiċjali tal-uffiċċju tar-reġistru. F’Åland, in-nutara pubbliċi jaħdmu taħt id-Dipartiment tal-Istat ta’ Åland.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji tar-reġistru:

Is-sit web bl-Ingliż: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.maistraatti.fi/en/List-of-local-register-offices/

Is-sit web bil-Finlandiż: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.maistraatti.fi/fi/Kaikki-maistraatit/

Barra minn hekk, ir-rappreżentanzi Finlandiżi barra mill-pajjiż iwettqu ċerti funzjonijiet pubbliċi ta’ nutar, u joħorġu wkoll kopji ċċertifikati.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Kopja ċċertifikata jkollha l-firma tat-traduttur awtorizzat. It-traduttur jista’ jiġi vverifikat billi jintuża r-reġistru ta’ tradutturi awtorizzati msemmi hawn fuq.

Il-kopji ċċertifikati li jsiru minn nutar pubbliku li jaħdem f’uffiċċju tar-reġistru jistgħu jiġu identifikati bit-timbru tond bl-emblema tal-iljun fin-nofs. Huma jkollhom ukoll il-firma u l-isem tan-nutar pubbliku.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Ara hawn fuq.

L-aħħar aġġornament: 14/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dokumenti pubbliċi - Svezja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Svediż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Lista indikattiva tad-dokumenti nazzjonali

  1. Twelid
    Estratt mir-reġistru, twelid
  2. Li persuna ħajja
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  3. Mewt
    Estratt mir-reġistru, mewt
    L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa (Skatteverket) toħroġ ukoll ċertifikat għall-kremazzjoni jew dfin, li huwa meħtieġ qabel jistgħu jseħħu. Hemm ukoll laissez-passer internazzjonali għat-trasport ta’ kadavru lejn jew barra mill-pajjiżi Nordiċi. L-Aġenzija tat-Taxxa toħroġ ukoll ċertifikat tal-mewt u rapport tal-qraba, li jintuża primarjament biex tingħata informazzjoni dwar id-deċedut u kwalunkwe qarib.
  4. Isem
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-isem (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  5. Żwieġ
    Estratt mir-reġistru, żwieġ
    Notifika ta’ żwieġ
  6. Kapacità li persuna tiżżewweġ
    Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ impediment
    Ċertifikat taż-żwieġ
  7. Żwieġ (stat ċivili)
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  8. Unjoni ċivili
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ta’ unjoni ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  9. Unjoni (stat ta’ unjoni)
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-unjoni (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  10. Stat ta’ ġenitur
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-istat ta’ ġenitur (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  11. Adozzjoni
    Mhux applikabbli
  12. Domiċilju
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  13. Nazzjonalità
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar in-nazzjonalità (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  14. Nuqqas ta’ fedina penali
    Estratt mill-fedini penali tal-Awtorità tal-Pulizija, maħruġ skont l-Artikolu 9 (2) tal-Att dwar il-fedini penali (1998:620) u intiż għall-preżentata lil awtorità barranija b’rabta mal-applikazzjoni għal permess ta’ residenza, xogħol jew residenza għal żmien twil, jew ta’ xorta oħra, fejn id-drittijiet ta’ min japplika f’pajjiż barrani jiddependu minn dan l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Lista indikattiva tad-dokumenti nazzjonali:

  1. Twelid
    Estratt mir-reġistru, twelid
  2. Li persuna ħajja
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  3. Mewt
    Estratt mir-reġistru, mewt
    L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa (Skatteverket) toħroġ ukoll ċertifikat għall-kremazzjoni jew dfin, li huwa meħtieġ qabel jistgħu jseħħu. Hemm ukoll laissez-passer internazzjonali għat-trasport ta’ kadavru lejn jew barra mill-pajjiżi Nordiċi. L-Aġenzija tat-Taxxa toħroġ ukoll ċertifikat tal-mewt u rapport tal-qraba, li jintuża primarjament biex tingħata informazzjoni dwar id-deċedut u kwalunkwe qarib.
  4. Isem
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-isem (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  5. Żwieġ
    Estratt mir-reġistru, żwieġ
    Notifika ta’ żwieġ
  6. Kapacità li persuna tiżżewweġ
    Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ impediment
    Ċertifikat taż-żwieġ
  7. Żwieġ (stat ċivili)
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  8. Unjoni ċivili
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ta’ unjoni ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  9. Unjoni (stat ta’ unjoni)
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-unjoni (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  10. Stat ta’ ġenitur
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-istat ta’ ġenitur (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  11. Adozzjoni
    Mhux applikabbli
  12. Domiċilju
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  13. Nazzjonalità
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar in-nazzjonalità (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  14. Nuqqas ta’ fedina penali
    Estratt mill-fedini penali tal-Awtorità tal-Pulizija, maħruġ skont l-Artikolu 9(2) tal-Att dwar il-fedini penali (1998:620) u intiż għall-preżentata lil awtorità barranija b’rabta mal-applikazzjoni għal permess ta’ residenza, xogħol jew residenza għal żmien twil, jew ta’ xorta oħra, fejn id-drittijiet ta’ min japplika f’pajjiż barrani jiddependu minn dan l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Traduttur ġuramentat - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.kammarkollegiet.se/oversattare

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Ma hemmx lista indikattiva għaliex ma hemmx regoli speċjali dwar is-setgħa tal-awtoritajiet fuq kopji iċċertifikati. In-nutara huma awtorizzati jagħmlu kopji iċċertifikati, iżda l-awtoritajiet mhumiex nutara.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

It-traduzzjonijiet iċċertifikati jrid ikollhom timbru. In-nutara huma awtorizzati jagħmlu kopji iċċertifikati. Id-dokumenti iċċertifikati minn nutar normalment ikollhom l-isem tan-nutar flimkien mal-post u d-data fejn ġew iċċertifikati. Jistgħu wkoll ikunu ittimbrati. L-informazzjoni dwar il-post tista’ tintuża biex jiġi vverifikat jekk persuna ġietx maħtura bħala nutar. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-bord amministrattiv tal-kontea responsabbli għall-kontea fejn in-nutar inkwistjoni jmexxi l-professjoni tiegħu (fejn għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu).

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Id-dokumenti iċċertifikati minn nutar normalment ikollhom l-isem tan-nutar flimkien mal-post u d-data fejn ġew iċċertifikati. Jistgħu wkoll ikunu ittimbrati.

L-aħħar aġġornament: 22/08/2019