Dokumenti pubbliċi

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Svediż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Lista indikattiva tad-dokumenti nazzjonali

  1. Twelid
    Estratt mir-reġistru, twelid
  2. Li persuna ħajja
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  3. Mewt
    Estratt mir-reġistru, mewt
    L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa (Skatteverket) toħroġ ukoll ċertifikat għall-kremazzjoni jew dfin, li huwa meħtieġ qabel jistgħu jseħħu. Hemm ukoll laissez-passer internazzjonali għat-trasport ta’ kadavru lejn jew barra mill-pajjiżi Nordiċi. L-Aġenzija tat-Taxxa toħroġ ukoll ċertifikat tal-mewt u rapport tal-qraba, li jintuża primarjament biex tingħata informazzjoni dwar id-deċedut u kwalunkwe qarib.
  4. Isem
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-isem (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  5. Żwieġ
    Estratt mir-reġistru, żwieġ
    Notifika ta’ żwieġ
  6. Kapacità li persuna tiżżewweġ
    Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ impediment
    Ċertifikat taż-żwieġ
  7. Żwieġ (stat ċivili)
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  8. Unjoni ċivili
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ta’ unjoni ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  9. Unjoni (stat ta’ unjoni)
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-unjoni (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  10. Stat ta’ ġenitur
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-istat ta’ ġenitur (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  11. Adozzjoni
    Mhux applikabbli
  12. Domiċilju
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  13. Nazzjonalità
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar in-nazzjonalità (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  14. Nuqqas ta’ fedina penali
    Estratt mill-fedini penali tal-Awtorità tal-Pulizija, maħruġ skont l-Artikolu 9 (2) tal-Att dwar il-fedini penali (1998:620) u intiż għall-preżentata lil awtorità barranija b’rabta mal-applikazzjoni għal permess ta’ residenza, xogħol jew residenza għal żmien twil, jew ta’ xorta oħra, fejn id-drittijiet ta’ min japplika f’pajjiż barrani jiddependu minn dan l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Lista indikattiva tad-dokumenti nazzjonali:

  1. Twelid
    Estratt mir-reġistru, twelid
  2. Li persuna ħajja
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  3. Mewt
    Estratt mir-reġistru, mewt
    L-Aġenzija Żvediża tat-Taxxa (Skatteverket) toħroġ ukoll ċertifikat għall-kremazzjoni jew dfin, li huwa meħtieġ qabel jistgħu jseħħu. Hemm ukoll laissez-passer internazzjonali għat-trasport ta’ kadavru lejn jew barra mill-pajjiżi Nordiċi. L-Aġenzija tat-Taxxa toħroġ ukoll ċertifikat tal-mewt u rapport tal-qraba, li jintuża primarjament biex tingħata informazzjoni dwar id-deċedut u kwalunkwe qarib.
  4. Isem
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-isem (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  5. Żwieġ
    Estratt mir-reġistru, żwieġ
    Notifika ta’ żwieġ
  6. Kapacità li persuna tiżżewweġ
    Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ impediment
    Ċertifikat taż-żwieġ
  7. Żwieġ (stat ċivili)
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  8. Unjoni ċivili
    Dokument tal-identità personali li juri l-istat ta’ unjoni ċivili (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  9. Unjoni (stat ta’ unjoni)
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-unjoni (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  10. Stat ta’ ġenitur
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar l-istat ta’ ġenitur (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  11. Adozzjoni
    Mhux applikabbli
  12. Domiċilju
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar ir-residenza (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  13. Nazzjonalità
    Dokument tal-identità personali b’informazzjoni dwar in-nazzjonalità (Estratt mir-rekords tar-reġistrazzjoni ċivili)
  14. Nuqqas ta’ fedina penali
    Estratt mill-fedini penali tal-Awtorità tal-Pulizija, maħruġ skont l-Artikolu 9(2) tal-Att dwar il-fedini penali (1998:620) u intiż għall-preżentata lil awtorità barranija b’rabta mal-applikazzjoni għal permess ta’ residenza, xogħol jew residenza għal żmien twil, jew ta’ xorta oħra, fejn id-drittijiet ta’ min japplika f’pajjiż barrani jiddependu minn dan l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Traduttur ġuramentat - https://www.kammarkollegiet.se/oversattare

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Ma hemmx lista indikattiva għaliex ma hemmx regoli speċjali dwar is-setgħa tal-awtoritajiet fuq kopji iċċertifikati. In-nutara huma awtorizzati jagħmlu kopji iċċertifikati, iżda l-awtoritajiet mhumiex nutara.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

It-traduzzjonijiet iċċertifikati jrid ikollhom timbru. In-nutara huma awtorizzati jagħmlu kopji iċċertifikati. Id-dokumenti iċċertifikati minn nutar normalment ikollhom l-isem tan-nutar flimkien mal-post u d-data fejn ġew iċċertifikati. Jistgħu wkoll ikunu ittimbrati. L-informazzjoni dwar il-post tista’ tintuża biex jiġi vverifikat jekk persuna ġietx maħtura bħala nutar. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-bord amministrattiv tal-kontea responsabbli għall-kontea fejn in-nutar inkwistjoni jmexxi l-professjoni tiegħu (fejn għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu).

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Id-dokumenti iċċertifikati minn nutar normalment ikollhom l-isem tan-nutar flimkien mal-post u d-data fejn ġew iċċertifikati. Jistgħu wkoll ikunu ittimbrati.

L-aħħar aġġornament: 22/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna