Dokumenti pubbliċi

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-lingwi aċċettati minn Malta huma l-Malti u l-Ingliz

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Il-lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma ċ-Ċertifikat tat-Twelid, Ċertifikat tal-Istat Ċivili, Ċertifikat taz-Zwieġ, Ċertifikat ta' Unjoni Ċivili, Ċertifikat tal-Mewt u Ċertifikat ta' Kondotta.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Id-dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuza l-formoli standard multilingwali bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni huma ċ-Ċertifikat tat-Twelid, Ċertifikat tal-Istat Ċivili, Ċertifikat taz-Zwieġ, Ċertifikat ta' Unjoni Ċivili, Ċertifikat tal-Mewt u Ċertifikat ta' Kondotta.  Il-kapaċita'  li tidħol għaz-zwieġ u l-kapaċita' li tidħol f'unjoni ċivili huma l-istess dokument.  Dan jissejjaħ Ċertifikat tal-Istat Ċivili.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Malta ma tirrikonoxxix tradutturi bħala professjonisti bil-warrant, għalhekk Malta m'għandhiex lista ta' persuni kwalifikati biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati.  Fin-nuqqas ta' qafas legali għal tradutturi, il-Ministeru għall-Affarijiet barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) għandu sistema ta' reġistrazzjoni ta' firem ta' persuni li jwettqu traduzzjonijiet.  Din id-database ta' firem m'hijiex għall-uzu pubbliku imma biss għall-MFTP sabiex jikkonferma u jqabbel il-firem ta' persuni li jwettqu traduzzjonijiet.  Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: https://foreignaffairs.gov.mt/en/Pages/Authentication-of-Documents.aspx

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ukoll għandu lista ta' interpreti u persuni li jwettqu traduzzjonijiet ippublikata fuq http://www.justiceservices.gov.mt/courtservices/CourtExperts/default.aspx li tista' tintuza bħala referenza.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Kopji ċċertifikati ta' dokumenti pubbliċi oħrajn normalment jinkludu dikjarazzjoni li tixhed li d-dokument huwa kopja ċċertifikata, timbru u firma tal-persuna awtorizzata li toħroġ kopja ċċertifikata.

L-aħħar aġġornament: 22/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna