Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Finlandiż u l-Iżvediż.
Id-dokumenti pubbliċi koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jinkludu l-estratti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni, id-dokumenti tal-istat ċivili maħruġa mill-parroċċi, l-estratti mir-reġistru kriminali li jindikaw in-nuqqas ta’ fedina penali, u f’xi ċirkostanzi wkoll il-verdetti tal-qorti.
Il-Finlandja introduċiet il-formoli standard multilingwi kollha ħlief l-Anness VIII (kapaċità li tidħol fi sħubija rreġistrata). Bl-eċċezzjoni tal-Anness XI (nuqqas ta’ fedina penali), dawn kollha jinkludu l-intestaturi tal-entrati speċifiċi għall-pajjiż.
Mal-formola standard jistgħu jinhemżu estratti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Popolazzjoni b’dettalji dwar it-twelid, il-persuni ħajjin, id-deċeduti, iż-żwieġ, is-sħubiji rreġistrati, u d-domiċilju u r-residenza. Mal-formola standard jista’ jinhemeż ukoll ċertifikat li juri li skont il-liġi Finlandiża l-persuna jkollha d-dritt li tiżżewweġ quddiem awtorità barranija. Jista’ jinhemeż ukoll estratt mir-reġistru kriminali li jindika n-nuqqas ta’ fedina penali.
Il-Finlandja għandha sistema ta’ tradutturi awtorizzati, li hija amministrata minn bord ta’ eżaminaturi li jaħdem f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali Finlandiża għall-Edukazzjoni. Il-bord tal-eżaminaturi jżomm bażi ta’ data tat-tradutturi awtorizzati: http://www03.oph.fi/kaantajat/
Il-kopji ċċertifikati jsiru min-nutara pubbliċi. L-uffiċjali fl-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni huma nutara pubbliċi. F’Åland, in-nutara pubbliċi jaħdmu taħt id-Dipartiment tal-Istat ta’ Åland.
L-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni tista’ tiġi kkuntattjata kif ġej:
Is-sit web bl-Ingliż: https://dvv.fi/en/customer-service-for-private-customers
Is-sit web bil-Finlandiż: https://dvv.fi/henkiloasiakkaiden-asiakaspalvelu
Id-Dipartiment Statali ta’ Åland jista’ jiġi kkuntattjat kif ġej: https://www.ambetsverket.ax/
Barra minn hekk, ir-rappreżentanzi Finlandiżi barra mill-pajjiż iwettqu ċerti funzjonijiet pubbliċi ta’ nutar, u joħorġu wkoll kopji ċċertifikati.
Kopja ċċertifikata jkollha l-firma tat-traduttur awtorizzat. It-traduttur jista’ jiġi vverifikat billi jintuża r-reġistru ta’ tradutturi awtorizzati msemmi hawn fuq.
Il-kopji ċċertifikati li jsiru minn nutar pubbliku li jaħdem fl-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni jistgħu jiġu identifikati bit-timbru tond bl-emblema tal-iljun fin-nofs. Huma jkollhom ukoll il-firma u l-isem tan-nutar pubbliku.
Ara hawn fuq.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.