Dokumenti pubbliċi

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Ġermaniż

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Sentenzi, deċiżjonijiet, dikjarazzjonijiet u ordnijiet tal-qorti u tas-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika

Taħt l-Artikolu 2(1) ukoll, id-dokumenti pubbliċi li ġejjin:

(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru - twelid (Teilauszug Geburt)

(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru - mewt (Teilauszug Tod)

(d) deċiżjoni li tawtorizza bidla fl-isem (Namensänderungsbescheid)

(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(f) digriet ta’ divorzju (Scheidungsbeschluss), digriet ta’ annullament taż-żwieġ (Aufhebungsbeschluss der Ehe), dikjarazzjoni tal-qorti li ż-żwieġ huwa null (gerichtliche Nichtigerklärung)

(g) ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità għal unjoni ċivili (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(h) digriet ta’ annullament ta’ unjoni ċivili (Aufhebungsbeschluss der Eingetragenen Partnerschaft), dikjarazzjoni tal-qorti li unjoni ċivili hija nulla (gerichtliche Nichtigerklärung)

(k) konferma tar-reġistrazzjoni ta’ residenza (Meldebestätigung)

(l) ċertifikata taċ-ċittadinanza (Staatsbürgerschaftsnachweis)

(m) estratt mill-fedina penali (Strafregisterbescheinigung)

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Fl-amministrazzjoni pubblika, il-formoli ta’ għajnuna għat-traduzzjoni jisgħu jiġu mehmuża mad-dokumenti pubbliċi li ġejjin (skont l-Artikolu 7(1)):

(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru - twelid (Teilauszug Geburt)

(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru - mewt (Teilauszug Tod)

(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

(g) ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità għal unjoni ċivili (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)

Fil-qasam legali, l-ebda formoli multilingwi mhi rilevanti.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fl-Awstrija, it-traduzzjonijiet iċċertifikati jistgħu jsiru minn persuni rreġistrati fil-lista ta’ interpreti li ħadu l-ġurament pubbliku u ċċertifikati mill-qorti. Din il-lista (li tiġi aġġornata l-ħin kollu) ta’ interpreti tal-qorti tinsab hawn:

http://sdgliste.justiz.gv.at/

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Traskrizzjoni ċċertifikata (jew kopja ċċertifikata) hija dokument li ġie kkonfermat li huwa kopja awtentika tal-oriġinal minn

persuna li għandha l-awtorità li toħroġ dokumenti awtentiċi (eż. nutar (Notarin/Notar)),

il-qorti distrettwali (Bezirksgericht) jew

l-awtorità tal-ħruġ (mhux f’kull każ u mhux kull awtorità).

Fl-isfera ġudizzjarja, il-kopji ċċertifikati jistgħu jinħarġu minn

(a) qrati (tinsab fis-sit web tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja, https://www.justiz.gv.at/home/gerichte/gerichtssuche~781.de.html)

u

(b) nutara (tinsab fis-sit web tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija fuq https://www.notar.at/de/).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

- Traduzzjonijiet iċċertifikati:

Skont l-Artikolu 190(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz), il-fedeltà eżatta ta’ traduzzjoni mal-oriġinal trid tiġi ċċertifikata minn interpretu li ħa ġurament pubbliku u ġie ċċertifikat mill-qorti li jrid iżid il-firma u s-siġill tiegħu (Artikolu 14 u 8(5) tal-Att dwar l-Esperti u l-Interpreti (Sachverständigen- und Dolmetschergesetz).

Aktar informazzjoni dwar il-forma tat-traduzzjonijiet iċċertifikati tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni Awstrijaka tal-Interpreti tal-Qorti Ċċertifikati Österreichischer Verband der allgemein beeideten und gerichtlich zertifizierten Dolmetscher) fuq https://www.gerichtsdolmetscher.at/Menu/Nutzliche-Informationen/BeglaubigteUebersetzungen

- Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati mill-qorti:

Il-fedeltà ta

1. dokumenti pubbliċi stampati ma (kopji) elettroniċi jew traskrizzjonijiet oħra tagħhom jew

2. dokumenti pubbliċi elettroniċi mal-paġni stampati tagħhom,

meta dawn jiġu ppreżentati lill-qorti, iridu jiġu ċċertifikati mill-qorti; iridu jkunu kapaċi jinqraw sew mill-qorti bit-tagħmir tekniku disponibbli għaliha.

Iċ-ċertifikazzjoni trid issir, skont l-applikazzjoni, fuq kopja stampata, imfassla mill-qorti jew eżaminata mill-qrib fil-qorti, tad-dokument stampat, jew fuq verżjoni stampata magħmula mill-qorti tad-dokument elettroniku kopja stampata ċertifikata), jew - skont id-disponibbiltà tat-tagħmir u l-persunal xieraq - fuq kopja elettronika tad-dokument stampat (kopja elettronika ċċertifikata).

Iċ-ċertifikazzjoni dejjem għandha tispeċifika

1. il-post u d-data taċ-ċertifikazzjoni;

2. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;

3. jekk il-kopja, traskrizzjoni jew il-kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku sħiħ jew parti minnu biss.

Iċ-ċertifikazzjoni trid tispeċifika wkoll l-informazzjoni li ġejja jekk mhix diġà ċara mill-kopja, traskrizzjoni jew kopja stampata:

1. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;

2. fejn applikabbli, li huwa mqatta jew li l-forma fiżika tiegħu hija partikolarment dubjuża;

3. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, mħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet.

- Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati min-nutara:

Nutar huwa kkwalifikat jiċċertifika li traskrizzjoni elettronika jew stampata ta’ dokument stampat hija veru kopja ta’ dokument pubbliku jekk huwa jkun jista’ jaqra d-dokument b’mod ċar. Sabiex nutar jiċċertifika li kopja ġġenerata b’mod elettroniku, permezz ta’ ritratt jew b’mod simili ta’ dokument pubbliku, pjan, stampa jew tal-istess xorti hija veru kopja, huwa biżżejjed li l-kopja tkun saret taħt is-superviżjoni tan-nutar. Jekk din il-kopja ma ssarrafx f’paġna sħiħa, l-ommissjonijiet iridu jiġu indikati fil-kopja. L-istess japplika għal kopji stampati ta’ dokumenti pubbliċi elettroniċi.

In-nutar irid iqabbel bir-reqqa it-traskrizzjoni jew il-kopja mad-dokument pubbliku oriġinali u jdaħħal dikjarazzjoni li hija veru kopja fuq it-traskrizzjoni fuq karta (kpja) jew fuq kopja stampata, jew jehmeż dikjarazzjoni mat-traskrizzjoni elettronika li hija veru kopja.

Iċ-ċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

1. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;

2. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;

3. jekk il-kopja, traskrizzjoni jew kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku fl-intier tiegħu jew parti minnu biss, u jekk iva liema parti;

4. fejn applikabbli, li d-dokument preżentat huwa mqatta jew li l-forma fiżika tiegħu hija partikolarment dubjuża;

5. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, mħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet. L-informazzjoni msemmija fil-punti 2 u 5 mhix meħtieġa jekk il-kopja ssawwret b’mod fotografiku jew metodi simili u ċ-ċirkostanzi msemmija jidhru mill-kopja.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Ara taħt il-punt (f).

L-aħħar aġġornament: 17/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.