Matters of the property consequences of registered partnerships

National information concerning Regulation 2016/1104

In June 2016, the European Union adopted a Regulation concerning the property consequences of international registered partnerships aimed at helping couples to manage their property on a daily basis and to divide it in case of dissolution or the death of one of the couple's members. The Regulation was adopted under the procedure of enhanced cooperation by 18 EU countries: Sweden, Belgium, Greece, Croatia, Slovenia, Spain, France, Portugal, Italy, Malta, Luxembourg, Germany, the Czech Republic, the Netherlands, Austria, Bulgaria, Finland and Cyprus. Other EU countries can join the Regulation any time (in such case the country will also have to join the Regulation concerning the property regimes of marriages).

The Regulation will provide international registered partnerships with legal certainty and reduce the costs of legal proceedings as couples will know with clarity which EU country’s courts should deal with matters concerning their property and which national law should apply to resolve such matters. The Regulation will also facilitate the recognition and enforcement of decisions on property matters given in one EU country in another EU country. As a couple's property must be divided in case of death, the Regulation will also facilitate the application of EU rules on cross-border successions. The Regulation is applicable from 29 January 2019.

Last update: 27/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Belġju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà: il-qorti tal-ewwel istanza, b’mod aktar speċifiku l-qorti tal-familja (“tribunal de la famille”).

Dwar ir-rikorsi dwar id-deċiżjonijiet mogħtija għal dawn it-talbiet:

  • biex issir oġġezzjoni: il-qorti tal-ewwel istanza, b’mod aktar speċifiku l-qorti tal-familja (“tribunal de la famille”);
  • għal appell: Il-Qorti tal-Appell (“Cour d'appel”).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni meħuda fl-appell hija soġġetta biss għal rieżami quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (“Cour de Cassation”).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

L-ebda awtorità oħra fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 3(2).

L-aħħar aġġornament: 17/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Repubblika Ċeka

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Fir-Repubblika Ċeka huma l-qrati distrettwali [okresní soudy].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Jistgħu jintużaw biss miżuri ta’ rimedju straordinarji, jiġifieri:

- kawża għall-annullament [zmatečnost];

- kawża sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti [žaloba na obnovu řízení];

- rieżami ta’ appell [dovolání].

Il-proċeduri kollha ta’ appell straordinarju elenkati għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li ħadet id-deċiżjoni fuq il-kawża fl-ewwel istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma hemm l-ebda awtorità ta’ dan it-tip fir-Repubblika Ċeka.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Franza

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

It-talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 jiġu ppreżentati lid-Direttur tar-Reġistru tal-Qorti Reġjonali (tribunal de grande instance) (l-Artikoli 509(1) u 509(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [code de procédure civile]) meta jkunu relatati ma' deċiżjoni jew tranżazzjoni ġudizzjarja u lill-president tal-Kamra tan-Nutara (chambre des notaires) jew is-sostitut tiegħu f'każ ta' assenza jew impediment (l-Artikolu 509(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), meta t-talba tkun tikkonċerna att awtentiku.

Ir-rikorsi msemmija fl-Artikolu 49(2) jitressqu quddiem il-President tal-Qorti Reġjonali (l-Artikolu 509(9) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Rikors kontra deċiżjoni finali tal-President tal-Qorti Reġjonali jista' jsir biss permezz ta' appell fuq punt tad-dritt (pourvoi en cassation).

Il-bażijiet għal appell fuq punt tad-dritt huma varji (deċiżjoni li tikser il-liġi, deċiżjoni ultra vires, nuqqas ta' kompetenza, nuqqas ta' bażi legali, nuqqas ta' motivazzjonijiet, sentenzi kontradittorji...) imma li għandhom komuni huwa li l-imħallef jittratta biss l-applikazzjoni tal-liġi. Għalhekk, il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) tivverifika li d-deċiżjoni ma tiksirx il-liġi u ma tinjorax l-istat tad-dritt, imma qatt ma teżamina l-fatti.

La Cour de cassation

5 quai de l’horloge

75055 Paris

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 25/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - il-Kroazja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) u l-appelli minn deċiżjonijiet dwar dawn ir-rikorsi skont l-Artikolu 49(2) iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qrati muniċipali.

Il-qrati responsabbli huma:

Il-qrati muniċipali kollha skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati (Narodne novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 128/14).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx mekkaniżmu li, għall-finijiet tal-Artikolu 50, tista’ tiġi kkontestata ulterjorment deċiżjoni fuq rimedju legali permezz tiegħu. Fi kliem ieħor, ma hemmx qrati li jista’ jiġi ppreżentat appell ulterjuri quddiemhom.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali huma responsabbli għall-kawżi mhux kontenzjużi u ta’ eżekuzzjoni skont l-Att dwar il-Qrati (NN Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16). Għalhekk, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali kompetenti oħra skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament b’kompetenza fil-qasam tar-reġim tal-propjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġuridiċi jew jaġixxu b’delega ta’ setgħat minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha.

L-aħħar aġġornament: 18/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Italja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-Qorti kompetenti biex tittratta talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 44(1), hija l-Qorti tal-Appell [Corte di Appello].

Il-Qorti kompetenti biex tittratta r-rikorsi kontra deċiżjonijiet dwar talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 49(2), hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni [Suprema Corte di Cassazione].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata:

1) b’rikors għal rieżami skont l-Artikoli 391-bis, 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

2) b’oppożizzjoni minn terzi skont l-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Tista’ ssir ukoll talba għall-korrezzjoni tad-deċiżjoni jekk is-sentenza jkun fiha żball materjali jew ta’ kalkolu.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2), l-awtoritajiet ġudizzjarji jinkludu wkoll:

l-avukati, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ negozjar assistit skont l-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014

u l-Uffiċjali tal-Istat Ċivili, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ semplifikazzjoni prevista mill-Artikolu 12 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014.

L-aħħar aġġornament: 03/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Ċipru

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà huma l-Qrati tal-Familja. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet fuq dawn ir-rikorsi jinstemgħu mill-Qorti tal-Familja tat-Tieni Istanza (Defterobáthmio Oikogeneiakó Dikastírio).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Il-proċeduri biex tiġi kkontestata deċiżjoni mogħtija fl-appell hija l-proċedura tal-appell stabbilita fl-Artikolu 25 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, il-Liġi 14/60, u l-ħruġ ta’ mandati skont l-Artikolu 155 tal-Kostituzzjoni.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Lussemburgu

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li jittrattaw it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1):

Il-President tal-Qorti Distrettwali (Tribunal d’arrondissement)

Dettalji ta’ kuntatt:

Tribunal d’arrondissement de Luxembourg

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel: 00352 475981-1

Tribunal d’arrondissement de Diekirch

Palais de Justice

Place Guillaume

L–9237 Diekirch

Tel: 00352 803214-1

Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li jittrattaw ir-rikorsi ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet meħuda dwar dawn it-talbiet skont l-Artikolu 49(2):

il-Qorti tal-Appell imlaqqa’ f’materji ta’ appell ċivili (Cour d’appel siégeant en matière d’appel civil)

Dettalji ta’ kuntatt:

Cour d’appel

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel: 00352 475981-1

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50:

Cour de cassation

Dettalji ta’ kuntatt:

Cour de cassation

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel: 475981-369/373

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

/

L-aħħar aġġornament: 04/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Awstrija

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’ġuriżdizzjoni fuq talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament huma l-Qorti tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsgericht) jew il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht) ta’ fejn ikun domiċiljat il-konvenut.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-appelli minn deċiżjonijiet fuq talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà hija l-Qorti Reġjonali superjuri (Landesgericht); madankollu, l-appell irid jiġi ppreżentat mal-qorti tal-ewwel istanza li ħadet id-deċiżjoni.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

L-appelli fuq punt ta’ dritt (Revisionsrekurs) jsiru quddiem il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) iżda jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-ewwel istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fl-Awstrija, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali oħrajn kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) fi kwistjonijiet ta’ konsegwenzi fuq il-proprjetà.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Portugall

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati jew l-awtoritajiet b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 4491) huma kif ġej:

- is-sezzjoni ċivili lokali (juízo local cível), jekk teżisti; jew

- is-sezzjoni ġenerali (juízo de competência genérica) tal-qorti distrettwali (tribunal de comarca) li għandha ġuriżdizzjoni.

Skont l-Artikolu 49(2), l-appelli minn deċiżjonijiet fuq dawn ir-rikorsi jistemgħu mill-qrati tal-appell ((Tribunais da Relação).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Għall-għanijiet tal-Artikolu 50, deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell fuq punt ta’ liġi (recurso de revista) quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Finlandja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà:

Il-Qorti Distrettwali

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali:

Il-Qorti tal-Appell

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell huwa appell quddiem il-Qorti Suprema, jekk il-Qorti Suprema tawtorizza l-appell (il-Kapitolu 30, l-Artikoli 1-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Eżekutur maħtur mill-qorti

L-aħħar aġġornament: 24/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati - Svezja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Qorti Distrettwali Ġuriżdizzjoni territorjali

Il-Qorti distrettwali ta’ Nacka (Nacka tingsrätt)         Il-Kontea ta’ Stokkolma (Stockholms län)

Il-Qorti distrettwali ta’ Uppsala                                  Il-Kontea ta’ Uppsala

Il-Qorti distrettwali ta’ Eskilstuna                              Il-Kontea ta’ Södermanland

Il-Qorti distrettwali ta’ Linköping                              Il-Kontea ta’ Östergötland

Il-Qorti distrettwali ta’ Jönköping                              Il-Kontea ta’ Jönköping

Il-Qorti distrettwali ta’ Växjö                                     Il-Kontea ta’ Kronoberg

Il-Qorti distrettwali ta’ Kalmar                                   Il-Kontea ta’ Kalmar

Il-Qorti distrettwali ta’ Gotland                                  Il-Kontea ta’ Gotland

Il-Qorti distrettwali ta’ Blekinge                                Il-Kontea ta’ Blekinge

Il-Qorti distrettwali ta’ Kristianstad                           Il-muniċipalitajiet (kommuner) ta’ Bromölla, Båstad, Hässleholm, Klippan, Kristianstad, Osby, Perstorp, Simrishamn,Tomelilla, Åstorp, Ängelholm, Örkelljunga u Östra Göinge

Il-Qorti distrettwali ta’ Malmö                                   Il-muniċipalitajiet ta’ Bjuv, Burlöv, Eslöv, Helsingborg, Höganäs, Hörby, Höör, Kävlinge, Landskrona, Lomma, Lund, Malmö, Sjöbo, Skurup, Staffanstorp, Svalöv, Svedala, Trelleborg, Vellinge u Ystad

Il-Qorti distrettwali ta’ Halmstad                               Il-Kontea ta’ Halland

Il-Qorti distrettwali ta’ Göteborg                                Il-muniċipalitajiet ta’ Göteborg, Härryda, Kungälv, Lysekil, Munkedal, Mölndal, Orust, Partille, Sotenäs, Stenungsund, Strömstad, Tanum, Tjörn, Uddevalla u Öckerö

Il-Qorti distrettwali ta’ Vänersborg                            Il-muniċipalitajiet ta’ Ale, Alingsås, Bengtsfors, Bollebygd, Borås, Dals-Ed, Färgelanda, Herrljunga, Lerum, Lilla Edet, Mark, Mellerud, Svenljunga, Tranemo, Trollhättan, Ulricehamn, Vårgårda, Vänersborg u Åmål

Il-Qorti distrettwali ta’ Skaraborg                              Il-muniċipalitajiet ta’ Essunga, Falköping, Grästorp, Gullspång, Götene, Habo, Hjo, Karlsborg, Lidköping, Mariestad, Mullsjö, Skara, Skövde, Tibro, Tidaholm, Töreboda u Vara

Il-Qorti distrettwali ta’ Värmland                               Il-Kontea ta’ Värmland

Il-Qorti distrettwali ta’ Örebro                                   Il-Kontea ta’ Örebro

Il-Qorti distrettwali ta’ Västmanland                         Il-Kontea ta’ Västmanland

Il-Qorti distrettwali ta’ Falu                                       Il-Kontea ta’ Dalarna

Il-Qorti distrettwali ta’ Gävle                                     Il-Kontea ta’ Gävleborg

Il-Qorti distrettwali ta’ Ångermanland                       Il-Kontea ta’ Västernorrland

Il-Qorti distrettwali ta’ Östersund                              Il-Kontea ta’ Jämtland

Il-Qorti distrettwali ta’ Umeå                                     Il-Kontea ta’ Västerbotten

Il-Qorti distrettwali ta’ Luleå                                     Il-Kontea ta’ Norrbotten

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Appell (överklagande) quddiem il-Qorti tal-Appell (hövrätt) jew il-Qorti Suprema (Högsta domstolen). L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tat is-sentenza. L-appell jinstema biss jekk il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti Suprema jawtorizzaw l-appell (prövningstillstånd).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Eżekutur (bodelningsförrättare)

Amministratur tal-patrimonju (boutredningsman)

Fi proċedimenti sommarji li jikkonċernaw ordnijiet ta’ ħlas jew għajnuna, l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten)

L-aħħar aġġornament: 07/10/2019